|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3100 |
16.12.2024 |
DIRETTIVA (UE) 2024/3100 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Novembru 2024
li temenda d-Direttiva 2009/21/KE dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Jenħtieġ li s-sikurezza tat-tbaħħir tal-Unjoni u taċ-ċittadini li jużawh u l-protezzjoni tal-ambjent ikunu żgurati f'kull ħin. |
|
(2) |
Huwa importanti li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-għajxien abbord u tax-xogħol u tal-baħħara u t-taħriġ u l-kwalifiki tal- baħħara, f'konformità mad-Direttiva 2013/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mad-Direttiva (UE) 2022/993 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), peress li s-saħħa, is-sikurezza, is-sigurtà u l-fattur uman huma marbuta mill-qrib flimkien u li huwa ta' importanza assoluta li ma ssir ebda ħsara minħabba żball uman. |
|
(3) |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal- 1982 (UNCLOS) u tal-konvenzjonijiet li l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) hija d-depożitarja tagħhom (“Konvenzjonijiet tal-IMO”), l-Istati li huma partijiet ta' dawk l-istrumenti għandhom ir-responsabbiltà li jadottaw liġijiet u regolamenti u li jieħdu l-miżuri l-oħrajn kollha li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex dawk l-istrumenti jingħatalhom effett sħiħ biex jiġi żgurat li, fejn jidħlu s-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, vapur ikun adatt għas-servizz li jkun maħsub għalih. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Konvenzjonijiet tal-IMO fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iwettqu r-responsabbiltajiet u l-obbligi stabbiliti f'dawk il-konvenzjonijiet fir-rigward tal-vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu r-responsabbiltajiet u l-obbligi tagħhom bħala Stati tal-bandiera b'mod effettiv u konsistenti f'konformità mar-Riżoluzzjoni A.1070(28) tal-IMO dwar il-Kodiċi ta' Implimentazzjoni tal-Istrumenti tal-IMO (il-“Kodiċi III”), adottata fl-4 ta' Diċembru 2013, li fiha d-dispożizzjonijiet obbligatorji li jridu jiġu implimentati mill-Istati tal-bandiera. F'konformità mal-Artikolu 91(1) tal-UNCLOS, irid ikun hemm rabta ġenwina bejn bastiment u l-Istat tal-bandiera tiegħu, kif interpretata mill-ġurisprudenza internazzjonali, li tkun riflessa fid-dmirijiet ta' Stat tal-bandiera. |
|
(5) |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar forza maġġuri stabbiliti fil-Konvenzjonijiet tal-IMO, jenħtieġ li, f'sitwazzjonijiet ta' kriżi li jistgħu jipperikolaw l-integrità fiżika tal-persunal responsabbli għal jew li jwettaq perizji, spezzjonijiet, awditi u verifiki, l-Istati Membri jkunu jistgħu jintroduċu restrizzjonijiet fuq dawk l-attivitajiet, filwaqt li jippermettu li l-vapuri jkomplu joperaw. |
|
(6) |
L-istrumenti internazzjonali li ġejjin fil-verżjonijiet l-aktar reċenti tagħhom jirreferu għall-applikazzjoni tal-Kodiċi III: il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar tal-1974; il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri tal-1973, kif modifikata bil-Protokoll tal-1978 relatat magħha; il-Protokoll tal-1997 biex jemenda l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri tal-1973, kif modifikata bil-Protokoll tal-1978 relatat magħha; il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara tal-1978; il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-1966, u l-Protokoll tal-1988 relatat magħha; il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Kejl ta' Tunnellaġġ ta' Bastimentital-1969; u l-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Kolliżjonijiet fuq il-Baħartal-1972. |
|
(7) |
Is-surveyors tal-Istat tal-Bandiera huma awtorizzati mill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri biex iwettqu perizji u jiċċertifikaw vapuri. Tali surveyors jistgħu jkunu assistiti minn persunal ieħor, pereżempju persunal li jispezzjona installazzjonijiet tar-radju. Madankollu, jenħtieġ li tali persunal ma jkunx jinkludi tekniċi involuti fil-manutenzjoni ta' tagħmir tas-salvataġġ jew surveyors li ma jkunux involuti direttament fil-perizja tal-flotta merkantili. |
|
(8) |
