European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2888

19.11.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2888

tal-5 ta’ Novembru 2024

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-qafas ta’ kooperazzjoni skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (2) (“il-Ftehim tal-2018”) kellu riżultati pożittiv ħafna.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1541 (3), introduċa għodod ġodda ta’ kooperazzjoni amministrattiva fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(3)

Il-Ftehim tal-2018 għalhekk jeħtieġ li jiġi emendat biex l-Istati Membri jingħataw għodod ġodda ta’ kooperazzjoni man-Norveġja.

(4)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“il-Ftehim”), li jirriżulta min-negozjati, jirrifletti kif xieraq id-direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill.

(5)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/767 (4), il-Ftehim ġie ffirmat fit-2 ta’ Ottubru 2024, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(6)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformita mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(7)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (6).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim (7).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)  Opinjoni tal-10 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)   ĠU L 195, 1.8.2018, p. 3.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1541 tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 904/2010 u (UE) 2017/2454 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/767 tal-20 ta’ Frar 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-emenda tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L, 2024/767, 28.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/767/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(6)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/2889, 19.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/2889/oj.

(7)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2888/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)