European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2872

8.11.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2872

tal-5 ta’ Novembru 2024

li taħtar ħames membri u sitt membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Polonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Pollakk,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta’ korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fit-18 ta’ Frar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/322 (3) li taħtar membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni. Fit-13 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/581 (4) li taħtar membru u tliet membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Polonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Gustaw Marek BRZEZIN u t-tmiem tal-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sur Mariusz Rafał FRANKOWSKI, is-Sur Józef JODŁOWSKI, u s-Sur Robert KOŚCIUK saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Is-Sur Joachim Michał SMYŁA nħatar bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sat-30 ta’ April 2024. Għaldaqstant, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sur Adam BANASZAK u s-Sur Sebastian ŁUKASZEWICZ saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(6)

Is-Sur Marcin Artur JABŁOŃSKI, is-Sur Andrzej Antoni PŁONKA, u s-Sa Lucyna Teresa SOKOŁOWSKA nħatru bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sat-30 ta’ April 2024. Għaldaqstant, saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(7)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Piotr Franciszek CAŁBECKI bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti.

(8)

Il-Gvern Pollakk ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Adam BANASZAK, abbażi ta’ mandat nazzjonali differenti, Radny Powiatu Inowrocławskiego (Kunsillier tal-Kontea ta’ Inowroclaw), is-Sur Piotr Franciszek CAŁBECKI, Radny Województwa Kujawsko-Pomorskiego (Kunsillier tal-Provinċja ta’ Kujawsko-Pomorskie), is-Sa Ewa JANCZAR, Radna Miasta Stołecznego Warszawy (Kunsilliera tal-Belt Kapitali ta’ Varsavja), is-Sur Andrzej Antoni PŁONKA, Radny Powiatu Bielskiego (Kunsillier tal-Kontea ta’ Bielsko-Biala), u s-Sur Joachim Michał SMYŁA, Radny Powiatu Lublinieckiego (Kunsillier tal-Kontea ta’ Lubliniec).

(9)

Il-Gvern Pollakk ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandati attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Grzegorz CICHY, Burmistrz Gminy i Miasta Proszowice (Sindku tal-Komun u l-Belt ta’ Proszowice), is-Sur Marcin Artur JABŁOŃSKI, Członek Zarządu Województwa Lubuskiego (Membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Provinċja ta’ Lubuskie), is-Sur Marcin KUCHCIŃSKI, Radny Województwa Warmińsko-Mazurskiego (Kunsillier tal-Provinċja ta’ Warmińsko-Mazurskie), is-Sa Janina Ewa ORZEŁOWSKA, Radna Województwa Mazowieckiego (Kunsilliera tal-Provinċja ta’ Mazowieckie), is-Sur Rafał Henryk RUDKA, Radny Powiatu Bocheńskiego (Kunsillier tad-Distrett ta’ Bochnia), u s-Sa Lucyna Teresa SOKOŁOWSKA, Radna Powiatu Rzeszowskiego (Kunsilliera tal-Kontea ta’ Rzeszów),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

is-Sur Adam BANASZAK, Radny Powiatu Inowrocławskiego (Kunsillier tal-Kontea ta’ Inowroclaw) (bidla fil-mandat),

is-Sur Piotr Franciszek CAŁBECKI, Radny Województwa Kujawsko-Pomorskiego (Kunsillier tal-Provinċja ta’ Kujawsko-Pomorskie),

is-Sa Ewa JANCZAR, Radna Miasta Stołecznego Warszawy (Kunsilliera tal-Belt Kapitali ta’ Varsavja),

is-Sur Andrzej Antoni PŁONKA, Radny Powiatu Bielskiego (Kunsillier tal-Kontea ta’ Bielsko-Biala), u

is-Sur Joachim Michał SMYŁA, Radny Powiatu Lublinieckiego (Membru tal-Kontea ta’ Lubliniec),

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Grzegorz CICHY, Burmistrz Gminy i Miasta Proszowice (Sindku tal-Komun u l-Belt ta’ Proszowice),

is-Sur Marcin Artur JABŁOŃSKI, Członek Zarządu Województwa Lubuskiego (Membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Provinċja ta’ Lubuskie),

is-Sur Marcin KUCHCIŃSKI, Radny Województwa Warmińsko-Mazurskiego (Kunsillier tal-Provinċja ta’ Warmińsko-Mazurskie),

is-Sa Janina Ewa ORZEŁOWSKA, Radna Województwa Mazowieckiego (Kunsilliera tal-Provinċja ta’ Mazowieckie),

is-Sur Rafał Henryk RUDKA, Radny Powiatu Bocheńskiego (Kunsillier tad-Distrett ta’ Bochnia), u

is-Sa Lucyna Teresa SOKOŁOWSKA, Radna Powiatu Rzeszowskiego (Kunsilliera tal-Kontea ta’ Rzeszów).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13 (ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/102/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/322 tat-18 ta’ Frar 2021 li taħtar membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 64, 24.2.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/322/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/581 tat-13 ta’ Marzu 2023 li taħtar membru u tliet membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Polonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 76, 15.3.2023, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/581/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2872/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)