It-taqsima 22 tal-Kodiċi III tipprevedi li jenħtieġ li Stat tal-bandiera jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura l-konformità mar-regoli u l-istandards internazzjonali mill-vapuri intitolati li jtajru l-bandiera tiegħu u mill-entitajiet u l-persuni fil-ġuriżdizzjoni tiegħu, sabiex jiżgura l-konformità mal-obbligi internazzjonali tiegħu. B'mod partikolari, it-taqsima 22.2 tirreferi għal spezzjonijiet li jivverifikaw li l-kundizzjoni attwali tal-vapur u tal-ekwipaġġ tiegħu tkun konformi maċ-ċertifikati li jkollu. Jenħtieġ li l-frekwenza ta' dawk l-ispezzjonijiet tiġi stabbilita mill-Istati Membri bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju jew inkella permezz tal-proċeduri u l-istruzzjonijiet tagħhom stess, inkluż kriterji kwantitattivi jew kwalitattivi. |
|
(9) |
Fil-livell internazzjonali, ir-responsabbiltà għall-investigazzjoni ta' aċċidenti marittimi taqa' fuq l-Istat tal-bandiera, filwaqt li fil-livell tal-Unjoni l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi, bħall-indipendenza tal-korpi investigattivi fl-Istati Membri, huma rregolati mid-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/18/KE. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jibbażaw fuq riżorsi adegwati biex iwettqu l-obbligi tagħhom bħala Stat tal-bandiera, skont id-daqs u t-tip tal-flotta tagħhom u abbażi tar-rekwiżiti rilevanti tal-IMO. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji u miri tal-ispezzjoni minimi relatati ma' dawk ir-riżorsi abbażi tal-esperjenza prattika tal-Istati Membri, inkluż l-użu ta' spetturi mhux impjegati esklużivament, f'konformità mal-Kodiċi III. |
|
(11) |
Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li surveyors tal-Istat tal-bandiera u spetturi tal-Istat tal-bandiera li jaħdmu esklużivament għall-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jwettqu xogħol ieħor, pereżempju attivitajiet xjentifiċi jew akkademiċi, sakemm dan ma joħloqx konflitt ta' interess jew jimpedixxi l-indipendenza tagħhom. |
|
(12) |
Jenħtieġ li s-surveyors tal-Istat tal-bandiera, l-ispetturi tal-Istat tal-bandiera u persunal ieħor li jassistu fit-twettiq ta' perizji jkollhom l-edukazzjoni, it-taħriġ u s-superviżjoni neċessarji biex jagħmlu l-kompiti li jkunu awtorizzati jwettqu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), u f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa programm ta' taħriġ volontarju biex jappoġġa l-amministrazzjonijiet tal-Istati tal-bandiera f'dan ir-rigward, u tiffaċilita l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki. Jenħtieġ li tali programm ta' taħriġ jinżamm aġġornat u jqis l-obbligi ġodda jew addizzjonali li jirriżultaw mill-istrumenti u l-Konvenzjonijiet, bħal dawk relatati ma’ teknoloġiji ġodda, kwistjonijiet soċjali u żviluppi rilevanti oħra. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-istabbiliment u l-iżvilupp ta' bażi tad-data li tipprovdi informazzjoni essenzjali f'format elettroniku dwar vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u tiżgura l-possibbiltà tal-ħruġ ta' ċertifikati elettroniċi jikkontribwixxu għal skambju mtejjeb ta' informazzjoni fost l-Istati Membri. L-iżvilupp ta' bażi tad-data komuni u uniformi għall-ħruġ ta' ċertifikati elettroniċi, inkluż l-għodod għall-verifika tal-validità ta' dawk iċ-ċertifikati, jiffaċilita u jikkontribwixxi għal żvilupp rivoluzzjonarju tanġibbli lejn id-diġitalizzazzjoni marittima fl-Unjoni. Tali bażi ta’ data tappoġġa l-ħtiġijiet operazzjonali tal-utenti tagħha, b'mod partikolari dawk l-Istati Membri li ma kinux f'pożizzjoni li jiżviluppaw is-sistemi tagħhom stess għaċ-ċertifikati elettroniċi, u tikkontribwixxi wkoll għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi limitati disponibbli. |
|
(14) |
Għall-finijiet ta' monitoraġġ u spezzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kollha kkonċernati u l-Kummissjoni jkollhom l-informazzjoni essenzjali, bħad-dettalji tal-vapur, is-sid reġistrat tiegħu u ċ-ċertifikati tiegħu, għad-dispożizzjoni tagħhom. |
|
(15) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu juru l-konformità tagħhom mal-istrumenti obbligatorji tal-IMO, kif mitlub fir-Riżoluzzjoni A 1067(28) dwar il-qafas u l-proċeduri tal-Iskema ta' Verifika tal-Istati Membri tal-IMO, fil-verżjoni aġġornata tagħha, adottata mill-IMO fl-4 ta' Diċembru 2013. |
