European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2754

29.10.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2754

tad-29 ta’ Ottubru 2024

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-4 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet, fuq inizjattiva proprja, investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija (“BEVs”) iddisinjati għat-trasport ta’ persuni, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”, “ir-RPĊ”, jew “iċ-Ċina”) skont l-Artikolu 10(8) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tar-Regolament bażiku”). Din ippubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni fuq il-bażi li l-importazzjonijiet ta’ BEVs li joriġinaw mir-RPĊ qegħdin jiġu ssussidjati u b’hekk qegħdin jikkawżaw dannu (3) lill-industrija tal-Unjoni.

(3)

Wara analiżi fil-fond tal-iżviluppi reċenti tas-suq u meta wieħed iqis is-sensittività tas-settur tal-vetturi elettriċi u l-importanza strateġika tiegħu għall-ekonomija tal-UE f’termini ta’ innovazzjoni, valur miżjud u impjiegi, il-Kummissjoni ġabret informazzjoni dwar is-suq minn diversi sorsi indipendenti. Din l-informazzjoni kellha t-tendenza li turi l-eżistenza ta’ sussidjar mir-RPĊ li jaffettwa b’mod negattiv is-sitwazzjoni tal-industrija tal-BEV tal-Unjoni.

(4)

Abbażi ta’ informazzjoni faċilment disponibbli, kien hemm biżżejjed evidenza li turi li l-importazzjonijiet tal-BEVs li joriġinaw mir-RPĊ jibbenefikaw minn sussidji kumpensatorji pprovduti mill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-GTĊ”). Dawk is-sussidji ppermettew li l-importazzjonijiet issussidjati jżidu malajr is-sehem tagħhom mis-suq fl-Unjoni għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(5)

L-evidenza disponibbli wriet il-probabbiltà ta’ żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet issussidjati bi prezzijiet baxxi, li tkun ta’ theddida imminenti ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni li hija diġà vulnerabbli. Tali żieda f’daqqa fl-importazzjonijiet bi prezz baxx, li jirbħu sehem sinifikanti mis-swieq f’suq li qiegħed jikber b’rata mgħaġġla li fih hija meħtieġa rata sinifikanti u sostnuta ta’ investimenti hekk kif is-suq tal-Unjoni jagħmel tranżizzjoni għall-elettrifikazzjoni totali, twassal lill-industrija tal-Unjoni biex iġġarrab telf finanzjarju kbir li malajr jista’ jsir wieħed mhux sostenibbli.

(6)

F’dawn iċ-ċirkostanzi speċjali, billi l-Kummissjoni kellha biżżejjed evidenza li għandha t-tendenza li turi l-eżistenza ta’ sussidjar, theddida ta’ dannu u rabta kawżali meħtieġa għall-bidu ta’ investigazzjoni antisussidji, hija ddeċidiet, f’konformità mal-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku, li tipproċedi b’tali bidu mingħajr ma tkun irċeviet ilment bil-miktub mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha.

(7)

Qabel il-bidu tal-investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni nnotifikat lill-GTĊ li hija kienet iddeċidiet li tibda proċediment ex officio dwar l-importazzjonijiet ta’ BEVs ġodda mir-RPĊ u stiednet lill-GTĊ għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ aċċetta l-offerta għal konsultazzjonijiet, li saru fit-2 ta’ Ottubru 2023. Matul il-konsultazzjonijiet, ġew ikkunsidrati l-kummenti sottomessi mill-GTĊ. Madankollu, ma setgħet tinstab l-ebda soluzzjoni li fuqha jkun hemm qbil reċiproku.

1.2.   Reġistrazzjoni

(8)

Kif stabbilit fil-premessa (8) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1866 (4) (“ir-Regolament provviżorju”), il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess, għamlet l-importazzjonijiet ta’ BEVs ġodda mfassla għat-trasport ta’ persuni, li joriġinaw miċ-Ċina, soġġetti għal reġistrazzjoni mis-7 ta’ Marzu 2024 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/785 (5) (“ir-Regolament tar-reġistrazzjoni”).

1.3.   Miżuri provviżorji

(9)

F’konformità mal-Artikolu 29a tar-Regolament bażiku, fit-12 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet sommarju tad-dazji provviżorji proposti u dettalji dwar il-kalkolu tar-rati ta’ sussidju. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-akkuratezza tal-kalkoli fi żmien 3 ijiem xogħol. Waslu kummenti mingħand il-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, il-Grupp BYD, l-Grupp SAIC, u l-Grupp Geely, u mingħand il-produtturi esportaturi Great Wall Motor Co. Ltd. (“GWM”), Spotlight Automotive Co. Ltd. (“Spotlight”), u Volkswagen (Anhui) Automotive Co. Ltd. (“Volkswagen (Anhui)”).

(10)

Fl-4 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni imponiet miżuri kumpensatorji provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ BEVs li joriġinaw miċ-Ċina bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1866.

1.4.   Proċedura sussegwenti

(11)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġew imposti miżuri kumpensatorji provviżorji (“divulgazzjoni provviżorja”), il-Grupp BYD, il-Grupp SAIC, u s-sussidjarji tal-Grupp Geely, Polestar Performance AB (“Polestar”) u Volvo Car Cooperation, il-produtturi esportaturi l-Grupp Dongfeng, GWM, NIO Holding (“NIO”), Spotlight, Tesla (Shanghai) Co. Ltd. (“Tesla (Shanghai)”), Volkswagen (Anhui), il-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”), il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”), l-Assoċjazzjoni taċ-Ċina ta’ Manifatturi tal-Vetturi (“CAAM”), il-produtturi tal-Unjoni l-Kumpanija 18, il-Kumpanija 22 u l-Kumpanija 24, u l-assoċjazzjoni Ġermaniża Verband der Automobilindustrie e.V. issottomettew kummenti.

(12)

Mill-bidu nett, il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ikkummentaw fid-dettall dwar il-valutazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju dwar id-dannu u l-kawżalità, spiss mingħajr ma rrikonoxxew is-sejbiet u l-ġustifikazzjoni tagħhom ipprovduti mill-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju. Bl-istess mod, is-CCCME u l-GTĊ tennew għadd kbir ta’ kummenti li tqajmu fis-sottomissjonijiet ta’ wara l-bidu tagħha mill-ġdid mingħajr ma indirizzaw l-ispjegazzjonijiet u r-referenza speċifiċi għall-evidenza rilevanti pprovduta mill-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li s-CCCME u l-GTĊ prinċipalment ikkritikaw l-analiżi li saret mill-Kummissjoni mingħajr ma ppreżentaw evidenza ġdida f’dan ir-rigward jew mingħajr ma appoġġaw id-dikjarazzjonijiet li saru bi kwalunkwe evidenza. Fit-taqsimiet ta’ hawn taħt, il-Kummissjoni indirizzat fid-dettall il-kummenti li tqajmu mis-CCCME mingħajr, madankollu, ma tenniet kummenti identiċi li tqajmu f’taqsimiet varji.

(13)

Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saru seduti ta’ smigħ mal-Grupp BYD, mas-CCCME, mal-Grupp Geely, mal-GTĊ, ma’ Polestar, mal-Grupp SAIC, ma’ Spotlight, ma’ Volkswagen (Anhui), mal-Kumpanija 22, mal-Kumpanija 24, u mal-Kumpanija 27.

(14)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet provviżorji tagħha meta kien xieraq. Sabiex ikollha għad-dispożizzjoni tagħha data aktar komprensiva dwar il-prezzijiet tal-bejgħ, il-kost tal-produzzjoni u l-profittabbiltà tal-Unjoni fil-perjodu ta’ wara l-investigazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun intalbu jipprovdu data addizzjonali. Il-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun issottomettew l-informazzjoni mitluba.

(15)

Fl-20 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb li timponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ BEVs li joriġinaw mir-RPĊ (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali.

(16)

Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw ukoll opportunità li jinstemgħu wara d-divulgazzjoni finali. Saret seduta mal-Grupp SAIC, mal-Kumpanija 27, mal-Grupp BYD, mas-CCCME, mal-GTĊ, ma’ Tesla (Shanghai), mal-Grupp Geely, mal-Kumpanija 22 u ma’ Polestar.

(17)

Wara d-divulgazzjoni finali waslu kummenti mingħand il-Grupp BYD, is-CATL, il-GTĊ, Tesla (Shanghai), il-GWM, is-CCCME, is-CAAM, il-Grupp SAIC, il-Grupp Geely, il-VDA, l-Eurofer, il-Kumpanija 27, il-Kumpanija 18, il-Kumpanija 24, il-Kumpanija 22 u Polestar.

(18)

Fid-9 ta’ Settembru 2024, abbażi ta’ dawn il-kummenti, il-Kummissjoni rrevediet xi wħud mis-sejbiet provviżorji tagħha, immodifikat xi wħud mill-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb li timponi dazju kumpensatorju definittiv u infurmat lill-partijiet interessati kollha b’dan (“divulgazzjoni finali addizzjonali”).

(19)

Il-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali waslu mingħand il-GTĊ, is-CCCME, BYD, Tesla, Smart u l-Kumpanija 18 (f’verżjoni kunfidenzjali biss). Barra minn hekk, il-Kumpanija 18 ukoll issottomettiet kummenti, f’verżjoni kunfidenzjali, wara l-iskadenza għal kummenti dwar id-divulgazzjoni addizzjonali. Il-biċċa l-kbira tal-kummenti diġà kienu indirizzati fid-divulgazzjoni kunfidenzjali speċifika indirizzata lill-kumpanija.

