European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2916

26.11.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2916

tal-25 ta’ Novembru 2024

li jistabbilixxi formola standard għad-data inkluża fir-rapport dwar l-ipproċessar tad-data personali ppubblikata u rrapportata lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-Kummissjoni minn fornituri tas-servizzi skont ir-Regolament (UE) 2021/1232 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1232 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 9a(1) tar-Regolament (UE) 2021/1232,

Billi:

(1)

L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport dwar l-ipproċessar tad-data personali ppubblikata u rrapportata lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-Kummissjoni hija msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (g), is-subpunt (vii), tar-Regolament (UE) 2021/1232.

(2)

Sabiex jittejjeb ir-rapportar u jiġi żgurat li d-data tinġabar b’mod uniformi, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jużaw il-formola standard stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament meta jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2021/1232,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Formola standard għar-rapporti

Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għandhom jużaw il-formola standard stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament meta jippubblikaw u jissottomettu lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-Kummissjoni rapport dwar l-ipproċessar tad-data personali skont l-Artikolu 3(1), il-punt (g), is-subpunt (vii), tar-Regolament (UE) 2021/1232.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 274, 30.7.2021, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1232/oj.


ANNESS

Kategorija skont l-Artikolu 3(1)(g)(vii) tar-Regolament (UE) 2021/1232

Subkategorija

Deskrizzjoni

(1)

it-tip u l-volumi tad-data pproċessata

Servizz speċifiku ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kkonċernat

 

Metadata relatata mal-utenti li huma partijiet mill-iskambju online

jiġifieri kwalunkwe data relatata mal-utenti li huma partijiet mill-iskambju online u l-kontijiet tagħhom li mhijiex data ta’ kontenut.

Iva/le.

Jekk iva, speċifika t-tipi kollha ta’ data pproċessata (eż. l-isem tal-utent, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-utent, l-indirizz IP, il-protokoll tal-Internet, in-numru tal-port tan-network, il-post, eċċ.) u l-volum

Data dwar il-kontenut tal-iskambju online

Iva/le.

Jekk iva, speċifika dan ta’ hawn taħt

L-għadd ta’ immaġnijiet ipproċessati b’rabta mal-utenti tal-UE

 

L-għadd ta’ immaġnijiet ipproċessati b’rabta ma’ utenti mhux tal-UE

 

L-għadd ta’ filmati pproċessati b’rabta mal-utenti tal-UE

 

L-għadd ta’ filmati pproċessati b’rabta mal-utenti mhux tal-UE

 

L-għadd ta’ fajls ipproċessati oħra b’rabta mal-utenti tal-UE

Jekk iva, speċifika x’tip ta’ fajls (eż.: PDFs, dokumenti, GIFs, fajls awdjo)

L-għadd ta’ fajls ipproċessati oħra b’rabta mal-utenti mhux tal-UE

Jekk iva, speċifika x’tip ta’ fajls (eż.: PDFs, dokumenti, GIFs, fajls awdjo)

L-għadd ta’ bytes ta’ test ipproċessati għall-kxif tas-solleċitazzjoni tat-tfal fir-rigward tal-utenti tal-UE

 

L-għadd ta’ bytes ta’ test ipproċessati għall-kxif tas-solleċitazzjoni tat-tfal fir-rigward ta’ utenti mhux tal-UE

 

Informazzjoni oħra ta’ rilevanza għat-tipi u l-volumi ta’ data pproċessata

 

(2)

ir-raġuni speċifika invokata għall-ipproċessar skont ir-Regolament (UE) 2016/679

 

Meta l-bażi legali ddikjarata tkun l-Artikolu 6(1)(c) jew (e) tal-GDPR, jekk jogħġbok indika liema liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali hija invokata skont l-Artikolu 6(3) tal-GDPR.

(3)

ir-raġuni invokata għat-trasferimenti tad-data personali barra mill-Unjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, fejn ikun applikabbli

 

Jekk jogħġbok speċifika f’liema tip ta’ każijiet seħħ trasferiment barra mill-Unjoni u għal liema skop, u liema raġunijiet legali għat-trasferiment ġew applikati skont il-Kapitolu V tal-GDPR.

