European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2776

8.11.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2776

tal-31 ta’ Ottubru 2024

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/914 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2), il-punt a flimkien mal-Artikolu 1 tal-Protokoll 21 ta’ dak il-Ftehim,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ notifika obbligatorja dwar il-konċentrazzjonijiet qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ. In-notifika għandha konsegwenzi legali importanti li huma favorevoli għall-partijiet fil-konċentrazzjoni proposta. Madankollu, in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu ta’ notifika jrendi lill-partijiet suġġetti għal multi u jista’ jinvolvi wkoll żvantaġġi fid-dritt ċivili għalihom. Huwa għalhekk meħtieġ li fl-interessi taċ-ċertezza legali jkunu definiti b’eżattezza s-suġġett u l-kontenut tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fin-notifika.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 jippermetti lill-impriżi kkonċernati li jitolbu, f’sottomissjoni motivata, qabel in-notifika, li konċentrazzjoni li twettaq il-ħtiġiet ta’ dak ir-Regolament tkun referuta lejn il-Kummissjoni minn wieħed jew aktar Stati Membri, jew referuta mill-Kummissjoni lejn wieħed jew aktar Stati Membri, skont ma jkun il-każ. Huwa importanti li l-Kummissjoni kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, jiġu pprovduti b’informazzjoni suffiċjenti, biex dawn ikunu jistgħu jevalwaw fi żmien qasir, jekk għandux isir rinviju. Għal dak il-għan, is-sottomissjoni motivata li titlob ir-rinviju jenħtieġ li jkollha ċerta informazzjoni speċifika.

(3)

Sabiex jiġi ssimplifikat u mħaffef l-eżami tan-notifiki, tas-sottomissjonijiet motivati, u tal-informazzjoni dwar l-impenji, jenħtieġ li jintużaw formoli standardizzati. Dawn il-formoli huma stabbiliti fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/914 (2). Il-format tal-Annessi ta’ dan ir-Regolament jista’ jinbidel u l-formoli korrispondenti jistgħu jiġu sostitwiti b’formoli elettroniċi li jkun fihom l-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni.

(4)

Instabu diversi ineżattezzi fil-formoli ta’ notifika li jinsabu fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/914. Meta jitqiesu l-effetti importanti ta’ dawn il-formoli, l-ineżattezzi jenħtieġ li jiġu kkoreġuti.

(5)

Għalhekk, l-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/914 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/914 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/139/oj (“Regolament (KE) Nru 139/2004” jew “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/914 tal-20 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/914/oj)) (“Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/914”).


ANNESS

L-Annessi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/914 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-introduzzjoni, il-paragrafu 25, il-punt (g) jinbidel b’li ġej:

“(g)

‘Is-swieq affettwati’: Is-swieq affettwati huma s-swieq ġeografiċi u tal-prodotti rilevanti kollha, kif ukoll is-swieq ġeografiċi u tal-prodotti rilevanti alternattivi plawżibbli, fejn l-attivitajiet tal-partijiet jikkoinċidu orizzontalment jew huma relatati vertikalment u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal rieżami skont il-punt 5(d) tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata (*1)u ma jibbenefikawx mill-klawżoli ta’ flessibbiltà tal-punt 8 tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata.

(*1)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 12: Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1), (l-‘Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata’).” "

(b)

Fit-Taqsima 1, il-Punt 1.2 jinbidel b’dan li ġej:

“1.2.

Ipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali (sa 500 kelma) tal-informazzjoni li ġejja: il-mod li bih titwettaq il-konċentrazzjoni (pereżempju, permezz ta’ xiri ta’ ishma, offerta pubblika, kuntratt eċċ.); l-Artikoli tar-Regolament dwar l-Għaqdiet skont liema t-tranżazzjoni tikkwalifika bħala konċentrazzjoni; l-impriżi inkwistjoni. Għal kull waħda mill-impriżi kkonċernati, ipprovdi: l-isem sħiħ, il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni, l-entità ta’ kontroll finali, deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet u ż-żoni ġeografiċi ta’ attività. Għal impriżi konġunti maħluqa ġodda, ipprovdi attivitajiet maħsuba u żoni ġeografiċi ta’ attività. Huwa mifhum li dan is-sommarju jiġi ppubblikat fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni wara notifika. Dan is-sommarju jrid ikun abbozzat hekk li ma jkun fih l-ebda informazzjoni kunfidenzjali jew sigrieti tan-negozju.”