1.5.   Kampjunar

1.5.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(20)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew, minn naħa waħda, li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx magħruf u ma kienx rappreżentattiv u, min-naħa l-oħra, li l-partijiet interessati ma setgħux jivvalutaw ir-rappreżentattività tal-kampjun. Is-CCCME u l-GTĊ asserew ulterjorment li ma kienx magħruf jekk il-produtturi OEM tal-Unjoni kinux inklużi fil-kampjun, jekk il-kumpaniji kollha fil-kampjun humiex l-OEMs/il-kumpaniji tal-Unjoni li qegħdin jaqilbu mill-produzzjoni tal-ICEs għal BEVs jew jekk kienx hemm produtturi oħrajn tal-BEV fil-kampjun, minħabba li l-produtturi tal-Unjoni li jkunu qegħdin jaqilbu mill-ICEs għal BEVs jistgħu jkunu f’pożizzjoni ekonomika agħar minn produtturi oħrajn tal-Unjoni. Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx rappreżentattiv peress li l-Kummissjoni ma applikatx il-prinċipju ta’ entità ekonomika unika għall-produtturi tal-Unjoni li ġew inklużi fil-kampjun, minkejja li dan ġie applikat fir-rigward tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-prinċipju ta’ entità ekonomika unika ġie applikat għall-industrija tal-Unjoni f’investigazzjoni preċedenti dwar id-difiża tal-kummerċ bħall-Metall tas-siliċju miċ-Ċina (6) fejn żewġ entitajiet tal-produzzjoni (FerroPem u FerroAtlantica) tal-grupp ta’ produtturi tal-Unjoni, il-grupp Ferroglobe, tqiesu bħala partijiet relatati u l-produzzjoni tal-produttur tal-Unjoni miż-żewġ entitajiet ta’ produzzjoni tqiesu flimkien. Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-prinċipju ta’ entità ekonomika unika kien rilevanti għall-istabbiliment tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li huma mqabbla mal-prezz tal-esportazzjoni għall-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz u tat-trażżin tal-prezz.

(21)

Kif ġie spjegat fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju, ingħatat l-anonimità lill-produtturi tal-Unjoni minħabba riskju ta’ effett negattiv sinifikanti fil-forma ta’ azzjonijiet ta’ ritaljazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tiddivulga l-identità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Madankollu, l-anonimità mogħtija lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma tagħmilx il-kampjun wieħed mhux rappreżentattiv. Kif ġie spjegat fil-premessa (26) tar-Regolament provviżorju, l-għażla tal-kampjun kienet ibbażata fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ u produzzjoni fl-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (7). Il-Kummissjoni qieset ukoll il-medda ġeografika tal-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni kif ukoll żgurat l-inklużjoni ta’ medda wiesgħa ta’ mudelli ta’ BEVs. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 38 % tal-bejgħ u 34 % tal-volum tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, wara ż-żjara ta’ verifika tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, fl-4 ta’ Ġunju 2024 il-Kummissjoni żiedet Nota fil-fajl (8) u kkonfermat li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 32 % tal-bejgħ fl-Unjoni u 30 % tal-produzzjoni fl-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, id-divulgazzjoni dwar jekk il-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun kinux OEMs li pproduċew vetturi ICE u li qegħdin jipproduċu l-BEVs, bl-istess mod, tiddivulga b’mod involontarju l-identità ta’ ċerti produtturi tal-Unjoni u għalhekk il-Kummissjoni tikser l-obbligu legali tagħha li żżomm l-anonimità mogħtija lill-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, it-talba għad-divulgazzjoni ta’ din l-informazzjoni ġiet miċħuda.

(22)

Finalment, is-CCCME fixklet il-prinċipju ta’ entità ekonomika unika mal-kampjunar fil-livell tal-grupp. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-prinċipju ta’ entità ekonomika unika jiġi applikat f’ċerti kundizzjonijiet għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni fil-livell mill-fabbrika (jiġifieri fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika tal-produttur) għall-kalkoli tal-marġni tad-dumping. F’din l-investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni ma kellhiex bżonn tikkalkula prezz tal-esportazzjoni mill-fabbrika u għalhekk dan il-prinċipju ma huwiex applikat fl-investigazzjoni kurrenti. Fir-rigward tal-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati fil-bidu tal-investigazzjoni li se ssir fil-livell tal-entità tal-produzzjoni u mhux fil-livell tal-grupp (9). Din hija l-prattika komuni tal-Kummissjoni għall-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni u ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li setgħet tissuġġerixxi li kien iġġustifikat approċċ differenti f’din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ ma pprovdew l-ebda evidenza f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, fl-investigazzjoni tal-Metall tas-siliċju miċ-Ċina, għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, il-Kummissjoni ma applikatx il-prinċipju ta’ entità ekonomika unika iżda investigat żewġ produtturi mill-istess grupp. Fl-aħħar nett, fl-investigazzjoni kurrenti, il-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz sar fil-livell tal-prezz għal negozjant fl-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessa (1023) tar-Regolament provviżorju, li huwa differenti mil-livell mill-fabbrika.

(23)

Għalhekk, il-konklużjonijiet fil-premessi minn (24) sa (45) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

1.5.2.   Kampjunar tal-importaturi

(24)

Minħabba li ma sar ebda kumment fir-rigward tal-kampjunar tal-importaturi, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (46) sa (47) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

1.5.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(25)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD sostna li l-għażla tal-kampjun fixklet is-sejbiet li jirriżultaw, peress li Tesla (Shanghai) ma kinitx inkluża fil-kampjun minkejja l-volum kbir tagħha ta’ esportazzjonijiet ta’ BEVs lejn is-suq tal-Unjoni, u li kważi f’kull investigazzjoni ta’ rimedju kummerċjali, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-esportazzjonijiet. Il-Grupp BYD asserixxa wkoll li l-Kummissjoni ma pprovdietx spjegazzjoni ċara għaliex ma inkludietx lil Tesla (Shanghai) fil-kampjunar u għal liema raġuni l-Kummissjoni aċċettat it-talba ta’ Tesla (Shanghai) għal eżami individwali.

(26)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u s-CCCME tennew l-asserzjoni tagħhom li l-kampjun tal-produtturi esportaturi Ċiniżi magħżul kien orjentat lejn ir-riżultati, preġudikat u inkonsistenti mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ Tesla (Shanghai) fil-kampjun tal-produtturi esportaturi Ċiniżi jmur kontra l-iskop innifsu tal-kampjunar, ir-Regolament bażiku, u rrifletta l-approċċ diskriminatorju tal-Kummissjoni. Skont il-GTĊ u s-CCCME, in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ Tesla (Shanghai) għamel il-kampjun mhux rappreżentattiv, u Tesla (Shanghai) tista’ tiġi investigata b’mod raġonevoli fil-perjodu ta’ żmien. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha ż-żmien u r-riżorsi biex tivverifika din il-kumpanija u tistabbilixxi r-rata tas-sussidju tagħha u għalhekk setgħet tiġi inkluża fil-kampjun mill-bidu nett. Billi ma inkludietx lil Tesla (Shanghai) fil-kampjun, il-Kummissjoni żiedet b’mod artifiċjali d-dazju medju ponderat applikabbli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw, u dan wera approċċ immirat u selettiv.

(27)

Il-Kummissjoni enfasizzat li allegazzjonijiet simili kienu diġà indirizzati fil-premessi (54) u (55) tar-Regolament provviżorju. L-għażla tal-kampjun kienet konformi bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-każ, u b’hekk ġiet ikkunsidrata bħala rappreżentattiva tas-settur Ċiniż tal-esportazzjoni tal-BEVs. Il-Kummissjoni ma kellhiex approċċ immirat u selettiv fl-istabbiliment tal-kampjun. Ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni aċċettat it-talba għal eżami individwali huma spjegati fil-premessa (30) ta’ dan ir-Regolament. Il-fatt li l-Kummissjoni tista’ tipprovdi rata ta’ sussidju individwali lil Tesla (Shanghai) ma jfissirx li, fiż-żmien tal-għażla tal-kampjun, l-inklużjoni ta’ dan l-esportatur kienet possibbli jew xierqa.

(28)

Għalhekk, il-konklużjonijiet fil-premessi minn (48) sa (76) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

1.6.   Eżami individwali

(29)

Tesla (Shanghai), produttur esportatur fir-RPĊ, talbet u ngħatat eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku.

(30)

Il-Kummissjoni aċċettat it-talba għal eżami individwali ta’ Tesla (Shanghai) minħabba l-istruttura korporattiva sempliċi tal-kumpanija, li ppermettiet lill-Kummissjoni jkollha biżżejjed żmien u riżorsi biex teżamina l-kumpanija. Ma waslet l-ebda talba għal eżami individwali ieħor.

1.7.   Asserzjonijiet dwar kwistjonijiet proċedurali u drittijiet tad-difiża

(31)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD, is-CAAM, is-CCCME, il-Grupp Geely, il-GTĊ, il-Grupp SAIC u NIO ikkummentaw dwar kwistjonijiet proċedurali.

(32)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ ikkummentaw dwar kwistjonijiet proċedurali.

(33)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CAAM sostniet li l-Kummissjoni eżiġiet li l-kumpaniji jipprovdu informazzjoni, dettalji u “sigrieti kummerċjali” lil hinn mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(34)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjoni. Il-Kummissjoni qieset l-informazzjoni mitluba mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u l-partijiet relatati tagħhom meħtieġa biex tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ sussidji kumpensatorji fir-rigward tal-BEVs u l-partijiet u l-komponenti tagħhom. Barra minn hekk, kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (284) tar-Regolament provviżorju, hija l-Kummissjoni li għandha tiddetermina liema informazzjoni titqies neċessarja għall-investigazzjoni, u ma għandhiex tkun parti li tagħmel dik id-determinazzjoni. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li, skont l-Artikolu 29(6) tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni li rċeviet fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni ntużat biss għall-fini tal-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ sussidju kumpensatorji f’konformità mar-Regolament bażiku u mal-Ftehim SCM. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(35)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD sostna li l-bidu ex officio tal-investigazzjoni ma kienx ġustifikat. Il-Grupp BYD asserixxa li l-formulazzjoni ta’ “ċirkostanzi speċjali” li tinsab fl-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku trid tagħti xi informazzjoni aktar minn dik li jipprevedi l-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku, u li l-ispjegazzjonijiet mogħtija fin-Notifika tal-Bidu jiddeskrivu sitwazzjoni mhux differenti minn bidu tal-investigazzjoni bbażata fuq ilment bil-miktub.