|
(16) |
Sabiex tittejjeb aktar il-kwalità tal-vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, hija meħtieġa ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-proċeduri amministrattivi, li tkun inkluża fis-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità f'konformità mal-ISO jew ma' standards ekwivalenti. Jenħtieġ li din tkopri l-partijiet operazzjonali tal-attivitajiet tal-amministrazzjoni relatata mal-perizja, l-ispezzjoni mill-Istat tal-bandiera, l-awditjar, il-verifika u ċ-ċertifikazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru bħala Stat tal-bandiera, kemm jekk nazzjonali (l-ewwel reġistri) jew internazzjonali (it-tieni reġistru jew ir-reġistru barra mill-pajjiż). Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu ċċarati l-attivitajiet kollha rilevanti, inkluż id-dettalji tar-responsabbiltajiet, tal-awtorità, u tal-interrelazzjoni tal-persunal, u l-mezzi ta' rappurtar u komunikazzjoni tal-persunal kollu tal-Istat tal-bandiera li jwettaq jew li huwa involut f'perizji jew fi spezzjonijiet, kif ukoll persunal ieħor li jassisti fit-twettiq tal-ispezzjonijiet, li mhux impjegat esklużivament mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, u li jista' jassisti fit-twettiq ta' spezzjonijiet għajr perizji statutorji jew spezzjonijiet mill-Istat tal-bandiera. Jenħtieġ li s-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità tiżgura li l-kompiti assenjati lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jitwettqu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-Istat tal-bandiera, u li tinkludi l-miżuri ta' kontroll meħtieġa f'dak ir-rigward. Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-persunal ikkonċernat, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu konflitti ta' interess ta’ tali persunal fir-rigward tax-xogħol li jkun ser iwettaq. |
|
(17) |
F'koordinazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma mħeġġa jkomplu jippromwovu t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u tal-baħħara. |
|
(18) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit strument ta' rapportar elettroniku sabiex jitjieb aktar il-ġbir konsistenti ta' statistika rilevanti u data u informazzjoni marittima mill-Istati Membri. |
|
(19) |
Jenħtieġ li jiġu adottati l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-bażi tad-data ta' informazzjoni dwar il-vapuri. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/21/KE, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(20) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi forum għall-esperti tal-Istati Membri li jittrattaw kwistjonijiet tal-Istat tal-bandiera, kif ukoll għal partijiet ikkonċernati oħra, meta jkun meħtieġ, biex b'mod regolari jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattiki u biex jiżviluppaw gwida dwar kwistjonijiet bħal proċeduri għall-ispezzjonijiet tal-vapuri, riżorsi ta' taħriġ għall-ispetturi, kriterji bbażati fuq ir-riskju li jistgħu jintużaw biex tittejjeb l-effettività tal-ispezzjonijiet, l-iżvilupp possibbli ta' skema ta' prestazzjoni armonizzata komuni, kriterji għall-analiżi tal-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera bil-ħsieb li jiġu identifikati l-aħjar prattiki u kwalunkwe kwistjoni oħra rilevanti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/21/KE. |
|
(21) |
Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat fit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu, sakemm il-kundizzjonijiet rilevanti jiġu ssodisfati, japplikaw ċerti eżenzjonijiet. Jenħtieġ li l-Istati Membri li ma għandhomx vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/21/KE ma jkunux obbligati jittrasponu u jimplimentaw l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/21/KE fir-rigward tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni relatata mal-vapuri. Jenħtieġ li l-Istati Membri li ma għandhomx vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva2009/21/KE u li għalqu r-reġistru tagħhom għal tali vapuri ma jkunux obbligati jittrasponu u jimplimentaw id-Direttiva 2009/21/KE. |
|
(22) |