(c)

Fil-punt 7.1. tat-Taqsima 7, it-tabella tinbidel b’dan li ġej:

“□

Taħt id-definizzjonijiet tas-suq plawżibbli kollha, is-sehem mis-suq ikkombinat tal-partijiet huwa ta’ 20 % jew ogħla iżda jibqa’ taħt il-25 % fi kwalunkwe suq rilevanti fejn l-attivitajiet tal-partijiet jikkoinċidu u l-ebda miċ-ċirkostanzi speċjali deskritti fit-Taqsima II.C tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata mhuma preżenti.

Skont id-definizzjonijiet tas-suq plawżibbli kollha, is-sehem mis-suq ikkombinat tal-partijiet huwa ta’ 20 % jew ogħla iżda jibqa’ taħt il-25 % fi kwalunkwe suq rilevanti fejn l-attivitajiet tal-partijiet jikkoinċidu, u għalkemm waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi speċjali deskritti fit-Taqsima II.C tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata huma preżenti, il-każ ma jqajjem l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni għar-raġunijiet spjegati fis-Subtaqsima 7.4.

Xejn miċ-ċirkostanzi deskritti fit-Taqsima II.C tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata ma huma preżenti u l-ishma mis-suq individwali u kkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni li huma involuti f’attivitajiet ta’ negozju f’suq li huwa upstream jew downstream minn suq li fih tkun involuta kwalunkwe parti oħra għall-konċentrazzjoni (relazzjonijiet vertikali) jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

huma 30 % jew ogħla iżda jibqgħu taħt il-35 % fis-swieq upstream u downstream,

ikunu inqas minn 50 % f’suq wieħed filwaqt li l-ishma mis-suq individwali u kkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni fis-swieq l-oħra kollha relatati vertikalment huma inqas minn 10 %.

Minkejja li ċirkostanza waħda jew aktar deskritti fit-Taqsima II.C tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata huma preżenti l-każ ma jqajjem l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni għar-raġunijiet spjegati fit-Taqsima 7.4 u l-ishma mis-suq individwali u kkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni li huma involuti f’relazzjonijiet vertikali jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

huma 30 % jew ogħla iżda jibqgħu taħt il-35 % fis-swieq upstream u downstream,

ikunu inqas minn 50 % f’suq wieħed filwaqt li l-ishma mis-suq individwali u kkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni fis-swieq l-oħra kollha relatati vertikalment huma inqas minn 10 %.”

(d)

Fit-Taqsima 8, il-punt 8.2 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titlu tal-ewwel tabella jinbidel b’dan li ġej:

 

“Sovrappożizzjonijiet orizzontali li jinvolvu prodotti kummerċjalizzati u prodotti li qed jiġu żviluppati”

(ii)

It-titlu tat-tieni tabella jinbidel b’dan li ġej:

 

“Relazzjonijiet vertikali li jinvolvu prodotti kummerċjalizzati u prodotti li qed jiġu żviluppati”

(e)

In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 33 tinbidel b’dan li ġej:

 

“Għandek tipprovdi ishma mis-suq għall-partijiet u għall-kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati u tiżvela kwalunkwe prodott li qed jiġi żviluppat mill-inqas lill-akkwirent(i) u l-mira/i Jekk ikun hemm inqas minn tliet kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati, għandek tidentifika mill-inqas tliet kompetituri li qed jiżviluppaw prodotti konkorrenti f’fażi ta’ żvilupp.”

(f)

In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 35 tinbidel b’dan li ġej:

 

“Għandek tipprovdi ishma mis-suq għall-partijiet u għall-kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati u tiżvela kwalunkwe prodott li qed jiġi żviluppat mill-inqas lill-akkwirent(i) u l-mira/i Jekk ikun hemm inqas minn tliet kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati, għandek tidentifika mill-inqas tliet kompetituri li qed jiżviluppaw prodotti konkorrenti f’fażi ta’ żvilupp.”

