|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3024 |
6.12.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/3024 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Novembru 2024
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2011 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ moduli ġodda ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbiliet it-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali u kkonfermat li l-monitoraġġ, inkluż permezz tal-għoti ta' informazzjoni tajba relatata mat-tibdil ambjentali, huwa essenzjali biex tiġi żviluppata politika effettiva, biex l-implimentazzjoni ta' tali politika tilħaq l-objettivi ambjentali tal-Unjoni, u biex tingħata s-setgħa liċ-ċittadini. Jenħtieġ li jiġu żviluppati strumenti, bħal kontijiet ekonomiċi ambjentali bl-għan li tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni ġenerali dwar l-effetti tal-attivitajiet soċjoekonomiċi fuq l-ambjent u dwar il-kontribut tal-ambjent għall-ekonomija u l-benesseri. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament u, jekk xieraq, filwaqt li tqis is-sejbiet tal-istudji pilota msemmija f'dak ir-Regolament, tipproponi li jiġu introdotti moduli ġodda ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali, bħat-trasferimenti marbutin mal-ambjent (sussidji), il-kontijiet forestali u l-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema. |
|
(3) |
Il-moduli l-ġodda ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali għandhom jikkontribwixxu direttament għall-prijoritajiet ta' politika ambjentali tal-Unjoni kif stabbilit, fost oħrajn, fit-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti adottat il-Qafas Ċentrali tas-Sistema ta' Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali (SEEA) bħala standard internazzjonali tal-istatistika fit-43 sessjoni tagħha fi Frar 2012 u l-Kapitoli 1 sa 7 tal-Kontabbiltà tal-Ekosistema tas-SEEA (SEEA EA), li jiddeskrivu l-qafas kontabilistiku u l-kontijiet fiżiċi, fit-52 sessjoni tagħha f'Marzu 2021. Il-moduli l-ġodda introdotti minn dan ir-Regolament jikkonformaw kompletament mal-Qafas Ċentrali tas-SEEA u mas-SEEA EA. Barra minn hekk, is-SEEA implimentat is-Sistema ta' Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali għall-Ilma (SEEA-Water), li tappoġġa l-Qafas Ċentrali tas-SEEA. |
|
(5) |
Sabiex twettaq il-kompiti tagħha skont it-Trattati u l-liġi internazzjonali, speċjalment dawk relatati mal-ambjent, is-sostenibbiltà u t-tibdil fil-klima, jenħtieġ li l-Unjoni jkollha informazzjoni rilevanti, komprensiva u affidabbli. It-teħid tad-deċiżjonijiet abbażi tal-evidenza jirrikjedi statistika li tissodisfa kriterji ta' kwalità għolja, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, hemm bżonn li l-Kummissjoni (il-Eurostat) tippreżenta d-data miġbura b'mod aktar aċċessibbli u faċli għall-utent, filwaqt li tippromwovi dik id-data. |
|
(6) |
Sabiex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, huwa essenzjali li l-atti legali u l-proċessi kollha tal-Unjoni jiġu allinjati mal-objettivi ambjentali u klimatiċi fit-tul tal-Unjoni kif stabbilit skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew, ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-pakkett “Lesti għall-mira ta' 55 %”. Diversi atti legali tal-Unjoni diġà jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib tax-xejriet, u b'hekk, data addizzjonali u aktar preċiża. F'dak ir-rigward, huwa essenzjali li tinġabar data rilevanti u dettaljata mill-Istati Membri dwar l-investimenti ambjentali tagħhom biex jiġi żgurat li l-Unjoni tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Għal dawk ir-raġunijiet kollha, is-sistema tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej għandha tiġi żviluppata f'għodda komprensiva li tipprovdi data addizzjonali sinifikanti biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-Unjoni u t-tfassil tal-politika ambjentali. |
|
(7) |
It-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali jappella biex jiġi stabbilit, mingħajr dewmien, qafas vinkolanti tal-Unjoni għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar il-progress tal-Istati Membri lejn l-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji għall-fjuwils fossili, abbażi ta' metodoloġija miftiehma, u tiġi stabbilita skadenza fil-livell tal-Unjoni, dak nazzjonali, reġjonali u lokali għall-eliminazzjoni gradwali ta' tali sussidji konsistenti mal-ambizzjoni li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5 oC, il-mira fit-tul tat-temperatura tal-Ftehim ta' Pariġi, adottata taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali lil dak is-suġġett fil-programm tagħha għal studji pilota u tal-fattibbiltà u tivvaluta l-kwalità tad-data disponibbli dwar is-sussidji għall-enerġija, inkluż sussidji għall-fjuwils fossili. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-ħsieb li jiġi introdott modulu dwar is-sussidji għall-enerġija, inkluż sussidji għall-fjuwils fossili, fil-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej. |
|
(8) |
