European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2914

26.11.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2914

tal-25 ta' Novembru 2024

dwar id-data li għandha tiġi pprovduta għas-sena ta’ referenza 2026 skont ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli fir-rigward tal-lista tal-varjabbli u d-deskrizzjoni tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 jipprevedi kemm qafas għall-istatistika Ewropea dwar l-azjendi agrikoli kif ukoll il-kombinament tal-informazzjoni dwar l-istruttura tagħhom b’informazzjoni dwar il-metodi tal-produzzjoni, il-miżuri tal-iżvilupp rurali, l-aspetti agroambjentali u informazzjoni relatata oħra.

(2)

Għas-sena ta’ referenza 2026, u skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2018/1091, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika d-deskrizzjoni tal-varjabbli elenkati fl-Anness III tar-Regolament li jirreferi għall-varjabbli tad-data strutturali ċentrali.

(3)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2018/1091, jenħtieġ li l-Kummissjoni telenka u tiddeskrivi l-varjabbli li jridu jinġabru għas-sena ta’ referenza 2026 u li jikkorrispondu mas-suġġetti u mas-suġġetti dettaljati fil-moduli li ġejjin indikati fl-Anness IV tar-Regolament: “Forza tax-xogħol u attivitajiet bi qligħ oħra”, “Żvilupp rurali”, “Akkomodazzjoni tal-annimali u ġestjoni tad-demel” u “Vinji”.

(4)

Il-miżuri ta' dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-deskrizzjoni tal-varjabbli tad-data strutturali ewlenija elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/1091 għandha tkun kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-lista tal-varjabbli għas-suġġetti u għas-suġġetti ddettaljati f’kull wieħed mill-moduli hija stipulata fl-Anness II.

3.   Id-deskrizzjonijiet tal-varjabbli li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għas-suġġetti u għas-suġġetti ddettaljati f’kull wieħed mill-moduli kif elenkati fl-Anness II għandhom ikunu kif stipulat fl-Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1091/oj.

(2)  Stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/223/oj).


ANNESS I

Deskrizzjoni tal-varjabbli elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/1091 li għandhom jintużaw għad-data strutturali ewlenija (1)

I.   VARJABBLI ĠENERALI

Informazzjoni tal-istħarriġ

CGNR 001

-

Identifikatur tal-azjenda agrikola

L-identifikatur uniku tal-azjenda agrikola huwa identifikatur numeriku uniku għat-trażmissjoni tad-data.

Lokalità tal-azjenda agrikola

L-azjenda agrikola tinsab fejn il-farm iwettaq l-attività agrikola prinċipali tiegħu.

CGNR 002

-

Lokalità ġeografika

Il-kodiċi taċ-ċellola tal-Grilja ta’ Unitajiet Statistiċi INSPIRE ta’ 1 km għall-użu madwar l-Ewropa (2), ta’ fejn ikun jinsab il-farm. Dan il-kodiċi se jintuża biss għall-finijiet ta’ trażmissjoni.

Għall-finijiet ta’ disseminazzjoni tad-data, minbarra l-mekkaniżmi normali ta’ kontroll tad-divulgazzjoni għad-data tabulari, il-grilja ta’ 1 km tintuża biss jekk ikun hemm aktar minn 10 azjendi agrikoli fil-grilja; jekk dan ma jkunx il-każ, jintużaw grilji mbejta ta’ 5 km, ta’ 10 km jew akbar, kif meħtieġ.

CGNR 003

-

Reġjun NUTS 3

Il-kodiċi tar-reġjun NUTS 3 (3) (skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)) li fih tinsab l-azjenda.

CGNR 004

-

L-azjenda agrikola għandha żoni deżinjati bħala li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali taħt ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (5)

Informazzjoni dwar żoni li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali (ANC) għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew, fejn applikabbli, il-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti.

L — l-azjenda agrikola tinsab f’żona li ma hijiex żona bil-muntanji, li tiffaċċja restrizzjonijiet naturali sinifikanti

M — l-azjenda agrikola tinsab f’żona bil-muntanji

O — l-azjenda agrikola tinsab f’żona oħra affettwata minn restrizzjonijiet speċifiċi

N — l-azjenda agrikola ma hijiex parti minn żona li qed tiffaċċja restrizzjonijiet naturali

Personalità ġuridika tal-azjenda agrikola

Il-personalità ġuridika tal-azjenda agrikola tiddependi mill-istatus tad-detentur.

 

Ir-responsabbiltà ġuridika u ekonomika tal-azjenda agrikola hija koperta minn:

CGNR 005

-

Persuna fiżika li hija d-detentur uniku, meta l-azjenda agrikola tkun indipendenti

Persuna fiżika waħda li hija d-detentur uniku ta’ azjenda agrikola li ma hija relatata ma’ ebda azjenda agrikola ta’ proprjetarji oħrajn, kemm b’ġestjoni komuni kif ukoll b’arranġamenti simili.

Azjendi agrikoli li jissodisfaw din il-kundizzjoni jissejħu azjendi agrikoli bi proprjetarju uniku .

CGNR 006

-

-

Jekk iva, id-detentur huwa wkoll il-maniġer?

CGNR 007

-

-

-

Jekk le, il-maniġer huwa membru tal-familja tad-detentur?

CGNR 008

-

-

-

-

Jekk iva, il-maniġer huwa l-konjuġi tad-detentur?

CGNR 009

-

Sjieda kondiviża

Persuni fiżiċi, li huma l-proprjetarji uniċi ta’ azjenda agrikola li ma hija relatata ma’ ebda azjenda agrikola ta’ proprjetarji oħrajn, u li jikkondividu s-sjieda u l-ġestjoni tal-azjenda agrikola.

CGNR 010

-

Żewġ persuni fiżiċi jew aktar li huma sħab, meta l-azjenda agrikola tkun azjenda-grupp

Sieħeb/sħab ta’ azjenda li tappartjeni għal grupp huma persuni fiżiċi li flimkien jippossjedu, jikru jew b’xi mod ieħor jimmaniġġaw azjenda agrikola waħda, jew flimkien jimmaniġġaw l-azjendi individwali tagħhom bħallikieku kienu azjenda waħda. Din it-tip ta’ kooperazzjoni trid tkun jew konformi mal-liġi, jew bi ftehim bil-miktub.

CGNR 011

-

Persuna ġuridika

Entità ġuridika għajr persuna fiżika iżda li għandha d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ individwu, bħall-kapaċità li tfittex jew li tiġi mfittxija bil-qorti (kapaċità ġuridika ġenerali proprja).

CGNR 012

-

-

Jekk iva, l-azjenda agrikola hija parti minn grupp ta’ intrapriżi?

Grupp ta’ intrapriżi huwa assoċjazzjoni ta’ intrapriżi marbuta flimkien b’rabtiet legali u/jew finanzjarji u kkontrollata mill-kap tal-grupp.

“Intrapriża” hija l-iżgħar kombinazzjoni ta’ unitajiet ġuridiċi, jiġifieri unità organizzazzjonali li tipproduċi oġġetti u servizzi, li tgawdi minn ċertu grad ta’ awtonomija fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, speċjalment għall-allokazzjoni tar-riżorsi kurrenti tagħha. Intrapriża twettaq attività waħda jew aktar f’lokalità waħda jew aktar. Intrapriża tista’ tkun unità ġuridika unika.

CGNR 013

-

L-azjenda agrikola hija unità f’art komuni

Għall-finijiet tal-ġbir u r-reġistrazzjoni ta’ data, azjenda agrikola fuq “unità ta’ art komuni” hija entità li tikkonsisti mill-erja agrikola utilizzata (EAU) li tintuża minn azjendi agrikoli oħrajn taħt drittijiet komuni.

CGNR 014

-

Id-detentur jibbenifika minn appoġġ mill-UE għall-art jew annimali tal-azjenda agrikola, u għalhekk huwa inkluż fis-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (SIAK)

Id-detentur huwa bidwi attiv skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew, fejn applikabbli, il-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti u l-applikazzjoni għal sussidju ġiet aċċettata.

CGNR 015

-

Id-detentur huwa bidwi żagħżugħ jew entrant ġdid fil-biedja li rċieva appoġġ finanzjarju għal dan il-għan taħt il-politika agrikola komuni (PAK) fit-3 snin preċedenti

L-appoġġ finanzjarju jista’ jirreferi għal pagamenti diretti skont l-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew għall-appoġġ ipprovdut minn programmi tal-iżvilupp rurali skont l-Artikolu 19(1), il-punt (a)(i) — għajnuna biex tibda negozju għal bdiewa żgħażagħ tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew fejn applikabbli l-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti.

Maniġer tal-azjenda agrikola

Il-maniġer tal-azjenda agrikola huwa l-persuna fiżika responsabbli għall-attivitajiet finanzjarji u ta’ produzzjoni normali ta’ kuljum tal-azjenda agrikola.

Xogħol tal-farm huwa kull tip ta’ xogħol fl-azjenda agrikola li jikkontribwixxi għal xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2, il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2018/1091

(ii)

il-manutenzjoni tal-mezzi tal-produzzjoni;

(iii)

l-attivitajiet li huma dderivati direttament minn dawn l-azzjonijiet produttivi.

Il-ħin imqatta’ fuq ix-xogħol tal-farm fl-azjenda agrikola huwa l-ħin tax-xogħol fil-fatt iddedikat għal xogħol tal-farm għall-azjenda agrikola, bl-esklużjoni tax-xogħol fl-unitajiet domestiċi tad-detentur jew tal-maniġer.

Unità ta’ xogħol annwali (AWU, annual work unit) hija l-impjieg ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time, jiġifieri l-ammont totali ta’ sigħat maħduma diviż bl-ammont medju ta’ sigħat annwali maħduma f’impjiegi full-time fil-pajjiż ikkonċernat.

Full-time tfisser l-għadd minimu ta’ sigħat meħtieġa mir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-kuntratti ta’ impjieg. Jekk dawn ma jiddikjarawx l-għadd ta’ sigħat annwali, allura 1 800 siegħa għandhom jittieħdu bħala ċ-ċifra minima (225 jum ta’ xogħol ta’ 8 sigħat kuljum).

CGNR 016

-

Sena tat-twelid

Is-sena tat-twelid tal-maniġer tal-azjenda agrikola

CGNR 017

-

Ġeneru

Is-sess tal-maniġer tal-azjenda agrikola:

M — Maskil

F — Femminil

CGNR 018

-

Xogħol tal-farm fl-azjenda agrikola (minbarra x-xogħol fl-unità domestika)

Medda perċentwali ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali (7) ta’ xogħol tal-farm imwettaq mill-maniġer tal-azjenda agrikola.

CGNR 019

-

Sena ta’ klassifikazzjoni bħala maniġer tal-azjenda agrikola

Is-sena li fiha l-maniġer tal-azjenda agrikola beda l-kariga tiegħu

CGNR 020

-

Taħriġ agrikolu tal-maniġer

L-ogħla livell ta’ edukazzjoni agrikola milħuq mill-maniġer:

PRATT — esperjenza agrikola prattika biss, jekk l-esperjenza tal-maniġer inkisbet permezz ta’ xogħol prattiku f’azjenda agrikola;

BAŻIKU — taħriġ agrikolu bażiku, jekk il-maniġer attenda xi korsijiet ta’ taħriġ mitmuma f’kulleġġ agrikolu ġenerali u/jew f’istituzzjoni li tispeċjalizza f’ċerti suġġetti (inklużi l-ortikultura, il-vitikultura, is-silvikultura, il-pixxikultura, ix-xjenza veterinarja, it-teknoloġija agrikola u suġġetti assoċjati); apprendistat agrikolu mitmum jitqies bħala taħriġ bażiku;

SĦIĦ — taħriġ agrikolu sħiħ, jekk il-maniġer attenda xi kors ta’ taħriġ kontinwament għall-ekwivalenti ta’ taħriġ full-time ta’ mill-inqas sentejn wara tmiem l-edukazzjoni obbligatorja, u jkun lestih f’kulleġġ agrikolu, università jew istitut ieħor ta’ edukazzjoni għolja fl-agrikoltura, fl-ortikultura, fil-vitikultura, fis-silvikultura, fil-pixxikultura, fix-xjenza veterinarja, fit-teknoloġija agrikola jew f’suġġett assoċjat.

CGNR 021

-

Taħriġ vokazzjonali mwettaq mill-maniġer tul l-aħħar 12-il xahar

Jekk il-maniġer ikun attenda taħriġ vokazzjonali, miżura jew attività ta’ taħriġ ipprovduta minn ħarrieġ jew minn istituzzjoni ta’ taħriġ li l-għan primarju tagħha huwa l-akkwist ta’ ħiliet ġodda relatati mal-attivitajiet tal-biedja jew attivitajiet relatati direttament mal-azjenda agrikola jew mal-iżvilupp u mat-titjib ta’ ħiliet eżistenti.

Tip ta’ pussess tal-EAU (fir-rigward tad-detentur)

It-tip ta’ pussess jiddependi mis-sitwazzjoni f’jum ta’ referenza tas-sena tal-istħarriġ.

CGNR 022

-

Biedja fuq art proprja

Ettari ta’ EAU użati għall-biedja mill-azjenda agrikola u miżmuma mid-detentur bħala proprjetà jew użati għall-biedja mid-detentur li jaġixxi bħala użufruttwarju jew detentur ta’ kirja fit-tul li tintiret jew taħt xi tip ta’ pussess ekwivalenti ieħor.

CGNR 023

-

Biedja fuq art mikrija

Ettari ta’ EAU mikrija mill-azjenda agrikola għal kera fissa miftiehma minn qabel (fi flus kontanti, in natura jew mod ieħor), u li għaliha jeżisti kuntratt ta’ kiri (bil-miktub jew orali). L-EAU hija allokata lil azjenda agrikola waħda biss. Jekk l-EAU tinkera lil aktar minn azjenda agrikola waħda matul is-sena ta’ referenza, din normalment tiġi allokata lill-azjenda agrikola li magħha tkun assoċjata fil-jum ta’ referenza tal-isħarriġ jew li tkun użatha għall-itwal perjodu matul is-sena ta’ referenza.

CGNR 024

-

Mezzadrija jew modalitajiet oħra ta’ pussess

Ettari ta’ EAU li hija:

a)

kondiviża, jiġifieri użata għall-biedja bi sħubija bejn sid l-art u min jaħdimha bin-nofs skont kuntratt ta’ mezzadrija bil-miktub jew orali. L-outpout (jew ekonomiku jew fiżiku) taż-żona maħduma bin-nofs jiġi kondiviż bejn iż-żewġ partijiet fuq bażi ta’ ftehim;

b)

taħt modalitajiet oħra ta’ pussess li ma humiex koperti bnadi oħra fil-punti preċedenti.

CGNR 025

-

Art komuni

Ettari ta’ EAU użati mill-azjenda agrikola iżda li ma tappartjenux għaliha direttament, jiġifieri li fuqha japplikaw drittijiet komuni.

CGNR 026

-

Biedja organika

L-azjenda agrikola għandha metodi ta’ produzzjoni li jikkonformaw ma’ (i) ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, u (ii) fir-regoli ta’ implimentazzjoni nazzjonali korrispondenti għall-produzzjoni organika.

CGNR 027

-

EAU totali tal-azjenda agrikola li fuqha huma applikati u ċċertifikati l-metodi ta’ produzzjoni ta’ biedja organika skont regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea

Ettari tal-EAU tal-azjenda agrikola li l-metodi ta’ produzzjoni applikati fuqhom jikkonformaw bis-sħiħ ma’ (i) ir-Regolament (UE) 2018/848 jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti u (ii) ir-regoli ta’ implimentazzjoni nazzjonali korrispondenti għaċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni organika.

CGNR 028

-

EAU totali tal-azjenda agrikola li tinsab taħt konverżjoni għal metodi ta’ produzzjoni organika li jridu jiġu ċċertifikati skont regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea

Ettari ta’ EAU tal-azjenda agrikola li fuqha jiġu applikati metodi ta’ produzzjoni organika matul it-tranżizzjoni mill-produzzjoni mhux organika għal produzzjoni organika f’perjodu stipulat (“perjodu ta’ konverżjoni”) kif stipulat fi (i) ir-Regolament (UE) 2018/848 jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, u (ii) ir-regoli ta’ implimentazzjoni nazzjonali korrispondenti għaċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni organika.