(36)

Il-Grupp BYD żied li l-evidenza li fuqha l-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni kienet ġabra ta’ sussidji allegati bbażati fuq rapporti tal-media, rapporti finanzjarji awditjati disponibbli pubblikament ta’ ċerti kumpaniji azzjonarji ta’ kumpaniji li ma jipproduċux biss il-BEVs u lista ta’ politiki u referenzi minn investigazzjonijiet preċedenti dwar importazzjonijiet ta’ prodotti li jinvolvu setturi differenti tal-industrija miċ-Ċina, u li elenkar ta’ serje ta’ politiki u sussidji minn każijiet preċedenti ma setgħux jitqiesu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tal-Ftehim SCM u li jissodisfaw l-istandard ta’ suffiċjenza ta’ evidenza rigward is-settur tal-BEV.

(37)

Barra minn hekk, il-Grupp BYD sostna li l-allegazzjonijiet dwar it-theddida ta’ dannu materjali u b’mod partikolari t-tranżizzjoni tal-istrutturi tal-produzzjoni tal-industrija tal-karozzi tal-Unjoni ma setgħux jiġġustifikaw bidu ex officio tal-investigazzjoni, peress li l-prestazzjoni ekonomika ġenerali tal-industrija tal-Unjoni wriet momentum ’il quddiem pjuttost b’saħħtu.

(38)

Il-Kummissjoni fakkret li d-Dokument ta’ Bidu u l-memorandum kien fihom biżżejjed evidenza li għandha t-tendenza li turi l-eżistenza ta’ sussidjar, theddida ta’ dannu u rabta kawżali meħtieġa għall-bidu ta’ investigazzjoni antisussidji, skont l-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku, u li ċ-ċirkostanzi speċjali għall-bidu ta’ dan il-proċediment ġew spjegati f’dettall kbir kemm fid-dokument ta’ bidu (10), kif ukoll fin-Notifika tal-Bidu (11). Barra minn hekk, kif diġà huwa indirizzat fil-premessa (119) tar-Regolament provviżorju, għall-iskemi differenti kollha allegati fid-Dokument ta’ Bidu, il-Kummissjoni pprovdiet il-bażi legali, l-ispeċifiċità ta’ dawn l-iskemi ta’ sussidju lis-settur tal-BEV, u, sal-punt li l-Kummissjoni kellha aċċess għaliha, informazzjoni dettaljata minn sorsi disponibbli pubblikament dwar l-ammonti ta’ sussidji pprovduti mill-GTĊ lill-produtturi esportaturi tal-BEV. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kellha biżżejjed evidenza ta’ sussidju kumpensatorji f’konformità mar-Regolament bażiku u mal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji (“il-Ftehim SCM”). Il-Kummissjoni nnotat li l-Grupp BYD ma jikkontestax l-eżistenza ta’ politiki, iżda biss il-punt sa fejn dawn huma vinkolanti għall-industrija tal-BEV. Il-Kummissjoni osservat ulterjorment li l-informazzjoni disponibbli faċilment ipprovdiet evidenza li tindika li s-settur tal-BEV huwa msemmi f’diversi dokumenti tal-gvern. Il-Grupp BYD naqas milli jipproduċi xi evidenza li turi li dawk id-dokumenti ma jkunux applikabbli għall-prodott ikkonċernat. Għalhekk, l-argumenti tqiesu bħala irrilevanti.

(39)

Barra minn hekk, fil-premessa (117) tar-Regolament provviżorju, ġie spjegat li fid-Dokument ta’ Bidu, il-Kummissjoni ġġustifikat biżżejjed il-bidu ex officio. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qieset il-penetrazzjoni rapida fis-suq mill-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx u ssussidjati tal-BEVs, li thedded li tagħmel ħsara irreparabbli lill-industrija tal-Unjoni, bħala waħda ta’ natura speċjali li tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni ex officio. Is-sussidjar tas-settur tal-BEV Ċiniż ikkawża influss kbir u aċċellerat ta’ importazzjonijiet tal-BEVs prodotti miċ-Ċina fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li jbaxxu l-prezzijiet jew li jipprevjenu żidiet fil-prezzijiet li kieku kienu jseħħu, u heddew li jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-BEVs tal-Unjoni, li tista’ tkun irrevokabbli minħabba l-iżvilupp teknoloġiku u l-livell ta’ finanzjament tar-R&Ż meħtieġ. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(40)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC u NIO asserew li peress li n-Notifika tal-Bidu tal-investigazzjoni li għaddejja ġiet ippubblikata fl-4 ta’ Ottubru 2023, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, kien jenħtieġ li l-Kummissjoni timponi dazji provviżorji sal-4 ta’ Lulju 2024 u mhux sal-5 ta’ Lulju 2024, jiġifieri “mhux aktar tard minn 9 xhur mill-bidu tal-proċedimenti”.

(41)

Madankollu, skont l-Artikolu 3.1 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (12) li jiddetermina r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien, “fejn perjodu li hemm referenza għalih bil-ġranet, ġimgħat jew snin għandu jiġi kkalkulat mill-mument li fih tiġri ġrajja jew isseħħ azzjoni, il-ġurnata li tulha tiġri l-ġrajja jew isseħħ l-azzjoni ma għandhiex tingħadd bħala parti mill-perjodu inkwistjoni”. Dan ifisser li d-data tal-bidu għall-komputazzjoni tal-iskadenza ta’ 9 xhur kienet il-jum wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu, jiġifieri l-5 ta’ Ottubru 2023, u skadiet fil-5 ta’ Lulju 2024, f’konformità mal-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71. Il-Kummissjoni qieset li hija kienet ikkonformat mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku u l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(42)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely asserixxa li l-fluss kontinwu ta’ kwestjonarji u talbiet għal kjarifika addizzjonali tal-Kummissjoni poġġew piż irraġonevoli fuq il-Grupp, bi ksur tad-drittijiet tiegħu ta’ proċess ġust, jiġifieri, intalab jipprovdi ammont kbir ta’ informazzjoni ġimgħa biss wara l-kampjunar, qabel il-perjodu minimu ta’ 30 jum għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun biex jirrispondu għall-kwestjonarju, kif meħtieġ skont il-Ftehim SCM u r-Regolament bażiku.

(43)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li t-talbiet tagħha għal informazzjoni kienu raġonevoli, u hija involviet ruħha mal-Grupp Geely b’rispett sħiħ tad-drittijiet proċedurali tagħha. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-isforzi li saru mill-Grupp Geely biex iwieġeb għall-kwestjonarji tal-Kummissjoni u għat-talbiet għal nuqqasijiet, li qisithom bħala proporzjonali għad-daqs u għall-kumplessità tal-Grupp Geely innifsu. Hija nnotat li t-tweġibiet kollha pprovduti mill-Grupp ġew analizzati u vverifikati, fejn possibbli, u b’hekk ġie żgurat li l-informazzjoni pprovduta mill-Grupp Geely kienet tikkorrispondi mal-isforzi tal-Grupp u rriżultat f’sejbiet li kienu l-eqreb tas-sitwazzjoni tal-Grupp matul il-PI. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(44)

Il-Grupp Geely asserixxa ulterjorment li wara li ġew ippubblikati l-kwestjonarju u d-deċiżjoni dwar il-kampjunar, il-Kummissjoni espandiet l-ambitu tal-entitajiet rispondenti (13). Il-Grupp Geely ġabar u ssottometta informazzjoni għal aktar minn 120 entità, għalkemm ħafna minn dawn is-sottomissjonijiet ma kinux direttament rilevanti għall-investigazzjoni. Dan il-piż mhux raġonevoli kiser id-drittijiet tal-proċess dovut tal-parti.

(45)

Il-Kummissjoni nnotat li l-ambitu tal-entitajiet rispondenti ma ġiex estiż bl-ittra fir-referenza. Il-kumpaniji relatati fil-grupp bl-attivitajiet speċifikati fl-ittra tal-Kummissjoni kienu kritiċi fl-istabbiliment tal-fatti tas-sussidjar tal-grupp fi kwalunkwe investigazzjoni dwar is-sussidji, filwaqt li n-numru ta’ entitajiet li wieġbu kien proporzjonali għad-daqs u għall-kumplessità ta’ kwalunkwe grupp ta’ esportaturi investigat. Għaldaqstant, l-informazzjoni pprovduta minn dawn il-kumpaniji relatati tejbet biss is-sejbiet adegwati tal-Grupp Geely, li kienu l-eqreb għas-sitwazzjoni tal-grupp matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u b’hekk żgurat li d-drittijiet tal-Grupp Geely ġew irrispettati. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(46)

Il-Grupp Geely asserixxa ulterjorment li l-investigazzjoni poġġiet piż estrem fuq il-Grupp, b’mod partikolari huwa ssottometta aktar minn 280 tweġiba, fejn spiss kellu jissodisfa skadenzi qosra ħafna, ġestixxa 14-il ġimgħa ta’ verifika fuq il-post fuq tliet postijiet, u pproduċa aktar minn 880 wirja ta’ verifika. Minkejja t-talbiet ripetuti (14) skont l-Artikolu 12.11 tal-Ftehim SCM, dawn it-talbiet ġew miċħuda mill-Kummissjoni.

