|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2794 |
4.11.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2794
tal-31 ta’ Ottubru 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti korpi ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bħala kompetenti li jwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati organiċi f’pajjiżi terzi għall-fini tal-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 (2) ġie adottat biex jinkludi l-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848, bħala kompetenti li jwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati organiċi f’pajjiżi terzi għall-fini tal-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 45(1), il-punt (b)(i), ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi l-kriterji li l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll iridu jissodisfaw sabiex jiġu rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti proċedurali li għandhom jiġu ssodisfati minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll meta jippreżentaw it-talba tagħhom għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni, li tikkonsisti f’dossier tekniku. |
|
(3) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378, il-Kummissjoni rċeviet talbiet għar-rikonoxximent minn għadd ta’ korpi ta’ kontroll, ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 46(4) tar-Regolament (UE) 2018/848. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat it-talbiet għar-rikonoxximent mingħand “ACO CERTIFICATION LIMITED”, “CTR ULUSLARARASI BELGELENDIRME VE DENETIM LTD. ŞTİ.”, “DQS POLSKA SPÓŁKA Z OGRANICZONĄ ODPOWIEDZIALNOŚCIĄ”, “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”, “IMOCERT Latinoamérica Ltda.”, “INDOCERT”, “ONECERT INTERNATIONAL PRIVATE LIMITED”, “Organic Crop Improvement Association International Inc”, “Organic Food Development and Certification Center of China”, “Organización Internacional Agropecuaria S.A.”, “ORSER KONTROL VE SERTİFİKASYON ANONİM ŞİRKETİ”, u “SRS Certification GmbH”. Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fid-dossiers tekniċi tagħhom, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li dawk il-korpi ta’ kontroll jiġu rikonoxxuti għal ċerti kategoriji ta’ prodotti f’ċerti pajjiżi terzi, għal żmien indefinit. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat ukoll talba għall-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent minn “Ecocert SAS”. Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fid-dossier tekniku tiegħu, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tiegħu jiġi estiż għal żmien indefinit għall-kategoriji ta’ prodotti mitluba fil-pajjiżi terzi mitluba. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/1378 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/848/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297 20.8.2021, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1378/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bir-rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq il-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u bir-regoli dwar is-superviżjoni u l-kontrolli tagħhom u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll (ĠU L 336, 23.9.2021, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1698/oj).
ANNESS
It-tielet paragrafu tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal A CERT European Organization for Certification S.A.: “ ACO CERTIFICATION LIMITED
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-lista ta’ pajjiżi terzi u l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni (ĠU L 465, 29.12.2021, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2325/oj).”;" |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għal Control Union Certifications B.V.: “ CTR ULUSLARARASI BELGELENDIRME VE DENETIM LTD. ŞTİ.
DQS POLSKA SPÓŁKA Z OGRANICZONĄ ODPOWIEDZIALNOŚCIĄ
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
fl-entrata għal Ecocert SAS, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi fit-tabella fil-punt 1:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal ETKO EKOLOJİK TARIM KONTROL ORGANİZASYONU LİMİTED ȘİRKETİ: “ Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal IBD Certificações Ltda.: “ IMOCERT Latinoamérica Ltda.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal IMO Control Private Limited: “ INDOCERT
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal Metrocert S.C.: “ ONECERT INTERNATIONAL PRIVATE LIMITED
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8) |
l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għal Organic Control System LLC Subotica: “ Organic Crop Improvement Association International Inc
Organic Food Development and Certification Center of China
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9) |
fl-entrata għal Organización Internacional Agropecuaria S.A., jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi fit-tabella fil-punt 1:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal Organska Kontrola d.o.o. Sarajevo: “ ORSER KONTROL VE SERTİFİKASYON ANONİM ŞİRKETİ
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(11) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal Southern Cross Certified Awstralja Pty Ltd: “ SRS Certification GmbH
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-lista ta’ pajjiżi terzi u l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni (ĠU L 465, 29.12.2021, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2325/oj).”;”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2794/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)