CGNR 029

-

Parteċipazzjoni fi skemi ta’ ċertifikazzjoni ambjentali oħra

L-azjenda agrikola tipparteċipa fi skemi ta’ ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 43 il-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jew fl-Anness IX tiegħu (skemi ta’ ċertifikazzjoni kurrenti ekwivalenti għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni tal-PAK) jew, fejn applikabbli, l-aktar leġiżlazzjoni riċenti, u l-applikazzjoni għal sussidju ġiet aċċettata.


II.   VARJABBLI TAL-ART

L-erja totali tal-azjenda agrikola tikkonsisti fl-erja agrikola utilizzata (raba’ li jinħadem, art bil-ħaxix permanenti, għelejjel permanenti u ġonna kulinarji) kif ukoll raba’ ieħor (art agrikola mhux utilizzata, erja msaġġra u art oħra li ma hijiex ikklassifikata fi bnadi oħra).

L-erja li trid tinġabar għal kull punt hija magħrufa bħala l-erja prinċipali u tirreferi għall-erja fiżika tar-roqgħa art/tal-irqajja’ art, irrispettivament minn jekk kienx hemm għalla waħda jew diversi għelejjel matul is-sena taż-żrigħ. Fil-każ ta’ għelejjel annwali, l-erja ewlenija tikkorrispondi għall-erja miżrugħa; fil-każ ta’ għelejjel permanenti, l-erja prinċipali hija l-erja mħawwla totali; fil-każ ta’ għelejjel suċċessivi, l-prinċipali tikkorrispondi għall-erja okkupata mill-għalla prinċipali fir-roqgħa art matul is-sena; fil-każ ta’ għelejjel simultanji, din tikkorrispondi għall-erja fejn l-għelejjel jikbru flimkien. B’dan il-mod, kull erja tiġi elenkata darba biss.

L-għalla prinċipali hija dik li għandha l-ogħla valur ekonomiku. Meta ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata liema tkun l-għalla prinċipali abbażi tal-valur tal-produzzjoni, allura l-għalla prinċipali tkun dik li tokkupa l-art għall-itwal perjodu ta’ żmien mill-għelejjel kollha li jinħasdu matul is-sena ta’ referenza.

L-erja agrikola utilizzata (EAU) hija l-erja totali meħuda minn raba’ li jinħadem, art bil-ħaxix permanenti, għelejjel permanenti u ġonna kulinarji li jintużaw mill-azjenda agrikola, irrispettivament mit-tip ta’ pussess.

In-newba tal-għelejjel hija l-prattika fejn jiġu alternati l-għelejjel imkabbra f’għalqa speċifika, b’mod ippjanat jew f’sekwenza fi snin taż-żrigħ suċċessivi, sabiex l-għelejjel tal-istess speċi ma jitkabbrux fl-istess għalqa mingħajr interruzzjoni. Fin-newba tal-għelejjel, l-għelejjel normalment jinbidlu kull sena, iżda huwa possibbli li jkun hemm newba b’għelejjel pluriennali.

Għalqa fil-miftuħ u erjas taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli jridu jiġu rrapportati separatament.

Għall-varjabbli tal-art, l-użu tal-art għandu jirreferi għas-sena ta’ referenza.

CLND 001

-

EAU

Ettari ta’ EAU.

CLND 002

-

-

Raba’ li jinħadem

Ettari ta’ art maħduma (maħruta jew magħżuqa) regolarment, ġeneralment bħala parti minn sistema ta’ newba tal-għelejjel.

CLND 003

-

-

-

Ċereali għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluża ż-żerriegħa)

Ettari taċ-ċereali kollha li jinħasdu niexfa għall-ħbub, irrispettivament mill-użu.

CLND 004

-

-

-

-

Qamħ komuni u farru

Ettari ta’ Triticum aestivum L. emend. Fiori et Paol., Triticum spelta L. u Triticum monococcum L.

CLND 005

-

-

-

-

Qamħ durum

Ettari ta’ Triticum durum Desf.

CLND 006

-

-

-

-

Segala u taħlitiet taċ-ċereali tax-xitwa (maslin)

Ettari ta’ segala (Secale cereale L.) miżrugħin fi kwalunke ħin, taħlitiet ta’ segala u ta’ ċereali oħra, u taħlitiet ta’ ċereali oħra miżrugħin qabel jew matul ix-xitwa (maslin).

CLND 007

-

-

-

-

Xgħir

Ettari ta’ xgħir (Hordeum vulgare L.).

CLND 008

-

-

-

-

Ħafur u taħlitiet ta’ ċereali tar-rebbiegħa (ħbub mħallta minbarra l-maslin)

Ettari ta’ ħafur (Avena sativa L.) u ċereali oħra miżrugħin fir-rebbiegħa u mkabbra bħala taħlitiet u bħala ħbub nexfin li jinħasdu, inkluża ż-żerriegħa.

CLND 009

-

-

-

-

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

Ettari ta’ qamħirrum (Zea mays L.) maħsud għall-ħbub, bħala żerriegħa jew bħala taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum.

CLND 010

-

-

-

-

Tritikal

Ettari ta’ tritikal (x Triticosecale Wittmack).

CLND 011

-

-

-

-

Sorgu

Ettari ta’sorgu (Sorghum bicolor (L.) Conrad Moench jew Sorghum x sudanense (Piper) Stapf.)

CLND 012

-

-

-

-

Ċereali oħrajn li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra (qamħ saraċin, millieġ, skalora, eċċ.)

Ettari ta’ ċereali, li jinħasdu niexfa għall-ħbub, u li ma humiex irreġistrati banda oħra taħt il-punti preċedenti, bħall-millieġ (Panicum miliaceum L.), il-qamħ saraċin (Fagopyrum esculentum Mill.), l-iskalora (Phalaris canariensis L.) u ċereali oħra li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra (n.e.c.).

CLND 013

-

-

-

-

Ross

Ettari ta’ ross (Oryza sativa L.).

CLND 014

-

-

-

Ħemes niexef u għelejjel li fihom il-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub (inklużi ż-żerriegħa u t-taħlitiet taċ-ċereali u tal-ħemes)

Ettari ta’ ħemes niexef u għelejjel li fihom il-proteini li jinħasdu niexfa għall-ħbub, irrispettivament mill-użu.

CLND 015

-

-

-

-

Piżelli tal-għalqa, fażola u lupin ħelu

Ettari tal-varjetajiet kollha ta’ piżelli tal-għalqa (Pisum sativum L. convar. sativum jew Pisum sativum L. convar. arvense L. jew convar. speciosum) li jinħasdu niexfa, kif ukoll l-ettari tal-varjetajiet kollha ta’ ful (Vicia faba L. (partim)) li jinħasdu niexfa, kif ukoll l-ettari tal-lupin ħelu kollu (Lupinus sp.) maħsud niexef għall-ħbub, inkluża ż-żerriegħa, irrispettivament mill-użu tagħhom.

CLND 016

-

-

-

Għelejjel tal-għeruq

Ettari ta’ għelejjel ikkultivati għall-għeruq, it-tuberi jew iz-zokk modifikat tagħhom. Dan jeskludi l-ħxejjex bl-għeruq, bit-tuberi u bil-basal, bħal karrotti, pitravi jew kolza, fost oħrajn.

CLND 017

-

-

-

-

Patata (inkluża l-patata taż-żrigħ)

Ettari ta’ patata (Solanum tuberosum L.).

CLND 018

-

-

-

-

Pitrava taz-zokkor (minbarra ż-żerriegħa)

Ettari ta’ pitrava taz-zokkor (Beta vulgaris L.) intenzjonata għall-industrija taz-zokkor u għall-produzzjoni tal-alkoħol.

CLND 019

-

-

-

-

Ħxejjex oħra kkultivati għall-għeruq m.k.b.

Ettari ta’ pitravi tal-għalf (Beta vulgaris L.) u ta’ pjanti tal-familja Brassicaeli jinħasdu prinċipalment għall-għalf tal-annimali, irrispettivament minn jekk huwiex l-għerq jew iz-zokk; u pjanti oħra kkultivati prinċipalment għall-għeruq tagħhom għall-għalf, li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

CLND 020

-

-

-

Għelejjel industrijali

Ettari ta’ għelejjel industrijali, li normalment ma jinbigħux direttament għall-konsum minħabba li jeħtieġ li jiġu pproċessati b’metodi industrijali qabel l-użu finali.

CLND 021

-

-

-

-

Żrieragħ żejtnija

Ettari ta’ rapa (Brassica napus L.) u rapa tan-nevew (Brassica rapa L. var. oleifera (Lam.)), żerriegħa tal-ġirasol (Helianthus annus L.), sojja (Glycine max (L.) Merril), żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum L.), mustarda (Sinapis alba L.), peprin komuni (Papaver somniferum L.), carthame (Carthamus tinctorius L.), ġunġlien (Sesamum indicum L.), lewż (Cyperus esculentus L.), karawett (Arachis hypogea L.), qargħa ħamra għaż-żejt (Cucurbita pepo var. styriaca) u qanneb (Cannabis sativa L.) imkabbra għall-produzzjoni taż-żejt, maħsuda bħala ħbub nexfin, minbarra ż-żerriegħa tal-qoton (Gossypium spp.).

CLND 022

-

-

-

-

-

Rapa u żrieragħ tar-rapa tan-nevew

Ettari ta’ rapa (Brassica napus L.) u rapa tan-nevew (Brassica rapa L. var. oleifera (Lam.)) imkabbra għall-produzzjoni taż-żejt, li jinħasdu bħala ħbub nexfin, u għall-użu tal-proteini.

CLND 023

-

-

-

-

-

Żerriegħa tal-ġirasol

Ettari ta’ ġirasol (Helianthus annuus L.), li jinħasdu bħala ħbub nexfin.

CLND 024

-

-

-

-

-

Sojja

Ettari ta’ sojja (Glycine max L. Merril), li jinħasdu bħala ħbub nexfin, kemm għaż-żejt kif ukoll għall-użu tal-proteini.

CLND 025

-

-

-

-

-

Żerriegħa tal-kittien (oilflax)

Ettari ta’ varjetajiet taż-żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum L.), prinċipalment imkabbra għall-produzzjoni taż-żejt u li jinħasdu bħala ħbub nexfin.

CLND 026

-

-

-

-

-

Għelejjel oħra taż-żrieragħ taż-żejt li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Ettari ta’ għelejjel oħra mkabbra prinċipalment għall-kontenut ta’ żejt tagħhom, li jinħasdu bħala ħbub nexfin, li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra (minbarra ż-żerriegħa tal-qoton).

CLND 027

-

-

-

-

Għelejjel tal-fibra

Ettari ta’ fibra tal-kittien (Linum usitatissimum L), qanneb (Cannabis sativa L.), qoton (Gossypium spp.), ġuta (Corchorus capsularis L.), abaca alias manila (Musa textilis Née), kenaf (Hibiscus cannabinus L.) u sisal (Agave sisalana Perrine).

CLND 028

-

-

-

-

-

Fibra tal-kittien

Ettari ta’ varjetajiet tal-fibra tal-kittien (Linum usitatissimum L.), imkabbra prinċipalment għall-produzzjoni tal-fibra.

CLND 029

-

-

-

-

-

Qanneb

Ettari ta’ qanneb (Cannabis sativa L.) imkabbar għat-tiben.

CLND 030

-

-

-

-

-

Qoton

Ettari ta’ qoton (Gossypium spp.), imkabbar għall-użu tal-fibra u/jew taż-żerriegħa taż-żejt.

CLND 031

-

-

-

-

-

Għelejjel tal-fibra oħra m.k.b.

Ettari ta’ pjanti oħra mkabbra prinċipalment għall-kontenut ta’ fibra tagħhom, li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra, bħal ġuta (Corchorus capsularis L.), abaca alias manila (Musa textilis Née), sisal (Agave sisalana Perrine), u kenaf (Hibiscus cannabinus L.).

CLND 032

-

-

-

-

Tabakk

Ettari ta’ tabakk (Nicotiana tabacum L.) imkabbar għall-weraq.

CLND 033

-

-

-

-

Ħops

Ettari ta’ ħops (Humulus lupulus L.) imkabbar għall-koni.

CLND 034

-

-

-

-

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji

Ettari ta’ pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji, ikkultivati għal finijiet farmaċewtiċi, għall-manifattura tal-fwieħa jew għall-konsum mill-bniedem.

CLND 035

-

-

-

-

Għelejjel għall-enerġija m.k.b.

Ettari ta’ għelejjel għall-enerġija li jintużaw esklussivament għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra, u li jiġu kkultivati fuq raba’ li jinħadem.

CLND 036

-

-

-

-

Għelejjel industrijali oħra m.k.b.

Ettari ta’ għelejjel industrijali oħra li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

CLND 037

-

-

-

Pjanti li jinħasdu fi stadju bikri mir-raba’ li jinħadem

Ettari tal-għelejjel kollha mir-raba’ li jinħadem li jinħasdu fi stadju bikri u li huma intenzjonati prinċipalment għall-għalf tal-annimali, għall-foraġġ jew għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, jiġifieri ċereali, ħxejjex, pjanti tal-legumi jew industrijali, u għelejjel oħra f’raba’ li jinħadem li jinħasdu u/jew li jintużaw fi stadju bikri.

CLND 038

-

-

-

-

Ħaxix u mergħat temporanji

Ettari ta’ pjanti tal-ħaxix għar-ragħa, ħuxlief jew silaġġ inklużi bħala parti min-newba tal-għelejjel normali, li jdumu mill-inqas sena ta’ żrigħ u normalment inqas minn 5 snin, miżrugħin mal-ħaxix jew ma’ taħlitiet tal-ħaxix.

CLND 039

-

-

-

-

Pjanti tal-legumi li jinħasdu fi stadju bikri

Ettari ta’ pjanti tal-legumi mkabbra u li jinħasdu fi stadju bikri bħala l-pjanta sħiħa, prinċipalment għall-għalf jew għall-enerġija.

Huma inklużi taħlitiet ta’ għelejjel u pjanti tal-ħaxix prinċipalment leguminużi (normalment > 80 %) li jinħasdu fi stadju bikri jew bħala ħuxlief imnixxef.

CLND 040

-

-

-

-

Qamħirrum aħdar

Ettari tal-forom kollha ta’ qamħirrum (Zea mays L.) imkabbar prinċipalment għas-silaġġ (ċifċiegħa sħiħa, partijiet mill-pjanta jew il-pjanta kollha) u mhux li jinħasdu għall-ħbub.

CLND 041

-

-

-

-

Ċereali oħra li jinħasdu fi stadju bikri (minbarra l-qamħirrum aħdar)

Ettari taċ-ċereali kollha (minbarra l-qamħirrum) imkabbra u li jinħasdu fi stadju bikri bħala l-pjanta sħiħa biex jintużaw għall-għalf jew għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli (produzzjoni ta’ bijomassa).

CLND 042

-

-

-

-

Pjanti oħra li jinħasdu fi stadju bikri mir-raba’ li jinħadem m.k.b.

Ettari ta’ għelejjel annwali jew pluriennali (inqas minn 5 snin) oħra prinċipalment intenzjonati għall-għalf tal-annimali u li jinħasdu fi stadju bikri. Inkluż x’jifdal minn għelejjel li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra meta l-ħsad prinċipali jkun inqered, iżda r-residwi jkunu għadhom jistgħu jintużaw (bħala għalf jew enerġija rinnovabbli).

CLND 043

-

-

-

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli

Ettari tat-tipi kollha ta’ brassika, ħxejjex bil-weraq u biz-zkuk, ħxejjex ikkultivati għall-frott, ħxejjex bl-għeruq, bit-tuberi u bil-basla, ħemes frisk, ħxejjex oħra li jinħasdu friski (mhux niexfa), u frawli mkabbra f’raba’ li jinħadem barra, b’newba ma’ għelejjel agrikoli jew ortikulturali oħra.

CLND 044

-

-

-

-

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli mkabbra b’newba ma’ għelejjel ortikulturali (tkabbir ta’ ħxejjex u frott għall-bejgħ)

Ettari ta’ ħxejjex friski, bettieħ u frawli mkabbra f’raba’ li jinħadem b’newba ma’ għelejjel ortikulturali oħra.