Jenħtieġ li l-EMSA tipprovdi appoġġ għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/21/KE, b'mod partikolari billi tipprovdi taħriġ rilevanti għas-surveyors tal-Istat tal-bandiera u għall-ispetturi tal-Istat tal-bandiera, jekk l-Istati Membri jitolbu dan. |
|
(23) |
Minħabba li l-objettivi ta' dan id-Direttiva, jiġifieri t-tisħiħ tas-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(24) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttiva 2009/21/KE tiġi emendata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2009/21/KE
Id-Direttiva 2009/21/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-għan ta' din id-Direttiva huwa:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni Din id-Direttiva għandha tapplika għall-amministrazzjoni tal-Istat Membru li l-vapur ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu fir-rigward ta’ vapuri soġġetti għal ċertifikazzjoni u involuti fi kwalunkwe tip ta' vjaġġ internazzjonali.” |
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Qabel ma jħalli vapur li jkun ingħata d-dritt li jtajjar il-bandiera tiegħu jopera, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-vapur inkwistjoni jikkonforma mar-regoli u r-regolamenti internazzjonali applikabbli, inkluż l-istandards tas-sikurezza u dawk soċjali u ambjentali. Miżuri jistgħu jittieħdu minn organizzazzjoni rikonoxxuta, li taġixxi f'isem l-Istat Membru, meta tkun ġiet debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti biex tagħmel dan. B'mod partikolari, l-Istat Membru kkonċernat jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta li taġixxi f'ismu, kif applikabbli, għandhom jivverifikaw r-rekords tas-sikurezza tal-vapur billi juża r-rapporti tal-ispezzjonijiet tal-Istat tal-bandiera u ċ-ċertifikati li jinsabu fil-bażi tad-data tiegħu stess, jekk dawn ikunu disponibbli, jew, għall-Istati Membri li jkunu għażlu li jużaw id-database ta' informazzjoni dwar il-vapuri msemmija fl-Artikolu 6af’dik id-database. L-Istat Membru kkonċernat għandu, jekk ikun meħtieġ, jikkonsulta mal-Istat tal-bandiera li jkun qed jitlef biex jistabbilixxi jekk kwalunkwe nuqqas jew kwistjoni ta' sikurezza pendenti identifikati minn dan tal-aħħar ikunu għadhom mhux solvuti.” |
|
(5) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 4a Is-sikurezza ta' vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru 1. Fir-rigward tat-tbaħħir internazzjonali, l-Istati Membri għandhom japplikaw b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet obbligatorji relatati mal-Istat tal-bandiera stipulati fil-Konvenzjonijiet bil-kundizzjonijiet stipulati fihom, u fir-rigward tal-vapuri msemmija fihom. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mar-regoli, ir-regolamenti u l-istandards internazzjonali skont il-Konvenzjonijiet mill-vapuri intitolati li jtajru l-bandiera tagħhom, inkluż dan li ġej:
L-ispezzjonijiet tal-Istat tal-bandiera msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jistgħu jitwettqu bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju, li għandu jinkludi l-kriterji li ġejjin:
L-Istati Membri li jużaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju għandhom jiżguraw li l-vapuri li fir-rigward tagħhom ma jkunx hemm data biżżejjed dwarhom disponibbli għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju jiġu spezzjonati mill-inqas darba kull 5 snin. L-Istati Membri li ma jużawx approċċ ibbażat fuq ir-riskju għandhom iwettqu spezzjonijiet tal-Istat tal-bandiera billi jużaw il-proċeduri, l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni rilevanti tagħhom stess f'konformità mal-Kodiċi III. Għandhom jiżguraw li kull vapur jiġi spezzjonat mill-inqas darba kull 5 snin. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe nuqqas li jirrikjedi miżuri korrettivi, inkluż kwistjonijiet ta' sikurezza, soċjali u ambjentali, ikkonfermat jew żvelat minn spezzjoni tal-Istat tal-bandiera mwettqa f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b), jiġi rettifikat f'perjodu ta' żmien xieraq li għandu jiġi determinat mill-Istat tal-bandiera. 