(47)

Il-Kummissjoni osservat li t-talbiet kollha sottomessi mill-Grupp Geely tqiesu kif xieraq matul l-investigazzjoni. Madankollu, l-elementi nieqsa meħtieġa biex jitlestew is-sejbiet tal-Grupp kienu meħtieġa u użati f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, kif allinjati mal-proċeduri standard tal-investigazzjonijiet antisussidji kif stipulat fl-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(48)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely argumenta li minħabba l-anonimità mogħtija lill-produtturi, lill-fornituri u lill-importaturi tal-Unjoni (i), il-Kummissjoni ttrattat id-data li tappartjeni għall-industrija tal-Unjoni bħala kunfidenzjali, u b’hekk affettwat materjalment id-divulgazzjoni tal-informazzjoni essenzjali dwar il-valutazzjoni tad-dannu li kisret l-eżerċizzju tajjeb tad-dritt ta’ difiża tal-Grupp Geely, (ii) kellu ftit viżibbiltà tal-informazzjoni miġbura mill-industrija tal-Unjoni mill-Kummissjoni, u (iii) il-Kummissjoni applikat kunfidenzjalità wiesgħa ħafna għas-sottomissjonijiet kollha mill-partijiet tal-Unjoni.

(49)

Il-Kummissjoni ma ttrattatx l-informazzjoni kollha relatata mal-industrija tal-Unjoni bħala kunfidenzjali iżda biss l-informazzjoni li setgħet tiddivulga l-identità tal-industrija tal-Unjoni. Kif ġie spjegat fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju, minħabba l-għadd baxx ta’ gruppi li jimmanifatturaw il-BEVs fis-suq tal-Unjoni u l-ammont sinifikanti ta’ informazzjoni pubblika u bbażata fuq l-abbonament disponibbli dwar dawn il-gruppi, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddivulga ċerta informazzjoni relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun peress li tali informazzjoni setgħet tiżvela l-identità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Fit-Taqsima 4 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi kollha tad-dannu mitluba mir-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żiedet mal-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni, it-tweġibiet għall-kwestjonarju mhux kunfidenzjali tal-erba’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-ittri ta’ qabel il-verifika mhux kunfidenzjali għaż-żjara ta’ verifika fuq il-post kif ukoll ir-rapporti tal-missjoni mhux kunfidenzjali bħal fi kwalunkwe investigazzjoni oħra. Minkejja l-asserzjoni tal-Grupp Geely, il-Kummissjoni ma applikatx trattament ta’ kunfidenzjalità wiesa’ ħafna għas-sottomissjonijiet kollha mill-partijiet tal-Unjoni. Il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali xierqa ta’ tali sottomissjonijiet żdiedu mal-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni u l-Grupp Geely ma semmiex dak li kien nieqes eżattament f’dawn is-sottomissjonijiet. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(50)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME, il-GTĊ, il-Grupp Geely u l-Grupp SAIC asserew li, fir-rigward tal-kalkoli tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni pprovdiet spjegazzjoni u dettalji fattwali insuffiċjenti lis-CCCME u lill-GTĊ u, għalhekk, ma setgħetx tifhem il-kalkoli u tagħmel kummenti sinifikanti. B’mod partikolari, is-CCCME, il-GTĊ u l-Grupp SAIC argumentaw li l-Kummissjoni ma kienet ipprovdiet l-ebda spjegazzjoni motivata dwar kif id-deskrizzjoni tan-Numri ta’ Kontroll tal-Prodott (“PCNs”, Product Control Numbers) u l-prezzijiet u l-volumi aggregati unitarji fil-livell tal-PCN tal-industrija tal-Unjoni setgħu jirriżultaw fid-divulgazzjoni tal-identitajiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun minħabba li d-data hija aggregata għall-erba’ produtturi inklużi fil-kampjun. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll mis-CCCME u mill-GTĊ wara d-divulgazzjoni finali.

(51)

Għalhekk, is-CCCME, il-GTĊ u l-Grupp SAIC talbu lill-Kummissjoni tiddivulga: (i) il-PCNs tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u tal-produtturi tal-Unjoni użati għall-komparabbiltà tal-prezzijiet; (ii) il-kwantità u l-valur tal-PCN tas-seba’ PCNs tal-industrija tal-Unjoni użati għat-tqabbil. Is-CCCME u l-GTĊ talbu lill-Kummissjoni tiddivulga (i) il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz tal-ħames PCNs komparabbli, jiġifieri, minbarra l-PCNs li jixxiebhu, u l-perċentwal tal-bejgħ li jaqbel tal-esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li kieku kellhom jiġu esklużi ż-żewġ PCNs li jixxiebhu; (ii) id-differenza fl-elementi tal-PCN u jekk sarux aġġustamenti biex jitqiesu d-differenzi. Saret ukoll talba simili mill-Grupp SAIC. Il-Grupp SAIC talab ukoll lill-Kummissjoni biex tiddivulga: (i) kemm inbiegħu PCNs mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, (ii) il-PCNs mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni b’kollox u (iii) il-kwantità u l-valur tas-seba’ PCNs imqabbla mal-PCNs Ċiniżi bħala perċentwal tal-bejgħ totali tal-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ argumentaw li kien magħruf li l-bejgħ tal-produtturi tal-BEV tal-Unjoni kien prinċipalment relatat mas-segmenti ta’ lussu/primjum li fihom il-produtturi Ċiniżi għandhom bejgħ negliġibbli jekk xejn u għalhekk kienet meħtieġa l-kwantistika tal-bejgħ tal-Unjoni komparabbli mal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun biex wieħed jifhem ir-rappreżentattività tal-kalkolu.

(52)

Il-Kummissjoni ddivulgat il-kalkolu tal-marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz għat-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun biss. Madankollu, jidher li dawn il-kumpaniji pprovdew dawn il-fajls lis-CCCME u lill-GTĊ għalkemm din l-informazzjoni ma ġietx iddivulgata lis-CCCME u lill-GTĊ. Barra minn hekk, is-CCCME kienet qed tirrappreżenta wkoll lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kinux inklużi fil-kampjun u għalhekk ma rċevietx, mingħand il-Kummissjoni, il-kalkolu tal-marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz. Barra minn hekk, it-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun irċevew ukoll, mingħand il-Kummissjoni, il-kalkoli dettaljati tagħhom tal-prezz tal-bejgħ lin-negozjant għal kull tranżazzjoni ta’ bejgħ tagħhom. Għalhekk, kien raġonevoli li jiġi konkluż li l-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun ipprovdew ukoll lis-CCCME u lill-GTĊ dawn il-fajls u, għalhekk, is-CCCME u l-GTĊ setgħu jikkalkulaw il-volum u l-prezzijiet tal-bejgħ għal kull PCN għat-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, peress li l-Kummissjoni ddivulgat ukoll il-volum u l-valur totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, is-CCCME u l-GTĊ jistgħu jivverifikaw din id-data kif xieraq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddivulgat il-perċentwal korrispondenti għall-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi (jiġifieri l-perċentwal tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun li kien imqabbel mal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun). Peress li t-tqabbil kien għoli ħafna b’mod ġenerali u għal kull produttur esportatur Ċiniż inkluż fil-kampjun, u kull PCN inbiegħ f’volumi differenti, is-CCCME u l-GTĊ jistgħu jifhmu perfettament liema PCNs tal-produtturi esportaturi Ċiniżi ntużaw fil-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz.

(53)

Barra minn hekk, fid-divulgazzjoni individwali mibgħuta lill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni spjegat li l-PCNs, il-kwantità u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fil-livell tal-PCN ma setgħux jiġu ddivulgati peress li jistgħu jiżvelaw l-identità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, fil-premessa (95) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li s-suq tal-BEV tal-Unjoni kien magħmul minn għadd żgħir ta’ gruppi ta’ produtturi. Hemm ammont sinifikanti ta’ informazzjoni pubblika kif ukoll informazzjoni dettaljata ħafna disponibbli abbażi ta’ abbonament imħallas fir-rigward tal-industrija tal-BEV tal-Unjoni li s-CCCME, il-Grupp Geely u l-Grupp SAIC seta’ kellhom aċċess għaliha. Pereżempju, id-deskrizzjonijiet tekniċi ta’ kull BEV mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni kienu disponibbli pubblikament jew fil-katalgu/fuljett tal-produtturi jew tan-negozjanti tal-Unjoni kif ukoll f’ċerti bażijiet tad-data bħall-Bażi tad-Data dwar il-Vetturi Elettriċi (15). Għalhekk, kwalunkwe parti interessata tista’ toħloq il-PCNs għall-mudelli kollha ta’ BEVs mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni pubblika ppubblikata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“EEA”, European Environment Agency) jew l-abbonament imħallas minn S&P Global Mobility, is-CCCME, il-GTĊ, il-Grupp SAIC u l-Grupp Geely jistgħu jifhmu l-volum ta’ bejgħ ta’ kull mudell ta’ BEVs fis-suq tal-Unjoni. Minn dan isegwi li billi jiġu divulgati l-PCNs tal-industrija tal-Unjoni u/jew il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni kif ukoll il-kwantità u l-valur tal-PCN tas-seba’ PCNs tal-industrija tal-Unjoni użati għat-tqabbil, fid-dawl tal-informazzjoni kbira disponibbli pubblikament u l-abbonament imħallas, hemm riskju kbir ħafna li l-identità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun tiġi żvelata.

(54)

Fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz tal-ħames PCNs komparabbli, il-Kummissjoni nnotat li hija ddivulgat il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull PCN li kien jaqbel mal-PCNs Ċiniżi (7 PCNs minn 17-il PCN esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni). Madankollu, il-Kummissjoni ma qisitx il-punt tad-divulgazzjoni ta’ tali kalkoli, peress li l-produtturi esportaturi Ċiniżi b’mod ċar ma esportawx biss dawn il-ħames PCNs fis-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(55)

Fir-rigward tad-differenza fl-elementi tal-PCN u jekk sarux aġġustamenti biex jitqiesu dawn id-differenzi, il-Kummissjoni b’dan iċċarat li d-differenza fil-PCN u l-PCN li tixxiebah ħafna magħha kienet tikkonċerna biss il-qawwa tal-BEVs, jiġifieri BEV Ċiniża aktar b’saħħitha tqabblet ma’ BEV tal-Unjoni inqas b’saħħitha. Il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda aġġustament għad-differenza fl-enerġija, peress li BEV aktar b’saħħitha kienet aktar għalja minn BEV inqas b’saħħitha u l-karatteristiċi l-oħra kollha tal-PCNs kienu l-istess.

