European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2830

5.11.2024

DEĊIŻJONI (UE) 2024/2830 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Ottubru 2024

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/911 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE (BĊE/2022/22) (BĊE/2024/30)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/11) (1) tas-16 ta’ April 2024 bħala att legali uniku li fih dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni ta’ depożiti ta’ politika mhux monetarja sabiex jissaħħu t-trasparenza u l-konsistenza. Depożiti ta’ politika mhux monetarja jinkludu wkoll ċerti depożiti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/8) (2) u d-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/22) (3).

(2)

Fit-30 ta’ Lulju 2024, il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida (UE) 2024/2616 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/20) (4), li temenda l-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) billi, inter alia, tissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni stabbiliti fil-Linja Gwida b’referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti għad-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 (BĊE/2024/11).

(3)

Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) għandhom ukoll jiġu ssostitwiti b’referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ Deċiżjoni (UE) 2024/1209 (BĊE/2024/11).

(4)

Minħabba li d-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 (BĊE/2024/11) u l-Linja Gwida (UE) 2024/2616 (BĊE/2024/20) se japplikaw mill-1 ta’ Diċembru 2024, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-istess data, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 12 tal-Anness għad-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) huwa ssostitwit b’dan li gej:

“Article 12

Remuneration of Accounts

1.   MCAs, DCAs and sub-accounts shall be remunerated at the rate set out in Article 2(3), point (b), of Decision (EU) 2024/1209 of the European Central Bank (ECB/2024/11) (*1).

2.   Overnight balances held on a TIPS AS technical account or on an RTGS AS technical account for AS settlement procedure D, and guarantee funds held by EEA financial market infrastructures, including those held on an AS guarantee fund account, shall be remunerated at the rate set out in Article 2(3), point (c), of Decision (EU) 2024/1209 (ECB/2024/11).

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2024.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Ottubru 2024.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2024 dwar ir-remunerazzjoni ta’ ċerti depożiti ta’ politika mhux monetarja miżmuma ma’ banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/11) (ĠU L, 2024/1209, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1209/oj).

(2)  Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84, ELI:http://data.europa.eu/eli/guideline/2022/912/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2022 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2007//7 (BĊE/2022/22) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2022/911/oj).

(4)  Linja Gwida (UE) 2024/2616 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ Lulju 2024 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2022/912 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) (BĊE/2022/8) (BĊE/2024/20) (ĠU L, 2024/2616, 4.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/2616/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2830/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)