CLND 045

-

-

-

-

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli mkabbra b’newba ma’ għelejjel mhux ortikulturali (għalqa fil-miftuħ)

Ettari ta’ ħxejjex friski, bettieħ u frawli mkabbra f’raba’ li jinħadem b’newba ma’ għelejjel agrikoli oħra.

CLND 046

-

-

-

Fjuri u pjanti ornamentali (minbarra l-mixtliet)

Ettari ta’ fjuri u pjanti ornamentali kollha intenzjonati għall-bejgħ bħala fjuri maqtugħa (eż. ward, qronfol, orkidej, gladjoli, kristantem, foraġġ maqtugħa u prodotti maqtugħin oħra), bħala fjuri u pjanti fi qsari, għat-tħawwil u għall-gallariji (eż. rododendron, ażalea, krisantem, bigonja, ġeranju, balzmina, u pjanti oħra fi qsari, għat-tħawwil u għall-gallariji) u bħala fjuri bil-basla u bil-basla tuberuża u pjanti ornamentali oħra (tulipani, ġjaċinti, orkidej, narċis u oħrajn).

CLND 047

-

-

-

Żrieragħ u nebbieta

Ettari ta’ żrieragħ ta’ għeruq (minbarra patata u pjanti oħra fejn l-għeruq jintużaw ukoll bħala żrieragħ), għelejjel għall-għalf, ħaxix, għelejjel industrijali (minbarra żrieragħ taż-żejt) u żrieragħ u nebbieta ta’ ħxejjex u fjuri.

CLND 048

-

-

-

Għelejjel oħra f’raba’ li jinħadem li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Ettari ta’ għelejjel f’raba’ li jinħadem li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

CLND 049

-

-

-

Raba’ mistrieħ

Ettari tar-raba’ kollu li jinħadem jew inkluż fis-sistema tan-newba tal-għelejjel jew inkella miżmum f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT (9)), kemm jekk maħdum jew le, iżda li ma huwiex se jinħasad għad-durata ta’ sena taż-żrigħ. Il-karatteristika essenzjali ta’ raba’ mistrieħ hija li jitħalla jirkupra, normalment għal sena taż-żrigħ sħiħa. Raba’ mistrieħ jista’ jkun:

(i)

raba’ vojt li ma jkollu ebda għalla fih; jew

(ii)

raba’ bi tkabbir naturali spontanju, li jista’ jintuża għall-għalf jew jinħarat; jew

(iii)

raba’ miżrugħ esklussivament għall-produzzjoni ta’ demel aħdar (raba’ mistrieħ aħdar).

CLND 050

-

-

Art bil-ħaxix permanenti

Ettari ta’ art li tintuża b’mod permanenti (għal diversi snin konsekuttivi, normalment 5 snin jew aktar) biex jitkabbru għalf erbaċew, foraġġ jew għelejjel għall-finijiet ta’ enerġija, permezz tal-kultivazzjoni (miżrugħa) jew b’mod naturali (jitilgħu waħidhom), u li ma hijiex inkluża fin-newba tal-għelejjel fl-azjenda agrikola.

L-art bil-ħaxix tista’ tintuża għar-ragħa, tinħasad għas-silaġġ u għall-ħuxlief, jew tintuża għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli.

CLND 051

-

-

-

Bwar u mergħat, minbarra bwar mhux ikkultivati

Ettari ta’ mergħat permanenti fuq ħamrija ta’ kwalità tajba jew medja, li normalment jistgħu jintużaw għar-ragħa intensiv.

CLND 052

-

-

-

Bwar mhux ikkultivati

Ettari ta’ bwar permanenti li jrendu ftit, normalment fuq ħamrija ta’ kwalità baxxa, pereżempju fuq għoljiet jew f’altitudnijiet għoljin, normalment mhux megħjuna minn fertilizzanti, kultivazzjoni, żrigħ mill-ġdid jew drenaġġ. Dawk l-erjas normalment jistgħu jintużaw biss għar-ragħa estensiv u normalment ma jinħasdux, jew inkella jinħasdu b’mod estensiv billi ma jistgħux jappoġġaw densità kbira ta’ annimali.

CLND 053

-

-

-

Art bil-ħaxix permanenti li ma għadhiex tintuża għal finijiet ta’ produzzjoni u eliġibbli għall-ħlas ta’ sussidji

Ettari ta’ bwar permanenti u mergħat li ma għadhomx jintużaw għall-finijiet ta’ produzzjoni u li, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew, fejn applikabbli, mal-aktar leġiżlazzjoni reċenti, huma miżmuma fi stat li jagħmilhom xierqa għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr azzjoni preparatorja li tmur lil hinn mill-metodi agrikoli u l-makkinarju tas-soltu, u li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju.

CLND 054

-

-

Għelejjel permanenti (inkluż pjantaġġuni żgħar u abbandunati temporanjament, minbarra żoni li jipproduċu għall-konsum proprju biss)

Ettari tas-siġar tal-frott kollu, is-siġar tal-frott taċ-ċitru kollu, is-siġar tal-lewż kollu, il-pjantaġġuni tal-frott artab kollha, il-vinji kollha, is-siġar taż-żebbuġ kollha u l-għelejjel permanenti l-oħrajn kollha li jintużaw għall-konsum mill-bniedem (eż. te, kafè jew ħarrub) u għal finijiet oħra (eż. mixtliet, siġar tal-Milied jew pjanti għall-immaljar u l-insiġ bħar-rattan jew il-bambù).

CLND 055

-

-

-

Frott, frott artab u ġewż (minbarra frott taċ-ċitru, għeneb u frawli)

Ettari ta’ ġonna tal-frott taż-żerriegħa, frott tal-għadma, frott artab, ġewż u frott minn żoni klimatiċi tropikali u subtropikali.

CLND 056

-

-

-

-

Frott taż-żerriegħa

Ettari ta’ ġonna tal-frott taż-żerriegħa bħal tuffieħ (Malus spp.), lanġas (Pyrus spp.), sfarġel (Cydonia oblonga Mill.) jew naspla Ġermaniża (Mespilus germanica, L.).

CLND 057

-

-

-

-

Frott tal-għadma

Ettari ta’ ġonna tal-frott tal-għadma, bħal ħawħ u nuċiprisk (Prunus persica (L.)Prunus persica (L.) Batch), berquq (Prunus armeniaca L. u oħrajn), ċirasa ħelwa u morra (Prunus avium L., P. cerasus), għanbaqar (Prunus domestica L. u oħrajn) u xi frott tal-għadma ieħor li ma huwiex ikklassifikat fi bnadi oħra, bħal prun selvaġġ (Prunus spinosa L.) jew naspli tal-Ġappun (Eriobotrya japonica (Thunb.) Lindl.).

CLND 058

-

-

-

-

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali

Ettari tal-frott kollu minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali, bħall-kiwi (Actinidia chinensis Planch.), l-avokado (Persea americana Mill.) jew il-banana (Musa spp.).

CLND 059

-

-

-

-

Frott artab (minbarra l-frawli)

Ettari tal-frott artab ikkultivat kollu bħar-ribes iswed (Ribes nigrum L.), ir-ribes aħmar (Ribes rubrum L.), il-lampun (Rubus idaeus L.) u t-tut żerq (Vaccinium corymbosum L.).

CLND 060

-

-

-

-

Ġewż

Ettari tas-siġar tal-ġewż kollu: ġewż tal-Indja, ġellewż, lewż, qastan u ġewż ieħor.

CLND 061

-

-

-

Frott taċ-ċitru

Ettari ta’ frott taċ-ċitru (Citrus spp.): larinġ, frott taċ-ċitru żgħir, lumi, xkomp, larinġ tal-Olanda u frott taċ-ċitru ieħor.

CLND 062

-

-

-

Għeneb

Ettari ta’ vinji (Vitis vinifera L.)

CLND 063

-

-

-

-

Għeneb għall-inbejjed

Ettari ta’ vinji ta’ varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ meraq, most u/jew inbid.

CLND 064

-

-

-

-

-

Għeneb għal inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

Ettari ta’ vinji ta’ varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta u li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ (i) ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (10) jew, fejn applikabbli, tal-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti u (ii) ir-regoli nazzjonali korrispondenti.

CLND 065

-

-

-

-

-

Għeneb għal inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

Ettari ta’ vinji ta’ varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta u li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ (i) ir-Regolament Delegat (UE) 2019/33 jew, fejn applikabbli, tal-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti u (ii) tar-regoli nazzjonali korrispondenti.

CLND 066

-

-

-

-

-

Għeneb għal inbejjed oħra mhux ikklassifikati banda oħra (mingħajr DPO/IĠP)

Ettari ta’ vinji ta’ varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ nbejjed għajr inbejjed DOP u IĠP.

CLND 067

-

-

-

-

Għeneb għall-ikel

Ettari ta’ vinji ta’ varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ għeneb frisk.

CLND 068

-

-

-

-

Għeneb għaż-żbib

Ettari ta’ vinji ta’ varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ żbib.

CLND 069

-

-

-

Żebbuġ

Ettari ta’ siġar taż-żebbuġ (Olea europea L.) imkabbra għall-produzzjoni taż-żebbuġ.

CLND 070

-

-

-

Mixtliet

Ettari ta’ mixtliet, fejn pjanti li għadhom żgħar tal-għuda (għudin) jitkabbru fil-miftuħ biex wara jinqalgħu u jitħawlu banda oħra.

CLND 071

-

-

-

Għelejjel permanenti oħra, inklużi għelejjel permanenti oħra għall-konsum mill-bniedem

Ettari ta’ għelejjel permanenti għall-konsum mill-bniedem li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra u siġar miżrugħa bħala siġar tal-Milied fl-EAU.

CLND 072

-

-

-

-

Siġar tal-Milied

Ettari ta’ siġar tal-Milied miżrugħin għal finijiet kummerċjali, barra l-imsaġar, fl-EAU. Pjantaġġuni ta’ siġar tal-Milied li ma għadhomx jiġu mantenuti u li jappartjenu għal masġar huma esklużi.

CLND 073

-

-

Ġonna kulinarji

Ettari ta’ art normalment okkupata minn ħxejjex, ħxejjex bl-għeruq u għelejjel permanenti, fost oħrajn, intenzjonati għall-konsum mid-detentur u l-unità domestika tiegħu stess, normalment separati mill-bqija tal-art agrikola, u rikonoxxibbli bħala ġonna kulinarji.

CLND 074

-

Raba’ ieħor

Ettari ta’ art agrikola mhux utilizzata (art agrikola li ma għadhiex tintuża għall-biedja għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew raġunijiet oħra, u li ma tintużax fis-sistema tan-newba tal-għelejjel), masġar u art oħra okkupata minn binjiet, btieħi ta’ azjendi agrikoli, mogħdijiet, għadajjar, barrieri, art mhux fertili, blat, eċċ.

CLND 075

-

-

Art agrikola mhux utilizzata

Ettari ta’ art preċedentement użata għal skop agrikolu li matul is-sena ta’ referenza tal-istħarriġ ma għadhiex tinħadem u ma tintużax fis-sistema tan-newba tal-għelejjel, jiġifieri art fejn ma huwiex intenzjonat użu agrikolu.

Din l-art tista’ tinġieb lura għal użi ta’ kultivazzjoni bl-użu tar-riżorsi normalment disponibbli f’azjenda agrikola.

CLND 076

-

-

Masġar

Ettari ta’ art koperta minn siġar jew arbuxelli forestali, inklużi pjantaġġuni ta’ luq u siġar simili oħra ġewwa jew barra msaġar, u mixtliet ta’ siġar forestali mkabbra fi msaġar għar-rekwiżiti proprji tal-azjenda agrikola, kif ukoll faċilitajiet forestali (toroq fil-foresti, imħażen għall-injam, eċċ.).

CLND 077

-

-

-

Imsajġar ta’ rotazzjoni qasira

Ettari ta’ msaġar ġestiti għat-tkabbir ta’ pjanti għudin, fejn il-perjodu ta’ newba huwa ta’ 20 sena jew inqas.

Il-perjodu tan-newba huwa ż-żmien bejn l-ewwel żrigħ/tħawwil tas-siġar u l-ħsad tal-prodott finali, fejn il-ħsad ma jinkludix attivitajiet ta’ ġestjoni normali bħall-qtugħ li jnaqqas l-ammont ta’ siġar.

CLND 078

-

-

Art oħra (art okkupata minn binjiet, btieħi ta’ azjendi agrikoli, mogħdijiet, għadajjar u erjas mhux produttivi oħra)

Ettari ta’ art li jagħmlu parti mill-erja totali li tappartjeni għall-azjenda agrikola iżda li la jikkostitwixxu EAU, erja agrikola mhux utilizzata u lanqas masġar, bħal art okkupata minn binjiet (minbarra jekk jintużaw għall-kultivazzjoni tal-faqqiegħ), btieħi ta’ azjendi agrikoli, mogħdijiet, għadajjar, barrieri, art mhux fertili jew blat.

 

 

Erjas speċjali fl-azjenda agrikola

CLND 079

-

-

Faqqiegħ kultivat

Ettari ta’ faqqiegħ kultivat imkabbar f’binjiet li nbnew jew li ġew adattati apposta għal dak l-iskop, kif ukoll f’postijiet taħt l-art, għerien u kantini.

CLND 080

-

EAU taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli

Ettari ta’ għelejjel li, matul il-perjodu sħiħ ta’ tkabbir tagħhom jew matul parti predominanti minnu jkunu koperti minn serer jew kopertura għolja fissa jew inkella kopertura għolja mobbli (ħġieġ jew plastik riġidu jew plastik flessibbli). Dawn l-erjas ma jridux jiġu inklużi fil-varjabbli msemmija hawn fuq (li jirreferu għall-erjas ta’ barra biss).

CLND 081

-

-

Ħxejjex, inkluż bettieħ u frawli taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli

Ettari tat-tipi kollha ta’ brassika, ħxejjex bil-weraq u biz-zkuk, ħxejjex ikkultivati għall-frott, ħxejjex bl-għeruq, bit-tuberi u bil-basla, ħemes frisk, ħxejjex oħra li jinħasdu friski (mhux nixefa), u frawli mkabbra taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli.

CLND 082

-

-

Fjuri u pjanti ornamentali (minbarra l-mixtliet) taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli

Ettari ta’ fjuri u pjanti ornamentali kollha intenzjonati għall-bejgħ bħala fjuri maqtugħa (eż. ward, qronfol, orkidej, gladjoli, kristantem, foraġġ maqtugħa u prodotti maqtugħin oħra), bħala fjuri u pjanti fi qsari, għat-tħawwil u għall-gallariji (eż. rododendron, ażalea, krisantem, bigonja, ġeranju, balzmina, u pjanti oħra fi qsari, għat-tħawwil u għall-gallariji) u bħala fjuri bil-basla u bil-basla tuberuża u pjanti ornamentali oħra (tulipani, ġjaċinti, orkidej, narċis u oħrajn) taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli.

CLND 083

-

-

Għelejjel oħra f’raba’ li jinħadem taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli

Ettari ta’ għelejjel oħra f’raba’ li jinħadem li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra, imkabbra taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli.

CLND 084

-

-

Għelejjel permanenti taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli

Ettari ta’ għelejjel permanenti mkabbra taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli.

CLND 085

-

-

EAU oħra taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Ettari ta’ EAU li ma hijiex ikklassifikata banda oħra u hija mkabbra taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli.

Biedja organika

L-azjenda agrikola għandha art li fuqha jintużaw il-metodi ta’ produzzjoni tal-biedja organika f’konformità ma’ (i) ir-Regolament (UE) 2018/848 jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, u (ii) ir-regoli ta’ implimentazzjoni nazzjonali korrispondenti għall-produzzjoni organika, inkluż matul il-perjodu ta’ konverżjoni.

