|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2862 |
13.11.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2862
tat-12 ta’ Novembru 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1803 fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà 21
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1803 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà u interpretazzjonijiet li kienu jeżistu fit-8 ta’ Settembru 2022. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Awwissu 2023, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità ħareġ ċerti emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju (“IAS 21”). L-emendi jispeċifikaw meta munita tkun skambjabbli f’munita oħra u, meta ma tkunx, kif kumpanija tiddetermina r-rata tal-kambju li għandha tapplika, u d-divulgazzjonijiet li kumpanija għandha tipprovdi meta munita ma tkunx skambjabbli. |
|
(3) |
B’konsegwenza tal-emendi għal IAS 21, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (“IFRS 1”) kien emendat biex jiżgura konsistenza bejn dawk l-istandards. |
|
(4) |
Wara l-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, EFRAG, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emendi fl-IAS 21 jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/1803 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabbiltà, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1803 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju (“IAS 21”) huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (“IFRS 1”) huwa emendat f’konformità mal-emendi tal-IAS 21 kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1606/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1803 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 237, 26.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1803/oj).
ANNESS
Nuqqas ta’ Skambjabbiltà
Emendi fl-IAS 21
Emendi fl-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju
Il-paragrafi 8 u 26 ġew emendati. Nżiedu l-paragrafi 8 A-8B, 19 A u l-intestaturi relatati tagħhom, il-paragrafi 57 A-57B, 60L-60M u l-Appendiċi A.
DEFINIZZJONIJIET
|
8. |
It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
... Munita tkun tista’ tiġi skambjata f’munita oħra meta entità tkun tista’ tikseb il-munita l-oħra f’perjodu ta’ żmien li jippermetti dewmien amministrattiv normali u permezz ta’ mekkaniżmu ta’ suq jew ta’ skambju li fih tranżazzjoni ta’ skambju toħloq drittijiet u obbligi infurzabbli. ... |
Elaborazzjoni fuq id-definizzjonijiet
Skambjabbli (il-paragrafi A2-A10)
|
8 A |
Entità tivvaluta jekk munita tkunx skambjabbli f’munita oħra:
|
|
8B |
Jekk entità tkun tista’ tikseb mhux aktar minn ammont insinifikanti tal-munita l-oħra fid-data tal-kejl għall-iskop speċifikat, il-munita ma tkunx tista’ tiġi skambjata fil-munita l-oħra.
... |
STIMA TAR-RATA TAL-KAMBJU SPOT META MUNITA MA TKUNX SKAMBJABBLI (IL-PARAGRAFI A11-A17)
|
19 A |
Entità għandha tistma r-rata tal-kambju spot fid-data tal-kejl meta munita ma tkunx skambjabbli f’munita oħra (kif deskritt fil-paragrafi 8, 8 A-8B u A2 — A10) f’dik id-data. L-objettiv ta’ entità fl-istima tar-rata tal-kambju spot huwa li tirrifletti r-rata tat-tranżazzjoni ta’ skambju ordinata fid-data tal-kejl bejn il-parteċipanti fis-suq taħt il-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti. |
RAPPORTAR TA’ TRANŻAZZJONIJIET F’MUNITA BARRANINA FIL-MUNITA NAZZJONALI
...
Rapportar fit-tmiem ta’ perjodi ta’ rapportar sussegwenti
...
|
26. |
Meta jkun hemm diversi rati tal-kambju, ir-rata użata hija dik li fiha l-flussi futuri ta’ flus irrappreżentati bit-tranżazzjoni jew bil-bilanċ setgħet tħallset li kieku dawk il-flussi ta’ flus seħħew fid-data tal-kejl.