(4)

l-għadd ta’ każijiet ta’ abbuż sesswali tat-tfal online identifikati

 

 

CSAM magħruf

L-għadd ta’ rapporti dwar CSAM magħruf b’rabta mal-utenti tal-UE

CSAM magħruf jirreferi għal materjal li ġie kkonfermat bħala li jikkostitwixxi materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online

L-għadd ta’ immaġnijiet ta’ CSAM magħruf rapportati b’rabta mal-utenti tal-UE

 

L-għadd ta’ filmati ta’ CSAM magħruf rapportati b’rabta mal-utenti tal-UE

 

L-għadd ta’ fajls oħra ta’ CSAM magħruf rapportati b’rabta mal-utenti tal-UE

Jekk iva, speċifika x’tip ta’ fajls

L-għadd ta’ kontijiet tal-utenti fl-UE rapportati bħala li jibagħtu mill-inqas oġġett ta’ kontenut wieħed ta’ CSAM magħruf

 

L-għadd ta’ kontijiet tal-utenti fl-UE rapportati bħala li jirċievu mill-inqas oġġett ta’ kontenut wieħed ta’ CSAM magħruf

 

CSAM ġdid

L-għadd ta’ rapporti dwar CSAM ġdid possibbli b’rabta mal-utenti tal-UE

CSAM ġdid possibbli jirreferi għal fajls rapportati għajr CSAM magħruf

L-għadd ta’ immaġnijiet ta’ CSAM ġdid possibbli rapportati b’rabta mal-utenti tal-UE

 

L-għadd ta’ filmati ta’ CSAM ġdid possibbli rapportati b’rabta mal-utenti tal-UE

 

L-għadd ta’ fajls oħra ta’ CSAM ġdid possibbli rapportati b’rabta mal-utenti tal-UE

Jekk iva, speċifika x’tip ta’ fajls

L-għadd ta’ kontijiet tal-utenti fl-UE rapportati bħala li jibagħtu mill-inqas oġġett ta’ kontenut wieħed ta’ CSAM ġdid possibbli

 

L-għadd ta’ kontijiet tal-utenti fl-UE rapportati bħala li jirċievu mill-inqas oġġett ta’ kontenut wieħed ta’ CSAM ġdid possibbli

 

Solleċitazzjoni

L-għadd ta’ rapporti ta’ solleċitazzjoni possibbli tat-tfal b’rabta mal-utenti tal-UE

 

L-għadd ta’ kontijiet tal-utenti fl-UE rapportati bħala solleċitazzjoni possibbli tat-tfal

 

L-għadd ta’ kontijiet tal-utenti rapportati bħala solleċitazzjoni possibbli tat-tfal fl-UE

 

(5)

l-għadd ta’ każijiet li fihom utent ikun ressaq ilment lill-mekkaniżmu ta’ rimedju intern jew lil xi awtorità ġudizzjarja u l-eżitu ta’ dawk l-ilmenti;

 

 

CSAM magħruf

Għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut imneħħija bħala li jikkostitwixxu CSAM magħruf

Oġġetti ta’ kontenut

L-għadd ta’ lmenti mressqa mal-mekkaniżmu intern kontra t-tneħħija tal-oġġett ta’ kontenut għall-kostituzzjoni ta’ CSAM magħruf

Raġunijiet tal-ilmenti mressqa mal-mekkaniżmu intern kontra t-tneħħija tal-oġġett ta’ kontenut għall-kostituzzjoni ta’ CSAM magħruf (fakultattiv)

L-għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut imneħħija bħala li jikkostitwixxu CSAM magħruf li ġew restawrati wara rieżami wara lment imressaq mal-mekkaniżmu intern

Żmien medju meħtieġ biex tittieħed id-deċiżjoni biex tiġi restawrata jew tinżamm it-tneħħija ta’ oġġetti inizjalment imneħħija bħala li jikkostitwixxu CSAM magħruf, wara lment imressaq mal-mekkaniżmu intern (fakultattiv)

L-għadd ta’ lmenti mressqa mal-awtorità ġudizzjarja kontra t-tneħħija tal-oġġett ta’ kontenut għall-kostituzzjoni ta’ CSAM magħruf

Raġunijiet tal-ilmenti mressqa mal-awtorità ġudizzjarja kontra t-tneħħija tal-oġġett ta’ kontenut għall-kostituzzjoni ta’ CSAM magħruf (fakultattiv)

L-għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut imneħħija bħala li jikkostitwixxu CSAM magħruf li ġew restawrati wara rieżami wara lment imressaq mal-awtorità ġudizzjarja