L-għelejjel huma definiti fit-Taqsima Ewlenija II. VARJABBLI TAL-ART

CLND 086

-

EAU għall-biedja organika barra (minbarra l-ġonna kulinarji)

CLND 087

-

-

Raba’ li jinħadem użat għall-biedja organika barra

CLND 088

-

-

-

Ċereali tal-biedja organika għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluża ż-żerriegħa) barra

CLND 089

-

-

-

-

Qamħ komuni u spelt tal-biedja organika barra

CLND 090

-

-

-

-

Qamħ durum tal-biedja organika barra

CLND 091

-

-

-

Ħemes niexef u għelejjel li fihom il-proteini tal-biedja organika għall-produzzjoni tal-ħbub (inklużi ż-żerriegħa u t-taħlit taċ-ċereali u tal-ħemes) barra

CLND 092

-

-

-

Għelejjel tal-għeruq tal-biedja organika barra

CLND 093

-

-

-

-

Patata tal-biedja organika (inkluża patata taż-żerriegħa) barra

CLND 094

-

-

-

-

Pitrava taz-zokkor tal-biedja organika (minbarra ż-żerriegħa) barra

CLND 095

-

-

-

Għelejjel industrijali tal-biedja organika barra

CLND 096

-

-

-

-

Żrieragħ taż-żejt tal-biedja organika barra

CLND 097

-

-

-

-

-

Sojja tal-biedja organika barra

CLND 098

-

-

-

Pjanti tal-biedja organika li jinħasdu fi stadju bikri minn raba’ li jinħadem barra

CLND 099

-

-

-

-

Ħaxix u mergħat temporanji tal-biedja organika barra

CLND 100

-

-

-

-

Pjanti tal-legumi tal-biedja organika li jinħasdu fi stadju bikri barra

CLND 101

-

-

-

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli tal-biedja organika barra

CLND 102

-

-

-

Żrieragħ u nebbieta tal-biedja organika barra

CLND 103

-

-

Bwar permanenti tal-biedja organika barra

CLND 104

-

-

-

Bwar u mergħat tal-biedja organika, bl-esklużjoni ta’ bwar mhux ikkultivati barra

CLND 105

-

-

-

Bwar mhux ikkultivati tal-biedja organika barra

CLND 106

-

-

Għelejjel permanenti tal-biedja organika (inklużi pjantaġġuni żgħar u abbandunati temporanjament, bl-esklużjoni ta’ erjas ta’ produzzjoni għall-konsum proprju biss) barra

CLND 107

-

-

-

Frott, frott artab u ġewż tal-biedja organika (minbarra frott taċ-ċitru, għeneb u frawli) barra

CLND 108

-

-

-

Frott taċ-ċitru tal-biedja organika barra

CLND 109

-

-

-

Għeneb għall-inbejjed tal-biedja organika barra

CLND 110

-

-

-

Żebbuġ tal-biedja organika barra

CLND 111

-

Ħxejjex tal-biedja organika, inkluż bettieħ u frawli, taħt il-ħġieġ jew kopertura aċċessibbli għolja barra

Tisqija f’erja kkultivata barra

CLND 112

-

Erja totali li tista’ tissaqqa

Ettari ta’ EAU massima totali li tista’ tiġi msaqqija fis-sena ta’ referenza bl-użu tat-tagħmir u l-kwantità ta’ ilma normalment disponibbli fl-azjenda agrikola.


III.   VARJABBLI TAL-BHEJJEM

L-annimali ma humiex neċessarjament il-proprjetà tad-detentur. Dawn l-annimali jistgħu jkunu fl-azjenda agrikola (f’EAU jew f’alloġġ tal-annimali li jintużaw mill-azjenda agrikola) jew barra minnha (f’mergħat komuni jew matul il-migrazzjoni, eċċ.).

Għall-varjabbli dwar il-bhejjem, għandu jiġi stabbilit jum ta’ referenza komuni fis-sena ta’ referenza minn kull Stat Membru.

 

 

Annimali bovini

Tirreferi għall-ifrat (Bos taurus L.) u għall-buflu tal-ilma (Bubalus bubalis L.), inklużi ibridi bħall-Beefalo.

CLVS 001

-

-

Annimali bovini ta’ inqas minn sena

Għadd ta’ annimali bovini, maskili u femminili, ta’ inqas minn sena.

CLVS 002

-

-

Annimali bovini, ta’ bejn sena u sentejn

Għadd ta’ annimali bovini, li għandhom aktar minn sena imma inqas minn sentejn.

CLVS 003

-

-

-

Annimali bovini maskili, ta’ bejn sena u sentejn

Għadd ta’ annimali bovini maskili, li għandhom aktar minn sena imma inqas minn sentejn.

CLVS 004

-

-

-

Erieħ, ta’ bejn sena u sentejn

Għadd ta’ annimali bovini femminili, li għandhom aktar minn sena imma inqas minn sentejn.

 

 

 

Annimali bovini, ta’ sentejn jew aktar

CLVS 005

-

-

-

Annimali bovini maskili ta’ sentejn jew aktar

Għadd ta’ annimali bovini maskili, ta’ sentejn jew aktar.

CLVS 006

-

-

-

Annimali bovini femminili ta’ sentejn jew aktar

Għadd ta’ bovini femminili, ta’ sentejn jew aktar.

CLVS 007

-

-

-

-

Erieħ ta’ sentejn jew aktar

Għadd ta’ annimali bovini femminili, ta’ sentejn jew aktar li jkunu għadhom ma welldux.

CLVS 008

-

-

-

-

Baqar

Għadd ta’ annimali bovini femminili, (normalment ta’ sentejn jew aktar), li jkunu diġà welldu.

CLVS 009

-

-

-

-

-

Baqar tal-ħalib

Għadd ta’ annimali bovini femminili li jkunu diġà welldu (inklużi dawk ta’ inqas minn sentejn) u li, minħabba r-razza jew il-kwalitajiet partikolari tagħhom, jinżammu esklussivament jew prinċipalment biex jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem jew biex jiġi pproċessat fi prodotti tal-ħalib.

CLVS 010

-

-

-

-

-

Baqar mhux tal-ħalib

Għadd ta’ annimali bovini femminili li jkunu diġà welldu (inklużi dawk ta’ inqas minn sentejn) u li, minħabba r-razza jew il-kwalitajiet partikolari tagħhom, jinżammu esklussivament jew prinċipalment biex jipproduċu għoġġiela u li l-ħalib tagħhom ma huwiex intenzjonat għall-konsum mill-bniedem jew biex jiġi pproċessat fi prodotti tal-ħalib.

CLVS 011

-

-

-

-

-

Bufli femminili

Għadd ta’ bufli femminili (in-nisa tal-ispeċi Bubalus bubalis, L.) li jkunu diġà welldu (inklużi dawk ta’ inqas minn sentejn).

 

Nagħaġ u mogħoż

CLVS 012

-

Nagħaġ (ta’ kull età)

Għadd ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi Ovis aries L.

CLVS 013

-

-

Nagħaġ femminili għat-tnissil

Għadd ta’ nagħaġ femminili u ħrief mgħammra, irrispettivament mill-aptitudni għall-ħalib/għal-laħam.

CLVS 014

-

-

Nagħaġ oħra

Għadd tan-nagħaġ kollha għajr dawk femminili għat-tnissil.

CLVS 015

-

Mogħoż (ta’ kull età)

Għadd ta’ annimali domestiċi tas-sottospeċi Capra aegagrus hircus L.

CLVS 016

-

-

Mogħoż femminili għat-tnissil

Għadd ta’ mogħoż femminili li jkunu diġà welldu u mogħoż li jkunu ġew mgħammra.

CLVS 017

-

-

Mogħoż oħra

Għadd tal-mogħoż kollha minbarra l-mogħoż femminili għat-tnissil.

 

 

Ħnieżer

Tirreferi għal annimali domestiċi tal-ispeċi Sus scrofa domesticus Erxleben .

CLVS 018

-

-

Driefeġ, ta’ piż ħaj ta’ taħt 20 kilogramma

Għadd ta’ driefeġ b’piż ħaj ta’ inqas minn 20 kilogramma.

CLVS 019

-

-

Ħnieżer tal-għalla, ta’ piż ħaj ta’ 50 kilogramma jew aktar

Għadd ta’ ħnieżer femminili li jiżnu 50 kilogramma jew aktar intenzjonati għat-tgħammir, irrispettivament minn jekk ikunux welldu.

CLVS 020

-

-

Ħnieżer oħra

Għadd ta’ ħnieżer mhux speċifikati fi bnadi oħra.

 

 

Tjur tat-trobbija

Tirreferi għal tiġieġ domestiku (Gallus gallus L.), dundjani (Meleagris spp.), papri (Anas spp. u Cairina moschata L.), wiżż (Anser anser domesticus L.), nagħam (Struthio camelus L.) u tjur tat-trobbija oħra li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra, bħal summien (Coturnix spp.) faġani (Phasianus spp.), faragħun (Numida meleagris domestica L.) u ħamiem (Columbinae spp.). Madankollu, huma esklużi t-tjur imrobbija fil-magħluq għall-finijiet tal-kaċċa u mhux għall-produzzjoni tal-laħam/tal-bajd.

CLVS 021

-

-

Tiġieġ tas-simna

Għadd ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi Gallus gallus L. li jinżammu għall-produzzjoni tal-laħam.

CLVS 022

-

-

Tiġieġ tal-bajd

Għadd ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi Gallus gallus L. li laħqu l-età ta’ maturità biex ibidu u jinżammu għall-produzzjoni tal-bajd.

CLVS 023

-

Tjur tat-trobbija oħra

Għadd ta’ tjur tat-trobbija mhux imsemmija taħt tiġieġ tas-simna jew tiġieġ tal-bajd. Il-flieles huma esklużi.

CLVS 024

-

-

Dundjani

Għadd ta’ annimali domestiċi tal-ġeneru Meleagris.

CLVS 025

-

-

Papri

Għadd ta’ annimali domestiċi tal-ġeneru Anas u tal-ispeċi Cairina moschata L.

CLVS 026

-

-

Wiżż

Għadd ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi Anser anser domesticus L.

CLVS 027

-

-

Nagħam

Għadd ta’ nagħam (Struthio camelus L.)

CLVS 028

-

-

Tjur tat-trobbija oħra mhux ikklassifikati fi bnadi oħra

Għadd ta’ tjur tat-trobbija li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

 

 

Fniek

Tirreferi għal annimali domestiċi tal-ġeneru Oryctolagus.

CLVS 029

-

-

Fniek femminili għat-tnissil

Għadd ta’ fniek femminili (Oryctolagus spp.) għall-produzzjoni ta’ fniek għal-laħam u li jkunu welldu.

CLVS 030

-

Naħal

Għadd ta’ kaxex tan-naħal okkupati min-naħal (Apis mellifera L.) li jinżammu għall-produzzjoni tal-għasel.

CLVS 031

-

Ċriev

Preżenza ta’ annimali bħal ċerv aħmar (Cervus elaphus L.), ċerv sika (Cervus nippon Temminck), renni (Rangifer tarandus L.) jew dajn (Dama dama L.) għall-produzzjoni tal-laħam.

CLVS 032

-

Annimali tal-pil

Preżenza ta’ annimali bħal mink (Neovison vison Schreber), ballottri Ewropej (Mustela putorius L.), volpi (Vulpes spp. u oħrajn), rakkun (Nyctereutes spp.) jew ċinċilla (Chinchilla spp.) għall-produzzjoni tal-pil.

CLVS 033

-

Bhejjem li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Preżenza ta’ bhejjem li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra f’din it-taqsima.

Metodi ta’ produzzjoni organika applikati għall-produzzjoni ta’ annimali

L-azjenda agrikola għandha annimali taħt prattiki agrikoli li jikkonformaw ma’ (i) ir-Regolament (UE) 2018/848 jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, u (ii) ir-regoli ta’ implimentazzjoni nazzjonali korrispondenti għall-produzzjoni organika, inkluż matul il-perjodu ta’ konverżjoni.

L-annimali huma definiti fit-Taqsima Ewlenija III. VARJABBLI TAL-BHEJJEM

CLVS 034

-

Stokk ta’ annimali bovini tal-biedja organika

Għadd ta’ stokk ta’ annimali bovini tal-biedja organika

CLVS 035

-

-

-

-

-

Stokk ta’ baqar tal-ħalib tal-biedja organika

Għadd ta’ stokk ta’ baqar tal-ħalib tal-biedja organika

CLVS 036

-

-

-

-

-

Stokk ta’ baqar mhux tal-ħalib tal-biedja organika

Għadd ta’ stokk ta’ baqar mhux tal-ħalib tal-biedja organika

CLVS 037

-

-

-

-

-

Stokk ta’ bufli femminili tal-biedja organika

Preżenza ta’ stokk ta’ bufli femminili tal-biedja organika

CLVS 038

-

Stokk ta’ nagħaġ tal-biedja organika (etajiet kollha)

Għadd ta’ stokk ta’ nagħaġ tal-biedja organika

CLVS 039

-

Stokk ta’ mogħoż tal-biedja organika (etajiet kollha)

Għadd ta’ stokk ta’ mogħoż tal-biedja organika

CLVS 040

-

Stokk ta’ ħnieżer tal-biedja organika

Għadd ta’ stokk ta’ ħnieżer tal-biedja organika

CLVS 041

-

Stokk ta’ tjur tat-trobbija tal-biedja organika

Għadd ta’ stokk ta’ tjur tat-trobbija tal-biedja organika

CLVS 042

-

-

Stokk ta’ tiġieġ tas-simna tal-biedja organika

Għadd ta’ stokk ta’ tiġieġ tas-simna tal-biedja organika

CLVS 043

-

-

Stokk ta’ tiġieġ tal-bajd tal-biedja organika

Għadd ta’ stokk ta’ tiġieġ tal-bajd tal-biedja organika


(1)  Il-kodiċijiet u l-IDs tal-kunċett użati matul it-trażmissjoni tad-data attwali jistgħu jvarjaw minn dawk indikati fl-Anness.

(2)  L-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta’ data u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2010/1089/oj?locale=mt).

(3)  NUTS: Klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj?locale=mt).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2013/1305/oj?locale=mt).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2013/1307/oj?locale=mt).

(7)  Medda perċentwali 2 tal-unità ta’ xogħol annwali (AWU): (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2018/848/oj?locale=mt).

(9)  L-Artikolu 94 u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2013/1306/oj?locale=mt).

(10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_del/2019/33/oj?locale=mt).


ANNESS II

Lista tal-varjabbli għal suġġetti u suġġetti dettaljati fil-moduli

MODULU 1.   FORZA TAX-XOGĦOL U ATTIVITAJIET OĦRA LI JAGĦMLU L-QLIGĦ

Varjabbli

Unitajiet/kategoriji

Suġġett: ġestjoni tal-farm

 

 

Suġġetti dettaljati: id-detentur u bilanċ bejn il-ġeneri

 

MLFO 001

-

Sess tad-detentur

Maskil/femminil

MLFO 002

-

Sena tat-twelid

Sena

 

Tema dettaljata: input ta’ xogħol

 

MLFO 003

-

Xogħol tal-farm tad-detentur fl-azjenda agrikola

Medda 1 tal-AWU (1)

 

Tema dettaljata: miżuri ta’ sikurezza, inkluż pjan għas-sikurezza tal-farm

 

MLFO 004

-

Pjan għas-sikurezza tal-farm

Iva/le

Suġġett: forza tax-xogħol tal-familja

 

 

Suġġetti dettaljati: input ta’ xogħol, għadd ta’ persuni involuti u bilanċ bejn il-ġeneri

 

MLFO 005

-

Membri tal-familja maskili li jwettqu xogħol tal-farm

Għadd ta’ persuni għal kull medda 2 tal-AWU (2)

MLFO 006

-

Membri tal-familja femminili li jwettqu xogħol tal-farm

Għadd ta’ persuni għal kull medda 2 tal-AWU12

Suġġett: forza tax-xogħol mhux tal-familja

 

 

Suġġetti dettaljati: input ta’ xogħol, għadd ta’ persuni impjegati u bilanċ bejn il-ġeneri

 

 

 

Forza tax-xogħol mhux tal-familja li taħdem regolarment fl-azjenda agrikola

 

MLFO 007

-

-

Forza tax-xogħol maskili mhux tal-familja li taħdem regolarment fil-farm

Għadd ta’ persuni għal kull medda 2 tal-AWU12

MLFO 008

-

-

Forza tax-xogħol femminili mhux tal-familja li taħdem regolarment fil-farm

Għadd ta’ persuni għal kull medda 2 tal-AWU12

 

Tema dettaljata: forza tax-xogħol mhux regolari impjegata mill-farm

 

MLFO 009

-

Ħaddiema li ma humiex tal-familja impjegati fuq bażi mhux regolari: maskili u femminili

Jiem ta’ xogħol full-time

 

Tema dettaljata: input ta’ xogħol mill-kuntratturi

 

MLFO 010

-

Persuni mhux impjegati direttament mill-azjenda agrikola u mhux inklużi fil-kategoriji preċedenti.