(56)

Barra minn hekk, in-numru ta’ PCNs mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni huwa irrilevanti għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. Barra minn dan, kif ġie spjegat fil-premessa (53) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ma tistax tiddivulga l-PCNs mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(57)

Fir-rigward tal-kwantità u l-valur tas-seba’ PCNs imqabbla mal-PCNs Ċiniżi bħala perċentwal tal-bejgħ totali tal-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, fil-premessa (1044) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li t-tqabbil bejn il-PCNs Ċiniżi u l-PCN tal-Unjoni kien għoli ħafna bħala medja, u dan it-tqabbil jikkorrispondi għal 88 % tal-bejgħ totali tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni nnotat li kien hemm żball tipografiku fil-premessa (1044) tar-Regolament provviżorju, it-tqabbil kien jikkorrispondi għal 83 % u mhux għal 88 % tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Li kieku kellhom jiġu esklużi l-PCNs li jixxiebhu, it-tqabbil ikun ta’ 61 %. Dan il-kalkolu sar għall-volum ta’ bejgħ. Kalkolu bbażat fuq il-valur tal-bejgħ huwa irrilevanti f’dan ir-rigward peress li l-prezzijiet tal-PCNs huma differenti u għalhekk ir-riżultat ikun qarrieqi.

(58)

Barra minn hekk, kif ġie enfasizzat fil-premessa (1042) tar-Regolament provviżorju ma kien hemm l-ebda segmentazzjoni aċċettata b’mod universali għall-karozzi tal-passiġġieri u ma kienx ċar x’kienu jfissru marki ta’ “dħul”, “nofs”, “primjum” u “lussu” peress li kien hemm marġni wiesa’ ta’ interpretazzjoni. Madankollu, għall-finijiet ta’ kjarifika, ma huwiex fattwalment korrett li l-bejgħ tal-produtturi tal-BEV tal-Unjoni kien jappartjeni prinċipalment għas-segmenti ta’ lussu/primjum li fihom il-produtturi Ċiniżi għandhom bejgħ negliġibbli. Pereżempju, skont LMC Automotive jew S&P Global Mobility, produtturi tal-Unjoni bħal e.Go Mobile, Hyundai, Renault, Stellantis, u Volkswagen ibigħu marki li ma jitqisux bħala marki ta’ lussu/primjum. Barra minn hekk, Geely biegħ fl-Unjoni l-marka Polestar 2 li hija meqjusa bħala marka primjum minn LMC Automotive jew S&P Global Mobility.

(59)

Finalment, il-Kummissjoni mmitigat l-impatt tad-divulgazzjoni mhux sħiħa billi pprovdiet valutazzjoni dettaljata ħafna tal-metodoloġija użata u analiżi tad-diversi atturi, kanali tal-bejgħ u mudelli tal-bejgħ użati fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Kif ġie spjegat hawn fuq, ma setgħux jiġu ddivulgati dettalji ulterjuri minħabba r-riskju li jiġu żvelati l-identitajiet tal-produtturi tal-Unjoni. Dan l-approċċ huwa ġġustifikat minħabba li s-suq tal-BEV tal-Unjoni huwa miftuħ u trasparenti u l-atturi kollha fis-suq żviluppaw sew kapaċitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni biex jeżaminaw il-mudelli tal-kompetituri tagħhom. Huwa minħabba dawn ir-raġunijiet li ma jistgħux jiġu ddivulgati dettalji ulterjuri tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz bħall-PCNs.

(60)

Għalhekk, dawn it-talbiet ġew miċħuda.

(61)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC iddikjara li ma ngħatax kalkolu individwali tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz.

(62)

Ma hemm l-ebda obbligu legali għall-Kummissjoni li tikkalkula marġni tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun. Il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz huwa indikatur tad-dannu u għalhekk il-kalkolu ta’ marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz huwa biżżejjed għall-valutazzjoni tad-dannu. Dan huwa differenti mill-marġni tad-dannu (marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’) li jrid jiġi kkalkolat għal kull produttur esportatur meta d-dazju jkun ibbażat fuq il-marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(63)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely asserixxa li fil-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni użat PCNs distinti minn dawk li l-Grupp Geely ingħata struzzjonijiet biex juża mill-Kummissjoni u ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni tal-ambitu tal-PCNs il-ġodda mill-Kummissjoni.

(64)

Madankollu, il-Kummissjoni ma użatx PCNs differenti għall-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz minn dawk li talbet biex jintużaw mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni sempliċiment issostitwiet kull PCN b’PCN1, b’PCN2 eċċ. sabiex ma tiddivulgax il-PCNs eżatti użati fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz peress li setgħet tiżvela l-identità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kif ġie spjegat fil-premessa (53) ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(65)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u s-CCCME argumentaw li d-divulgazzjoni finali naqset milli tipprovdi l-fatti essenzjali li fuqhom huma bbażati s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar is-sussidjar u t-theddida ta’ dannu kkawżat b’dan, speċjalment fir-rigward (i) l-allegat self preferenzjali, (ii) l-allegat forniment ta’ inputs u (iii) id-drittijiet tal-użu tal-art b’remunerazzjoni anqas minn adegwata, (iv) il-bażi fattwali għad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (771) ta’ dan ir-Regolament li l-kwantitajiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni kienu jkunu ferm differenti u kbar fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs, (v) kif il-Kummissjoni ffiltrat id-data tal-EEA u qasmitha f’importazzjonijiet u f’awtoimportazzjonijiet ta’ BEVs minn marki Ċiniżi u vvalutat l-oriġini tal-BEVs; il-bażi għas-segregazzjoni tad-data tal-EEA skont jekk tikkonċernax il-prodott jew le; il-bażi għall-qsim tal-produzzjoni tal-Mudell Y tal-UE u mhux tal-UE ta’ Tesla, (vi) il-bażi fattwali għad-determinazzjoni tal-Kummissjoni li “is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni se taqleb għall-agħar peress li l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina bi twaqqigħ tal-prezz se jiżdiedu fil-futur prevedibbli”, (vii) il-bażi fattwali li fuqha bbażat il-Kummissjoni fl-analiżi ta’ nonattribuzzjoni tagħha meta ma kkunsidratx (a) l-awtoimportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni, (b) il-kompetizzjoni tal-industrija intra-Unjoni, u (c) it-tranżizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minn ICEs għal BEVs kif ukoll fatturi oħrajn magħrufa li għandhom impatt negattiv fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, u (viii) il-bażi fattwali għall-konklużjoni tal-Kummissjoni li kwalunkwe żieda fil-kost minħabba kwistjonijiet regolatorji kienet taffettwa l-industrija tal-Unjoni biss fil-passat.

(66)

Fid-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha bis-sejbiet tagħha f’Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali u pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġija u l-kalkoli li saru fir-rigward tar-rati ta’ sussidju tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun u eżaminati fuq bażi individwali, inklużi dettalji dwar l-għażla tal-kampjun, is-self preferenzjali, il-forniment ta’ inputs u drittijiet tal-użu tal-art għal remunerazzjoni anqas minn adegwata. Ħarsa ġenerali dettaljata lejn il-kummenti li waslu dwar dawn l-iskemi ta’ sussidju hija stabbilita fit-Taqsimiet 3.5 u 3.7 ta’ hawn taħt.

(67)

Fir-rigward tal-punt (iv), fil-premessa (771) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ddikjarat li ma qablitx li t-trażżin tal-prezzijiet kien iseħħ fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet Ċiniżi u li, b’mod ċar, is-suq tal-Unjoni kien ikun differenti ħafna kieku ma kinux preżenti kwantitajiet kbar ta’ importazzjonijiet Ċiniżi ssussidjati fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni. Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ kompetizzjoni Ċiniża inġusta, l-industrija tal-Unjoni kienet tbigħ ħafna aktar BEVs fis-suq tal-Unjoni (ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet sussidjati kisbu sehem mis-suq b’mod inġust matul il-perjodu kkunsidrat askapitu tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni, l-industrija Ċiniża biegħet BEVs simili għal dawk tal-industrija tal-Unjoni peress li t-tqabbil bejn il-PCNs Ċiniżi u l-PCNs tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni kien ogħla minn 90 % għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi, kif ġie spjegat fil-premessa (1031) tar-Regolament provviżorju), li kien jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-kostijiet unitarji billi tieħu vantaġġ minn kapaċità ħafna aħjar li tifrex il-kostijiet fissi tagħha fuq aktar bejgħ. Dan kien jippermetti lill-produtturi tal-Unjoni jistabbilixxu prezzijiet f’livelli aktar profittabbli fil-kuntest tat-tranżizzjoni tas-suq minn vetturi ICE għal BEVs.

(68)

Fir-rigward tal-punt (v), dawn ġew indirizzati fil-premessi minn (716) sa (717) ta’ dan ir-Regolament.

(69)

Fir-rigward tal-punt (vi), kif huwa spjegat fil-premessa (1023) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina se jiżdiedu wara l-valutazzjoni ta’ diversi miżuri li jindikaw il-probabbiltà ta’ żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet fil-premessi minn (1113) sa (1118) tar-Regolament provviżorju, l-attraenza tal-industrija tal-Unjoni fil-premessi minn (1119) sa (1129) tar-Regolament provviżorju, u l-evoluzzjoni probabbli tal-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni fil-premessi minn (1130) sa (1137) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, fil-premessa (1138) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li aktarx li jkun hemm żieda fl-ishma mis-suq prinċipalment minn marki Ċiniżi fil-futur prevedibbli billi vvalutat l-għadd kbir ta’ tħabbiriet magħmula mill-produtturi esportaturi Ċiniżi għat-tnedija ta’ mudelli ġodda tal-BEVs fis-suq tal-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessi minn (1126) u (1127) tar-Regolament provviżorju, filwaqt li l-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jagħmlu tranżizzjoni għall-produzzjoni tal-BEVs ma ħabbru l-ebda pjan maġġuri biex jimportaw BEVs miċ-Ċina u l-biċċa l-kbira tagħhom kellhom mudell wieħed jew marka waħda ta’ BEVs importata miċ-Ċina f’volumi iżgħar b’mod sinifikanti b’paragun mal-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-istokkijiet tal-BEVs fl-Unjoni tal-BEVs Ċiniżi kif stabbilit fil-premessi minn (1157) sa (1159) tar-Regolament provviżorju huma indikatur rilevanti għall-pressjoni futura eżerċitata mill-BEVs Ċiniżi fuq l-industrija tal-Unjoni peress li dawn il-kwantitajiet huma maħsuba b’mod ċar prinċipalment għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni.