Żmien medju meħtieġ biex tikkonforma mad-deċiżjoni ġudizzjarja biex tiġi restawrata jew tinżamm it-tneħħija ta’ oġġetti inizjalment imneħħija bħala li jikkostitwixxu CSAM magħruf, wara lment imressaq mal-awtorità ġudizzjarja (fakultattiv)

L-għadd ta’ kontijiet tal-utenti fl-UE sospiżi talli kkondividew CSAM magħruf

Kontijiet tal-utenti fl-UE

L-għadd ta’ lmenti mressqa mal-mekkaniżmu intern kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għall-kondiviżjoni ta’ CSAM magħruf

Raġunijiet tal-ilmenti mressqa mal-mekkaniżmu intern kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għall-kondiviżjoni ta’ CSAM magħruf (fakultattiv)

L-għadd ta’ kontijiet tal-utent fl-UE sospiżi għall-kondiviżjoni ta’ CSAM magħruf li ġew restawrati wara rieżami wara lment imressaq mal-mekkaniżmu intern

Żmien medju meħtieġ biex tittieħed id-deċiżjoni biex tiġi restawrata jew tinżamm is-sospensjoni tal-kontijiet tal-utent fl-UE inizjalment sospiżi għall-kondiviżjoni ta’ CSAM magħruf, wara lment imressaq mal-mekkaniżmu intern (fakultattiv)

L-għadd ta’ lmenti mressqa mal-awtorità ġudizzjarja kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għall-kondiviżjoni ta’ CSAM magħruf

Raġunijiet tal-ilmenti mressqa mal-awtorità ġudizzjarja kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għall-kondiviżjoni ta’ CSAM magħruf (fakultattiv)

L-għadd ta’ kontijiet tal-utent fl-UE sospiżi għall-kondiviżjoni ta’ CSAM magħruf li ġew restawrati wara rieżami wara lment imressaq mal-awtorità ġudizzjarja

Żmien medju meħtieġ biex tikkonforma mad-deċiżjoni ġudizzjarja biex tiġi restawrata jew tinżamm is-sospensjoni tal-kontijiet tal-utent fl-UE inizjalment sospiżi għall-kondiviżjoni ta’ CSAM magħruf, wara lment imressaq mal-awtorità ġudizzjarja (fakultattiv)

CSAM ġdid

Għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut imneħħija bħala li jikkostitwixxu CSAM ġdid possibbli

Oġġetti ta’ kontenut

L-għadd ta’ lmenti mressqa mal-mekkaniżmu intern kontra t-tneħħija tal-oġġett ta’ kontenut għall-kostituzzjoni ta’ CSAM ġdid possibbli

Raġunijiet tal-ilmenti mressqa mal-mekkaniżmu intern kontra t-tneħħija tal-oġġett ta’ kontenut għall-kostituzzjoni ta’ CSAM ġdid possibbli (fakultattiv)

L-għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut imneħħija bħala li jikkostitwixxu CSAM ġdid possibbli li ġew restawrati wara rieżami wara lment imressaq mal-mekkaniżmu intern

Żmien medju meħtieġ biex tittieħed id-deċiżjoni biex tiġi restawrata jew tinżamm it-tneħħija ta’ oġġetti inizjalment imneħħija bħala li jikkostitwixxu CSAM ġdid possibbli, wara lment imressaq mal-mekkaniżmu intern (fakultattiv)

L-għadd ta’ lmenti mressqa mal-awtorità ġudizzjarja kontra t-tneħħija tal-oġġett ta’ kontenut għall-kostituzzjoni ta’ CSAM ġdid possibbli

Raġunijiet tal-ilmenti mressqa mal-awtorità ġudizzjarja kontra t-tneħħija tal-oġġett ta’ kontenut għall-kostituzzjoni ta’ CSAM ġdid possibbli (fakultattiv)

L-għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut imneħħija bħala li jikkostitwixxu CSAM ġdid possibbli li ġew restawrati wara rieżami wara lment imressaq mal-awtorità ġudizzjarja

Żmien medju meħtieġ biex tikkonforma mad-deċiżjoni ġudizzjarja biex tiġi restawrata jew tinżamm it-tneħħija ta’ oġġetti inizjalment imneħħija bħala li jikkostitwixxu CSAM ġdid possibbli, wara lment imressaq mal-awtorità ġudizzjarja (fakultattiv)

L-għadd ta’ kontijiet tal-utenti fl-UE sospiżi talli kkondividew CSAM ġdid possibbli