L-ilma huwa riżorsa kruċjali u għalhekk hemm bżonn li tiġi żgurata ġestjoni sostenibbli ta' dik ir-riżorsa u li tiġi mifhuma r-relazzjoni tagħha mal-attività ekonomika. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-kwalità tad-data disponibbli dwar l-ilma u tippreżenta, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-ħsieb li jiġi introdott modulu dwar l-ilma fil-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej. |
|
(9) |
L-adattament huwa komponent ewlieni tar-rispons globali fit-tul għat-tibdil fil-klima. Hemm bżonn li jiġu indirizzati r-riskji dejjem jiżdiedu għas-saħħa relatati mal-klima, inkluż mewġ ta' sħana, nirien fis-selvaġġ u għargħar aktar frekwenti u intensi, theddid għas-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel u l-ilma, u l-emerġenza u t-tixrid ta' mard infettiv. L-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima jistgħu potenzjalment jaqbżu l-kapaċitajiet ta' adattament tal-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Unjoni jsaħħu l-kapaċità ta' adattament tagħhom, isaħħu r-reżiljenza u jnaqqsu l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima, kif previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll jimmassimizzaw il-benefiċċji kollaterali ma' politiki u atti legali oħra. Ir-Regolament (UE) 2021/1119 jirrikjedi li l-Istati Membri jadottaw strateġiji u pjanijiet nazzjonali ta' adattament komprensivi bbażati fuq analiżijiet robusti tat-tibdil fil-klima u tal-vulnerabbiltajiet, valutazzjonijiet u indikaturi tal-progress, filwaqt li jkunu ggwidati mill-aqwa u l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli. Peress li hemm bżonn li jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-adattament għat-tibdil fil-klima, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-kwalità tad-data disponibbli dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima. Waqt li tibbaża fuq ir-riżultati miksuba, jenħtieġ li l-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-ħsieb li jiġi introdott modulu dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima fil-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej. |
|
(10) |
It-telf tal-bijodiversità huwa fost il-vulnerabbiltajiet ewlenin li l-ekonomiji jiffaċċaw, flimkien mat-tibdil fil-klima, li jamplifikah. Il-bijodiversità hija kruċjali għas-sigurtà tal-ikel, il-benesseri tal-bniedem u r-reżiljenza ġenerali tas-soċjetajiet u l-ekonomiji. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Unjoni jsaħħu r-rispons tagħhom għall-kriżi tal-bijodiversità f'konformità mal-impenji internazzjonali tagħhom fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta' Kunming-Montreal adottat mill-Ħmistax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(11) |
Il-kontijiet tal-ekosistema, bħala mezz biex tiġi ppreżentata data dwar il-firxa u l-kundizzjoni tal-assi tal-ekosistema u s-servizzi li jipprovdu lis-soċjetà u lill-ekonomija, għandhom l-għan li jagħtu valur lin-natura, filwaqt li jippermettu li l-kostijiet għan-natura jitqiesu aħjar. Jenħtieġ li l-għan li jiġu stabbiliti valuri monetarji jkun li tiżdied il-viżibbiltà dwar il-kost tan-nuqqas ta' azzjoni u li l-Unjoni tiġi appoġġata biex tikseb l-objettivi ambjentali tagħha. Sabiex issir tħejjija adegwata għall-introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' rapportar għall-valuri monetarji tas-servizzi tal-ekosistema, jenħtieġ li din tkun preċeduta minn studji pilota u tal-fattibbiltà, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali rilevanti. Dawk l-istudji jenħtieġ li jkollhom l-għan li jinvestigaw, fost l-oħrajn, il-valuri monetarji li għandhom jiġu rrapportati, ir-relazzjonijiet bejn dawk il-valuri u l-bidliet fil-provvista u l-użu eżistenti tas-servizzi tal-ekosistema, l-użi potenzjali għall-politika tar-riżultati tal-metodi differenti ta' stima, f'liema kundizzjonijiet l-istimi jkunu adattati biex jiġu aggregati ma' xulxin u ma' aggregati kontabilistiċi nazzjonali oħra, u l-aktar format xieraq tat-tabelli għar-rapportar. Sabiex twassal għalkollox l-effetti intenzjonati tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-possibbiltajiet metodoloġiċi u l-fattibbiltà tal-kejl monetarju tas-servizzi tal-ekosistema, filwaqt li tqis is-SEEA EA. Abbażi tar-riżultati miksuba, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 691/2011 sabiex jiġu inklużi l-kontijiet tal-ekosistema monetarja. |
|
(12) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-6 ta' Novembru 2020 dwar l-istatistika Ewropea, il-Kunsill ħeġġeġ lis-sistema Ewropea tal-istatistika tirreaġixxi għat-talbiet emerġenti għall-informazzjoni mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, inkluż fir-rigward tar-rieżami u t-tkabbir tal-programm tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej. |
|
(13) |
