|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2791 |
31.10.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2791
tad-29 ta’ Jannar 2024
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jippermetti l-użu tal-kaseinat tal-ħadid tal-ħalib bħala sors ta’ ħadid fis-sostituti tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, minbarra l-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda ma’ kategorija tal-ikel waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/949 (2) awtorizza l-użu tal-kaseinat tal-ħadid tal-ħalib bħala ikel ġdid fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, fost prodotti oħra, minbarra l-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(3) |
Matul il-proċess tal-awtorizzazzjoni, fl-4 ta’ Awwissu 2022, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ħarġet opinjoni xjentifika (3) li fiha kkonkludiet li l-kaseinat tal-ħadid tal-ħalib huwa sikur fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti u li huwa sors li minnu l-ħadid huwa bijodisponibbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tqis li l-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-kaseinat tal-ħadid tal-ħalib, kif awtorizzat bir-Regolament (UE) 2023/949, mhuwiex ta’ tħassib għas-sikurezza bħala sors ta’ ħadid meta jintuża fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, minbarra l-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar u fis-sostituti tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi permess l-użu tal-kaseinat tal-ħadid tal-ħalib bħala sors ta’ ħadid fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, minbarra l-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li dik is-sustanza tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda ma’ ċerti kategoriji ta’ ikel. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/949 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-kaseinat tal-ħadid tal-ħalib bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 128, 15.5.2023, p. 60).
(3) Bord tal-EFSA dwar l-NDA. Safety of iron milk proteinate as a novel food pursuant to Regulation (EU) 2015/2283 and bioavailability of iron from this source in the context of Directive 2002/46/EC, EFSA Journal 2022;20(9):7549.
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013, fil-kategorija tas-sustanza “Minerali”, taħt “Ħadid”, tiżdied l-entrata li ġejja wara l-entrata “L-pidolat ferruż”:
|
“kaseinat tal-ħadid tal-ħalib (*1) |
|
|
X (fi prodotti mhux maħsuba għat-trabi u għat-tfal żgħar) |
X |
(*1) Kif elenkat fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2791/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)