Kontijiet tal-utenti fl-UE

L-għadd ta’ lmenti mressqa mal-mekkaniżmu intern kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għall-kondiviżjoni ta’ CSAM ġdid possibbli

Raġunijiet tal-ilmenti mressqa mal-mekkaniżmu intern kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għall-kondiviżjoni ta’ CSAM ġdid possibbli (fakultattiv)

L-għadd ta’ kontijiet tal-utent fl-UE sospiżi għall-kondiviżjoni ta’ CSAM ġdid possibbli li ġew restawrati wara rieżami wara lment imressaq mal-mekkaniżmu intern

Żmien medju meħtieġ biex tittieħed id-deċiżjoni biex tiġi restawrata jew tinżamm is-sospensjoni tal-kontijiet tal-utent fl-UE inizjalment sospiżi għall-kondiviżjoni ta’ CSAM ġdid possibbli, wara lment imressaq mal-mekkaniżmu intern (fakultattiv)

L-għadd ta’ lmenti mressqa mal-awtorità ġudizzjarja kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għall-kondiviżjoni ta’ CSAM ġdid possibbli

Raġunijiet tal-ilmenti mressqa mal-awtorità ġudizzjarja kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għall-kondiviżjoni ta’ CSAM ġdid possibbli (fakultattiv)

L-għadd ta’ kontijiet tal-utent fl-UE sospiżi għall-kondiviżjoni ta’ CSAM ġdid possibbli li ġew restawrati wara rieżami wara lment imressaq mal-awtorità ġudizzjarja

Żmien medju meħtieġ biex tikkonforma mad-deċiżjoni ġudizzjarja biex tiġi restawrata jew tinżamm is-sospensjoni tal-kontijiet tal-utent fl-UE inizjalment sospiżi għall-kondiviżjoni ta’ CSAM ġdid possibbli, wara lment imressaq mal-awtorità ġudizzjarja (fakultattiv)

Solleċitazzjoni

L-għadd ta’ kontijiet tal-utenti fl-UE sospiżi għas-soleċitazzjoni ta’ minuri

Kontijiet tal-utenti fl-UE

L-għadd ta’ lmenti mressqa mal-mekkaniżmu intern kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għas-soleċitazzjoni ta’ minuri

Raġunijiet tal-ilmenti mressqa mal-mekkaniżmu intern kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għas-soleċitazzjoni ta’ minuri (fakultattiv)

L-għadd ta’ kontijiet tal-utent fl-UE sospiżi għas-soleċitazzjoni ta’ minuri li ġew restawrati wara rieżami wara lment imressaq mal-mekkaniżmu intern

Żmien medju meħtieġ biex tittieħed id-deċiżjoni biex tiġi restawrata jew tinżamm is-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE inizjalment sospiż għas-soleċitazzjoni ta’ minuri, wara lment imressaq mal-mekkaniżmu intern (fakultattiv)

L-għadd ta’ lmenti mressqa mal-awtorità ġudizzjarja kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għas-soleċitazzjoni ta’ minuri

Raġunijiet tal-ilmenti mressqa mal-awtorità ġudizzjarja kontra s-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE għas-soleċitazzjoni ta’ minuri (fakultattiv)

L-għadd ta’ kontijiet tal-utent fl-UE sospiżi għas-soleċitazzjoni ta’ minuri li ġew restawrati wara rieżami wara lment imressaq mal-awtorità ġudizzjarja

Żmien medju meħtieġ biex tikkonforma mad-deċiżjoni ġudizzjarja biex tiġi restawrata jew tinżamm is-sospensjoni tal-kont tal-utent fl-UE inizjalment sospiż għas-soleċitazzjoni ta’ minuri, wara lment imressaq mal-awtorità ġudizzjarja (fakultattiv)

(6)

in-numri u l-proporzjonijiet tal-erruri (pożittivi foloz) tat-teknoloġiji differenti użati;

 

Rata ta’ erruri: l-għadd ta’ biċċiet ta’ kontenut immarkati awtomatikament bħala CSA online possibbli li mhumiex CSA online wara rieżami mill-bniedem, diviż bl-għadd ta’ biċċiet ta’ kontenut immarkati awtomatikament bħala CSA online possibbli

Jekk jogħġbok speċifika għal kull waħda mit-teknoloġiji differenti użati.