(g)

In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 37 tinbidel b’dan li ġej:

 

“Għandek tipprovdi ishma mis-suq għall-partijiet u għall-kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati u tiżvela kwalunkwe prodott li qed jiġi żviluppat mill-inqas lill-akkwirent(i) u l-mira/i Jekk ikun hemm inqas minn tliet kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati, għandek tidentifika mill-inqas tliet kompetituri li qed jiżviluppaw prodotti konkorrenti f’fażi ta’ żvilupp.”

(h)

Fit-Taqsima 13, il-kaxxa tinbidel b’dan li ġej:

“[Parti Notifikanti 1]

Isem:

Organizzazzjoni:

Pożizzjoni:

Indirizz:

Nru tat-telefon:

Email:

[‘firma elettronika’/firma]

[Parti Notifikanti 2 jekk applikabbli]

Isem:

Organizzazzjoni:

Pożizzjoni:

Indirizz:

Nru tat-telefon:

Email:

[‘firma elettronika’/firma]”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima 1, it-tabella tinbidel b’dan li ġej:

“Notifika skont it-trattament simplifikat: iva

Regolament dwar l-Għaqdiet

Ġuriżdizzjoni:

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 4(5)

Artikolu 22

Bażi ta’ notifika:

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(5)

Artikolu 22

Konċentrazzjoni:

Fużjoni [Artikolu 3(1), il-punt (a)] (*2)

Akkwist ta’ kontroll uniku [Artikolu 3(1), il-punt (b)]

Akkwist ta’ kontroll konġunt [Artikolu 3(1), il-punt (b)] (*3)

Akkwist ta’ kontroll konġunt ta’ impriża konġunta ġdida [Artikolu 3(4)] (*4)

Akkwist ta’ kontroll konġunt fi kwalunkwe xenarju ieħor (jiġifieri mill-inqas azzjonist wieħed li jifdal u li qabel kien jikkontrolla) [Artikolu 3(1), il-punt (b) u 3(4)] (*5)

Kategorija ta’ każ skont l-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata:

Punt 5(a) tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata

Punt 5(b) tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata

Punt 5(c) tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata

Punt 5(d) tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata

Punt 5(e) tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata

Punt 8 tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata

Punt 9 tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata

Notifika marbuta ma’ każ preċedenti (operazzjoni konnessa/tranżazzjoni parallela/każ abort jew irtirat)? IVA □ LE □

Jekk iva, agħti n-numru tal-każ:

Notifika marbuta ma’ konsultazzjoni dwar l-istess konċentrazzjoni? IVA □ LE □

Jekk iva, agħti n-numru tal-konsultazzjoni:

Mezzi għall-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni:

Offerta pubblika mħabbra fi [DATA].

Xiri ta’ ishma

Xiri ta’ assi

Xiri ta’ titoli

Kuntratt ta’ ġestjoni jew kwalunkwe mezz kuntrattwali ieħor

Xiri ta’ ishma f’impriża ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta

Valur tal-konċentrazzjoni f’EUR:

Sede tal-kumpaniji involuti fil-konċentrazzjoni:

Fl-istess Stat Membru

Fl-istess pajjiż terz

Fi Stat Membru u pajjiż terz

Fi Stati Membri differenti

F’pajjiżi terzi differenti

(b)

Fit-Taqsima 2, it-tieni tabella tinbidel b’dan li ġej:

“Impriżi kkonċernati

Pajjiż tal-oriġini

Rwol (*6)

Fatturat (f’miljuni ta’ EUR) (*7)

Sena tal-fatturat (*8)

Mad-dinja kollha

Mal-UE kollha

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Valur tal-fatturat ikkombinat tal-impriżi kollha kkonċernati

 

 

 

Mhuwiex il-każ li kull waħda mill-impriżi kkonċernati tilħaq aktar minn żewġ terzi tal-valur tal-fatturat totali tagħha mill-Unjoni fl-istess Stat Membru wieħed.

