|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2764 |
31.10.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2764
tat-30 ta’ Ottubru 2024
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ħowlders tal-bozoz b’kamin Edison, kaxex u għeluq għal aċċessorji elettriċi, pompi taċ-ċirkolazzjoni fissi, apparati ta’ twaletti u sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid jkun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bl-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titoli tal-istandards armonizzati u għall-abbozzar, ir-reviżjoni u t-tlestija ta’ standards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE (“it-talba”). L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-CENELEC u lill-ETSI. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba, is-CENELEC irreveda l-istandard armonizzat EN 60335-2-51:2003 kif emendat b’EN 60335-2-51:2003/A1:2008 u b’EN 60335-2-51:2003/A2:2012 dwar rekwiżiti partikolari għall-pompi taċ-ċirkolazzjoni fissi, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2723 (3). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 60335-2-51:2023 kif emendat b’EN IEC 60335-2-51:2023/A11:2023. |
|
(4) |
Barra minn hekk, abbażi tat-talba, is-CENELEC emenda l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2723: EN IEC 60335-2-84:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-84:2021/A11:2021 dwar rekwiżiti partikolari għal apparati ta’ twaletti; EN 60670-21:2007 kif emendat b’EN 60670-21:2007/A11:2023 dwar rekwiżiti partikolari għal kaxex u għeluq għal aċċessorji elettriċi u EN IEC 60238:2018 dwar ħowlders tal-bozoz b’kamin Edison. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN IEC 60335-2-84:2021/A12:2023; EN 60670-21:2007/A1:2023; EN IEC 60238:2018/A1:2018 u EN IEC 60238:2018/A2:2021. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CENELEC, ivvalutat jekk l-istandards u l-emendi tagħhom, abbozzati mis-CENELEC, humiex konformi mat-talba. |
|
(6) |
L-istandards armonizzati li ġejjin u l-emendi tagħhom jissodisfaw l-objettivi tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE: EN IEC 60335-2-51:2023 kif emendat b’EN IEC 60335-2-51:2023/A11:2023; EN IEC 60335-2-84:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-84:2021/A11:2021 u b’EN IEC 60335-2-84:2021/A12:2023; EN 60670-21:2007 kif emendat b’EN 60670-21:2007/A11:2023 u b’EN 60670-21:2007/A1:2023; EN IEC 60238:2018 kif emendat b’EN IEC 60238:2018/A1:2018 u b’EN IEC 60238:2018/A2:2021. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards u l-emendi tagħhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Fl-aħħar nett, is-CENELEC ħareġ korrezzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 61851-1:2019 dwar ir-rekwiżiti ġenerali għal sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723. Dan irriżulta fl-istandard armonizzat EN IEC 61851-1:2019 kif ikkorreġut b’EN IEC 61851-1:2019/AC:2023-12. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CENELEC, ivvalutat jekk il-korrezzjoni EN IEC 61851-1:2019/AC:2023-12 tal-istandard armonizzat EN IEC 61851-1:2019 hijiex indispensabbli għall-applikazzjoni korretta tiegħu bħala standard armonizzat. |
|
(9) |
Il-korrezzjoni EN IEC 61851-1:2019/AC:2023-12 hija indispensabbli għall-applikazzjoni korretta ta’ EN IEC 61851-1:2019 bħala standard armonizzat. Għalhekk jixraq li r-referenza ta’ EN IEC 61851-1:2019 kif ikkoreġut b’EN IEC 61851-1:2019/AC:2023-12 tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(10) |
Fl-Anness I tagħha, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 tipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jiġu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi tal-istandards EN IEC 60238:2018, EN IEC 60335-2-51:2023, EN IEC 60335-2-84:2021 u EN 60670-21:2007 u tal-emendi tagħhom u tal-istandard EN IEC 61851-1:2019 u l-korrezzjoni tiegħu jenħtieġ li jiġu inkluzi f’dak l-Anness. |
|
(11) |
Għalhekk jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN IEC 60238:2018, EN 60335-2-51:2003, EN IEC 60335-2-84:2021, EN 60670-21:2007 u EN IEC 61851-1:2019 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ kwalunkwe referenza għall-istandards armonizzati tagħhom ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723. |
|
(12) |
Biex il-manifatturi jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw it-tagħmir elettriku tagħhom kopert bl-istandards armonizzati EN IEC 60238:2018; EN 60335-2-51:2003 kif emendat b’EN 60335-2-51:2003/A1:2008 u b’EN 60335-2-51:2003/A2:2012; EN IEC 60335-2-84:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-84:2021/A11:2021; EN 60670-21:2007 kif emendat b’EN 60670-21:2007/A11:2023; u EN IEC 61851-1:2019, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġi differit. |
|
(13) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(14) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness għandu japplika mit-30 ta’ April 2026.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/35/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2723 tas-6 ta’ Diċembru 2023 dwar standards armonizzati għat-tagħmir elettriku abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2723, 13.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2723/oj).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2723 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
ir-ringieli 139, 198, 221, 299a u 517 jitħassru; |
|
(2) |
ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2764/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)