CSAM magħruf

A1: Għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut immarkati b’mod awtomatiku bħala li jikkostitwixxu CSAM magħruf

 

B1: Għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut immarkati b’mod awtomatiku bħala li jikkostitwixxu CSAM magħruf li mhumiex CSAM magħruf wara rieżami mill-bniedem

 

Rata ta’ erruri: B1/A1 (%)

 

C1: Għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut immarkati b’mod awtomatiku bħala li jikkostitwixxu CSAM magħruf li huma suġġett għar-rieżami mill-bniedem

 

Sejbiet rilevanti oħra

 

CSAM ġdid

A2: Għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut immarkati b’mod awtomatiku bħala li jikkostitwixxu CSAM ġdid

 

B2: Għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut immarkati b’mod awtomatiku bħala li jikkostitwixxu CSAM ġdid li mhumiex CSAM ġdid mar-rieżami mill-bniedem

 

Rata ta’ erruri: B2/A2 (%)

 

C2: Għadd ta’ oġġetti ta’ kontenut immarkati b’mod awtomatiku bħala li jikkostitwixxu CSAM ġdid li huma suġġett għar-rieżami mill-bniedem

 

Sejbiet rilevanti oħra

 

Solleċitazzjoni

A3: Għadd ta’ kontijiet tal-utenti fl-UE mmarkati b’mod awtomatiku bħala li ssolleċitaw minuri jew li ġew issolleċitati inkwantu minuri

 

B3: Għadd ta’ kontijiet tal-utenti fl-UE mmarkati b’mod awtomatiku bħala li ssolleċitaw minuri jew li ġew issoleċitati inkwantu minuri li ma kinux involuti f’solleċitazzjoni wara rieżami mill-bniedem

 

Rata ta’ erruri: B3/A3 (%)

 

C3: Għadd ta’ kontijiet tal-utenti fl-UE mmarkati b’mod awtomatiku bħala li ssolleċitaw minuri jew li ġew issoleċitati inkwantu minuri li huma suġġett għar-rieżami mill-bniedem

 

Sejbiet rilevanti oħra

 

(7)

il-miżuri applikati biex jiġu limitati r-rata ta’ erruri u r-rata ta’ erruti miksuba;

 

 

CSAM magħruf

Miżuri biex tiġi vverifikata l-kwalità tal-hashes eżistenti (jekk jogħġbok speċifika)

Indikaturi (eż. hashes)

Miżuri biex jiġu vvetjati l-hashes qabel ma jiżdiedu fil-bażi tad-data (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri oħra biex tiġi limitata r-rata ta’ erruri permezz ta’ azzjonijiet fuq il-hashes (jekk jogħġbok speċifika)

Pjan ta’ implimentazzjoni vvettjat minn parti terza indipendenti

Implimentazzjoni tat-teknoloġija ta’ kxif

Miżuri oħra biex jġu limitati r-rati ta’ erruri permezz ta’ azzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tat-teknoloġija ta’ kxif (jekk jogħġbok speċifika)

Rieżami sistematiku mill-bniedem ta’ kull oġġett ta’ kontenut immarkat bħala CSAM magħruf qabel ir-rapportar

Rieżami mill-bniedem

Rieżami mill-bniedem ta’ kampjun tal-oġġetti ta’ kontenut immarkati bħala CSAM magħruf qabel ir-rapportar

Politiki ta’ taħriġ ta’ eżaminaturi umani (jekk jogħġbok speċifika, eż. it-tip u d-durata tat-taħriġ qabel ma jibdew jaħdmu, il-perjodiċità u t-tip ta’ taħriġ ta’ aġġornament, eċċ.)

Miżuri biex jiġu żgurati valutazzjonijiet perjodiċi tal-kontroll tal-kwalità tar-rieżaminaturi umani u s-sentenzi li jiġu applikati (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri biex jiġi żgurat rispons mill-NCMEC u/jew minn organizzazzjonijiet oħra li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri oħrajn

Miżuri biex jiġi żgurat rispons mill-infurzar tal-liġi (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri biex jiġi żgurat rispons mill-eżitu ta’ lment fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ rimedju intern jew ilment imressaq quddiem awtorità ġudizzjarja (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri oħra biex tiġi limitata r-rata ta’ erruri (jekk jogħġbok speċifika)

Rata ta’ erruri miksuba wara l-implimentazzjoni tal-miżuri biex tiġi limitata r-rata ta’ erruri (jekk applikabbli, jiġifieri jekk ikunu ddaħħlu miżuri ġodda)