Jiem ta’ xogħol full-time

Suġġett: attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola

 

 

Tema dettaljata: tipi ta’ attivitajiet

 

MLFO 011

-

Forniment ta’ servizzi tas-saħħa, soċjali jew tal-edukazzjoni

Iva/le

MLFO 012

-

Turiżmu, akkomodazzjoni u attivitajiet oħra ta’ rikreazzjoni

Iva/le

MLFO 013

-

Artiġjanat

Iva/le

MLFO 014

-

Ipproċessar ta’ prodotti tal-biedja

Iva/le

MLFO 015

-

Produzzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli

Iva/le

MLFO 016

-

Ipproċessar tal-injam

Iva/le

MLFO 017

-

Akkwakultura

Iva/le

 

 

Xogħol kuntrattwali (bl-użu tal-mezzi ta’ produzzjoni tal-azjenda agrikola):

 

MLFO 018

-

-

Xogħol kuntrattwali agrikolu

Iva/le

MLFO 019

-

-

Xogħol kuntrattwali mhux agrikolu

Iva/le

MLFO 020

-

Forestrija

Iva/le

MLFO 021

-

Attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Iva/le

 

Tema dettaljata: importanza għall-azjenda agrikola

 

MLFO 022

-

Il-perċentwal ta’ attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola meta mqabbel mal-output finali tal-azjenda agrikola.

Meded perċentwali (3)

 

Tema dettaljata: input ta’ xogħol

 

MLFO 023

-

Proprjetarju li għandu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola).

M/S (4)

MLFO 024

-

Membri tal-familja li jaħdmu fl-azjenda agrikola u li għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività prinċipali tagħhom.

Għadd ta’ persuni

MLFO 025

-

Membri tal-familja li jaħdmu fl-azjenda agrikola u li għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività sekondarja tagħhom.

Għadd ta’ persuni

Suġġett: attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ li ma humiex relatati mal-azjenda agrikola

 

 

Tema dettaljata: input ta’ xogħol

 

MLFO 028

-

Id-detentur uniku li huwa wkoll il-maniġer tal-azjenda agrikola bi proprjetarju uniku għandu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola).

M/S14

MLFO 029

-

Membri tal-familja tal-proprjetarji uniċi (meta d-detentur uniku huwa l-maniġer tal-azjenda agrikola), li jaħdmu fl-azjenda agrikola u għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività prinċipali tagħhom.

Għadd ta’ persuni

MLFO 030

-

Membri tal-familja tal-proprjetarji uniċi (meta d-detentur uniku huwa l-maniġer tal-azjenda agrikola), li jaħdmu fl-azjenda agrikola u għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività sekondarja tagħhom.

Għadd ta’ persuni

MODULU 2.   ŻVILUPP RURALI

Varjabbli

Unitajiet/kategoriji

Suġġett: azjendi agrikoli appoġġati minn miżuri ta’ żvilupp rurali

 

MRDV 006

-

-

Appoġġ għall-bidu ta’ negozju għall-iżvilupp ta’ farms żgħar

Iva/le

 

Impenji ambjentali jew relatati mal-klima

 

MRDV 016

-

Impenji ambjentali jew relatati mal-klima

Iva/le

MRDV 017

-

Il-benesseri tal-annimali jew ir-reżistenza għall-antimikrobiċi

Iva/le

MRDV 018

-

Il-konverżjoni għal jew il-manutenzjoni tal-biedja organika

Iva/le

MRDV 019

-

Il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi ġenetiċi

Iva/le

 

Impenji ambjentali jew relatati mal-klima tal-foresti

 

MRDV 020

-

Impenji ambjentali jew relatati mal-klima fuq art forestali eżistenti

Iva/le

MRDV 021

-

Impenji ta’ manutenzjoni fuq l-art afforestata jew is-sistemi agroforestali

Iva/le

 

Restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona

 

MRDV 022

-

Restrizzjonijiet taż-żona naturali mhux muntanjuża

Iva/le

MRDV 023

-

Restrizzjonijiet taż-żona naturali muntanjuża

Iva/le

 

Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

 

MRDV 024

-

Żoni agrikoli bi żvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (Natura 2000)

Iva/le

MRDV 025

-

Żoni tal-foresti bi żvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (Natura 2000)

Iva/le

MRDV 026

-

Żoni agrikoli bi żvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (Direttiva Qafas dwar l-Ilma)

Iva/le

 

Investimenti u investimenti fl-irrigazzjoni

 

MRDV 027

-

Investimenti fil-farm

Iva/le

MRDV 028

-

Investimenti fil-farm għal farms żgħar

Iva/le

MRDV 029

-

Investimenti fil-farms biex jittejbu s-sistemi ta’ tisqija eżistenti fil-farm

Iva/le

MRDV 030

-

Investimenti fil-farm biex jiġu stabbiliti sistemi ta’ tisqija ġodda fil-farm

Iva/le

MRDV 031

-

Investiment mhux produttiv li jikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali u klimatiċi fil-farm

Iva/le

MRDV 032

-

Investimenti fid-diversifikazzjoni fil-farm

Iva/le

MRDV 033

-

Investimenti fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-farm

Iva/le

MRDV 034

-

Investimenti għall-benesseri tal-annimali

Iva/le

MRDV 035

-

Investimenti għar-restawr tal-potenzjal agrikolu jew tal-forestrija wara diżastru naturali, eventi klimatiċi avversi jew event katastrofiku

Iva/le

MRDV 036

-

Investimenti għall-infrastruttura fl-agrikoltura

Iva/le

 

Investimenti fil-foresti

 

MRDV 037

-

Investimenti fl-iżvilupp tal-foresti/tal-erja msaġġra

Iva/le

MRDV 038

-

Investiment f’foresti eżistenti

Iva/le

 

Stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ġodda u negozju ġdid rurali

 

MRDV 039

-

Stabbiliment ta’ bdiewa żagħżagħ

Iva/le

MRDV 040

-

Negozju ġdid rurali marbut mal-agrikoltura jew mal-forestrija, inkluż l-istabbiliment ta’ bdiewa ġodda

Iva/le

MRDV 041

-

Negozju ġdid rurali (attivitajiet mhux agrikoli)

Iva/le

MRDV 042

-

Negozju ġdid rurali għad-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi tal-farms f’attivitajiet mhux agrikoli

Iva/le

 

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju

 

MRDV 043

-

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju

Iva/le

 

Kooperazzjoni

 

MRDV 044

-

Kooperazzjoni għall-promozzjoni u l-appoġġ ta’ skemi tal-kwalità

Iva/le

MRDV 045

-

Kooperazzjoni għall-appoġġ ta’ gruppi tal-produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali

Iva/le

MRDV 046

-

Kooperazzjoni mmirata lejn l-objettivi ambjentali u klimatiċi

Iva/le

MRDV 047

-

Kooperazzjoni għat-tiġdid ġenerazzjonali

Iva/le

MRDV 048

-

Tħejjija u implimentazzjoni ta’ proġetti innovattivi tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP

Iva/le

 

Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni

 

MRDV 049

-

Apprendiment mill-eżiti tal-proġetti innovattivi tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP

Iva/le

MRDV 050

-

Parteċipazzjoni fit-taħriġ u fid-dimostrazzjoni fil-farm

Iva/le

MRDV 051

-

Ir-riċeviment ta’ pariri fil-farm

Iva/le

MRDV 052

-

Investiment f’għodod diġitali għal sistema ta’ tisqija ġdida jew eżistenti

Iva/le

MRDV 053

-

Investiment f’għodod diġitali għal farms żgħar

Iva/le

MRDV 054

-

Investiment f’għodod diġitali għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli

Iva/le

MRDV 055

-

Investiment fil-biedja ta’ preċiżjoni

Iva/le

MRDV 056

-

Pariri jew taħriġ fl-għodod/ħiliet diġitali

Iva/le

MODULU 3.   ALLOĠĠ TAL-ANNIMALI U ĠESTJONI TAD-DEMEL

Varjabbli

Unitajiet/kategoriji

Suġġett: alloġġ tal-annimali

 

 

Tema dettaljata: alloġġ tal-annimali bovini

 

MAHM 001

-

Baqar tal-ħalib

Għadd medju

MAHM 002

-

-

Baqar tal-ħalib fi stalel marbuta (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 003

-

-

Baqar tal-ħalib fi stalel marbuta (demel solidu)

Postijiet

MAHM 004

-

-

Baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 005

-

-

Baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali (demel solidu)

Postijiet

MAHM 006

-

-

Baqar tal-ħalib f’tipi ta’ abitazzjoni oħra (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 007

-

-

Baqar tal-ħalib f’tipi ta’ abitazzjoni oħra (demel solidu)

Postijiet

MAHM 008

-

-

Baqar tal-ħalib dejjem barra

Postijiet

MAHM 009

-

-

Baqar tal-ħalib parzjalment barra (jirgħu)

Xhur

MAHM 010

-

-

Baqar tal-ħalib b’aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Iva/le

MAHM 011

-

Annimali bovini oħra

Għadd medju

MAHM 012

-

-

Annimali bovini oħra fi stalel marbuta (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 013

-

-

Annimali bovini oħra fi stalel marbuta (demel solidu)

Postijiet

MAHM 014

-

-

Annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 015

-

-

Annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali (demel solidu)

Postijiet

MAHM 016

-

-

Annimali bovini oħra f’tipi ta’ abitazzjoni oħra (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 017

-

-

Annimali bovini oħra f’tipi ta’ abitazzjoni oħra (demel solidu)

Postijiet

MAHM 018

-

-

Annimali bovini oħra dejjem barra

Postijiet

MAHM 019

-

-

Annimali bovini oħra parzjalment barra (jirgħu)

Xhur

MAHM 020

-

-

Annimali bovini oħra b’aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Iva/le

 

Tema dettaljata: abitazzjoni għall-ħnieżer

 

MAHM 021

-

Ħnieżer tal-għalla

Għadd medju

MAHM 022

-

-

Ħnieżer tal-għalla fuq paviment f’għamla ta’ gradilja

Postijiet

MAHM 023

-

-

Ħnieżer tal-għalla fuq paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja

Postijiet

MAHM 024

-

-

Ħnieżer tal-għalla f’alloġġ b’art solida (bl-esklużjoni ta’ mifrex fond)

Postijiet

MAHM 025

-

-

Ħnieżer tal-għalla fejn is-superfiċje sħiħa hija mifrex fond

Postijiet

MAHM 026

-

-

Ħnieżer tal-għalla f’tipi ta’ alloġġ oħrajn

Postijiet

MAHM 027

-

-

Ħnieżer tal-għalla fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Postijiet

MAHM 028

-

-

Ħnieżer tal-għalla fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Xhur

MAHM 029

-

Ħnieżer oħra

Għadd medju

MAHM 030

-

-

Ħnieżer oħra fuq paviment f’għamla ta’ gradilja

Postijiet

MAHM 031

-

-

Ħnieżer oħra fuq paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja

Postijiet

MAHM 032

-

-

Ħnieżer oħra f’alloġġ b’art solida (bl-esklużjoni ta’ mifrex fond)

Postijiet

MAHM 033

-

-

Ħnieżer oħra fejn is-superfiċje sħiħa hija mifrex fond

Postijiet

MAHM 034

-

-

Ħnieżer oħra f’tipi ta’ alloġġ oħrajn

Postijiet

MAHM 035

-

-

Ħnieżer oħra fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Postijiet

MAHM 036

-

-

Ħnieżer oħra b’aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Iva/le

 

Tema dettaljata: alloġġ għat-tiġieġ tal-bajd

 

MAHM 037

-

Tiġieġ tal-bajd

Għadd medju

MAHM 038

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’alloġġ b’mifrex fond

Postijiet

MAHM 039

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’guva (mingħajr mifrex)

Postijiet

MAHM 040

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’gaġeġ b’ċineg li jneħħu l-ħmieġ

Postijiet

MAHM 041

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’gaġeġ b’fosos fondi

Postijiet

MAHM 042

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’gaġeġ bl-istilt house

Postijiet

MAHM 043

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’tipi ta’ alloġġ oħrajn

Postijiet

MAHM 044

-

-

Tiġieġ tal-bajd fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Postijiet

Suġġett: użu tan-nutrijenti u d-demel fil-farm

 

 

Tema dettaljata: EAU fertilizzata

 

MAHM 045

-

EAU totali fertilizzata b’fertilizzanti minerali

Ettari

MAHM 046

-

EAU totali fertilizzata bid-demel

Ettari

 

Tema dettaljata: demel esportat minn u impurtat lejn l-azjenda agrikola

 

 

 

Esportazzjoni netta tad-demel mill-farm

 

MAHM 047

-

-

Esportazzjoni netta tad-demel likwidu/semisolidu mill-azjenda agrikola

m3

MAHM 048

-

-

Esportazzjoni netta tad-demel solitu mill-farm

tunnellata

 

Tema dettaljata: fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart għajr id-demel

 

MAHM 049

-

Fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart għajr id-demel li jintużaw fl-azjenda agrikola

tunnellata

Suġġett: tekniki ta’ applikazzjoni tad-demel

 

 

Tema dettaljata: ħin ta’ inkorporazzjoni għal kull tip ta’ tifrix

 

 

 

Tifrix tad-demel fuq il-wiċċ kollu

 

MAHM 050

-

-

Inkorporazzjoni fi żmien 4 sigħat

medda % (5)

MAHM 051

-

-

Inkorporazzjoni wara 4 sigħat

medda %5

MAHM 052

-

-

Ebda inkorporazzjoni

medda %5

 

 

Tifrix tad-demel fl-indani

 

MAHM 053

-

-

Distributur mobbli tad-demel bil-pajpijiet

medda %5

MAHM 054

-

-

Distributur bit-tubi flessibbli

medda %5

 

 

Injezzjoni

 

MAHM 055

-

-

Qasma baxxa/miftuħa

medda %5

MAHM 056

-

-

Qasma fonda/magħluqa

medda %5

Suġġett: faċilitajiet għad-demel

 

 

Tema dettaljata: faċilitajiet għall-ħżin tad-demel u kapaċità

 

MAHM 057

-

Ħżin solidu tad-demel f’munzelli

%

MAHM 058

-

Demel maħżun f’munzelli ta’ kompost

%

MAHM 059

-

Demel maħżun f’fosos taħt l-erja ta’ reklużjoni tal-annimali

%

MAHM 060

-

Demel maħżun f’sistemi ta’ mifrex fond

%

MAHM 061

-

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu mingħajr kopertura

%

MAHM 062

-

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu b’kopertura permeabbli

%

MAHM 063

-

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu b’kopertura impermeabbli

%

MAHM 064

-

Demel maħżun f’faċilitajiet oħra li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra

%

MAHM 065

-

Tifrix ta’ kuljum

%

MAHM 066

-

Demel maħżun f’munzelli ta’ kompost

Xhur

MAHM 067

-

Ħżin tad-demel f’fosos taħt l-erja ta’ reklużjoni tal-annimali

Xhur

MAHM 068

-

Ħżin ta’ demel f’sistemi ta’ mifrex fond

Xhur

MAHM 069

-

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu

Xhur

MAHM 070

-

Demel maħżun f’faċilitajiet oħra li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Xhur

MODULU 4.   VINJA

Varjabbli

Unitajiet/kategoriji

Suġġett: għeneb għall-inbid

 

 

Tema dettaljata: erja u età

 

MVIN 001

-

Għeneb għall-inbid

Ettari

MVIN 002

-

-

Għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età ta’< 3 snin

Ettari

MVIN 003

-

-

Għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età 3 snin sa 9 snin

Ettari

MVIN 004

-

-

Għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età 10 snin sa 19-il sena

Ettari

MVIN 005

-

-

Għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età 20 sena sa 29 sena

Ettari

MVIN 006

-

-

Għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età >= 30 sena

Ettari

Suġġett: varjetajiet ta’ għeneb

 

 

Tema dettaljata: għadd ta’ varjetajiet

 

MVIN 007

-

Għadd ta’ varjetajiet (iii)

Għadd

 

Tema dettaljata: kodiċi u erja

 

MVIN 008_iii

-

Erja ta’ referenza

Kodiċi

MVIN 009_iii

-

Identifikatur tal-azjenda agrikola (l-istess bħal CGNR 001)

Numru sħiħ

MVIN 010_iii

-

Kodiċi tal-varjetà

Kodiċi

MVIN 011_iii

-

Erja għall-varjetà

Ettari


(1)  Medda perċentwali 1 tal-unità ta’ xogħol annwali (AWU): (0), (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100).