(c)

Fit-Taqsima 2, it-tielet tabella tinbidel b’dan li ġej:

“Isem l-Istat Membru rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 1(3), il-punti (b) u (c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet

Valur tal-fatturat ikkombinat tal-impriżi kollha kkonċernati f’dan l-Istat Membru

(f’miljuni ta’ EUR)

Isem l-impriżi rilevanti kkonċernati għall-finijiet tal-Artikolu 1(3), il-punt (c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet

Valur tal-fatturat tal-impriża kkonċernata f’dan l-Istat Membru

(f’miljuni ta’ EUR)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mhuwiex il-każ li kull waħda mill-impriżi kkonċernati tilħaq aktar minn żewġ terzi tal-valur tal-fatturat totali tagħha mill-Unjoni fl-istess Stat Membru wieħed.”

(d)

Fit-Taqsima 4, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

 

“Ipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali (sa 250 kelma) tal-informazzjoni li ġejja: il-mod li bih titwettaq il-konċentrazzjoni (pereżempju, permezz ta’ xiri ta’ ishma, offerta pubblika, kuntratt eċċ.); l-Artikoli tar-Regolament dwar l-Għaqdiet skont liema t-tranżazzjoni tikkwalifika bħala konċentrazzjoni; l-impriżi inkwistjoni. Għal kull waħda mill-impriżi kkonċernati, ipprovdi: l-isem sħiħ, il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni, l-entità ta’ kontroll finali, deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet u ż-żoni ġeografiċi ta’ attività. Għal impriżi konġunti maħluqa ġodda, ipprovdi attivitajiet maħsuba u żoni ġeografiċi ta’ attività. Huwa mifhum li dan is-sommarju jiġi ppubblikat fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni wara notifika. Dan is-sommarju jrid ikun abbozzat hekk li ma jkun fih l-ebda informazzjoni kunfidenzjali jew sigrieti tan-negozju.”

(e)

Fit-Taqsima 7, it-tabella taħt il-punt (a) tinbidel b’dan li ġej:

“□

L-impriża konġunta mhijiex attiva fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE):

L-impriża konġunta ma għandha l-ebda fatturat kurrenti (jiġifieri fiż-żmien tan-notifika) jew mistenni (matul it-tliet snin ta’ wara n-notifika) fiż-ŻEE.

KIF UKOLL

Il-kumpaniji omm tal-impriża konġunta ma ppjanawx trasferimenti ta’ assi lill-impriża konġunta fiż-ŻEE fiż-żmien tan-notifika (*9).

Jekk il-konċentrazzjoni tissodisfa l-kriterji fil-punt 5(a) tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata, it-Taqsimiet 8, 9, 10 u 11 hawn taħt ma għandhomx għalfejn jimtlew.

(f)

Fit-Taqsima 7, it-tabella taħt il-punt (b) tinbidel b’dan li ġej:

“□

L-impriża konġunta għandha attivitajiet kurrenti jew mistennija negliġibbli fiż-ŻEE:

Il-fatturat annwali kurrenti tal-impriża konġunta u l-fatturat tal-attivitajiet kontribwiti fiż-żmien tan-notifika kif ukoll il-fatturat annwali mistenni matul it-tliet snin wara n-notifika huwa inqas minn EUR 100 miljun fiż-ŻEE.

KIF UKOLL

Il-valur totali tat-trasferimenti tal-assi lill-impriża konġunta ppjanati fiż-żmien tan-notifika (*10)huwa inqas minn EUR 100 miljun fiż-ŻEE.

(g)

Fit-Taqsima 7, it-tabella taħt il-punt (c) tinbidel b’dan li ġej:

“□

Żewġ impriżi jew aktar jingħaqdu, jew impriża waħda jew aktar jakkwistaw kontroll uniku jew konġunt ta’ impriża oħra, mingħajr ma joħolqu sovrappożizzjonijiet orizzontali jew rabtiet vertikali.

Jekk il-konċentrazzjoni tissodisfa l-kriterji tal-punt 5(c) tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata, it-Taqsimiet 8, 9, 10 u 11 hawn taħt ma għandhomx għalfejn jimtlew.

(h)

In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 33 tneħħiet.

(i)

In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 35 tneħħiet.

(j)

Fit-Taqsima 7, it-tabella taħt il-punt (d) tinbidel b’dan li ġej:

“□

Żewġ impriżi jew aktar jingħaqdu, jew impriża waħda jew aktar jakkwistaw kontroll uniku jew konġunt ta’ impriża oħra u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 5(d)(i) u 5(d)(ii) tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata jkunu ssodisfati skont id-definizzjonijiet tas-suq plawżibbli kollha (*11).