... |
DIVULGAZZJONI
...
|
57 A |
Meta entità tistma rata tal-kambju spot minħabba li munita ma tkunx skambjabbli f’munita oħra (ara l-paragrafu 19 A), l-entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jifhmu kif il-munita li ma tkunx skambjabbli fil-munita l-oħra taffettwa, jew tkun mistennija li taffettwa, il-prestazzjoni finanzjarja, il-pożizzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tal-entità. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar:
|
|
57 B |
Il-paragrafi A18 — A20 jispeċifikaw kif entità tapplika l-paragrafu 57 A. |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
...
|
60L |
Nuqqas ta’ Skambjabbiltà, maħruġ f’Awwissu 2023, emenda l-paragrafi 8 u 26, u żied il-paragrafi 8 A-8B, 19 A, 57 A-57B u l-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara. Tista’ ssir applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Id-data tal-applikazzjoni inizjali hija l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih entità tapplika dawk l-emendi għall-ewwel darba. |
|
60M |
Fl-applikazzjoni ta’ Nuqqas ta’ Skambjabbiltà, entità ma għandhiex tirridikjara informazzjoni komparattiva. Minflok:
... |
Appendiċi A
Gwida għall-applikazzjoni
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-Istandard.
SKAMBJABBILTÀ
|
A1 |
L-għan tad-dijagramma li ġejja huwa li tgħin lill-entitajiet jivvalutaw jekk munita tkunx skambjabbli u jistmaw ir-rata tal-kambju spot meta munita ma tkunx skambjabbli. |
Pass I: Valutazzjoni ta’ jekk munita tkunx skambjabbli (il-paragrafi 8 u 8 A-8B)
|
A2 |
Il-paragrafi A3 — A10 jistabbilixxu gwida għall-applikazzjoni biex jgħinu entità tivvaluta jekk munita tkunx skambjabbli f’munita oħra. Entità tista’ tiddetermina jekk munita tkunx skambjabbli f’munita oħra, anki jekk dik il-munita l-oħra tista’ tkun skambjabbli fid-direzzjoni l-oħra. Pereżempju, entità tista’ tiddetermina li l-valuta PC ma tkunx skambjabbli f’munita LC, anki jekk il-munita LC tkun skambjabbli f’munita PC. |
Qafas ta’ żmien
|
A3 |
Il-paragrafu 8 jiddefinixxi rata tal-kambju spot bħala r-rata tal-kambju għall-konsenja immedjata. Madankollu, tranżazzjoni ta’ skambju mhux dejjem tista’ titlesta b’mod istantanju minħabba rekwiżiti legali jew regolatorji, jew għal raġunijiet prattiċi bħal btajjel pubbliċi. Dewmien amministrattiv normali sabiex tinkiseb il-munita l-oħra ma jipprekludix li munita tkun tista’ tiġi skambjata f’dik il-munita l-oħra. Dak li jikkostitwixxi dewmien amministrattiv normali jiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi. |
Kapaċità li tinkiseb il-munita l-oħra
|
A4 |
Fil-valutazzjoni dwar jekk munita tkunx skambjabbli f’munita oħra, entità partikolari għandha tqis il-kapaċità tagħha li tikseb munita oħra, u mhux l-intenzjoni jew id-deċiżjoni li tagħmel dan. Skont ir-rekwiżiti l-oħra fil-paragrafi A2–A10, munita tkun skambjabbli f’munità oħra jekk l-entità tkun kapaċi tikseb il-munita l-oħra - kemm direttament jew indirettament - anke jekk tkun biħsiebha jew tiddeċiedi li ma tagħmilx dan. Pereżempju, skont ir-rekwiżiti l-oħra fil-paragrafi A2–A10, irrispettivament minn jekk l-entità tkun biħsiebha jew tiddeċiedi li tikseb PC, il-munita LC tkun skambjabbli fil-munita PC jekk entità tkun tista’ tiskambja LC għal PC, jew tiskambja LC għal munita oħra (FC) u mbagħad FC għal PC. |
Swieq jew mekkaniżmi ta’ skambju
|
A5 |