4. Mat-tlestija ta' spezzjoni tal-Istat tal-bandiera, l-ispettur tal-Istat tal-bandiera għandu jfassal rapport li jistabbilixxi r-riżultati tagħha.. Artikolu 4b Rekwiżiti ta' sikurezza u ta' prevenzjoni tat-tniġġis 1. Kull Stat Membru għandu jiżgura d-disponibbiltà għall-amministrazzjoni tiegħu ta’ riżorsi xierqa għad-daqs u t-tip tal-flotta tiegħu u għall-implimentazzjoni tal-proċessi, il-proċeduri u r-riżorsi amministrattivi meħtieġa, b'mod partikolari biex jissodisfa l-obbligi previsti fl-Artikolu 4a u fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. 2. Kull Stat Membru għandu jiżgura s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-surveyors tal-Istat tal-bandiera, tal-ispetturi tal-Istat tal-bandiera u ta' persunal ieħor li jassistu fit-twettiq tal-perizji, u tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti. 3. Kull Stat Membru għandu jiżgura l-iżvilupp jew il-manteniment ta' kapaċità għar-rieżami tad-disinn u ta’ kapaċità għat-teħid ta' deċiżjonijiet tekniċi skont id-daqs u t-tip tal-flotta tiegħu. Artikolu 4c Taħriġ u tisħiħ tal-kapaċitajiet 1. Il-persunal responsabbli minn perizji, spezzjonijiet mill-Istat tal-bandiera, awditi u verifiki ta' vapuri u ta' kumpaniji, jew li jwettaqhom, għandu jingħata taħriġ rilevanti għall-attivitajiet speċifiċi mwettqa. 2. L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw skema ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-ispetturi tal-Istat tal-bandiera u s-surveyors tal-Istat tal-bandiera tagħhom u jżommuha aġġornata, filwaqt li jqisu l-obbligi l-ġodda jew addizzjonali li jirriżultaw mill-Konvenzjonijiet. 3. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), u f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha torganizza, fejn ikun xieraq u abbażi tat-talbiet tal-Istati Membri għall-appoġġ, attivitajiet ta' taħriġ rilevanti għall-ispetturi tal-Istat tal-bandiera u s-surveyors tal-Istat tal-bandiera. (*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).”;" |
|
(6) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Detenzjoni ta' vapur li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru 1. Meta l-amministrazzjoni tiġi infurmata livapur li jtajjar il-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat inżamm minn Stat tal-port, hija għandha, f’konformità mal-proċeduri li tkun stabbiliet għal dan l-għan, tissorvelja li l-vapur jinġieb f’konformità mal-Konvenzjonijiet rilevanti tal-IMO. 2. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw programm xieraq ta' kontroll u monitoraġġ sabiex jipprovdu rispons f'waqtu għas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.” |
|
(7) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Informazzjoni u skambju elettroniċi 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja dwar il-vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom issir disponibbli f'format elettroniku fil-verżjoni aġġornata tagħha sa mhux aktar tard mit-6 ta’ Jannar 2031:
2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, tieħu ħsieb u taġġorna portal diġitali interoperabbli li jipprovdi punt uniku ta' aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u li jippermetti lill-ispetturi tal-Istat tal-bandiera u lill-ispetturi tal-port tal-Istati Membri jaċċessaw dik l-informazzjoni fit-twettiq ta' dmirijiethom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dak il-portal aċċessibbli b'mod elettroniku u mingħajr ħlas għall-Istati Membri. Dak il-portal ma għandux ikun fih data personali jew informazzjoni kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interoperabbiltà tal-portal mal-bażi tad-data ta' informazzjoni dwar il-vapuri msemmija fl-Artikolu 6a. Dak il-portal għandu jkun ġie stabbilit sa mhux aktar tard mit-6 ta’ Jannar 2028. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu il-funzjonament tekniku tal-portal imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).” |
|
(8) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 6a Bażi tad-data ta' informazzjoni dwar il-vapuri 1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, tieħu ħsieb u taġġorna bażi tad-data ta' informazzjoni dwar il-vapuri li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 u li tipprovdi servizzi għall-Istati Membri dwar il-ħruġ u l-kontroll ta' ċertifikati elettroniċi. Dik il-bażi tad-data ta' informazzjoni dwar il-vapuri għandha tiġi stabbilita sat-6 ta’ Jannar 2030. L-Istati Membri jistgħu jikkonnettjaw ma' dik il-bażi tad-data. Dik il-bażi tad-data tista' tkun ibbażata fuq il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) u jista' jkollha funzjonalitajiet simili għal dik il-bażi tad-data. 2. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti nazzjonali tal-protezzjoni tad-data, l-Istati Membri li jagħżlu li jużaw il-bażi tad-data ta' informazzjoni dwar il-vapuri:
