|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3102 |
12.12.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3102
tat-2 ta’ Settembru 2024
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-referenzi għall-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbilixxa klassifikazzjoni statistika komuni tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni (“NACE Rev. 2”), li bdiet tapplika fl-1 ta’ Jannar 2008. |
|
(2) |
Wara li bdiet tapplika n-NACE Rev. 2, il-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni biddlu progressivament il-mod li bih ħafna attivitajiet ekonomiċi jipprovdu l-oġġetti u s-servizzi madwar id-dinja. |
|
(3) |
Bħala riżultat ta’ dawk il-bidliet, in-NACE Rev. 2 kellha tiġi aġġornata, biex tibqa’ komparabbli u konsistenti mal-istandards għall-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi użati fil-livell internazzjonali. Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137 (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 u stabbilixxa l-klassifikazzjoni aġġornata (“NACE Rev. 2.1”). |
|
(4) |
Biex l-utenti jkunu jistgħu jivvalutaw il-bidliet dettaljati tal-kontenut fin-NACE u biex iqabblu l-verżjoni preċedenti tal-klassifikazzjoni mal-verżjoni aġġornata tagħha, fl-1 ta’ Awwissu 2023 ġiet ipprovduta tabella ta’ korrispondenza (4) flimkien ma’ xi noti ta’ spjegazzjoni (5) għall-utenti tal-klassifikazzjoni. |
|
(5) |
Il-korp kbir ta’ leġiżlazzjoni li jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-trażmissjoni tad-data li jirreferu għal taqsimiet, diviżjonijiet, gruppi jew klassijiet speċifiċi tan-NACE jinkludi r-Regolament (KE) Nru 138/2004. Sabiex jiġi żgurat li dawk ir-rekwiżiti tat-trażmissjoni jiġu espressi f’termini kompatibbli mal-klassifikazzjoni aġġornata (NACE Rev. 2.1), ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 jenħtieġ li jiġi emendat. |
|
(6) |
Peress li l-granularità tal-klassifikazzjoni aġġornata hija simili għal dik tal-verżjoni oriġinali tal-klassifikazzjoni, l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jimponu l-ebda piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-konformità mal-klassifikazzjoni aġġornata ma tkunx meħtieġa minnufih, peress li huwa meħtieġ ċertu perjodu ta’ żmien biex il-fornituri tad-data jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti regolatorji l-ġodda. Ta’ min ifakkar li r-Regolament Delegat (UE) 2023/137, li emenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006, jistabbilixxi d-dati differiti tal-applikazzjoni għal ċerti dominji statistiċi. Għalhekk jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun differita wkoll. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 138/2004 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2028, fir-rigward tat-trażmissjonijiet tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat), relatati ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/138/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137 tal-10 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 19, 20.1.2023, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/137/oj).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness kollu, “NACE Rev. 2” hija sostitwita b’“NACE”; |
|
(2) |
Il-Parti I hija emendata kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klass ifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;
(*2) Ir-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistika ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/451/oj).”;”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/3102/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)