Fl-2019, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat rapport speċjali Nru 16/2019 bit-titolu “Il-Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali Ewropej: l-utilità tagħhom għal min ifassal il-politika tista' tittejjeb”. Dak ir-rapport jindika l-ħtieġa ta' data aktar kompluta dwar il-foresti u l-ekosistemi u għall-implimentazzjoni sħiħa tal-kontijiet forestali. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni (il-Eurostat) u l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-produzzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali jistinkaw biex b'mod kontinwu jestendu l-kopertura u jtejbu l-kwalità tad-data statistika li tappoġġa l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-progress tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-atti leġiżlattivi adottati skont il-pakkett “Lesti għall-mira ta' 55 %” u skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew, ir-Regolament (UE) 2021/1119, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u atti legali rilevanti oħra, kif ukoll f'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali għall-istatistika żviluppati min-Nazzjonijiet Uniti u korpi oħra. |
|
(15) |
Mill-2011, il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej ipprovdew data u statistika ta' kwalità għolja biex jappoġġaw it-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza fl-oqsma tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u politiki oħra tal-Unjoni. Huwa ta' importanza ewlenija li dik id-data u l-istatistika jiġu ppubblikati u ppreżentati b'mod li jinftiehem u li jkun aċċessibbli għall-utenti kollha. Jenħtieġ li l-Kummissjoni (il-Eurostat) tiżviluppa u żżomm portal tad-data statistika li jiġbor fil-qosor l-indikaturi ewlenin mill-kontijiet ekonomiċi ambjentali, b'mod faċli għall-utent. Jenħtieġ li l-aċċess għal dak il-portal tad-data jkun pubbliku u mingħajr ħlas. Jenħtieġ li l-portal tad-data statistika jkollu l-għan li jtejjeb it-tixrid u l-komunikazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej. Jenħtieġ ukoll li ma jtellifx il-mekkaniżmi ta' governanza stabbiliti għar-rapportar u l-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi u l-miri ta' inizjattivi speċifiċi tal-Unjoni, bħal pereżempju t-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali. |
|
(16) |
Sabiex tiġi żgurata l-flessibbiltà u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq ir-rispondenti, fuq l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u fuq awtoritajiet nazzjonali oħra, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw sorsi, metodi u approċċi innovattivi rilevanti oħra, bħall-osservazzjoni tad-Dinja (Servizzi ta' Copernicus). Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u jipprovdu dettalji fir-rigward tal-kwalità ta' dawk l-approċċi. |
|
(17) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirċievu appoġġ finanzjarju għall-modernizzazzjoni u għat-titjib tal-kwalità u t-tempestività tal-istatistika ambjentali u għall-implimentazzjoni ta' studji pilota u tal-fattibbiltà mill-Programm tas-Suq Uniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Fil-kuntest ta' oqfsa finanzjarji pluriennali sussegwenti, jenħtieġ li jingħata appoġġ finanzjarju f'konformità mar-regoli tal-programm Ewropew tal-istatistika applikabbli msemmi fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. |
|
(18) |
Peress li l-Unjoni tikkonsisti minn 27 Stat Membru, huwa xieraq li ssir referenza għal “UE-27”. |
|
(19) |
Hemm bżonn li l-lista ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej futuri possibbli elenkati fir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tiġi aġġornata biex tiġi allinjata mal-prijoritajiet ta' politika attwali tal-Unjoni. |
|
(20) |
Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995 (ESA 95) ġiet sostitwita bis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010 (“ESA 2010”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(21) |
“ESA 2010” tinkludi l-qafas ta' referenza ta' standards komuni, id-definizzjonijiet, il-klassifikazzjonijiet u r-regoli kontabilistiċi għat-tfassil tal-kontijiet tal-Istati Membri għar-rekwiżiti statistiċi tal-Unjoni. |
|
(22) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tippubblika manwal metodoloġiku li jkun fih gwida supplimentari dwar il-kompilazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali stabbiliti fil-moduli differenti introdotti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-manwal jinkludi linji gwida għall-kalkolu tal-karatteristiċi tal-kontijiet forestali, bħall-inkrement annwali nett tal-injam mill-istokk ta' siġar ħajjin jew il-kalkolu tas-servizzi ta' proviżjonament tal-ekosistemi, bħall-kontribut għar-regolazzjoni tal-klima globali mit-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet ta' gass serra. Jenħtieġ li l-manwal jiġi ppubblikat wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(23) |
Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż l-investimenti relatati, hija indispensabbli biex l-objettiv tan-newtralità klimatika jintlaħaq fl-Unjoni sal-2050. Jenħtieġ li l-Kummissjoni (il-Eurostat) tibda tipprovdi regolarment data u statistika miġbura minn data rilevanti disponibbli mill-moduli ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali u, jekk xieraq, minn sorsi oħra ta' data. Jenħtieġ li dik id-data tiġi diżaggregata skont l-Istati Membri u tkopri s-setturi kollha tal-ekonomija rilevanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. |