(70)

Barra minn hekk, żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi rriżultat fi tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li jissarraf f’volum ta’ produzzjoni aktar baxx għall-industrija tal-Unjoni, u għalhekk f’kostijiet unitarji ogħla. Min-naħa l-oħra, sabiex tkun tista’ tikkompeti mal-BEVs Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni jkollha tnaqqas il-prezzijiet u għalhekk it-telf finanzjarju tagħha jiżdied. Barra minn hekk, industrija li titlef kontinwament is-sehem mis-suq u tirreġistra telf finanzjarju dejjem jiżdied la se tkun tista’ tkompli tinvesti u lanqas tniedi mudelli ġodda ta’ BEVs fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni se tmur għall-agħar hekk kif l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina bi prezzijiet mwaqqa’ se jiżdiedu fil-futur prevedibbli.

(71)

Fir-rigward tal-punt (vii), l-awtoimportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni bħala fattur li jikkawża theddida ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni ġie vvalutat fil-premessa (1213) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (1218) ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, fil-premessa (1218) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ddikjarat li hija wettqet analiżi tal-hekk imsejħa awtoimportazzjonijiet fil-premessi minn (1212) sa (1214) tar-Regolament provviżorju u pprovdiet diżaggregazzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ta’ (i) produtturi esportaturi Ċiniżi relatati mal-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jagħmlu tranżizzjoni għall-produzzjoni ta’ BEVs, (ii) Tesla u (iii) l-importazzjonijiet Ċiniżi l-oħrajn kollha fit-Tabelli 12a u 12b tar-Regolament provviżorju skont il-premessi (1132) u (1134) rispettivament. Il-Kummissjoni spjegat ukoll li din l-analiżi jenħtieġ li titqies flimkien mad-data fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li l-istandard legali dwar il-kawżalità jenħtieġ li l-importazzjonijiet kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat jiġu vvalutati b’mod kollettiv. Dan huwa fil-fatt dak li għamlet il-Kummissjoni fit-Taqsima 6.1 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, għamlet diżaggregazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi, billi użat fost l-oħrajn, it-Tabelli 12a u 12b tar-Regolament provviżorju u t-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament, sabiex tiddetermina l-iżviluppi fil-profil tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet tal-marki Ċiniżi kienu qegħdin jiżdiedu fl-importanza u li l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni kien mistenni li jiżdied, minħabba d-disponibbiltà tal-istokkijiet u t-tħabbiriet li saru dwar iż-żieda fl-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni wara l-PI u lil hinn fis-snin li ġejjin. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata wkoll mid-data ta’ wara l-PI li wriet li l-importazzjonijiet tal-marki Ċiniżi żdiedu b’mod sinifikanti għal 14,1 % fit-tieni trimestru tal-2024, filwaqt li l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha miċ-Ċina naqsu kif muri fit-Tabella 10 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, il-Kummissjoni wettqet b’mod xieraq analiżi tal-hekk imsejħa awtoimportazzjonijiet u kkonkludiet li dawk l-importazzjonijiet x’aktarx ma kienux se jikkontribwixxu għat-theddida ta’ dannu materjali.

(72)

Barra minn hekk, il-kompetizzjoni tal-industrija intra-Unjoni bħala fattur li jikkawża theddida ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni ġiet indirizzata fil-premessi minn (1225) u (1227) ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-Kummissjoni spjegat li filwaqt li s-CCCME u l-GTĊ ma ppreżentaw l-ebda evidenza dwar kif il-kompetizzjoni tal-industrija intra-Unjoni kien qed ikollha jew seta’ jkollha effett negattiv fuq il-produtturi tal-Unjoni, fi kwalunkwe każ, l-għan tal-investigazzjoni kien li tivvaluta jekk l-importazzjonijiet ta’ BEVs miċ-Ċina kinux issussidjati, kinux qegħdin jheddu lill-industrija tal-Unjoni u jekk kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri kumpensatorji jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet legali. Il-Kummissjoni spjegat ukoll li l-investigazzjoni sabet li fil-każ tal-industrija tal-Unjoni, is-sitwazzjoni tagħha li kienet qiegħda sejra għall-agħar kienet ir-riżultat tal-kompetizzjoni inġusta minn barra mill-importazzjonijiet Ċiniżi ssussidjati li jhedduha b’dannu materjali. Din l-investigazzjoni ma vvalutatx il-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni peress li s-sejbiet jikkonċernaw l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ma ppreżentaw l-ebda evidenza li l-kompetizzjoni tal-industrija intra-Unjoni kienet qiegħda tikkontribwixxi għal xi dannu lill-industrija tal-Unjoni, jew fi kwalunkwe każ, naqqset ir-rabta bejn l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina u t-theddida ta’ dannu.

(73)

Barra minn hekk, it-tranżizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minn ICEs għal BEVs ġiet spjegata fil-premessi minn (1232) sa (1234) ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ddikjarat li t-tranżizzjoni minn vetturi ICE għal BEVs kienet tifforma kuntest ta’ sfond ewlieni għall-analiżi sħiħa tat-theddida ta’ dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni. Din it-tranżizzjoni għadha għaddejja u hija ppjanata li tkompli sal-2035. It-tranżizzjoni kienet parti ewlenija mill-Patt Ekoloġiku tal-Kummissjoni sabiex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Il-produtturi tal-Unjoni żviluppaw strateġiji dettaljati, li jinvolvu l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ investiment enormi, sabiex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti għall-ilħuq ta’ dawn il-miri. Għalhekk, it-tranżizzjoni hija essenzjali għall-futur tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni minn vetturi ICE għal BEVs hija parti mill-qafas regolatorju tal-industrija tal-karozzi fl-Unjoni. Il-produtturi tal-vetturi tal-Unjoni jeħtiġilhom jikkonformaw ma’ dan il-qafas regolatorju kif ukoll ma’ leġiżlazzjonijiet oħrajn. Dan il-qafas regolatorju ma jistax jitqies li jikkawża theddida ta’ dannu skont it-tifsira tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku. Għall-kuntrarju, dan jikkostitwixxi l-qafas li fih titwettaq il-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu skont it-tifsira tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, il-Kummissjoni sabet li t-theddida imminenti għall-industrija tal-Unjoni ma kinitx it-tranżizzjoni nnifisha, iżda l-importazzjonijiet Ċiniżi ssussidjati li jheddu t-twettiq tal-proċess ta’ tranżizzjoni.

(74)

Fir-rigward tal-punt (viii), fil-premessa (1229) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ddikjarat li hija qieset li kwalunkwe żieda fil-kost minħabba kwistjonijiet regolatorji kienet taffettwa lill-industrija tal-Unjoni. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li din il-kwistjoni tkun theddida ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni fis-snin ta’ wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, filwaqt li xi produtturi tal-Unjoni bdew jinvestu fil-produzzjoni tal-BEVs qabel il-perjodu kkunsidrat kif ġie spjegat fil-premessa (996) tar-Regolament provviżorju, l-akbar investimenti fil-produzzjoni tal-BEVs bdew jimmaterjalizzaw wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), li aktar tard ġie emendat bir-Regolament (UE) 2023/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Kif muri fit-Tabella 1 tar-Regolament provviżorju, fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat (jiġifieri l-2020) 5,4 % biss tas-suq tal-vetturi tal-passiġġieri tal-Unjoni għamel it-tranżizzjoni għall-BEVs. Ir-Regolament (UE) 2019/631 talab lill-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri tal-Unjoni jżidu l-produzzjoni tal-BEVs u jnaqqsu l-produzzjoni ta’ vetturi ICE li se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni. Kif ġie ddikjarat fil-premessa (1229) ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li t-tranżizzjoni għall-elettrifikazzjoni hija meħtieġa bil-liġi, din fiha nnifisha ma toħloqx theddida għall-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku, peress li bħal kwalunkwe industrija, il-produtturi tal-BEVs iridu jadattaw għall-qafas regolatorju eżistenti. Fil-fatt, il-qafas regolatorju jikkostitwixxi l-qafas li fih titwettaq il-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu skont it-tifsira tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, filwaqt li l-konformità ma’ diversi regolamenti tkompli wara l-PI, is-CCCME u l-GTĊ ma identifikaw l-ebda regolament importanti ġdid li jhedded li jikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku. Minflok, il-Kummissjoni stabbiliet li huma l-importazzjonijiet sussidjati li jheddu l-vijabbiltà tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni. Mingħajr kundizzjonijiet tas-suq ġusti, il-produtturi tal-Unjoni mhux se jkunu jistgħu jilħqu l-ekonomiji ta’ skala meħtieġa.

(75)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME asseriet li l-Kummissjoni ma indirizzatx il-bażijiet fattwali li l-Kummissjoni bbażat fuqhom għaċ-ċaħda u/jew għan-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni u għan-nuqqas ta’ indirizzar taż-żewġ analiżijiet ekonomiċi mħejjija mill-professuri tal-Katholieke Universiteit Leuven u taċ-Ċentru tar-Riċerka dwar il-Politika Ekonomika ppreżentati mis-CCCME fl-20 ta’ Diċembru 2023 u fid-19 ta’ Lulju 2024.