Tali Stati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tkun kompatibbli mar-rekwiżiti ta' dik il-bażi ta’ data u li tkun interoperabbli.. 3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-bażi tad-data ta' informazzjoni dwar il-vapuri tagħmilha possibbli li tiġi rkuprata d-data rilevanti li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva abbażi tad-data tal-ispezzjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri. 4. L-Istati Membri li jkunu għażlu li jużaw il-bażi tad-data għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha rreġistrata fil-bażi tad-data ta' informazzjoni dwar il-vapuri msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u fis-sistema ta' spezzjonijiet prevista fid-Direttiva 2009/16/KE. Xejn f'din id-Direttiva ma għandu jipprevjeni l-kondiviżjoni ta' dik l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, fi ħdan u bejn l-Istati Membri, mal-Kummissjoni, jew mal-EMSA. 5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-funzjonament tekniku tal-bażi tad-data msemmija f’dan l-Artikolu, inklużi kundizzjonijiet għall-aċċess għall-informazzjoni sottomessa mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2). (*2) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).”;" |
|
(9) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Monitoraġġ tal-konformità u l-prestazzjoni tal-Istati Membri 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għal verifika tal-IMO tal-amministrazzjoni tagħhom f’konformità maċ-ċiklu adottat mill-IMO. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-eżitu tal-awditu, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-kunfidenzjalità. 2. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva u jsir monitoraġġ tal-funzjonament ġenerali tal-konformità tal-Istat tal-bandiera mad-dmirijiet legali tal-amministrazzjonijiet skont din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa meta twettaq żjarat fl-Istati Membri.” |
|
(10) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Sistema ta 'ġestjoni tal-kwalità u evalwazzjoni interna 1. Kull Stat Membru għandu jimplimenta u jieħu ħsieb sistema ta' ġestjoni tal-kwalità li tkopri l-partijiet operazzjonali tal-attivitajiet tal-amministrazzjoni tiegħu relatati mal-Istat tal-bandiera. Dik is-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità għandha tiġi ċċertifikata skont l-istandards tal-kwalità internazzjonali applikabbli bħall-ISO 9001. Is-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità għandha tinkludi d-dettalji tar-responsabbiltajiet, tal-awtorità u tal-interrelazzjoni tal-persunal li jwettaq perizji, spezzjonijiet, awditi u verifiki u l-persunal tal-Istat tal-bandiera li jiġġestjona, iwettaq u jivverifika l-ħidma relatata mal-obbligi tal-Istat tal-bandiera u li taffettwahom. Tali -responsabbiltajiet għandhom jiġu ddokumentati, fejn jiġu speċifikati t-tip u l-ambitu tax-xogħol ta' spezzjoni li jista' jitwettaq ukoll minn spetturi impjegati mhux esklużivament mill-Istat tal-bandiera, u kif dak il-persunal għandu jikkomunika u jirrapporta. Is-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità għandha tindika l-kompiti li jistgħu jitwettqu minn persunal ieħor li jassisti fit-twettiq tal-perizji. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ispetturi tal-Istat tal-bandiera impjegati mhux esklużivament, u persunal ieħor li jassisti fit-twettiq tal-perizji, ikollhom edukazzjoni, taħriġ u superviżjoni adatti skont il-kompiti li huma awtorizzati jwettqu, u li jkunu kapaċi japplikaw l-istruzzjonijiet, il-proċeduri u l-kriterji tal-Istat tal-bandiera. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu konflitti ta' interess tal-persunal kollu li jwettaq perizji, spezzjonijiet, awditi u verifiki u rigward l-indipendenza b'rabta max-xogħol li għandu jitwettaq. Sat-6 ta’ Jannar 2028, is-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità għandha tkopri l-aspetti msemmija f'dan il-paragrafu. 