|
(24) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi ambjentali, ekonomiċi u tekniċi fejn meħtieġ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 691/2011 billi tipprovdi gwida metodoloġika, u li temenda l-Annessi I sa IX ta' dak ir-Regolament fir-rigward tal-lista ta' karatteristiċi li għalihom għandha tiġi kkompilata u trażmessa d-data, b'mod partikolari l-Anness V, it-Taqsima 3, biex tinkludi karatteristiċi rigward investimenti oħra dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-atti delegati tagħha ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (9). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
|
(25) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta atti ta' implimentazzjoni li, f'perjodu ta' żmien speċifikat, jagħtu derogi lill-Istati Membri sa fejn ikunu meħtieġa adattamenti kbar għas-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(26) |
Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jintroduċi moduli ġodda ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali fil-qafas legali għall-istatistika Ewropea dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-konsistenza u l-komparabbiltà, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
|
(27) |
Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat. |
|
(28) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 691/2011 jiġi emendat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej, bl-għan li jiġu stabbiliti kontijiet ekonomiċi ambjentali bħala kontijiet satellita għas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010 (ESA 2010) stipulata fir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), billi jipprovdi metodoloġija, standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli tal-kontabilità maħsuba biex jintużaw għall-kompilazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali. Dan ir-Regolament jikkontribwixxi wkoll biex jipprovdi informazzjoni tajba dwar ix-xejriet, il-pressjonijiet u l-motivaturi ewlenin għall-bidla ambjentali u b'hekk jappoġġa l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-progress tal-Unjoni fl-ilħuq tal-objettivi ambjentali tagħha stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, kif ukoll l-impenji ambjentali internazzjonali tagħha. (*1) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1)”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
; |
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Derogi 1. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni bl-għan li tagħti derogi lill-Istati Membri meta s-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom ikunu jeħtieġu adattamenti kbar. Jistgħu jingħataw derogi mill-Annessi matul il-perjodu tranżitorju msemmi fihom. Jistgħu jingħataw ukoll derogi mill-miżuri ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament. Dawk id-derogi jistgħu jingħataw għal perjodu massimu ta' sentejn. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-bidliet li jirriżultaw minn modifiki fil-klassifikazzjonijiet u n-nomenklaturi jew bidliet fl-oqfsa kontabilistiċi tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 549/2013. 2. Għall-finijiet tal-ksib ta' deroga mill-Annessi VII, VIII u IX skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Diċembru 2026. Għall-fini tal-ksib ta' deroga skont il-paragrafu 1 minn miżuri ta' implimentazzjoni jew atti delegati adottati skont dan ir-Regolament li jidħlu fis-seħħ wara s-26 ta’ Diċembru 2024, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura jew l-att ikkonċernat.” |
|
(7) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 8a Finanzjament 1. Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Unjoni għandha tipprovdi l-appoġġ finanzjarju mill-Programm tas-Suq Uniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, għal:
2. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit f’konformità mar-regoli tal-Programm tas-Suq Uniku bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali, soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament. L-awtorità baġitarja għandha tiddeċiedi l-approprjazzjoni disponibbli għal kull sena. 3. Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, kontribuzzjoni finanzjarja tista' ssir disponibbli wkoll għall-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 minn programmi finanzjarji applikabbli oħra tal-Unjoni f'konformità mar-regoli ta' tali programmi. (*2) Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).”;" |
|
(8) |
l-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) u l-Artikolu 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-11 ta' Awwissu 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) u l-Artikolu 10 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 3(3) jew (4) jew l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.” |
|
