|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2826 |
5.11.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2826
tat-28 ta’ Ottubru 2024
li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-ħalibatt ta’ Greenland fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2024. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-ħalibatt ta’ Greenland fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2024. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lil Franza għall-istokk tal-ħalibatt ta’ Greenland fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-2024 imsemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
1. Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.
2. It-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, iż-żamma fil-gaġeġ, it-tismin u l-iżbark tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti għandu jibqa’ awtorizzat għall-qbid li jsir qabel dik id-data.
3. Il-qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċi minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Maroš ŠEFČOVIČ
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 (ĠU L, 2024/257, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
ANNESS
|
Nru |
23/TQ257 |
|
Stat Membru |
Franza |
|
Stokk |
GHL/1N2AB. |
|
Speċi |
Ħalibatt ta’ Greenland (Reinhardtius hippoglossoides) |
|
Żona |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
|
Data tal-għeluq |
Is-26 ta’ Lulju 2024 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2826/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)