|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2896 |
18.11.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2896
tat-18 ta’ Novembru 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2023/1529. |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-21 u t-22 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill Ewropew iddikjara li kieku l-Iran kellu jittrasferixxi missili ballistiċi u teknoloġija relatata lir-Russja għall-użu kontra l-Ukrajna wara li jkun ipprovda lir-reġim Russu vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), li jintużaw f’attakki bla waqfien kontra l-popolazzjoni ċivili fl-Ukrajna, l-Unjoni tkun lesta tirrispondi malajr u f’koordinazzjoni mas-sħab internazzjonali, inkluż b’miżuri restrittivi ġodda u sinifikanti kontra l-Iran. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-aċċess tar-Russja għal oġġetti u teknoloġiji sensittivi b’rilevanza għall-kampijiet tal-battalja jrid ikun ristrett kemm jista’ jkun, inkluż billi jiġu mmirati entitajiet f’pajjiżi terzi li jippermettu ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet. Il-Kunsill Ewropew appella lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) u lill-Kummissjoni biex iħejju aktar sanzjonijiet kontra l-Belarussja, il-Korea ta’ Fuq u l-Iran. |
|
(3) |
Fit-13 ta’ Settembru 2024, f’dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f’isem l-Unjoni, l-Unjoni kkundannat bil-qawwa t-trasferiment reċenti ta’ missili ballistiċi magħmula fl-Iran lejn ir-Russja, meqjusa bħala theddida diretta għas-sigurtà Ewropea u bħala eskalazzjoni materjali sostantiva fir-rigward ta’ forniment ta’ UAVs u munizzjon Iranjani, li r-Russja kienet użat fil-gwerra illegali ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. L-Unjoni lesta tirrispondi malajr u f’koordinazzjoni mas-sħab internazzjonali, inkluż b’miżuri restrittivi ġodda u sinifikanti kontra l-Iran, inkluż id-deżinjazzjoni ta’ individwi u entitajiet involuti fil-programmi ta’ missili ballistiċi u droni tal-Iran, u f’dak ir-rigward kienet qed tikkunsidra wkoll miżuri restrittivi fis-settur tal-avjazzjoni tal-Iran. |
|
(4) |
Ir-Russja qed tuża UAVs prodotti mill-Iran b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, li tikser is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, inkluż kontra l-persuni ċivili u l-infrastruttura ċivili. Il-programm Iranjan sponsorjat mill-Istat għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ UAVs għalhekk jikkontribwixxi għall-ksur tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali. |
|
(5) |
Il-programm tal-missili Iranjani, li huwa bbażat fuq kumpaniji tal-istat kif ukoll privati u jibbenefika minn kapaċitajiet ta’ riċerka domestiċi, huwa mmexxi mill-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Iran u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika, li t-tnejn li huma huma soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni. |
|
(6) |
It-trasferiment ta’ UAVs u missili magħmula fl-Iran u teknoloġiji relatati u komponenti tagħhom lejn ir-Russja u lil gruppi mhux statali armati fil-Lvant Nofsani u lil hinn huwa kwistjoni ċentrali ta’ tħassib. L-Iran ittrasferixxa UAVs u missili u teknoloġiji relatati magħmula fl-Iran u komponenti tagħhom lir-Russja, inkluż permezz ta’ bastimenti u portijiet. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, jenħtieġ li persuna waħda u erba’ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/1529. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/1529 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/1529 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/1529 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
(2) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2896/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)