|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2983 |
29.11.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/2983
tat-28 ta’ Novembru 2024
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2676 (ATALANTA/4/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, li tipprevedi operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR ATALANTA (il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”). |
|
(3) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2676 (2), li taħtar il-Komodor Armando PEREIRA DA COSTA VALENTE TINOCO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(4) |
Fil-31 ta’ Ottubru 2024, l-awtoritajiet militari Portugiżi pproponew il-ħatra tal-Komodor Alexandre Joaquim GAMURÇA SERRANO biex jieħu post il-Komodor Armando PEREIRA DA COSTA VALENTE TINOCO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE (il-“ħatra proposta”) mit-2 ta’ Diċembru 2024. |
|
(5) |
Fil-5 ta’ Novembru 2024, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE ta’ EUNAVFOR ATALANTA appoġġa l-ħatra proposta. |
|
(6) |
Fit-8 ta’ Novembru 2024, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u rrakkomanda li l-Komodor Alexandre Joaquim GAMURÇA SERRANO jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE mit-2 ta’ Diċembru 2024. |
|
(7) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Komodor Alexandre Joaquim GAMURÇA SERRANO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(8) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2676 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Komodor Alexandre Joaquim GAMURÇA SERRANO huwa maħtur bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) mit-2 ta’ Diċembru 2024.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2676 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fit-2 ta’ Diċembru 2024.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2676 tad-9 ta’ Ottubru 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1691 (ATALANTA/3/2024) (ĠU L, 2024/2676, 11.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2676/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2983/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)