(9) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 9a Portal tad-Data Statistika tal-Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali (‘Dashboard’) 1. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tistabbilixxi Portal tad-Data Statistika tal-Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali (‘Dashboard’), li għandu jiġbor fil-qosor l-indikaturi ewlenin mill-kontijiet ekonomiċi ambjentali b'mod interattiv u li jkun faċli għall-utent. Il-portal tad-data għandu juri d-data pprovduta mill-Istati Membri f'kull wieħed mill-moduli stipulati f'dan ir-Regolament u dwar l-investimenti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima msemmija fl-Artikolu 10, ir-raba' paragrafu. 2. Il-portal tad-data għandu jkun operazzjonali sal-31 ta' Diċembru 2024 u għandu jiġi aġġornat mill-Kummissjoni (il-Eurostat) darba fis-sena. Il-Portal tad-Data għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Eurostat.” |
|
(10) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
fl-Anness IV, it-Taqsima 3, l-ewwel paragrafu, it-tmien inċiż jitħassar; |
|
(12) |
ir-referenzi kollha għal “EU-28” u għal “ESA 95” huma sostitwiti b'“EU-27” u b'“ESA 2010”, rispettivament, tul it-test u l-Annessi; |
|
(13) |
l-Annessi VII, VIII u IX jiżdiedu f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Mill-1 ta' Jannar 2025, id-data dwar it-trasferimenti għall-protezzjoni ambjentali, riċevuti jew imħallsa, li qabel kienet sottomessa skont l-Anness IV, għandha tiġi sottomessa skont l-Anness VIII.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1, il-punt (11), għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2024.
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' April 2022 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(9) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS
"ANNESS VII
MODULU GĦALL-KONTIJIET FORESTRALI
Taqsima 1
OBJETTIVI
Il-kontijiet forestali jirreġistraw u jippreżentaw id-data dwar ir-riżorsi tal-foresti u l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam b'mod li huwa kompletament kompatibbli mad-data rrapportata fl-ESA 2010. Il-kontijiet forestali jipprovdu informazzjoni komplementari u jużaw kunċetti adattati għan-natura partikolari tal-foresti u tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-data li għandha tinġabar, tiġi kkompilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet forestali mill-Istati Membri.
Taqsima 2
KOPERTURA
Il-kontijiet forestali jirreġistraw l-istokkijiet u l-flussi tar-riżorsi tal-foresti (art imsaġġra u injam) u l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam, inkluż il-produzzjoni tal-injam tond u l-estrazzjoni u l-ġbir tal-prodotti tal-foresti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ.
Taqsima 3
LISTA TA' KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu kontijiet forestali skont il-karatteristiċi deskritti f'din it-Taqsima.
|
1. |
Kontijiet tal-assi ta' art imsaġġra u tal-injam. Art imsaġġra hija definita bħala s-somma tat-tliet punti li ġejjin.
‘Foresta’ hija definita bħala art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ettari b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' qċaċet ta' aktar minn 10 %, jew b'siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Din ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha tintuża bħala art agrikola jew siġar f'ambjenti urbani, bħall-parks tal-belt, widien u ġonna. ‘Art imsaġġra oħra’ hija definita bħala art mhux ikklassifikata bħala foresta, mifruxa fuq aktar minn 0,5 ettari; b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' qċaċet ta' bejn il-5 % u l-10 % jew b'siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ; jew b'kopertura kkombinata ta' sġajriet, arbuxelli u siġar akbar minn 10 %. Din ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha tintuża bħala art agrikola jew siġar f'ambjenti urbani, bħall-parks tal-belt, widien u ġonna. ‘Inkrement annwali nett tal-injam’ huwa definit bħala t-tkabbir tal-volum annwali medju ta' siġar ħajjin mingħajr il-mortalità annwali medja. ‘Tneħħija’ hija definita bħala l-volum tas-siġar kollha, ħajjin jew mejtin, li jitqaċċtu u jitneħħew mill-foresta, minn art imsaġġra oħra jew minn siti oħra ta' tqaċċit. Tinkludi injam tond mhux mibjugħ maħżun fil-ġenb tat-triq tal-foresta. Din tinkludi wkoll it-telf naturali li jiġi rkuprat, it-tneħħija matul is-sena tal-injam li jkun tqaċċat f'perjodu aktar bikri, it-tneħħija tal-injam li ma jkunx ġej miz-zokk tas-siġar (bħal zkuk u fergħat), u t-tneħħija ta' siġar maqtula jew li ġarrbu ħsara minn kawżi naturali (magħrufa bħala telf naturali), eż. nirien, riħ, insetti u mard. Din ma tinkludix il-bijomassa mhux tal-injam jew kwalunkwe injam li jitħalla fil-foresta u li ma jitneħħiex matul is-sena, eż. ġdur, fergħat, uċuħ tas-siġar u residwi tat-tqaċċit (skart tal-ħsad). ‘Telf li ma jistax jiġi rkuprat’ huwa definit bħala r-residwi tat-tqaċċit u t-tqaċċit kollu bir-riħ li ma jistax jitneħħa mill-foresta, u l-injam li jintilef permezz ta' nirien fil-foresti. |
|
2. |
Kontijiet ekonomiċi li jirrapportaw l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam. L-industrija tal-foresti u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam hija definita bħala l-unitajiet kollha ta' attività ekonomika lokali (UAE lokali) li jwettqu attivitajiet ikklassifikati taħt id-Diviżjoni A02 tan-NACE Rev. 2.