(2)  Medda perċentwali 2 tal-unità ta’ xogħol annwali (AWU): (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100).

(3)  Output finali tal-meded perċentwali tal-azjenda: (≥ 0-≤ 10), (> 10-≤ 50), (> 50-< 100).

(4)  M — attività prinċipali, S — attività sekondarja.

(5)  Demel applikat b’meded perċentwali speċifiċi għat-teknika ta’ applikazzjoni: (0), (>0-<25), (≥25-<50), (≥50-<75), (≥75-<100), (100).


ANNESS III

Deskrizzjoni tal-varjabbli elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament li għandhom jintużaw għad-data tal-modulu (1)

MODULU 1.   FORZA TAX-XOGĦOL U ATTIVITAJIET OĦRA LI JAGĦMLU L-QLIGĦ

DESKRIZZJONI TAL-VARJABBLI TAL-FORZA TAX-XOGĦOL

Għall-varjabbli dwar il-forza tax-xogħol, għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ referenza ta’ 12-il xahar li jintemm f’jum ta’ referenza fis-sena ta’ referenza minn kull Stat Membru.

Proprjetarju

Id-detentur huwa l-persuna fiżika (jew il-persuna fiżika magħżula fil-każ ta’ azjenda li tappartjeni għal grupp) li l-azjenda titħaddem f’ismu, u huwa dak legalment u ekonomikament responsabbli għall-azjenda. Jekk id-detentur huwa persuna ġuridika, ma tinġabarx data dwar id-detentur.

Xogħol tal-farm huwa ddefinit fl-Anness I - I. VARJABBLI ĠENERALI

Suġġett: ġestjoni tal-farm

 

Suġġetti dettaljati: id-detentur u bilanċ bejn il-ġeneri

MLFO 001

-

Sess tad-detentur

Is-sess tad-detentur

M — Maskil

F — Femminil

MLFO 002

-

Sena tat-twelid

Is-sena tat-twelid tad-detentur

 

Tema dettaljata: input ta’ xogħol

MLFO 003

-

Xogħol tal-farm tad-detentur fl-azjenda agrikola

Medda perċentwali ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali ta’ xogħol tal-farm fl-azjenda agrikola għad-detentur, minbarra x-xogħol tad-dar.

 

Tema dettaljata: miżuri ta’ sikurezza, inkluż pjan għas-sikurezza tal-farm

MLFO 004

-

Pjan għas-sikurezza tal-farm

Il-farm wettaq valutazzjoni tar-riskju tal-post tax-xogħol bil-għan li jnaqqas il-perikli relatati max-xogħol, li rriżultat f’dokument miktub (bħal “pjan għas-sikurezza tal-farm”).

Suġġett: forza tax-xogħol tal-familja

 

Suġġetti dettaljati: input ta’ xogħol, għadd ta’ persuni involuti u bilanċ bejn il-ġeneri

 

Membri tal-familja li jwettqu xogħol tal-farm

Dan il-punt japplika biss għal azjendi bi proprjetarju uniku, minħabba li azjendi li jappartjenu għal grupp u persuni ġuridiċi jitqiesu bħala li ma għandhomx forza tax-xogħol tal-familja.

Il- membri tal-familja li jwettqu xogħol tal-farm (minbarra xogħol tad-dar) jinkludu l-konjuġi jew is-sieħeb rikonoxxut, il-qraba f’linja axxendenti u dixxendenti, u l-aħwa tad-detentur u tal-konjuġi tad-detentur jew is-sieħeb rikonoxxut f’azjendi bi proprjetarju uniku. Fejn rilevanti, dawn jinkludu l-maniġer li huwa membru tal-familja tad-detentur.

MLFO 005

-

Membri tal-familja maskili li jwettqu xogħol tal-farm

Għadd ta’ membri tal-familja maskili għal kull medda perċentwali ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali

MLFO 006

-

Membri tal-familja femminili li jwettqu xogħol tal-farm

Għadd ta’ membri tal-familja femminili għal kull medda perċentwali ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali

Suġġett: forza tax-xogħol mhux tal-familja

 

Suġġetti dettaljati: input ta’ xogħol, għadd ta’ persuni impjegati u bilanċ bejn il-ġeneri

 

 

Forza tax-xogħol mhux tal-familja li taħdem regolarment fl-azjenda agrikola

Forza tax-xogħol li taħdem regolarment fil-farm tirreferi għal persuni għajr id-detentur u l-membri tal-familja li wettqu xogħol tal-farm kull ġimgħa fl-azjenda agrikola matul it-12-il xahar li jintemmu fil-jum ta’ referenza fl-istħarriġ, irrispettivament mit-tul tal-ġimgħa tax-xogħol u minn jekk irċevewx xi tip ta’ remunerazzjoni (salarju, paga, profitti jew pagamenti oħra, inklużi pagamenti in natura). Din tinkludi wkoll persuni li ma setgħux jaħdmu għall-perjodu kollu, għal raġunijiet bħal:

(i)

kundizzjonijiet speċjali tal-produzzjoni f’azjendi agrikoli speċjalizzati; jew

(ii)

assenza minħabba raġunijiet relatati ma’ vakanzi, servizz militari, mard, inċidenti jew mewt; jew

(iii)

bidu jew tmiem tal-impjieg mal-azjenda agrikola; jew

(iv)

waqfien totali tax-xogħol fl-azjenda agrikola minħabba kawżi aċċidentali (għargħar, nar, eċċ.).

MLFO 007

-

-

Forza tax-xogħol maskili mhux tal-familja li taħdem regolarment fil-farm

Għadd ta’ membri maskili tal-forza tax-xogħol mhux tal-familja, għal kull medda perċentwali ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali.

MLFO 008

-

-

Forza tax-xogħol femminili mhux tal-familja li taħdem regolarment fil-farm

Għadd ta’ membri femminili tal-forza tax-xogħol mhux tal-familja, għal kull medda perċentwali ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali.

 

Tema dettaljata: forza tax-xogħol mhux regolari impjegata mill-farm

 

 

Ħaddiema li ma humiex tal-familja impjegati fuq bażi mhux regolari tirreferi għall-ħaddiema li ma ħadmux fl-azjenda agrikola kull ġimgħa fit-12-il xahar li jintemmu fil-jum ta’ referenza tal-istħarriġ, għal raġuni li ma hijiex waħda minn dawk elenkati taħt forza tax-xogħol mhux tal-familja li hija impjegata regolarment.

Jiem tax-xogħol maħduma minn forza tax-xogħol mhux tal-familja u mhux regolari huma kwalunkwe jum ta’ ċertu tul li għalih il-ħaddiem jitħallas salarju jew xi tip ta’ remunerazzjoni (pagi, profitti jew pagamenti oħra, inklużi pagamenti in natura) għal jum tax-xogħol sħiħ, u li fih ix-xogħol li jsir ikun ta’ natura li normalment jitwettaq minn ħaddiem agrikolu full-time. Jiem ta’ liv u jiem ta’ liv minħabba mard ma jingħaddux bħala jiem tax-xogħol.

MLFO 009

-

Ħaddiema li ma humiex tal-familja impjegati fuq bażi mhux regolari: maskili u femminili

Total tal-jiem ta’ xogħol full-time ta’ persuni li ma humiex impjegati b’mod regolari fl-azjenda agrikola.

 

Tema dettaljata: input ta’ xogħol mill-kuntratturi

MLFO 010

-

Persuni mhux impjegati direttament mill-azjenda agrikola u mhux inklużi fil-kategoriji preċedenti

Total tal-jiem tax-xogħol full-time maħduma fl-azjenda agrikola mill-persuni li ma humiex impjegati direttament mill-azjenda agrikola (eż. subkuntratturi impjegati minn partijiet terzi).

Suġġett: attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (OGA) relatati direttament mal-azjenda agrikola

L-informazzjoni dwar attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ hija rreġistrata:

(i)

għall-proprjetarji ta’ azjendi bi proprjetarju uniku u azjendi li jappartjenu għal grupp

(ii)

għall-membri tal-familja f’azjendi bi proprjetarju uniku

Ma tinġabar ebda informazzjoni dwar attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ għal azjendi legali.

Attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola jirreferu għal attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ:

a)

fl-azjenda agrikola; jew

b)

barra mill-azjenda agrikola.

Attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola huma attivitajiet fejn jew ir-riżorsi tal-azjenda agrikola (l-erja, il-bini, il-makkinarju, eċċ.) jew il-prodotti tagħha jintużaw fl-attività. Xogħol mhux tal-farm kif ukoll xogħol tal-farm għal azjendi agrikoli oħra huwa inkluż. Investimenti purament finanzjarji huma esklużi. Il-kiri tal-art għal diversi attivitajiet mingħajr involviment ulterjuri fl-attivitajiet huwa eskluż ukoll.

 

Tema dettaljata: tipi ta’ attivitajiet

MLFO 011

-

Forniment ta’ servizzi tas-saħħa, soċjali jew tal-edukazzjoni

Preżenza ta’ kwalunkwe attività li hija marbuta mal-forniment ta’ servizzi tas-saħħa, soċjali jew tal-edukazzjoni u/jew attivitajiet ta’ negozju relatati b’mod soċjali, li fihom jintużaw jew ir-riżorsi jew inkella l-prodotti primarji tal-azjenda agrikola.

MLFO 012

-

Turiżmu, akkomodazzjoni u attivitajiet oħra ta’ rikreazzjoni

Preżenza ta’ xi attivitajiet relatati mat-turiżmu jew servizzi ta’ akkomodazzjoni, li juru l-azjenda agrikola lil turisti jew lil gruppi oħra, attivitajiet ta’ sport u ta’ rikreazzjoni, eċċ., fejn jintużaw jew l-art, il-bini jew riżorsi oħra tal-azjenda agrikola.

MLFO 013

-

Artiġjanat

Preżenza ta’ manifattura ta’ artiġjanat, immanifatturat fl-azjenda agrikola jew mid-detentur jew mill-membri tal-familja, jew mill-forza tax-xogħol mhux tal-familja, irrispettivament minn kif jinbiegħu il-prodotti.

MLFO 014

-

Ipproċessar ta’ prodotti tal-biedja

Preżenza ta’ kwalunkwe pproċessar ta’ prodott agrikolu primarju fi prodott sekondarju pproċessat fl-azjenda agrikola, irrispettivament minn jekk il-materja prima tiġix prodotta fl-azjenda agrikola jew tinxtrax minn barra.

MLFO 015

-

Produzzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli

Preżenza ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli għas-suq, inklużi l-bijogass, il-bijokarburanti jew l-elettriku, permezz ta’ turbini eoliċi, tagħmir ieħor jew minn materja prima agrikola. Enerġija rinnovabbli prodotta biss għall-użu proprju tal-azjenda agrikola ma hijiex inkluża.

MLFO 016

-

Ipproċessar tal-injam

Preżenza ta’ pproċessar tal-injam għas-suq fl-azjenda agrikola (qtugħ ta’ njam, eċċ.).

MLFO 017

-

Akkwakultura

Preżenza ta’ produzzjoni ta’ ħut, ċkal, eċċ. fl-azjenda agrikola. Attivitajiet li jinvolvu s-sajd biss huma esklużi.

 

 

Xogħol kuntrattwali (bl-użu tal-mezzi ta’ produzzjoni tal-azjenda agrikola)

Xogħol kuntrattwali bl-użu tat-tagħmir tal-azjenda agrikola, b’differenza bejn xogħol li jaqa’ taħt is-settur agrikolu u dak li ma jaqax taħt is-settur agrikolu.

MLFO 018

-

-

Xogħol kuntrattwali agrikolu

Preżenza ta’ xogħol li jaqa’ taħt is-settur agrikolu.

MLFO 019

-

-

Xogħol kuntrattwali mhux agrikolu

Preżenza ta’ xogħol li ma jaqax taħt is-settur agrikolu (eż. tneħħija ta’ borra, trasport ta’ merkanzija, manutenzjoni tal-pajsaġġ, servizzi agrikoli u ambjentali, eċċ.).

MLFO 020

-

Forestrija

Preżenza ta’ xogħol ta’ forestrija bl-użu kemm tal-forza tax-xogħol tal-farm kif ukoll tal-makkinarju u t-tagħmir tal-azjenda agrikola, li ġeneralment jintużaw għal finijiet agrikoli.

MLFO 021

-

Attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Preżenza ta’ attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola u li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

 

Tema dettaljata: importanza għall-azjenda agrikola

MLFO 022

-

Il-perċentwal ta’ attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola fl-output finali tal-azjenda agrikola

Il-medda perċentwali tal-attivitajiet l-oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola fl-output finali tal-azjenda agrikola. Is-sehem tal-attivitajiet l-oħra li jagħmlu l-qligħ li huma relatati direttament mal-azjenda agrikola, meta mqabbel mal-output tal-azjenda agrikola, huwa stmat bħala s-sehem tal-attivitajiet l-oħra li jagħmlu l-qligħ li huma relatati direttament mal-fatturat tal-azjenda agrikola fis-somma tal-fatturat totali tal-azjenda agrikola, u l-pagamenti diretti ta’ dik l-azjenda agrikola taħt ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew, fejn applikabbli, il-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti.

Formula

 

Tema dettaljata: input ta’ xogħol

Din l-entrata tapplika:

(i)

għall-proprjetarji ta’ azjendi bi proprjetarju uniku u azjendi li jappartjenu għal grupp;

(ii)

għall-membri tal-familja f’azjendi bi proprjetarju uniku.

Ma tinġabar ebda informazzjoni għal azjendi legali.

MLFO 023

-

Proprjetarju li għandu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola)

Id-detentur ta’ azjendi bi proprjetarju uniku jew azjendi li jappartjenu għal grupp għandu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola:

M — attività prinċipali

S — attività sekondarja

Dawn l-attivitajiet jistgħu jitwettqu fl-azjenda agrikola nfisha (xogħol mhux tal-farm fl-azjenda agrikola), jew barra mill-azjenda agrikola.

MLFO 024

-

Membri tal-familja li jaħdmu fl-azjenda agrikola u li għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività prinċipali tagħhom

Għadd ta’ membri tal-familja li jwettqu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ direttament relatati mal-azjenda agrikola bħala l-attività prinċipali tagħhom.

MLFO 025

-

Membri tal-familja li jaħdmu fl-azjenda agrikola u li għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività sekondarja tagħhom

Għadd ta’ membri tal-familja li jwettqu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ direttament relatati mal-azjenda agrikola bħala l-attività sekondarja tagħhom.

Suġġett: attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ li ma humiex relatati mal-azjenda agrikola

Tirreferi għal xogħol mhux tal-farm fl-azjenda agrikola u għal xogħol barra mill-azjenda agrikola. Dan jinkludi kull atttività mwettqa għal remunerazzjoni (salarju, pagi, profitti jew pagamenti oħra, inklużi pagamenti in natura) għajr:

(i)

ix-xogħol tal-farm fl-azjenda agrikola: u

(ii)

attivitajiet oħra tad-detentur li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola.

Attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ mhux relatati mal-azjenda agrikola jirreferu għal attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ:

a)

fl-azjenda agrikola (xogħol mhux tal-farm fl-azjenda agrikola); jew

b)

barra mill-azjenda agrikola.

 

Tema dettaljata: input ta’ xogħol

MLFO 028

-

Id-detentur uniku li huwa wkoll il-maniġer tal-azjenda agrikola bi proprjetarju uniku għandu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola)

Id-detentur għandu attivitajiet li jagħmlu l-qligħ li ma humiex relatati direttament mal-azjenda agrikola:

M — attività prinċipali

S — attività sekondarja

Dawn l-attivitajiet jistgħu jitwettqu fl-azjenda agrikola nfisha (xogħol mhux tal-farm fl-azjenda agrikola), jew barra mill-azjenda agrikola.

MLFO 029

-

Membri tal-familja tal-proprjetarji uniċi (meta d-detentur uniku huwa l-maniġer tal-azjenda agrikola), li jaħdmu fl-azjenda agrikola u għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività prinċipali tagħhom

Għadd ta’ membri tal-familja li jwettqu attivitajiet li jagħmlu l-qligħ li ma humiex relatati mal-azjenda agrikola bħala l-attività prinċipali tagħhom.