(76)

Fil-premessa (1252) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li r-rapport ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2023 ikkonkluda li l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs kienu indispensabbli għas-suq tal-Unjoni tal-BEVs, għall-produtturi u għall-konsumaturi tal-Unjoni tal-BEVs, u għall-Unjoni kollha kemm hi minħabba li dawn l-importazzjonijiet huma meħtieġa biex tinżamm il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fl-Unjoni u biex titħaffef id-disponibbiltà ta’ BEVs affordabbli għall-konsumaturi medji u biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni. Barra minn hekk, fil-premessa (1253) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li irrispettivament mill-valur awtorevoli u oġġettiv tar-rapport ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni nnotat li l-iskop tad-dazji kumpensatorji ma kienx li jwaqqfu l-importazzjonijiet tal-BEVs miċ-Ċina, iżda li jirrestawraw il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni distorti mill-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi. Għalhekk, il-Kummissjoni indirizzat l-għan ewlieni tar-rapport. Barra minn hekk, ir-rapport sħiħ ġie ppreżentat f’verżjoni sensittiva u sommarju tiegħu biss ġie ppreżentat f’verżjoni mhux kunfidenzjali. Fl-aħħar nett, ir-rapport jippreżenta l-opinjoni taż-żewġ professuri u jirreferi għal diversi artikli akkademiċi u kotba mħejjija fil-perjodu 1951 – 2020. L-ebda wieħed minn dawn l-artikli jew kotba ma jirreferi speċifikament għall-industrija tal-BEVs fl-Unjoni u fiċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat.

(77)

Il-Kummissjoni qieset li kienet eżaminat u indirizzat b’mod suffiċjenti l-argumenti inklużi f’dawk ir-rapporti, anke jekk f’ħafna każijiet dawk l-argumenti ma kinux sostanzjati b’xi evidenza jew ma kienu jirreferu għall-ebda sors rilevanti. Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza, f’livell aktar granulari, ir-rapport jiddikjara li t-tkabbir fl-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi fl-Unjoni ma huwiex minħabba allegati sussidji peress li (a) il-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet ta’ BEVs fl-UE huma “awtoimportazzjonijiet” minn marki attivi fl-industrija tal-UE, (b) iċ-Ċina għandha esperjenza twila fil-batteriji għall-elettronika għall-konsumatur, (c) l-importazzjonijiet miċ-Ċina jirriflettu l-istat fiċ-ċiklu tat-teknoloġija, (d) il-prominenza tal-produzzjoni tal-batteriji għas-suċċess fl-industrija tal-BEVs hija temporanja.

(78)

Fit-Taqsima 3 tar-Regolament provviżorju u fit-Taqsima 3 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni wriet li l-BEVs miċ-Ċina huma ssussidjati. Fir-rigward tal-punt (a), fil-premessa (998) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li wħud mill-produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin jimportaw BEVs miċ-Ċina. Barra minn hekk, l-awtoimportazzjonijiet bħala fattur li jikkawża theddida ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni ġie vvalutat fil-premessa (1213) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (1183) ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, fil-premessa (1183) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ddikjarat li hija wettqet analiżi tal-hekk imsejħa awtoimportazzjonijiet fil-premessi minn (1212) sa (1214) tar-Regolament provviżorju u pprovdiet diżaggregazzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ta’ (i) produtturi esportaturi Ċiniżi relatati mal-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jagħmlu tranżizzjoni għall-produzzjoni ta’ BEVs, (ii) Tesla u (iii) l-importazzjonijiet Ċiniżi l-oħrajn kollha fit-Tabelli 12a u 12b tar-Regolament provviżorju skont il-premessi (1132) u (1134) rispettivament. Il-Kummissjoni spjegat ukoll li din l-analiżi jenħtieġ li titqies flimkien mad-data fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li l-istandard legali dwar il-kawżalità jenħtieġ li l-importazzjonijiet kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat jiġu vvalutati b’mod kollettiv. Dan huwa fil-fatt dak li għamlet il-Kummissjoni fit-Taqsima 6.1 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, għamlet diżaggregazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi, billi użat fost l-oħrajn, it-Tabelli 12a u 12b tar-Regolament provviżorju u t-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament, sabiex tiddetermina l-iżviluppi fil-profil tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet tal-marki Ċiniżi kienu qegħdin jiżdiedu fl-importanza u li l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni kien mistenni li jiżdied, minħabba d-disponibbiltà tal-istokkijiet u t-tħabbiriet li saru dwar iż-żieda fl-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni wara l-PI u lil hinn fis-snin li ġejjin. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata wkoll mid-data ta’ wara l-PI li wriet li l-importazzjonijiet tal-marki Ċiniżi żdiedu b’mod sinifikanti għal 14,1 % fit-tieni trimestru tal-2024, filwaqt li l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha miċ-Ċina naqsu kif muri fit-Tabella 10 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, il-Kummissjoni wettqet b’mod xieraq analiżi tal-hekk imsejħa awtoimportazzjonijiet u kkonkludiet li dawk l-importazzjonijiet x’aktarx ma kienux se jikkontribwixxu għat-theddida ta’ dannu materjali.

(79)

Fir-rigward tal-punti (b), (c) u (d), huwa irrilevanti li ċ-Ċina għandha esperjenza twila fil-batteriji għall-elettronika għall-konsumatur. Kif ġie spjegat fit-Taqsima 3 tar-Regolament provviżorju u f’dan ir-Regolament, il-batteriji għall-BEVs ġew issussidjati mill-GTĊ.

(80)

Barra minn hekk, ir-rapport jiddikjara li ma kien hemm l-ebda theddida ta’ dannu peress li (a) il-każijiet temporanji ta’ produzzjoni eċċessiva huma okkorrenza naturali, (b) peress li l-kapaċità tal-BEVs hija dinamika, ma tistax titqies b’mod separat mill-kapaċità tal-ICE, (c) il-preżenza ta’ segmentazzjoni konsiderevoli tas-suq tnaqqas kwalunkwe effett kompetittiv, (d) id-differenzi fil-prezzijiet bejn il-mudelli huma r-riżultat ta’ għadd kbir ta’ fatturi, iżda l-prezzijiet tal-BEVs importati miċ-Ċina ma humiex sistematikament aktar baxxi mill-prezzijiet tal-BEVs prodotti fl-UE, (e) il-penetrazzjoni tas-suq tal-BEVs issegwi xejriet prevedibbli ta’ teknoloġiji ġodda u fl-aħħar mill-aħħar tirriżulta f’investimenti Ċiniżi fl-Ewropa, (f) l-effetti sostanzjali tan-network fl-infrastruttura tal-irriċarġjar jirrikjedu adozzjoni rapida tal-BEVs, (g) minħabba l-ktajjen tal-valur mondjali fil-komponenti tan-NEV, il-produtturi tal-UE jibbenefikaw minn suq Ċiniż żviluppat.

(81)

Fit-Taqsima 5 tar-Regolament provviżorju u fit-Taqsima 5 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni wriet li fil-fatt hemm theddida ta’ dannu. Din il-konklużjoni ntlaħqet billi ġew ivvalutati l-fatturi stipulati fl-Artikolu 8(8), it-tieni subparagrafu tar-Regolament bażiku kif ġie spjegat fil-premessa (1105) tar-Regolament bażiku.

(82)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjoni tal-kapaċità, is-segmentazzjoni, id-differenza fil-prezzijiet (jiġifieri l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz) fir-Regolament provviżorju u f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tqisx li l-kapaċità ta’ riżerva għolja fiċ-Ċina hija temporanja, u ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza mis-CCCME f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma qisitx il-kapaċità tal-BEVs b’mod separat mill-kapaċità tal-ICE kif ġie spjegat fil-premessa (1142) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, l-investimenti futuri tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-Unjoni ma humiex aspett kopert minn din l-investigazzjoni peress li l-għan ta’ din l-investigazzjoni huwa li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni indirizzat ukoll il-kwistjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar fit-Taqsima 7 tar-Regolament provviżorju. Fl-aħħar nett, l-impożizzjoni tal-miżuri mhux se twaqqaf l-importazzjonijiet miċ-Ċina la tal-BEVs u lanqas tal-parts meħtieġa mill-industrija tal-Unjoni.

(83)

Finalment, ir-rapport jgħid li l-miżuri biex jiġu limitati l-importazzjonijiet ta’ BEVs Ċiniżi ma jkunux fl-interess tal-Unjoni peress li l-limitar tal-importazzjonijiet ta’ BEVs (a) jirrinunzja benefiċċji ambjentali importanti, (b) jimplika tnaqqis fil-kompetizzjoni bi prezz statiku, (c) jimplika tnaqqis fil-kompetizzjoni dinamika u (d) jillimita l-inċentivi għall-marki biex jinnovaw.

(84)

Kif ġie spjegat fil-premessa (81) ta’ dan ir-Regolament, l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji mhux se twaqqaf l-importazzjonijiet miċ-Ċina. Din se twassal biss għal kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni.

(85)

Ir-rapport tad-19 ta’ Lulju 2024 ikkummenta dwar is-sejbiet tar-Regolament provviżorju. Ir-rapport jikkwota tliet referenzi, jiġifieri r-rapport tal-20 ta’ Diċembru 2023 u żewġ artikli akkademiċi mħejjija fl-2016 u fl-2023 rispettivament.

(86)

Ir-rapport jiddikjara li d-diskrepanza fil-prezz kienet esaġerata u ma timplikax twaqqigħ tal-prezz minħabba (a) id-differenzi fil-karatteristiċi osservabbli, (b) is-segmenti differenti tas-suq, (c) il-valur tal-marka għall-marki tal-Unjoni, (d) il-valur tad-distribuzzjoni tal-legat għall-marki tal-Unjoni, (e) l-ipprezzar introduttorju minn parteċipanti ġodda fis-suq, (f) id-differenzi fil-kost tal-produzzjoni, (g) il-kampjunar selettiv.