Għandhom jiġu rrapportati l-karatteristiċi li ġejjin, bl-użu tad-definizzjonijiet tal-ESA 2010:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-impjiegi fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam f'eluf ta' unitajiet ta' xogħol annwali (AWUs) kif definit fir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). |
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI
|
1. |
L-istatistika għandha tiġi kkompilata u trażmessa fuq bażi annwali. |
|
2. |
L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza. |
|
3. |
Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet tad-data kompluti u fil-ħin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipproduċi estimi għat-totali tal-UE għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli data suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-data li ma tkunx ġiet trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2. |
|
4. |
L-ewwel sena ta' referenza hija l-2023. |
|
5. |
Fl-ewwel trażmissjoni tad-data, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-data annwali mill-2022 sal-ewwel sena ta' referenza. |
|
6. |
F'kull trażmissjoni sussegwenti tad-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jissottomettu d-data għas-snin mill-2022 'il quddiem kull meta d-data tiġi riveduta. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2022. |
Taqsima 5
TABELLI TA' RAPPORTAR
Għall-karatteristiċi stabbiliti fit-Taqsima 3, għandha tiġi rrapportata d-data li ġejja:
|
1. |
Żona tal-art imsaġġra, imqassma skont:
Kull waħda minn dawk il-kategoriji għandha tkompli tinqasam skont:
Id-data għandha tiġi rrapportata f'eluf ta' ettari. |
|
2. |
Il-volum tal-injam, imqassam skont:
Il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam għandha tkompli tinqasam skont:
Il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam u art imsaġġra oħra għandhom ikomplu jinqasmu skont:
Id-data għandha tiġi rrapportata skont il-qoxra tas-siġra, f'eluf ta' m3. |
|
3. |
Il-valur tal-injam, imqassam skont:
Il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam għandha tkompli tinqasam skont:
Il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam u art imsaġġra oħra għandhom ikomplu jinqasmu skont:
Id-data għandha tiġi rapportata f'miljuni fil-munita nazzjonali. |
|
4. |
Għall-kontijiet ekonomiċi, l-output imsemmi fit-Taqsima 3 għandu jiġi rrapportat skont id-diżaggregazzjoni li ġejja, bi prodotti definiti f'termini tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont il-verżjoni tal-attività 2.1:
Il-konsum intermedju tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam imsemmija fit-Taqsima 3 għandu jiġi rrapportat skont id-diżaggregazzjoni li ġejja, bi prodotti definiti f'termini tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont il-verżjoni tal-attività 2.1:
Il-bidliet fl-inventarji tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam imsemmija fit-Taqsima 3 għandhom jiġu rrapportati skont id-diżaggregazzjoni li ġejja:
Il-karatteristiċi kollha għandhom jiġu rrapportati f'miljuni fil-munita nazzjonali. |
|
5. |
d-data dwar art imsaġġra oħra għandha tiġi rrapportata fuq bażi volontarja. |
Taqsima 6
DURATA TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, id-durata ta' żmien massimu tal-perjodu tranżizzjonali hija ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.
ANNESS VIII
MODULU GĦAL KONTIJIET TAS-SUSSIDJI AMBJENTALI U TA' TRASFERIMENTI SIMILI
Taqsima 1
OBJETTIVI
Il-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili jiġbru u jippreżentaw data dwar it-trasferimenti kurrenti u kapitali maħsuba sabiex jappoġġaw attivitajiet li jipproteġu l-ambjent u r-riżorsi naturali, inkluż il-produzzjoni u l-użu ta' prodotti ambjentali, b'mod li jkun kompatibbli mal-kunċetti u mad-definizzjonijiet tal-ESA 2010.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-data li għandha tinġabar, tiġi kkompilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili mill-Istati Membri. Dik id-data tintuża wkoll għall-kompilazzjoni tan-nefqa nazzjonali għall-protezzjoni ambjentali kif stipulat fl-Anness IV.