Fil-valutazzjoni ta’ jekk munita tkunx skambjabbli f’munita oħra, entità għandha tikkunsidra biss swieq jew mekkaniżmi ta’ skambju li fihom tranżazzjoni għall-iskambju tal-munita għall-munita l-oħra toħloq drittijiet u obbligi infurzabbli. L-eżegwibbiltà hija kwistjoni ta’ liġi. Jekk tranżazzjoni ta’ skambju f’suq jew mekkaniżmu ta’ skambju toħloqx drittijiet u obbligi infurzabbli jiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi. |
Ir-raġuni biex tinkiseb il-munita l-oħra
|
A6 |
Jekk munita tintuża għal skopijiet tista’ twassal għal rati tal-kambju differenti. Pereżempju, ġuriżdizzjoni li tkun qed tiffaċċja pressjoni fuq il-bilanċ tal-pagamenti tagħha tista’ tkun tixtieq tiskoraġġixxi r-rimessi kapitali (bħal pagamenti ta’ dividendi) lil ġuriżdizzjonijiet oħra iżda tinkoraġġixxi l-importazzjonijiet ta’ oġġetti speċifiċi minn dawk il-ġuriżdizzjonijiet. F’ċirkostanzi bħal dawn, l-awtoritajiet rilevanti jistgħu:
|
|
A7 |
Għaldaqstant, il-fatt li munita tkun tista’ tiġi skambjata f’munita oħra jista’ jiddependi fuq ir-raġuni tal-entità li tikseb (jew ipotetikament jista’ jkollha bżonn tikseb) il-munita l-oħra. Fil-valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ skambju:
|
|
A8 |
L-assi netti jew l-investiment nett ta’ entità f’operazzjoni barranija jistgħu jiġu realizzati minn, pereżempju:
|
|
A9 |
Entità għandha tivvaluta jekk munita tkunx skambjabbli f’munita oħra separatament għal kull skop speċifikat fil-paragrafu A7. Pereżempju, entità għandha tivvaluta l-possibbiltà ta’ skambju għall-fini tar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet f’munita barranija fil-munita funzjonali tagħha (ara l-paragrafu A7 (a)) separatament mill-iskambjabbiltà għall-fini li r-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ operazzjoni barranija jinqalbu (ara l-paragrafu A7 (c)). |
Il-kapaċità li jinkisbu ammonti limitati biss tal-munita l-oħra
|
A10 |
Munita ma tkunx skambjabbli f’munita oħra jekk, għal skop speċifikat fil-paragrafu A7, entità tkunx tista’ tikseb aktar minn ammont insinifikanti tal-munita l-oħra. Entità għandha tivvaluta s-sinifikat tal-ammont tal-munita l-oħra li tista’ tikseb għal skop speċifiku billi tqabbel dak l-ammont mal-ammont totali tal-munita l-oħra meħtieġa għal dak l-għan. Pereżempju, entità b’munita funzjonali ta’ LC għandha obbligazzjonijiet denominati fil-munita FC. L-entità tivvaluta jekk l-ammont totali ta’ FC li tista’ tikseb għall-fini tas-saldu ta’ dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunx aktar minn ammont insinifikanti meta mqabbel mal-ammont aggregat (is-somma) tal-bilanċi tal-obbligazzjonijiet tagħha denominati f’FC. |
Pass II: Stima tar-rata tal-kambju spot meta munita ma tkunx skambjabbli (il-paragrafu 19 A)
|
A11 |
Dan l-Istandard ma jispeċifikax kif entità tistma r-rata tal-kambju spot biex tilħaq l-objettiv fil-paragrafu 19 A. Entità tista’ tuża rata tal-kambju osservabbli mingħajr aġġustament (ara l-paragrafi A12-A16) jew teknika ta’ stima oħra (ara l-paragrafu A17). |
L-użu ta’ rata tal-kambju osservabbli mingħajr aġġustament
|
A12 |
Fl-istima tar-rata tal-kambju spot skont il-paragrafu 19 A, entità tista’ tuża rata tal-kambju osservabbli mingħajr aġġustament jekk dik ir-rata tal-kambju osservabbli tissodisfa l-objettiv fil-paragrafu 19 A. Eżempji ta’ rata tal-kambju osservabbli jinkludu:
|
L-użu ta’ rata tal-kambju osservabbli għal skop ieħor
|
A13 |
Munita li ma tkunx tista’ tiġi skambjata f’munita oħra għal skop wieħed tista’ tkun skambjabbli f’dik il-munita għal skop ieħor. Pereżempju, entità tista’ tikseb munita biex timporta oġġetti speċifiċi iżda ma tħallasx dividendi. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-entità tista’ tikkonkludi li rata tal-kambju osservabbli għal skop ieħor tissodisfa l-objettiv fil-paragrafu 19 A. Jekk ir-rata tilħaq l-objettiv fil-paragrafu 19 A, entità tista’ tuża dik ir-rata bħala r-rata tal-kambju spot stmata. |
