European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2924

28.11.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2924

tas-27 ta’ Novembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2895 fir-rigward tal-lista ta’ gżejjer u portijiet imsemmija fl-Artikolu 12(3-d) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3-d) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-konnettività ta’ ċerti gżejjer, l-Artikolu 12(3-d) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprevedi deroga temporanja mill-obbligu li jiġu ċeduti l-kwoti fir-rigward ta’ ċerti portijiet li jinsabu fuq gżira mingħajr konnessjoni bit-triq jew bil-ferrovija mal-kontinent u b’popolazzjoni ta’ inqas minn 200 000 resident permanenti.

(2)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2895 (2) jistabbilixxi l-lista tal-gżejjer u tal-portijiet kif imsemmi fl-Artikolu 12 (3-d), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE.

(3)

Wara l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2024, id-Danimarka u l-Greċja ressqu talbiet biex jiġu inklużi portijiet u gżejjer addizzjonali fil-lista ta’ portijiet ikkonċernati mid-deroga temporanja skont l-Artikolu 12(3-d) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(4)

Sabiex jiġu ssimplifikati l-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, jiġu żgurati funzjonament effettiv tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni kif ukoll il-prevedibbiltà, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li jmiss.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2895 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2895 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2895 tad-19 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi l-lista ta’ gżejjer u portijiet imsemmija fl-Artikolu 12(3-d) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-lista ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku tranżnazzjonali jew obbligi ta’ servizz pubbliku tranżnazzjonali msemmija fl-Artikolu 12(3-c) ta’ dik id-Direttiva (ĠU L, 2023/2895, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2895/oj).


ANNESS

It-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2895 hija emendata kif ġej:

(1)

fit-taqsima li tikkonċerna lid-Danimarka, fit-tieni u fit-tielet kolonna, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

ISEM IL-GŻIRA

ISEM IL-PORT

“SAMSØ

SÆLVIG”.

(2)

it-taqsima li tikkonċerna lill-Greċja hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringiela li tikkonċerna l-gżira ta’ Angistri hija sostitwita bir-ringieli li ġejjin:

ISEM IL-GŻIRA

ISEM IL-PORT

“AGISTRI

SKALA AGISTRI

 

MEGALOCHORI AGISTRI”.

(b)

fit-tielet kolonna, fir-rigward tal-gżira ta’ Ithaki, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja wara l-port Frikes:

ISEM IL-PORT

“ITHAKI (VATHY)”.

(c)

fit-tielet kolonna, fir-rigward tal-gżira ta’ Karpathos, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja qabel il-port Karpathos:

ISEM IL-PORT

“DIAFANI”.

(d)

fit-tielet kolonna, fir-rigward tal-gżira ta’ Kefallonia, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja wara l-port Argostoli:

ISEM IL-PORT

“PESSADA”.

(e)

fit-tielet kolonna, fir-rigward tal-gżira ta’ Kerkyra, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja qabel il-port Lefkimi:

ISEM IL-PORT

“KERKYRA”.

(f)

fit-tielet kolonna, fir-rigward tal-gżira ta’ Kos, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja wara l-port Kos:

ISEM IL-PORT

“KEFALOS”.

(g)

fit-tielet kolonna, fir-rigward tal-gżira ta’ Lesvos, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

ISEM IL-PORT

“SIGRI”.

(h)

ir-ringiela li tikkonċerna l-gżira ta’ Skopelos hija sostitwita bir-ringieli li ġejjin:

ISEM IL-GŻIRA

ISEM IL-PORT

“SKOPELOS

AGNONTAS

 

GLOSSA

 

SKOPELOS”.

(i)

fit-tielet kolonna, fir-rigward tal-gżira ta’ Symi, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja qabel il-port Symi:

ISEM IL-PORT

“PANORMITIS”.

(j)

wara l-gżira ta’ Thira, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

ISEM IL-GŻIRA

ISEM IL-PORT

“THIRASIA

THIRASIA”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2924/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)