L-ebda waħda mill-partijiet għall-konċentrazzjoni ma hija attiva fl-istess suq tal-prodott u dak ġeografiku.

JEW

L-ishma mis-suq ikkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni li huma involuti f’attivitajiet kummerċjali fl-istess suq tal-prodott u dak ġeografiku (sovrappożizzjonijiet orizzontali) jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikunu inqas minn 20 %;

ikunu inqas minn 50 % u l-inkrement (delta) tal-Indiċi Herfindahl-Hirschman (HHI) li jirriżulta mill-konċentrazzjoni f’dawn is-swieq ikun inqas minn 150 (*12).

L-ebda waħda mill-partijiet għall-konċentrazzjoni ma hija attiva fi swieq upstream jew downstream ta’ xulxin.

JEW

L-ishma mis-suq individwali u kkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni li jkunu involuti f’attivitajiet kummerċjali f’suq ta’ prodott li jkun upstream jew downstream minn suq ta’ prodott li fih tkun involuta kull parti oħra għall-konċentrazzjoni (relazzjonijiet vertikali) jkunu jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikunu inqas minn 30 % upstream u downstream;

ikunu inqas minn 30 % fis-suq upstream u s-sehem tax-xiri tal-entità downstream tal-input upstream ikun inqas minn 30 %;

ikunu inqas minn 50 % kemm fis-swieq upstream kif ukoll f’dawk downstream, l-inkrement (delta) tal-HHI li jirriżulta mill-konċentrazzjoni jkun inqas minn 150 kemm fis-swieq upstream kif ukoll f’dawk downstream u l-impriża iżgħar f’termini ta’ ishma mis-suq tkun l-istess fis-swieq upstream u downstream (*13).

(k)

Fit-Taqsima 7, it-tabella taħt il-punt (f) tinbidel b’dan li ġej:

“□

L-ebda waħda mill-partijiet għall-konċentrazzjoni ma hija attiva fl-istess suq tal-prodott u dak ġeografiku.

JEW

Taħt id-definizzjonijiet tas-suq plawżibbli kollha, l-ishma mis-suq ikkombinati tal-partijiet jibqgħu taħt il-25 % fi kwalunkwe suq rilevanti fejn l-attivitajiet tal-partijiet jikkoinċidu u l-ebda miċ-ċirkostanzi speċjali deskritti fit-Taqsima II.C tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata mhuma preżenti.

Skont id-definizzjonijiet tas-suq plawżibbli kollha, l-ishma mis-suq ikkombinati tal-partijiet jibqgħu taħt il-25 % fi kwalunkwe suq rilevanti fejn l-attivitajiet tal-partijiet jikkoinċidu, u għalkemm waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi speċjali deskritti fit-taqsima II.C tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata huma preżenti, il-każ ma jqajjem l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni għar-raġunijiet spjegati fit-Taqsima 11.

L-ebda waħda mill-partijiet għall-konċentrazzjoni ma hija attiva fi swieq upstream jew downstream ta’ xulxin.

JEW

L-ebda waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fit-Taqsima II.C dwar il-Proċedura Simplifikata ma tkun preżenti u l-ishma mis-suq individwali u kkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni li jkunu involuti f’attivitajiet kummerċjali f’suq li jkun upstream jew downstream minn suq li fih tkun involuta kwalunkwe parti oħra għall-konċentrazzjoni (relazzjonijiet vertikali) jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikunu inqas minn 35 % fis-swieq upstream u downstream;

ikunu inqas minn 50 % f’suq wieħed filwaqt li l-ishma mis-suq individwali u kkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni fis-swieq l-oħra kollha relatati vertikalment huma inqas minn 10 %.

Ċirkostanza waħda jew aktar deskritti fit-Taqsima II.C tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata huma preżenti, il-każ ma jqajjem l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni għar-raġunijiet spjegati fit-Taqsima 11 u l-ishma mis-suq individwali u kkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni li huma involuti f’relazzjonijiet vertikali jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikunu inqas minn 35 % fis-swieq upstream u downstream;

ikunu inqas minn 50 % f’suq wieħed filwaqt li l-ishma mis-suq individwali u kkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni fis-swieq l-oħra kollha relatati vertikalment huma inqas minn 10 %.”