Rata ta’ erruri miksuba

CSAM ġdid

Miżuri biex tiġi vverifikata l-kwalità tal-klassifikaturi tal-IA eżistenti (jekk jogħġbok speċifika)

Indikaturi (eż. klassifikaturi tal-IA)

Miżuri biex jiġu vvetjati l-klassifikaturi tal-IA qabel ma jiżdiedu fil-bażi tad-data (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri oħra biex tiġi limitata r-rata ta’ erruri permezz ta’ azzjonijiet fuq il-klassifikaturi tal-IA (jekk jogħġbok speċifika)

Pjan ta’ implimentazzjoni vverifikat minn parti terza indipendenti

Implimentazzjoni tat-teknoloġija ta’ kxif

Miżuri oħra biex jiġu limitati r-rati ta’ erruri permezz ta’ azzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tat-teknoloġija ta’ kxif (jekk jogħġbok speċifika)

Rieżami sistematiku mill-bniedem ta’ kull oġġett ta’ kontenut immarkat bħala CSAM ġdid possibbli qabel ir-rapportar

Rieżami mill-bniedem

Rieżami mill-bniedem ta’ kampjun tal-oġġetti ta’ kontenut immarkati bħala CSAM ġdid possibbli qabel ir-rapportar

Politiki ta’ taħriġ ta’ eżaminaturi umani (jekk jogħġbok speċifika, eż. it-tip u d-durata tat-taħriġ qabel ma jibdew jaħdmu, il-perjodiċità u t-tip ta’ taħriġ ta’ aġġornament, eċċ.)

Miżuri biex jiġu żgurati valutazzjonijiet perjodiċi tal-kontroll tal-kwalità tar-rieżaminaturi umani u s-sentenzi li jiġu applikati (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri biex jiġi żgurat feedback mill-NCMEC u/jew minn organizzazzjonijiet oħra li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri oħrajn

Miżuri biex jiġi żgurat rispons mill-infurzar tal-liġi (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri biex jiġi żgurat rispons mill-eżitu ta’ lment fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ rimedju intern jew ilment imressaq quddiem awtorità ġudizzjarja (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri oħra biex tiġi limitata r-rata ta’ erruri (jekk jogħġbok speċifika)

Rata ta’ erruri miksuba wara l-implimentazzjoni tal-miżuri biex tiġi limitata r-rata ta’ erruri (jekk applikabbli, jiġifieri jekk ikunu ddaħħlu miżuri ġodda)

Rata ta’ erruri miksuba

Solleċitazzjoni

Miżuri biex tiġi vverifikata l-kwalità tal-klassifikaturi tal-IA eżistenti (jekk jogħġbok speċifika)

Indikaturi (eż. klassifikaturi tal-IA)

Miżuri biex jiġu vvetjati l-klassifikaturi tal-IA qabel ma jiżdiedu fil-bażi tad-data (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri oħra biex tiġi limitata r-rata ta’ erruri permezz ta’ azzjonijiet fuq il-klassifikaturi tal-IA (jekk jogħġbok speċifika)

Pjan ta’ implimentazzjoni vverifikat minn parti terza indipendenti

Implimentazzjoni tat-teknoloġija ta’ kxif

Miżuri oħra biex jiġu limitati r-rati ta’ erruri permezz ta’ azzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tat-teknoloġija ta’ kxif (jekk jogħġbok speċifika)

Rieżami sistematiku mill-bniedem ta’ kull oġġett ta’ kontenut immarkat bħala solleċitazzjoni possibbli qabel ir-rapportar

Rieżami mill-bniedem

Rieżami mill-bniedem ta’ kampjun tal-oġġetti ta’ kontenut immarkati bħala solleċitazzjoni possibbli qabel ir-rapportar

Politiki ta’ taħriġ ta’ eżaminaturi umani (jekk jogħġbok speċifika, eż. it-tip u d-durata tat-taħriġ qabel ma jibdew jaħdmu, il-perjodiċità u t-tip ta’ taħriġ ta’ aġġornament, eċċ.)