Taqsima 2
KOPERTURA
Il-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili jirreġistraw pagamenti mhux imraddin lura mill-gvern ġenerali lil setturi istituzzjonali (fl-ekonomija domestika u lill-bqija tad-dinja) u minn dawk mhux residenti (il-bqija tad-dinja), għall-finijiet tal-protezzjoni ambjentali jew tat-tnaqqis tal-użu u tal-estrazzjoni tar-riżorsi naturali.
Taqsima 3
LISTA TA' KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili skont il-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
sussidji (il-kodiċi ESA 2010 D.3); |
|
— |
trasferimenti kurrenti oħrajn (il-kodiċijiet ESA 2010 D.6 u D.7); |
|
— |
trasferimenti kapitali (il-kodiċi ESA 2010 D.9). |
Id-data kollha għandha tiġi rrapportata f'miljuni fil-munita nazzjonali.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI
|
1. |
L-istatistika għandha tiġi kkompilata u trażmessa fuq bażi annwali. |
|
2. |
L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza. |
|
3. |
Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet tad- data kompluti u fil-ħin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipproduċi estimi għat-totali tal-UE għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli data suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-data li ma tkunx ġiet trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2. |
|
4. |
L-ewwel sena ta' referenza hija l-2023. |
|
5. |
Fl-ewwel trażmissjoni tad-data, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-data annwali mill-2022 sal-ewwel sena ta' referenza. |
|
6. |
F'kull trażmissjoni sussegwenti tad-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jissottomettu d-data għas-snin mill-2022 'il quddiem kull meta d-data tiġi riveduta. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2022. |
Taqsima 5
TABELLI TA' RAPPORTAR
|
1. |
Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-data għandha tiġi rrapportata minn dawn:
|
|
2. |
Għal kull waħda mill-kategoriji ta' rapportar imsemmija fil-punt 1, id-data għandha tiġi rrapportata skont il-klassijiet tal-klassifikazzjoni tal-attivitajiet għall-protezzjoni ambjentali (CEPA) u l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet għall-ġestjoni tar-riżorsi (CReMA), miġbura kif ġej:
|
|
3. |
It-trasferimenti li jirċievu l-korporazzjonijiet mill-gvern ġenerali miġbura skont is-somma tal-klassijiet kollha tas-CEPA (CEPA 1 sa 9) u l-klassijiet kollha tal-CReMA (CReMA 10 sa 16) għandhom jinġabru ulterjorment skont il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2 kif ġej:
|
|
4. |
Il-klassijiet tas-CEPA msemmija fil-punti 2 u 3 huma kif stipulati fl-Anness IV, il-klassijiet tal-CReMA huma kif stipulati fl-Anness V. |
Taqsima 6
DURATA TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, id-durata ta' żmien massimu tal-perjodu tranżizzjonali hija ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.
ANNESS IX
MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-EKOSISTEMA
Taqsima 1
OBJETTIVI
Il-kontijiet tal-ekosistema jippreżentaw data dwar il-firxa u l-kundizzjoni tal-assi tal-ekosistema u s-servizzi li jipprovdu lis-soċjetà u lill-ekonomija. Id-data hija konformi mal-SEEA EA u kompatibbli mad-data rrapportata fl-ESA 2010.
Il-kontijiet tal-ekosistema jużaw l-informazzjoni eżistenti, fejn possibbli, inkluż mill-osservazzjoni tad-Dinja, mir-rapportar ambjentali u minn sorsi oħrajn ta' data.
Taqsima 2
KOPERTURA
Il-kontijiet tal-ekosistema jirreġistraw il-firxa tal-ekosistemi, il-kundizzjoni tal-ekosistemi, u l-flussi tas-servizzi tal-ekosistema.
Il-firxa tal-ekosistema hija d-daqs tal-ekosistemi f'żona. Il-kontijiet tal-firxa tal-ekosistema jkopru l-ekosistemi terrestri (inkluż l-ilma ħelu) u tal-baħar fit-territorju nazzjonali.
Il-kundizzjoni tal-ekosistema hija l-kwalità ta' ekosistema mkejla f'termini tal-karatteristiċi abijotiċi, bijotiċi u tal-pajsaġġ tagħha, skont it-tipi ta' ekosistemi.
Is-servizzi tal-ekosistema huma l-benefiċċji li l-ekosistemi jipprovdu għal attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet umani oħrajn. Dawn jinkludu (i) il-proviżjonament, (ii) ir-regolazzjoni u l-manutenzjoni, u (iii) is-servizzi kulturali. Il-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema jirreġistraw il-provvista u l-użu reali tas-servizzi tal-ekosistema pprovduti mill-ekosistemi fit-territorju nazzjonali.