(l)

Fit-Taqsima 7, it-tabella taħt il-punt (g) tinbidel b’dan li ġej:

“□

Il-fatturat kurrenti annwali tal-impriża konġunta u l-fatturat tal-attivitajiet kontribwiti (*14)fiż-żmien tan-notifika huwa ta’ aktar minn EUR 100 miljun, iżda inqas minn EUR 150 miljun fiż-ŻEE.

KIF UKOLL

Il-valur totali tat-trasferimenti tal-assi lill-impriża konġunta ppjanati fiż-żmien tan-notifika huwa ta’ aktar minn EUR 100 miljun, iżda inqas minn EUR 150 miljun fiż-ŻEE. (*15)

Jekk l-impriża konġunta hija attiva fiż-ŻEE u l-konċentrazzjoni tagħti lok għal sovrappożizzjonijiet orizzontali u/jew relazzjonijiet vertikali, għandek timla t-Taqsima 8 u/jew 9 rispettivament.

(m)

Fit-Taqsima 8, it-titlu tat-tabella jinbidel b’dan li ġej:

 

“Sovrappożizzjonijiet orizzontali li jinvolvu prodotti kummerċjalizzati u prodotti li qed jiġu żviluppati”

(n)

In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 43 tinbidel b’dan li ġej:

 

“Għandek tipprovdi ishma mis-suq għall-partijiet u għall-kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati u tiżvela kwalunkwe prodott li qed jiġi żviluppat mill-inqas lill-akkwirent(i) u l-mira/i Jekk ikun hemm inqas minn tliet kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati, għandek tidentifika mill-inqas tliet kompetituri li qed jiżviluppaw prodotti konkorrenti f’fażi ta’ żvilupp.”

(o)

Fit-Taqsima 9, it-titlu tat-tabella jinbidel b’dan li ġej:

 

“Relazzjonijiet vertikali li jinvolvu prodotti kummerċjalizzati u prodotti li qed jiġu żviluppati”

(p)

In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 46 tinbidel b’dan li ġej:

 

“Għandek tipprovdi ishma mis-suq għall-partijiet u għall-kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati u tiżvela kwalunkwe prodott li qed jiġi żviluppat mill-inqas lill-akkwirent(i) u l-mira/i Jekk ikun hemm inqas minn tliet kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati, għandek tidentifika mill-inqas tliet kompetituri li qed jiżviluppaw prodotti konkorrenti f’fażi ta’ żvilupp.”

(q)

In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 47 tinbidel b’dan li ġej:

 

“Għandek tipprovdi ishma mis-suq għall-partijiet u għall-kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati u tiżvela kwalunkwe prodott li qed jiġi żviluppat mill-inqas lill-akkwirent(i) u l-mira/i Jekk ikun hemm inqas minn tliet kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati, għandek tidentifika mill-inqas tliet kompetituri li qed jiżviluppaw prodotti konkorrenti f’fażi ta’ żvilupp.”

(r)

Fit-Taqsima 10, it-titlu tat-tabella jinbidel b’dan li ġej:

 

“Relazzjonijiet vertikali taħt il-punt 5(d)(ii)(bb) tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata li jinvolvu prodotti kummerċjalizzati u prodotti li qed jiġu żviluppati”

(s)

In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 49 tinbidel b’dan li ġej:

 

“Għandek tipprovdi ishma mis-suq għall-partijiet u għall-kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati u tiżvela kwalunkwe prodott li qed jiġi żviluppat mill-inqas lill-akkwirent(i) u l-mira/i Jekk ikun hemm inqas minn tliet kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati, għandek tidentifika mill-inqas tliet kompetituri li qed jiżviluppaw prodotti konkorrenti f’fażi ta’ żvilupp.”

(t)

In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 50 tinbidel b’dan li ġej:

 

“Għandek tipprovdi ishma mis-suq għall-partijiet u għall-kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati u tiżvela kwalunkwe prodott li qed jiġi żviluppat mill-inqas lill-akkwirent(i) u l-mira/i Jekk ikun hemm inqas minn tliet kompetituri li joffru prodotti kummerċjalizzati, għandek tidentifika mill-inqas tliet kompetituri li qed jiżviluppaw prodotti konkorrenti f’fażi ta’ żvilupp.”