MLFO 030

-

Membri tal-familja tal-proprjetarji uniċi (meta d-detentur uniku huwa l-maniġer tal-azjenda agrikola), li jaħdmu fl-azjenda agrikola u għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività sekondarja tagħhom

Għadd ta’ membri tal-familja li jwettqu attivitajiet li jagħmlu l-qligħ li ma humiex relatati mal-azjenda agrikola bħala l-attività sekondarja tagħhom.

MODULU 2.   ŻVILUPP RURALI

DESKRIZZJONI TAL-VARJABBLI TAL-IŻVILUPP RURALI

Għall-varjabbli dwar il-miżuri ta’ żvilupp rurali implimentati fl-azjendi agrikoli individwali, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun il-perjodu ta’ 3 snin li jintemm fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ referenza.

Suġġett: azjendi agrikoli appoġġati minn miżuri ta’ żvilupp rurali

L-azjenda agrikola titqies bħala li bbenefikat fl-aħħar 3 snin mill-miżuri ta’ żvilupp rurali stabbiliti fl-Artikoli 31, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 76, 77, 78 u 114b tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2) , u l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 f’konformità ma’ ċerti standards u regoli fissi speċifikati fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, irrispettivament minn jekk il-pagement ikunx sar fil-perjodu ta’ referenza, diment li tkun ittieħdet deċiżjoni pożittiva rigward l-għoti ta’ miżura bħal din (eż. l-applikazzjoni għal sussidju tkun ġiet aċċettata).

MRDV 006

-

Appoġġ għall-bidu ta’ negozju għall-iżvilupp ta’ farms żgħar

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta’ żvilupp rurali skont l-Artikolu 19(1), il-punt (a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

 

Impenji ambjentali jew relatati mal-klima

MRDV 016

-

Impenji ambjentali jew relatati mal-klima

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikoli 31 u 70 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji f’oqsma ta’ azzjoni bħall-adattament għat-tibdil fil-klima, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-kwalità tal-ilma, il-ħamrija, il-bijodiversità jew il-pestiċidi.

MRDV 017

-

Il-benesseri tal-annimali jew ir-reżistenza għall-antimikrobiċi

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikoli 31 u 70 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji għall-benesseri tal-annimali jew għar-reżistenza għall-antimikrobiċi appoġġati taħt pagamenti diretti (ekoskemi) jew għall-iżvilupp rurali (impenji għat-trattament xieraq tal-annimali).

MRDV 018

-

Il-konverżjoni għal jew il-manutenzjoni tal-biedja organika

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikoli 31 u 70 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji għall-konverżjoni jew il-manutenzjoni tal-biedja organika.

MRDV 019

-

Il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi ġenetiċi

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji għall-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp ta’ riżorsi ġenetiċi.

 

Impenji ambjentali jew relatati mal-klima tal-foresti

MRDV 020

-

Impenji ambjentali jew relatati mal-klima fuq art forestali eżistenti

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji għal impenji ambjentali jew relatati mal-klima fuq art forestali eżistenti.

MRDV 021

-

Impenji ta’ manutenzjoni fuq l-art afforestata jew is-sistemi agroforestali

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji għall-impenji ta’ manutenzjoni fuq l-art afforestata jew is-sistemi tal-agroforestrija.

 

Restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona

MRDV 022

-

Restrizzjonijiet taż-żona naturali mhux muntanjuża

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għal restrizzjonijiet taż-żoni naturali mhux muntanjużi.

MRDV 023

-

Restrizzjonijiet taż-żona naturali muntanjuża

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għal restrizzjonijiet taż-żona naturali muntanjuża.

 

Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

MRDV 024

-

Żoni agrikoli bi żvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (Natura 2000)

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għal żoni agrikoli bi żvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (Natura 2000).

MRDV 025

-

Żoni tal-foresti bi żvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (Natura 2000)

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għal żoni tal-foresti bi żvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (Natura 2000).

MRDV 026

-

Żoni agrikoli bi żvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (Direttiva Qafas dwar l-Ilma)

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għal żoni agrikoli bi żvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma).

 

Investimenti u investimenti fl-irrigazzjoni

MRDV 027

-

Investimenti fil-farm

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għal investimenti fil-farm.

MRDV 028

-

Investimenti fil-farm għal farms żgħar

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għal investimenti fil-farm għal farms żgħar.

MRDV 029

-

Investimenti fil-farms biex jittejbu s-sistemi ta’ tisqija eżistenti fil-farm

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (UE) 2021/2115, biex jittejbu s-sistemi ta’ tisqija eżistenti fil-farm.

MRDV 030

-

Investimenti fil-farm biex jiġu stabbiliti sistemi ta’ tisqija ġodda fil-farm

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (UE) 2021/2115, biex jiġu stabbiliti sistemi ġodda ta’ tisqija fil-farm.

MRDV 031

-

Investiment mhux produttiv li jikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali u klimatiċi fil-farm

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għal investiment mhux produttiv li jikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali u klimatiċi fil-farm (bħall-karatteristiċi tal-pajsaġġ bħal sisien ta’ sġajriet, eċċ.)

MRDV 032

-

Investimenti fid-diversifikazzjoni fil-farm

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għal investimenti fid-diversifikazzjoni fil-farm

MRDV 033

-

Investimenti fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-farm

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għal investimenti fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-farm.

MRDV 034

-

Investimenti għall-benesseri tal-annimali

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-investimenti għall-benesseri tal-annimali.

MRDV 035

-

Investimenti għar-restawr tal-potenzjal agrikolu jew tal-forestrija wara diżastru naturali, eventi klimatiċi avversi jew event katastrofiku

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għal investimenti għar-restawr tal-potenzjal agrikolu jew tal-forestrija wara diżastru naturali, eventi klimatiċi avversi jew event katastrofiku.

MRDV 036

-

Investimenti għall-infrastruttura fl-agrikoltura

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-investimenti għall-infrastruttura fl-agrikoltura.

 

Investimenti fil-foresti

MRDV 037

-

Investimenti fl-iżvilupp tal-foresti/tal-erja msaġġra

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għal investimenti fl-iżvilupp tal-foresti/tal-erja msaġġra (bħall-afforestazzjoni jew l-istabbiliment tal-agroforestrija).

MRDV 038

-

Investiment f’foresti eżistenti

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-investiment f’foresti eżistenti (bħal investiment fiż-żoni tal-foresti jew investimenti f’makkinarju u pproċessar).

 

Stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ġodda u negozju ġdid rurali

MRDV 039

-

Stabbiliment ta’ bdiewa żagħżagħ

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ.

MRDV 040

-

Negozju ġdid rurali marbut mal-agrikoltura jew mal-forestrija, inkluż l-istabbiliment ta’ bdiewa ġodda

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għal negozju ġdid rurali marbut mal-agrikoltura jew mal-forestrija, inkluż l-istabbiliment ta’ bdiewa ġodda.

MRDV 041

-

Negozju ġdid rurali (attivitajiet mhux agrikoli)

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għal negozju ġdid rurali (attivitajiet mhux agrikoli).

MRDV 042

-

Negozju ġdid rurali għad-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi tal-farms f’attivitajiet mhux agrikoli

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għal negozju ġdid rurali għad-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi tal-farms f’attivitajiet mhux agrikoli.

 

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju

MRDV 043

-

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għal għodod għodod għall-ġestjoni tar-riskju jew il-fondi mutwi.

 

Kooperazzjoni

MRDV 044

-

Kooperazzjoni għall-promozzjoni u l-appoġġ ta’ skemi tal-kwalità

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-kooperazzjoni għall-promozzjoni u l-appoġġ ta’ skemi tal-kwalità.

MRDV 045

-

Kooperazzjoni għall-appoġġ ta’ gruppi tal-produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-kooperazzjoni għall-appoġġ ta’ gruppi tal-produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali.

MRDV 046

-

Kooperazzjoni mmirata lejn l-objettivi ambjentali u klimatiċi

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-kooperazzjoni mmirata lejn l-objettivi ambjentali u klimatiċi.

MRDV 047

-

Kooperazzjoni għat-tiġdid ġenerazzjonali

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-kooperazzjoni għat-tiġdid ġenerazzjonali.

MRDV 048

-

Tħejjija u implimentazzjoni ta’ proġetti innovattivi tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għat-tħejjija u implimentazzjoni ta’ proġetti tal-EIP.

 

Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni

MRDV 049

-

Apprendiment mill-eżiti tal-proġetti innovattivi tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-apprendiment mill-eżiti tal-proġetti innovattivi tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP.

MRDV 050

-

Parteċipazzjoni fit-taħriġ u fid-dimostrazzjoni fil-farm

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-parteċipazzjoni fit-taħriġ (inkluż kwalunkwe tip ta’ taħriġ fi grupp, e-Apprendiment, apprendiment permezz ta’ dimostrazzjoni fil-farm jew eventi ta’ skambju tal-għarfien oħrajn).

MRDV 051

-

Ir-riċeviment ta’ pariri fil-farm

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2021/2115 biex tirċievi parir individwali dwar il-farm u speċifikament immirat lejn il-kwistjonijiet speċifiċi tal-farm jew tal-bdiewa.

 

Modernizzazzjoni u Diġitalizzazzjoni

MRDV 052

 

Investiment f’għodod diġitali għal sistema ta’ tisqija ġdida jew eżistenti

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi biex tinvesti f’għodod diġitali għal sistema ta’ tisqija ġdida jew eżistenti skont l-Artikolu 114b tar-Regolament (UE) 2021/2115

MRDV 053

 

Investiment f’għodod diġitali għal farms żgħar

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi biex tinvesti f’għodod diġitali għal farms żgħar skont l-Artikolu 114(b) tar-Regolament (UE) 2021/2115

MRDV 054

 

Investiment f’għodod diġitali għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi biex tinvesti f’għodod diġitali għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli skont l-Artikolu 114(b) tar-Regolament (UE) 2021/2115

MRDV 055

 

Investiment fil-biedja ta’ preċiżjoni

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi biex tinvesti fil-biedja ta’ preċiżjoni skont l-Artikolu 114(b) tar-Regolament (UE) 2021/2115

MRDV 056

 

Pariri jew taħriġ fl-għodod/ħiliet diġitali

L-azjenda agrikola bbenefikat minn interventi għal pariri jew taħriġ fl-għodod/ħiliet diġitali skont l-Artikolu 114(b) tar-Regolament (UE) 2021/2115

MODULU 3.   ALLOĠĠ TAL-ANNIMALI U ĠESTJONI TAD-DEMEL

DESKRIZZJONI TAL-VARJABBLI TAL-ALLOĠĠ TAL-ANNIMALI U TAL-ĠESTJONI TAD-DEMEL

Suġġett: alloġġ tal-annimali

Postijiet f’alloġġ tal-annimali tal-ifrat, il-ħnieżer u l-pollam. It-terminu “postijiet” jirreferi għall-għadd normali ta’ annimali preżenti fl-alloġġ tal-annimali matul is-sena ta’ referenza. Dan ifisser li l-għadd ta’ annimali jrid jiġi kkoreġut fil-jum ta’ referenza jekk il-kundizzjonijiet ma jkunux normali (wisq annimali fl-alloġġ, ftit wisq annimali fl-alloġġ, żvujtar sanitarju, skemi ta’ produzzjoni speċjali, eċċ.). Għandu jiġi rreġistrat biss alloġġ tal-annimali li jkun intuża matul il-perjodu ta’ referenza. Jiġi rreġistrat ukoll l-għadd ta’ postijiet temporanjament vojta fl-alloġġ tal-annimali matul il-perjodu ta’ referenza.

L-annimali huma definiti fit-Taqsima Ewlenija III. VARJABBLI TAL-BHEJJEM

 

Tema dettaljata: alloġġ tal-annimali bovini

MAHM 001

-

Baqar tal-ħalib

Għadd medju ta’ baqar tal-ħalib fis-sena ta’ referenza.

MAHM 002

-

-

Baqar tal-ħalib fi stalel marbuta (demel likwidu)

Għadd ta’ postijiet għall-baqar tal-ħalib fi stalel marbuta b’ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 003

-

-

Baqar tal-ħalib fi stalel marbuta (demel solidu)

Għadd ta’ postijiet għall-baqar tal-ħalib fi stalel marbuta b’ġestjoni tad-demel solidu.

MAHM 004

-

-

Baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali (demel likwidu)

Għadd ta’ postijiet għall-baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali b’ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 005

-

-

Baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali (demel solidu)

Għadd ta’ postijiet għall-baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali b’ġestjoni tad-demel solidu.

MAHM 006

-

-

Baqar tal-ħalib f’tipi ta’ abitazzjoni oħra (demel likwidu)

Għadd ta’ postijiet għal baqar tal-ħalib f’tipi ta’ abitazzjoni oħra, mhux ikklassifikati fi bnadi oħra, b’ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 007

-

-

Baqar tal-ħalib f’tipi ta’ abitazzjoni oħra (demel solidu)

Għadd ta’ postijiet għal baqar tal-ħalib f’tipi ta’ abitazzjoni oħra, mhux ikklassifikati fi bnadi oħra, b’ġestjoni tad-demel solidu.

MAHM 008

-

-

Baqar tal-ħalib dejjem barra

Għadd ta’ postijiet għall-baqar tal-ħalib dejjem barra.

MAHM 009

-

-

Baqar tal-ħalib parzjalment barra (jirgħu)

Xhur li fihom il-baqar tal-ħalib ikunu qed jirgħu barra.

MAHM 010

-

-

Baqar tal-ħalib b’aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Preżenza ta’ btieħi għall-eżerċizzju għall-baqar tal-ħalib.

MAHM 011

-

Annimali bovini oħra

Għadd medju ta’ annimali bovini oħra fis-sena ta’ referenza.

MAHM 012

-

-

Annimali bovini oħra fi stalel marbuta (demel likwidu)

Għadd ta’ postijiet għal annimali bovini oħra fi stalel marbuta b’ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 013

-

-

Annimali bovini oħra fi stalel marbuta (demel solidu)

Għadd ta’ postijiet għal annimali bovini oħra fi stalel marbuta b’ġestjoni tad-demel solidu.

MAHM 014

-

-

Annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali (demel likwidu)

Għadd ta’ postijiet għal annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali b’ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 015

-

-

Annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali (demel solidu)

Għadd ta’ postijiet għal annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali b’ġestjoni tad-demel solidu.

MAHM 016

-

-

Annimali bovini oħra f’tipi ta’ abitazzjoni oħra (demel likwidu)

Għadd ta’ postijiet għal annimali bovini oħra f’tipi ta’ alloġġ oħrajn, mhux ikklassifikati fi bnadi oħra, b’ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 017

-

-

Annimali bovini oħra f’tipi ta’ abitazzjoni oħra (demel solidu)

Għadd ta’ postijiet għal annimali bovini oħra f’tipi ta’ alloġġ oħrajn, mhux ikklassifikati fi bnadi oħra, b’ġestjoni tad-demel solidu.

MAHM 018

-

-

Annimali bovini oħra dejjem barra

Għadd ta’ postijiet għal annimali bovini oħra dejjem barra.

MAHM 019

-

-

Annimali bovini oħra parzjalment barra (jirgħu)

Xhur li fihom dawk l-annimali bovini oħra jkunu qed jirgħu barra.

MAHM 020

-

-

Annimali bovini oħra b’aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Preżenza ta’ btieħi għall-eżerċizzju għal annimali bovini oħra.

 

Tema dettaljata: abitazzjoni għall-ħnieżer

MAHM 021

-

Ħnieżer tal-għalla

Għadd medju ta’ ħnieżer tal-għalla fis-sena ta’ referenza.

MAHM 022

-

-

Ħnieżer tal-għalla fuq paviment f’għamla ta’ gradilja

Għadd ta’ postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f’alloġġ b’paviment f’għamla ta’ gradilja.

MAHM 023

-

-

Ħnieżer tal-għalla fuq paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja

Għadd ta’ postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f’alloġġ b’paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja.

MAHM 024

-

-

Ħnieżer tal-għalla f’alloġġ b’art solida (bl-esklużjoni ta’ mifrex fond)

Għadd ta’ postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f’alloġġ b’art solida bl-esklużjoni ta’ mifrex fond.