2. L-Istati Membri li jidhru fuq il-lista ta' prestazzjoni baxxa jew li jidhru, għal sentejn konsekuttivi, fuq il-lista ta' prestazzjoni medja kif ippubblikata fir-rapport annwali l-aktar reċenti tal-Memorandum ta' Qbil ta' Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port (il-‘MtQ ta' Pariġi’) għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni rapport dwar il-prestazzjoni tagħhom ta' Stati tal-bandiera mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-MtQ ta' Pariġi. Ir-rapport għandu jidentifika u janalizza r-raġunijiet ewlenin li wasslu għad-detenzjonijiet u n-nuqqasijiet li rriżultaw fi status ta' prestazzjoni baxxa jew medja.” |
|
(11) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Rapporti u Rieżami Kull ħames snin, u għall-ewwel darba sat-6 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.” |
|
(12) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 9a Skambju tal-aħjar prattiki u esperjenza Il-Kummissjoni għandha torganizza l-iskambju tal-aħjar prattiki u esperjenzi bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u l-esperti tal-Istat tal-bandiera u l-ispetturi tal-Istat tal-bandiera, inkluż, kif xieraq, partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. L-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u l-esperti tal-Istat tal-bandiera u l-ispetturi tal-Istat tal-bandiera għandhom jesploraw, flimkien mal-Kummissjoni, il-possibbiltà li jiżviluppaw gwida dwar elementi bħall-metodoloġija għat-twettiq ta’ spezzjonijiet tal-Istat tal-bandiera, il-kontenut u l-format tar-rappurtar jew il-bini tal-kapaċitajiet. Artikolu 9b Informazzjoni u data Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi strument ta' rapportar elettroniku għall-finijiet tal-ġbir ta' informazzjoni u data mill-Istati Membri skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni darba fis-sena bl-għadd ta' spezzjonijiet tal-Istat tal-bandiera mwettqa f'konformità mal-Artikolu 4a, filwaqt li jindikaw, għal kull spezzjoni mill-Istat tal-bandiera, in-numru tal-IMO tal-vapur, id-data u l-post.” |
|
(13) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 Proċedura ta' kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont is-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (*3) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;" |
|
(14) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 10a Emendi għall-Konvenzjonijiet u għall-Kodiċi III Il-Kummissjoni tista' teskludi l-emendi għall-Konvenzjonijiet u għall-Kodiċi III mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, f’konformità mal-Proċedura ta' kontroll ta’ Konformità stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.” |
|
(15) |
fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1,
Kwalunkwe Stat Membru li jkun biħsiebu juża waħda mid-derogi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sat-6 ta’ Lulju 2027. Kwalunkwe bidla sussegwenti għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni. Dawk l-Istati Membri ma jistgħux jippermettu li l-vapuri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jtajru l-bandiera tagħhom jew jirreġistraw tali vapuri fir-reġistru nazzjonali tagħhom sakemm ma jkunux ittrasponew u implimentaw din id-Direttiva kompletament.”. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
Sat-6 ta’ Lulju 2027, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif għandha ssir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) ĠU C, C/2023/877, 8.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/877/oj.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2024 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2024.
(3) Id-Direttiva 2013/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 u l-infurzar tagħha (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 1).
(4) Id-Direttiva (UE) 2022/993 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (ĠU L 169, 27.6.2022, p. 45).
(5) Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114).
(6) Id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/3100/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)