(u)

Fit-Taqsima 16, it-tabella tinbidel b’dan li ġej:

“[Parti Notifikanti 1]

Isem:

Organizzazzjoni:

Pożizzjoni:

Indirizz:

Nru tat-telefon:

Email:

[‘firma elettronika’/firma]

[Parti Notifikanti 2, jekk applikabbli]

Isem:

Organizzazzjoni:

Pożizzjoni:

Indirizz:

Nru tat-telefon:

Email:

[‘firma elettronika’/firma]”

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-Introduzzjoni, il-paragrafu 23(g) jinbidel b’dan li ġej:

“(g)

‘Is-swieq affettwati’: Is-swieq affettwati huma s-swieq ġeografiċi u tal-prodotti rilevanti kollha, kif ukoll is-swieq ġeografiċi u tal-prodotti rilevanti alternattivi plawżibbli, fejn l-attivitajiet tal-partijiet jikkoinċidu orizzontalment jew huma relatati vertikalment u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal rieżami skont il-punt 5(d) tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata (*16)u ma jibbenefikawx mill-klawżoli ta’ flessibbiltà tal-punt 8 tal-Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata.

(*16)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 10: Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU C 160, C/2023/2401, 5.5.2023, p. 1), (l-‘Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata’).” "

(b)

Fit-Taqsima 6, it-tabella tinbidel b’dan li ġej:

“[Parti li qed Tissottometti 1]

Isem:

Organizzazzjoni:

Pożizzjoni:

Indirizz:

Nru tat-telefon:

Email:

[‘firma elettronika’/firma]

[Parti li qed Tissottometti 2 jekk applikabbli]

Isem:

Organizzazzjoni:

Pożizzjoni:

Indirizz:

Nru tat-telefon:

Email:

[‘firma elettronika’/firma]”


(*1)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 12: Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1), (l-‘Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata’).”

(*16)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 10: Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU C 160, C/2023/2401, 5.5.2023, p. 1), (l-‘Avviż dwar il-Proċedura Simplifikata’).” ’


(*2)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 18: Fużjoni sseħħ meta żewġ impriżi indipendenti jew aktar jingħaqdu f’impriża ġdida u ma jibqgħux jeżistu bħala entitajiet legali separati. Ara l-punti 9 u 10 tal-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1) (“Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni”).

(*3)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 19: Dan ix-xenarju jirreferi għal akkwiżizzjonijiet ta’ kontroll konġunt fuq kumpaniji fil-mira li qabel ma kinux ikkontrollati minn xi waħda mill-partijiet li jakkwistaw kontroll konġunt (jiġifieri l-akkwist ta’ kontroll fuq impriża minn parti terza mhux relatata). Ara b’mod partikolari l-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni, il-punt 91.

(*4)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 20: Din il-kategorija tirreferi għall-ħolqien ta’ impriża konġunta f’żona ġdida li lilha l-kumpaniji omm ma jittrasferixxux attività ekonomika eżistenti (jiġifieri sussidjarja jew negozju bi preżenza fis-suq) jew jittrasferixxu biss assi li ma jikkostitwixxux negozju fihom infushom.

(*5)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 21: Dawn il-każijiet jinkludu, fost affarijiet oħra, (i) il-ħolqien ta’ impriżi konġunti ġodda b’funzjoni sħiħa meta kumpanija omm waħda jew aktar jittrasferixxu negozju jew attività ekonomika eżistenti u (ii) id-dħul jew is-sostituzzjoni tal-azzjonisti li jikkontrollaw ta’ impriża konġunta. Ara b’mod partikolari l-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni, il-punt 92.”

(*6)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 24: A = Akkwist fil-każ ta’ akkwist ta’ kontroll uniku jew konġunt (jekk aktar minn wieħed, iddefinixxi A1, A2, eċċ.).

T = Mira fil-każ ta’ akkwist ta’ kontroll uniku (jekk aktar minn wieħed, iddefinixxi T1, T2, eċċ.).

JV = Impriża konġunta fil-każ ta’ akkwist ta’ kontroll konġunt (jekk aktar minn waħda, iddefinixxi JV1, JV2, eċċ.).