Miżuri biex jiġu żgurati valutazzjonijiet perjodiċi tal-kontroll tal-kwalità tar-rieżaminaturi umani u s-sentenzi li jiġu applikati (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri biex jiġi żgurat feedback mill-NCMEC u/jew minn organizzazzjonijiet oħra li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri oħrajn

Miżuri biex jiġi żgurat rispons mill-infurzar tal-liġi (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri biex jiġi żgurat rispons mill-eżitu ta’ lment fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ rimedju intern jew ilment imressaq quddiem awtorità ġudizzjarja (jekk jogħġbok speċifika)

Miżuri oħra biex tiġi limitata r-rata ta’ erruri (jekk jogħġbok speċifika)

Rata ta’ erruri miksuba wara l-implimentazzjoni tal-miżuri biex tiġi limitata r-rata ta’ erruri (jekk applikabbli, jiġifieri jekk ikunu ddaħħlu miżuri ġodda)

Rata ta’ erruri miksuba

(8)

il-politika taż-żamma u s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data applikati skont ir-Regolament (UE) 2016/679

 

 

Politiki ta’ żamma

Politika ta’ żamma għal oġġetti ta’ kontenut identifikati bħala CSA online (jekk jogħġbok speċifika)

Jekk jogħġbok speċifika għal kull kategorija t-tul tal-perjodi ta’ żamma rilevanti.

Politika ta’ żamma għal data mhux ta’ kontenut relatata ma’ rapporti ta’ CSA online, inkluż wara diżattivazzjoni possibbli tal-kont mill-utent (jekk jogħġbok speċifika)

 

Politika ta’ żamma għal data relatata ma’ lmenti u ksur ta’ politika

 

Politiki rilevanti oħra ta’ żamma (jekk jogħġbok speċifika)

 

Salvagwardji għall-protezzjoni tad-data

L-użu ta’ tekniki ta’ anonimizzazzjoni jew psewdonimizzazzjoni u l-anonimizzazzjoni tad-data

Speċifika t-tekniki u f’liema każijiet jintużaw

L-użu ta’ kriptaġġ standard tal-industrija (algoritmi u protokolli) għad-data fi tranżitu bejn l-infrastruttura privata u n-networks pubbliċi

 

Implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ governanza tad-data /programmi komprensivi ta’ privatezza (jekk jogħġbok speċifika)

Eż. Restrizzjonijiet interni fuq l-aċċess għad-data, l-użu tal-Listi ta’ Kontroll fuq l-Aċċess, obbligi ta’ kunfidenzjalità għal dawk b’aċċess, eċċ.

Proċeduri għar-rieżami tal-istrateġiji ta’ anonimizzazzjoni u ta’ governanza tad-data (jekk jogħġbok speċifika)

 

Proċeduri għaż-żamma tal-pjanijiet ta’ rispons għall-inċidenti tas-sigurtà għall-monitoraġġ, il-kxif u l-immaniġġjar ta’ kwalunkwe vulnerabbiltà u inċident tas-sigurtà possibbli fl-infrastruttura kollha (jekk jogħġbok speċifika)

 

Miżuri tekniċi u organizzattivi oħra biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data (jekk jogħġbok speċifika)

 

Mekkaniżmu ta’ Rimedju Intern

Jekk jogħġbok speċifika jekk: (i) inti tinforma lill-individwu dwar il-fatti rilevanti għad-deċiżjoni tiegħek, (ii) il-proċeduri fis-seħħ biex jiġu vvalutati l-mistoqsijiet possibbli tal-utent rigward id-deċiżjoni tiegħek, (iii) jeżistix kanal ta’ komunikazzjoni ddedikat mal-utenti, (iv) l-utenti jiġux infurmati dwar it-tlestija tal-valutazzjoni u (v) jekk tintbagħatx informazzjoni addizzjonali lir-riċevituri tal-Artikolu (3)(1)(h)(i) tar-Regolament (UE) 2021/1232 abbażi tal-eżitu tal-valutazzjoni tal-ilment tal-utent

Dritt ta’ aċċess għad-data tal-utenti

Jekk jogħġbok speċifika jekk, kif u meta l-utenti qed jingħataw aċċess għad-data tagħhom f’każ li l-kontijiet tagħhom jiġu sospiżi jew imħassra temporanjament jew b’mod permanenti bħala riżultat ta’ CSAM jew solleċitazzjoni identifikati

Salvagwardji oħra (jekk jogħġbok speċifika)

 

(9)

l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li magħhom tkun ġiet kondiviża d-data skont dan ir-Regolament

Ċentru Nazzjonali għat-Tfal Nieqsa u Sfruttati (NCMEC)

 

Ċentru tal-UE għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal

Applikabbli biss mal-istabbiliment taċ-Ċentru tal-UE

Oħrajn (speċifika)

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2916/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)