Il-kontijiet tematiċi huma l-kontijiet li jorganizzaw data skont temi ta' politika speċifiċi bħall-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, l-oċeani u ż-żoni urbani.
Taqsima 3
LISTA TA' KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-kontijiet tal-ekosistema skont il-karatteristiċi li ġejjin.
|
1. |
Kontijiet tal-firxa tal-ekosistema li jirreġistraw iż-żona u l-bidla fiż-żona għal kull tip ta' ekosistema fit-territorju nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kontijiet tal-firxa tal-ekosistema f'eluf ta' ettari. |
|
2. |
Bħala komponent tal-kontijiet tal-firxa tal-ekosistema, matriċi ta' konverżjoni li tirreġistra l-konverżjonijiet bejn it-tipi ta' ekosistemi bejn żewġ punti ta' żmien, f'ettari. |
|
3. |
Kontijiet tal-kundizzjoni tal-ekosistema li jirreġistraw il-karatteristiċi tal-ekosistema kif ġej:
L-ibliet, l-ibliet żgħar u s-subborgi huma unitajiet amministrattivi lokali, ikkategorizzati skont il-grad ta' tipoloġija tal-urbanizzazzjoni stipulata fir-Regolament (UE) 2017/2391 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). |
|
4. |
Kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema li jirreġistraw il-provvista u l-użu tas-servizzi tal-ekosistema fit-tabelli tal-provvista u tal-użu. It-tabella tal-provvista għandha tirreġistra l-provvista ta' servizzi tal-ekosistema minn ekosistemi għal sistemi soċjoekonomiċi. It-tabella tal-użu għandha tirreġistra l-użu tas-servizzi tal-ekosistema skont it-tip ta' użu kif definit fit-Taqsima 5. It-tabelli tal-provvista u tal-użu għandhom jiġu rrapportati fl-unitajiet fiżiċi li ġejjin.
|
|
5. |
Il-kontijiet tal-ekosistema għandhom jużaw it-tabella li ġejja tat-tipi ta' ekosistemi:
|
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI
|
1. |
L-istatistika għandha tiġi kkompilata u trażmessa:
|
|
2. |
L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza. |
|
3. |
Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta' data kompluti u fil-ħin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipproduċi estimi għat-totali tal-UE, hekk kif tkun disponibbli data suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-data li ma tkunx ġiet trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2. |
|
4. |
L-ewwel sena ta' referenza hija l-2024. Għall-matriċi ta' konverżjoni, l-ewwel sena ta' referenza hija l-2027. |
|
5. |
Fl-ewwel trażmissjoni tad-data, l-Istati Membri għandhom jinkludu data mill-2024 għall-kontijiet tal-firxa u tal-kundizzjoni u għat-tabelli tal-provvista u tal-użu tas-servizzi tal-ekosistema f'unitajiet fiżiċi. Għall-matriċi ta' konverżjoni, id-data għandha turi l-bidliet bejn l-2024 u l-2027. |
|
6. |
F'kull trażmissjoni sussegwenti tad-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data dwar il-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema, il-firxa u l-kundizzjoni għas-snin n-3 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jissottomettu d-data mill-2024 'il quddiem kull meta d-data tiġi riveduta. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2024. |
Taqsima 5
TABELLI TA' RAPPORTAR
|
1. |
Kontijiet tal-firxa tal-ekosistema: għat-tipi kollha ta' ekosistemi msemmija fit-Taqsima 3, id-data fl-ewwel trażmissjoni għandha tiġi rrapportata għall-ewwel sena ta' referenza. Għat-trażmissjonijiet tad-data sussegwenti kollha, id-data għandha tiġi rrapportata kif ġej:
Il-matriċi ta' konverżjoni għandha tirrapporta l-konverżjonijiet bejn it-tipi kollha ta' ekosistemi msemmija fit-Taqsima 3 bejn is-sena ta' referenza preċedenti u attwali. |
|
2. |
Kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema: għas-servizzi tal-ekosistema msemmija fit-Taqsima 3, id-data għandha tiġi rrapportata fit-tabelli tal-provvista u tal-użu kif ġej:
|
|
3. |
Stat Membru ma għandux ikun obbligat jirrapporta data jekk iż-żona totali tal-art tiegħu ma taqbiżx iż-0,3 % taż-żona totali tal-art tal-Unjoni. |
Taqsima 6
DURATA TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, id-durata ta' żmien massimu tal-perjodu tranżizzjonali hija ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).
(*2) Ir-Regolament (UE) 2017/2391 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet) (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 1).".’
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3024/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)