MP = Parti Fużjoni fil-każ ta’ fużjoni (jekk aktar minn waħda, iddefinixxi l-MP1, l-MP2, eċċ.).

(*7)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 25: L-informazzjoni dwar il-fatturat għandha tiġi pprovduta f’euro bir-rati tal-kambju medji prevalenti għas-snin jew perjodi oħra inkwistjoni.

(*8)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 26: Jekk is-sena fiskali ma taqax flimkien mas-sena kalendarja, indika t-tmiem tas-sena fiskali fil-format ta’ data sħiħa (jj/xx/ssss).”

(*9)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 32: Kwalunkwe assi ppjanat li jiġi ttrasferit lill-impriża konġunta fil-ħin tan-notifika għandu jiġi kkunsidrat, irrispettivament mid-data li fiha dawn l-assi se jiġu fil-fatt ittrasferiti lill-impriża konġunta.”

(*10)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 34: Kwalunkwe assi ppjanat li jiġi ttrasferit lill-impriża konġunta fil-ħin tan-notifika għandu jiġi kkunsidrat, irrispettivament mid-data li fiha dawn l-assi se jiġu fil-fatt ittrasferiti lill-impriża konġunta.”

(*11)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 36: Il-limiti għal sovrappożizzjoni orizzontali u relazzjonijiet vertikali japplikaw għal kull definizzjoni alternattiva plawżibbli tas-suq tal-prodott u dak ġeografiku li jista’ jkollha tiġi kkunsidrata f’każ partikolari. Huwa importanti li d-definizzjonijiet tas-suq sottostanti stabbiliti fin-notifikazzjoni huma preċiżi biżżejjed biex jiġġustifikaw il-valutazzjoni li dawn il-limiti ma ntlaħqux, u li d-definizzjonijiet alternattivi plawżibbli kollha tas-suq li jistgħu jitqiesu jissemmew (inklużi swieq ġeografiċi li huma idjaq minn dawk nazzjonali)

(*12)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 37: L-HHI huwa kkalkolat billi jingħaddu l-kwadrati tal-ishma mis-suq individwali tad-ditti kollha fis-suq: ara l-Linji ta’ Gwida tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-għaqdiet orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi (ĠU C 31, 5.2.2004, p. 5, il-punt 16), disponibbli hawn https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=celex%3A52004XC0205%2802%29. Madankollu, biex jiġi kkalkulat l-HHI delta li jirriżulta mill-konċentrazzjoni, huwa biżżejjed li jitnaqqas mill-kwadru tas-somma tal-ishma mis-suq tal-partijiet tal-konċentrazzjoni (fi kliem ieħor, il-kwadru tas-sehem mis-suq tal-entità fuża wara l-konċentrazzjoni) is-somma tal-kwadri tal-ishma mis-suq individwali tal-partijiet (billi l-ishma mis-suq tal-kompetituri l-oħra kollha fis-suq jibqgħu l-istess u għaldaqstant ma jinfluwenzawx ir-riżultat tal-ekwazzjoni).

(*13)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 38: Din il-kategorija għandha l-għan li tkopri inkrementi żgħar għal integrazzjoni vertikali diġà eżistenti. Pereżempju, il-Kumpanija A, attiva f’suq upstream u downstream (b’sehem ta’ 45 % f’kull waħda) takkwista l-Kumpanija B attiva fl-istess swieq upstream u downstream (b’sehem ta’ 0,5 % f’kull waħda). Din il-kategorija ma tkoprix sitwazzjonijiet li fihom il-biċċa l-kbira tal-integrazzjoni vertikali tirriżulta mit-tranżazzjoni, anke jekk l-ishma mis-suq ikkombinati jkunu anqas minn 50 % u l-HHI delta jkun anqas minn 150. Pereżempju, din il-kategorija ma tkoprix is-sitwazzjoni li ġejja: Il-Kumpanija A, attiva upstream b’sehem fis-suq ta’ 45 % u downstream b’sehem fis-suq ta’ 0,5 % takkwista lill-Kumpanija B attiva upstream b’sehem fis-suq ta’ 0,5 % u downstream b’sehem fis-suq ta’ 45 %.”

(*14)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 39: Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 31.

(*15)  In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 40: Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 32.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2776/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)