|
A14 |
Fil-valutazzjoni ta’ jekk tali rata tal-kambju osservabbli tissodisfax l-objettiv fil-paragrafu 19 A, entità għandha tikkunsidra, fost fatturi oħrajn:
|
Bl-użu tal-ewwel rata tal-kambju sussegwenti
|
A15 |
Munita li ma tkunx tista’ tiġi skambjata f’munita oħra għal skop wieħed tista’ tkun skambjabbli f’dik il-munita fid-data tal-kejl tista’ssir skambjabbli f’dik il-munita għal dak l-iskop aktar tard. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, entità tista’ tikkonkludi li l-ewwel rata tal-kambju sussegwenti tissodisfa l-objettiv fil-paragrafu 19 A. Jekk ir-rata tilħaq l-objettiv fil-paragrafu 19 A, entità tista’ tuża dik ir-rata bħala r-rata tal-kambju spot stmata. |
|
A16 |
Fil-valutazzjoni ta’ jekk l-ewwel rata tal-kambju sussegwenti tissodisfax l-objettiv fil-paragrafu 19 A, entità għandha tikkunsidra, fost fatturi oħrajn:
|
L-użu ta’ teknika ta’ stima oħra
|
A17 |
Entità li tuża teknika oħra ta’ stima tista’ tuża kwalunkwe rata tal-kambju osservabbli inklużi rati minn tranżazzjonijiet tal-kambju fi swieq jew mekkaniżmi ta’ skambju li ma joħolqux drittijiet u obbligi infurzabbli — u taġġusta dik ir-rata, kif meħtieġ, sabiex tilħaq l-objettiv fil-paragrafu 19 A. |
Divulgazzjoni meta munita ma tkunx skambjabbli
|
A18 |
Entità għandha tikkunsidra kemm dettall huwa meħtieġ biex tissodisfa l-objettiv ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 57 A. Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi A19 — A20 u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 57 A. |
|
A19 |
Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 57 A, entità għandha tiddivulga:
|
|
A20 |
Meta l-munita funzjonali ta’ operazzjoni barranija ma tkunx skambjabbli fil-munita tal-preżentazzjoni jew, jekk applikabbli, il-munita tal-preżentazzjoni ma tkunx tista’ tiġi skambjata f’munita funzjonali ta’ operazzjoni barranija, entità għandha tiddivulga wkoll:
|
Intestatura emendata.
Emendi għal dikjarazzjonijiet oħrajn
Appendiċi B
Emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju
Ġew emendati l-paragrafi 31C u D27 u żdied il-paragrafu 39AI.
PREŻENTAZZJONI U DIVULGAZZJONI
...
Spjegazzjoni tat-tranżizzjoni għall-IFRSs
...
Użu tal-kost preżunt wara iperinflazzjoni gravi
|
31C |
Jekk entità tagħżel li tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet skont il-valur ġust u li tuża l-valur ġust bħala l-kost preżunt fl-ewwel rapport IFRS tagħha tal-pożizzjoni finanzjarja minħabba iperinflazzjoni gravi (ara l-paragrafi D26-D30), l-ewwel rapporti finanzjarji IFRS tal-entità għandhom jiddivulgaw spjegazzjoni ta’ kif u għalfejn l-entità kellha, u mbagħad waqfet ikollha, munita funzjonali li tkun suġġetta għal iperinflazzjoni gravi.
... |
DATA EFFETTIVA
...
|
39AI |
Nuqqas ta’ Skambjabbiltà (Emendi għall-IAS 21), maħruġ f’Awwissu 2023, emenda l-paragrafi 31C u D27. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 21 (kif emendat f’Awwissu 2023).
... |
Appendiċi D
Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra
...
Iperinflazzjoni gravi
...
|
D27 |
Il-munita ta’ ekonomija iperinflazzjonarja hija soġġetta għal iperinflazzjoni gravi jekk ikollha ż-żewġ karatteristiki li ġejjin:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2862/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)