MAHM 025

-

-

Ħnieżer tal-għalla fejn is-superfiċje sħiħa hija mifrex fond

Għadd ta’ postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f’alloġġ b’mifrex fond.

MAHM 026

-

-

Ħnieżer tal-għalla f’tipi ta’ alloġġ oħrajn

Għadd ta’ postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f’tipi ta’ alloġġ oħrajn.

MAHM 027

-

-

Ħnieżer tal-għalla fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Għadd ta’ postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f’sistemi ta’ trobbija fil-beraħ.

MAHM 028

-

-

Ħnieżer tal-għalla fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Xhur li fihom il-ħnieżer tal-għalla jkunu qed jirgħu barra, f’sistemi ta’ trobbija fil-beraħ.

MAHM 029

-

Ħnieżer oħra

Għadd medju ta’ ħnieżer oħra fis-sena ta’ referenza.

MAHM 030

-

-

Ħnieżer oħra fuq paviment f’għamla ta’ gradilja

Għadd ta’ postijiet għal ħnieżer oħra f’alloġġ b’paviment f’għamla ta’ gradilja.

MAHM 031

-

-

Ħnieżer oħra fuq paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja

Għadd ta’ postijiet għal ħnieżer oħra f’alloġġ b’paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja.

MAHM 032

-

-

Ħnieżer oħra f’alloġġ b’art solida (bl-esklużjoni ta’ mifrex fond)

Għadd ta’ postijiet għal ħnieżer oħra f’alloġġ b’art solida bl-esklużjoni ta’ mifrex fond.

MAHM 033

-

-

Ħnieżer oħra fejn is-superfiċje sħiħa hija mifrex fond

Għadd ta’ postijiet għal ħnieżer oħra f’alloġġ b’mifrex fond.

MAHM 034

-

-

Ħnieżer oħra f’tipi ta’ alloġġ oħrajn

Għadd ta’ postijiet għal ħnieżer oħra f’tipi ta’ alloġġ oħrajn.

MAHM 035

-

-

Ħnieżer oħra fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Għadd ta’ postijiet għal ħnieżer oħra f’sistemi ta’ trobbija fil-beraħ.

MAHM 036

-

-

Ħnieżer oħra b’aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Preżenza ta’ btieħi għall-eżerċizzju għal ħnieżer oħra (bl-esklużjoni tat-trobbija fil-beraħ).

 

Tema dettaljata: alloġġ għat-tiġieġ tal-bajd

MAHM 037

-

Tiġieġ tal-bajd

Għadd medju ta’ tiġieġ tal-bajd fis-sena ta’ referenza.

MAHM 038

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’alloġġ b’mifrex fond

Għadd ta’ postijiet għal tiġieġ tal-bajd f’alloġġ b’mifrex fond.

MAHM 039

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’guva (mingħajr mifrex)

Għadd ta’ postijiet għal tiġieġ tal-bajd f’guva.

MAHM 040

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’gaġeġ b’ċineg li jneħħu l-ħmieġ

Għadd ta’ postijiet għal tiġieġ tal-bajd f’gaġeġ b’ċineg li jneħħu l-ħmieġ.

MAHM 041

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’gaġeġ b’fosos fondi

Għadd ta’ postijiet għal tiġieġ tal-bajd f’gaġeġ b’fosos fondi.

MAHM 042

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’gaġeġ bl-istilt house

Għadd ta’ postijiet għal tiġieġ tal-bajd f’gaġeġ bl-istilt house.

MAHM 043

-

-

Tiġieġ tal-bajd f’tipi ta’ alloġġ oħrajn

Għadd ta’ postijiet għal tiġieġ tal-bajd f’tipi ta’ abitazzjoni oħra.

MAHM 044

-

-

Tiġieġ tal-bajd fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Għadd ta’ postijiet għal tiġieġ tal-bajd f’sistemi ta’ trobbija fil-beraħ.

Suġġett: użu tan-nutrijenti u d-demel fil-farm

 

Tema dettaljata: EAU fertilizzata

MAHM 045

-

EAU totali fertilizzata b’fertilizzanti minerali

Ettari ta’ erja agrikola użata ffertilizzata b’fertilizzanti minerali.

MAHM 046

-

EAU totali fertilizzata bid-demel

Ettari ta’ erja agrikola użata ffertilizzata bid-demel tal-bhejjem.

 

Tema dettaljata: demel esportat minn u impurtat lejn l-azjenda agrikola

L-ammont nett ta’ demel tal-bhejjem jew esportat minn jew impurtat lejn il-farm.

 

 

Esportazzjoni netta tad-demel mill-farm

L-ammont nett ta’ demel tal-bhejjem trasportat barra minn jew miġjub sal-azjenda agrikola.

MAHM 047

-

-

Esportazzjoni netta tad-demel likwidu/semisolidu mill-azjenda agrikola

Metri kubiċi ta’ demel likwidu/semisolidu impurtat lejn jew esportat mill-azjenda agrikola għal użu dirett bħala fertilizzant jew maħsub għall-ipproċessar industrijali, irrispettivament minn jekk ikunx inbiegħ, inxtara jew ġie skambjat mingħajr ħlas. Jinkludu wkoll demel likwidu/semisolidu li jkun intuża għall-produzzjoni tal-enerġija u jkun se jerġa’ jintuża fl-agrikoltura fi stadju aktar tardiv.

MAHM 048

-

-

Esportazzjoni netta tad-demel solitu mill-farm

Tunnellati ta’ demel solidu impurtat lejn jew esportat mill-azjenda agrikola għal użu dirett bħala fertilizzant jew maħsub għall-ipproċessar industrijali, irrispettivament minn jekk ikunx inbiegħ, inxtara jew ġie skambjat mingħajr ħlas. Jinkludu wkoll demel solidu li jkun intuża għall-produzzjoni tal-enerġija u jkun se jerġa’ jintuża fl-agrikoltura fi stadju aktar tardiv.

 

Tema dettaljata: fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart għajr id-demel

MAHM 049

-

Fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart għajr id-demel li jintużaw fl-azjenda agrikola

Tunnellati ta’ fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart, għajr id-demel tal-bhejjem, li jintużaw fl-agrikoltura fl-azjenda agrikola.

Suġġett: tekniki ta’ applikazzjoni tad-demel

Tekniki biex jiġi applikat id-demel

 

Tema dettaljata: ħin ta’ inkorporazzjoni għal kull tip ta’ tifrix

 

 

Tifrix tad-demel fuq il-wiċċ kollu

Id-demel jinfirex f’wiċċ ta’ erja ta’ art jew għalla mingħajr l-użu ta’ tekniki ta’ tifrix tad-demel fl-indani ta’ injezzjoni.

MAHM 050

-

-

Inkorporazzjoni fi żmien 4 sigħat

Medda perċentwali tad-demel totali applikat li jkun ġie inkorporat fil-ħamrija b’mod mekkaniku fi ħdan 4 sigħat wara li jinfirex.

MAHM 051

-

-

Inkorporazzjoni wara 4 sigħat

Medda perċentwali tad-demel totali applikat li jkun ġie inkorporat fil-ħamrija b’mod mekkaniku bejn 4 u 24 siegħa wara li jinfirex.

MAHM 052

-

-

Ebda inkorporazzjoni

Medda perċentwali tad-demel totali applikat fejn ma tkun twettqet ebda inkorporazzjoni fil-ħamrija jew jekk id-demel ma jkunx ġie inkorporat fi ħdan 24 siegħa wara li jinfirex.

 

 

Tifrix tad-demel fl-indani

Id-demel likwidu jew semisolidu jiġi applikat għal erja f’faxex paralleli b’ebda demel bejn il-faxex, u dan permezz ta’ tagħmir (mutur tat-tifrix fl-indani) imwaħħal man-naħa ta’ wara ta’ bawżer jew ta’ trattur biex jifrex id-demel likwidu jew semisolidu fil-livell tal-art.

MAHM 053

-

-

Distributur mobbli tad-demel bil-pajpijiet

Medda perċentwali ta’ demel likwidu jew semisolidu applikat permezz ta’ distributur mobbli tad-demel bil-pajpijiet.

MAHM 054

-

-

Distributur bit-tubi flessibbli

Medda perċentwali ta’ demel likwidu jew semisolidu applikat permezz ta’ distributur bit-tubi flessibbli.

 

 

Injezzjoni

Id-demel likwidu jew semisolidu jiġi applikat billi jitqiegħed f’qasmiet maqtugħin fil-ħamrija sa ċertu fond li jvarja skont it-tip ta’ injettatur.

MAHM 055

-

-

Qasma baxxa/miftuħa

Medda perċentwali ta’ demel likwidu jew semisolidu applikat f’qasmiet baxxi (tipikament fond ta’ madwar 50 mm) irrispettivament minn jekk il-qasmiet jitħallewx miftuħin jew jingħalqux wara l-applikazzjoni.

MAHM 056

-

-

Qasma fonda/magħluqa

Medda perċentwali ta’ demel likwidu jew semisolidu applikat f’qasmiet fondi (tipikament fond ta’ madwar 150 mm) li jingħalqu wara l-applikazzjoni.

Suġġett: faċilitajiet għad-demel

 

Tema dettaljata: faċilitajiet għall-ħżin tad-demel u kapaċità

Faċilitajiet maħsuba għall-ħżin tad-demel

Il-kapaċità tal-faċilitajiet għall-ħżin tad-demel hija ddefinita bħala l-għadd ta’ xhur li fihom il-faċilitajiet ta’ ħżin jistgħu jaħżnu d-demel prodott fl-azjenda agrikola mingħajr riskju li jiskula, u mingħajr żvujtar okkażjonali.

MAHM 057

-

Ħżin solidu tad-demel f’munzelli

Il-perċentwal ta’ demel li jinħażen f’munzelli mhux ikkonfinati jew f’erjas ta’ konfinament fil-miftuħ, normalment għal perjodu ta’ bosta xhur.

MAHM 058

-

Demel maħżun f’munzelli ta’ kompost

Il-perċentwal ta’ demel li jinħażen f’munzelli konfinati, fejn titħalla tgħaddi l-arja u/jew ikun imħallat.

MAHM 059

-

Demel maħżun f’fosos taħt l-erja ta’ reklużjoni tal-annimali

Il-perċentwal ta’ demel li jinħażen bi ftit li xejn jew ebda ilma miżjud, tipikament taħt paviment f’għamla ta’ gradilja f’faċilità ta’ reklużjoni tal-annimali, normalment għal perjodu ta’ inqas minn sena.

MAHM 060

-

Demel maħżun f’sistemi ta’ mifrex fond

Il-perċentwal ta’ demel akkumulat matul ċiklu ta’ produzzjoni, li jista’ jkun estiż sa 6 xhur jew 12-il xahar.

MAHM 061

-

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu mingħajr kopertura

Il-perċentwal ta’ demel maħżun f’tankijiet jew għadajjar mhux mgħottijin, normalment għal perjodu ta’ inqas minn sena.

MAHM 062

-

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu b’kopertura permeabbli

Il-perċentwal ta’ demel maħżun f’tankijiet jew għadajjar, normalment għal perjodu ta’ inqas minn sena, u li jkun mgħotti b’kopertura permeabbli (bħal tafal, tiben jew qoxra naturali).

MAHM 063

-

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu b’kopertura impermeabbli

Il-perċentwal ta’ demel maħżun f’tankijiet jew għadajjar, normalment għal perjodu ta’ inqas minn sena, u li jkun mgħotti b’kopertura impermeabbli (bħal polietilen ta’ densità għolja jew koperturi ta’ pressjoni negattiva).

MAHM 064

-

Demel maħżun f’faċilitajiet oħra li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Il-perċentwal ta’ demel (irrispettivament minn jekk ikunx solidu jew likwidu/semisolidu) maħżun f’faċilitajiet oħra li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

MAHM 065

-

Tifrix ta’ kuljum

Il-perċentwal ta’ demel li ta’ rutina jitneħħa minn faċilità ta’ reklużjoni u jiġi applikat għar-raba’ jew mergħa fi żmien 24 siegħa wara l-eskrezzjoni.

MAHM 066

-

Demel maħżun f’munzelli ta’ kompost

L-għadd ta’ xhur li fihom id-demel solidu jista’ jinħażen f’munzelli ta’ kompost konfinati.

MAHM 067

-

Ħżin tad-demel f’fosos taħt l-erja ta’ reklużjoni tal-annimali

L-għadd ta’ xhur li fihom il-fosos tad-demel likwidu fil-farm jistgħu jaħżnu d-demel.

MAHM 068

-

Ħżin ta’ demel f’sistemi ta’ mifrex fond

L-għadd ta’ xhur li fihom id-demel jista’ jinħażen f’sistemi ta’ mifrex fond.

MAHM 069

-

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu

L-għadd ta’ xhur li fihom id-demel jista’ jinħażen fi mħażen ta’ demel likwidu/semisolidu, irrispettivament mill-kopertura.

MAHM 070

-

Demel maħżun f’faċilitajiet oħra li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra

L-għadd ta’ xhur li fihom id-demel (irrispettivament minn jekk ikunx solidu jew likwidu/semisolidu) jista’ jinħażen f’faċilitajiet oħra li ma humiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

MODULU 4.   VINJA

DESKRIZZJONI TAL-VARJABBLI TAL-VINJI

Għall-varjabbli tal-art, l-użu tal-art għandu jirreferi għas-sena ta’ referenza.

L-Istati Membri b’tal-inqas 1 000 ettaru ta’ vinji mħawwla bi dwieli ta’ għeneb għall-inbid, li jipproduċu kompletament jew fil-biċċa l-kbira għas-suq, għandhom iwettqu l-modulu “Vinja”

Suġġett: għeneb għall-inbid

 

Tema dettaljata: erja u età

MVIN 001

-

Għeneb għall-inbid

Ettari ta’ vinji ta’ varjetajiet ta’ għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta’ meraq, most u/jew inbid.

MVIN 002

-

-

Għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età ta’< 3 snin

Ettari ta’ vinji tal-għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età ta’ < 3 snin

MVIN 003

-

-

Għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età 3 snin sa 9 snin

Ettari ta’ vinji tal-għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età 3 snin sa 9 snin

MVIN 004

-

-

Għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età 10 snin sa 19-il sena

Ettari ta’ vinji tal-għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età 10 snin sa 19-il sena

MVIN 005

-

-

Għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età 20 sena 29 sena

Ettari ta’ vinji tal-għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età 20 sena sa 29 sena

MVIN 006

-

-

Għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età >= 30 sena

Ettari ta’ vinji tal-għeneb għall-inbid fil-klassi tal-età >= 30 sena

Suġġett: varjetajiet ta’ għeneb

Japplika limitu ta’ 100 ha għar-rapportar tal-għadd ta’ varjetajiet, il-kodiċi u ż-żona tagħhom. Il-varjetajiet irrappreżentati b’inqas minn 100 ha f’pajjiż huma rrapportati taħt “aħmar ieħor” jew “abjad ieħor”.

 

Tema dettaljata: għadd ta’ varjetajiet

MVIN 007

-

Għadd ta’ varjetajiet (iii)

L-għadd ta’ varjetajiet awtorizzati ta’ vinji tal-għeneb għall-inbid fl-azjenda agrikola.

 

Tema dettaljata: kodiċi u erja

MVIN 008_iii

 

Erja ta’ referenza

Kodiċi tal-pajjiż.

MVIN 009_iii

-

Identifikatur tal-azjenda agrikola (l-istess bħal CGNR 001)

L-identifikatur uniku tal-azjenda agrikola.

MVIN 010_iii

-

Kodiċi tal-varjetà

Il-kodiċi tal-varjetà tal-vinji tal-għeneb għall-inbid, awtorizzat għall-produzzjoni u għat-tikkettar u l-preżentazzjoni fis-settur tal-inbid, b’applikazzjoni tal-Artikolu 81 u l-Artikolu 120(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 50(1)(g) u 51(2) tar-Regolament (UE) 2018/273) jew leġiżlazzjoni aktar reċenti.

MVIN 0011_iii

-

Erja għall-varjetà

Ettari tal-varjetà ta’ vinji tal-għeneb għall-inbid.


(1)  Il-kodiċijiet u l-IDs tal-kunċett użati matul it-trażmissjoni tad-data attwali jistgħu jvarjaw minn dawk indikati fl-Anness.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2914/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)