(87)

Il-punti (a), (b), (c) u (d) ġew indirizzati fil-premessi minn (1022) sa (1049) tar-Regolament provviżorju u fil-premessi minn (748) sa (831) ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, fir-rigward tal-punt (e), il-fatt li l-parteċipanti l-ġodda ġeneralment jidħlu f’suq bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk stabbiliti huwa irrilevanti. Fir-realtà, il-BEVs miċ-Ċina huma ssussidjati u huma ta’ theddida għas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-BEVs Ċiniżi għandhom kost tal-produzzjoni aktar baxx huwa irrilevanti wkoll peress li l-kost aktar baxx jidher li huwa relatat mas-sussidju rċevut. Fl-aħħar nett, ma kien hemm l-ebda kampjunar selettiv applikat għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u din il-kwistjoni kienet diġà ġiet indirizzata kemm-il darba fir-Regolament provviżorju u f’dan ir-Regolament.

(88)

Ir-rapport jiddikjara wkoll li t-tkabbir fl-importazzjonijiet miċ-Ċina huwa esaġerat u mhux se jkompli jiżdied. Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Kif ġie spjegat fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament, fit-tieni trimestru tal-2024, l-importazzjonijiet ta’ BEVs ta’ marki Ċiniżi diġà laħqu sehem mis-suq ta’ 14,1 %.

(89)

Barra minn hekk, ir-rapport jiddikjara li l-argument dwar il-kapaċità żejda huwa irrilevanti peress li (a) kemm il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll dawk Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ riżerva, iżda dan ma jaffettwax id-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar u l-esportazzjoni, (b) kemm għall-produtturi tal-Unjoni kif ukoll għal dawk Ċiniżi, il-kapaċità fuq terminu medju, li tgħaqqad l-ICEs u l-BEVs, hija virtwalment bla limitu meta mqabbla mad-daqs tas-suq tal-BEVs.

(90)

Il-Kummissjoni ma qablitx bil-qawwi li l-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Ċiniżi hija irrilevanti. Barra minn hekk, il-fatt li l-industrija tal-Unjoni għandha allegata kapaċità żejda (asserzjoni li ġiet miċħuda mill-Kummissjoni fil-premessa (845) ta’ dan ir-Regolament) huwa irrilevanti peress li l-industrija tal-Unjoni ma hijiex qiegħda thedded li tagħmel dannu lill-industrija domestika Ċiniża. L-esportazzjonijiet ta’ BEVs tal-industrija tal-Unjoni lejn iċ-Ċina huma baxxi ħafna. Barra minn hekk, peress li l-investigazzjoni tkopri biss il-BEVs, il-Kummissjoni hija legalment obbligata li tinvestiga l-BEVs u mhux il-vetturi ICE. Il-Kummissjoni indirizzat il-kapaċità tal-produzzjoni tal-vetturi ICE fiċ-Ċina bħala kalkolu alternattiv għall-kapaċità ta’ riżerva tal-BEVs (ara l-premessa (1142) fir-Regolament provviżorju).

(91)

Barra minn hekk, ir-rapport jiddikjara wkoll li (a) l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs ma humiex partikolarment għoljin, (b) il-produtturi tal-Unjoni jirreġistraw tkabbir kbir fl-esportazzjoni, (c) il-produtturi Ċiniżi ma humiex qegħdin jimmiraw lejn is-swieq tal-esportazzjoni.

(92)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. B’mod ċar, sehem mis-suq ta’ 25,0 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi fil-perjodu ta’ investigazzjoni kif huwa ddikjarat fit-Tabella 2a tar-Regolament provviżorju huwa sinifikanti. L-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew indirizzati fit-Taqsima 6.2.2 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, il-fatt li ċ-Ċiniżi qegħdin jimmiraw lejn is-suq tal-esportazzjoni wkoll ġie indirizzat fil-premessi minn (1114) sa (1118) tar-Regolament provviżorju u fil-premessi minn (1031) sa (1043) ta’ dan ir-Regolament.

(93)

Ir-rapport jiddikjara wkoll li (a) is-sussidji possibbli lill-marki Ċiniżi jenħtieġ li jitqabblu ma’ sussidji possibbli lill-marki tal-Unjoni u (b) is-sussidji lill-produtturi Ċiniżi tal-BEVs x’aktarx li huma sopravalutati.

(94)

Il-punt (a) ġie indirizzat fil-premessa (1262) tar-Regolament provviżorju. Fir-rigward tal-punt (b), fit-Taqsima 3 tar-Regolament provviżorju u fit-Taqsima 3 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni spjegat fid-dettall kif ġew ikkalkolati s-sussidji, u l-kalkoli dettaljati ġew iddivulgati lill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun li kellhom l-opportunità li jissottomettu kummenti.

(95)

Barra minn hekk, ir-rapport itenni l-argumenti dwar l-interess tal-Unjoni ddikjarati fil-premessa (83) ta’ dan ir-Regolament.

(96)

Is-CCCME ma enfasizzatx liema punti partikolari ppreżentati f’dawn ir-rapporti ma ġewx indirizzati direttament jew indirettament mill-Kummissjoni la fir-Regolament provviżorju u lanqas f’dan ir-Regolament. Għalhekk, fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet mogħtija fil-premessi minn (76) sa (95) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset li l-punti ewlenin taż-żewġ rapporti ġew indirizzati direttament jew indirettament jew fir-Regolament provviżorju u/jew f’dan ir-Regolament.

(97)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li ma kienx ċar kif il-Kummissjoni kkalkolat il-volum tal-produzzjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni peress li d-data fi Prodcom ma ġietx irrapportata fuq bażi ta’ kull xahar. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ asserew li ma ngħata l-ebda dettall dwar is-sorsi disponibbli pubblikament imsemmija mill-Kummissjoni.

(98)

Din l-asserzjoni ġiet indirizzata fil-premessa (689) ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddivulga liema sit web tal-produttur tal-Unjoni użat f’dan ir-rigward peress li kieku tiddivulga liema produttur tal-Unjoni kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(99)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni naqset milli tagħmel l-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati disponibbli għal partijiet interessati oħrajn b’mod immedjat u f’waqtu.

(100)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Minħabba l-anonimità mogħtija lil ċerti partijiet, il-Kummissjoni kellha bżonn tivverifika bir-reqqa l-informazzjoni sottomessa mill-partijiet biex tiżgura li l-identità tal-produtturi tal-Unjoni ma tkunx ġiet iddivulgata b’mod involontarju. Dan il-proċess ħa ħafna ħin. Barra minn hekk, sa meta l-Kummissjoni ddivulgat is-sejbiet tagħha, il-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni ġie aġġornat bis-sħiħ u s-CCCME u l-GTĊ kellhom ħafna żmien biex jissottomettu kummenti. Dan jista’ jiġi osservat ukoll mill-għadd konsiderevolment kbir ta’ kummenti mressqa mis-CCCME u mill-GTĊ wara divulgazzjonijiet kemm provviżorji kif ukoll definittivi.

(101)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ tennew l-asserzjoni li l-Kummissjoni tat kunfidenzjalità eċċessiva lill-produtturi tal-Unjoni. Huma asserew ukoll li (i) is-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data ta’ wara l-PI sottomessa mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma humiex disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali u (ii) minflok, tħejja sommarju mhux kunfidenzjali konsolidat tar-risposti għall-kwestjonarji ta’ wara l-PI mill-Kummissjoni.

(102)

Il-kwestjonarju ta’ wara l-PI ma kienx jinkludi kwestjonarju narrattiv bħall-kwestjonarju oriġinali. Barra minn hekk, f’konformità mat-tabelli tal-Excel tar-risposta mhux kunfidenzjali tal-kwestjonarju oriġinali, sabiex tiġi protetta l-anonimità tal-identità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi fil-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni ewlenija mitluba fit-tabelli tal-Excel tal-kwestjonarju fuq bażi konsolidata (jiġifieri d-data tal-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġiet aggregata) bl-użu ta’ indiċijiet.

(103)

Is-CCCME u l-GTĊ argumentaw ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdietx biżżejjed dettalji u spjegazzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar kwistjonijiet materjali ewlenin ta’ fatt u ta’ dritt dwar is-sejbiet ta’ sussidjar dannuż u ma weġbitx għall-kummenti tas-CCCME jew ipprovdiet raġunijiet għar-rifjut tal-argumenti mressqa. Skont is-CCCME, il-kwistjonijiet li ġejjin ma ġewx indirizzati jew ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza jew spjegazzjoni suffiċjenti: (i) ir-raġunijiet għad-deċiżjoni li Tesla (Shanghai) ma tiġix inkluża fil-kampjun tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u li tiġi aċċettata t-talba tagħha għal eżami individwali fi stadju tard tal-proċediment, (ii) il-kompożizzjoni tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni, il-livell ta’ kooperazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, xi tfisser u r-rilevanza tal-produtturi OEM fil-kuntest tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll il-grad ta’ tranżizzjoni tad-diversi produtturi tal-Unjoni minn ICEs għal BEVs, (iii) ir-rwol u r-rilevanza tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz u l-valutazzjoni tal-prezzijiet Ċiniżi tal-BEVs huma 30 % anqas mill-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fid-determinazzjoni tat-trażżin tal-prezz.

(104)

Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ Tesla (Shanghai) fil-kampjun u għall-fatt li sarilha eżami individwali huma stabbiliti fit-Taqsimiet 1.5.3 u 1.6 ta’ hawn fuq.

(105)

Il-punti (ii) u (iii) ġew indirizzati fil-premessi (682) u (793) ta’ dan ir-Regolament.

(106)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ asserixxa li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati ma ġewx irrispettati. B’mod partikolari, huwa asserixxa li l-Kummissjoni kienet injorat l-argumenti u l-evidenza sottomessi mill-GTĊ u minn partijiet oħrajn.

(107)

Il-Kummissjoni nnotat li l-allegazzjoni ma kinitx issostanzjata u kienet tikkostitwixxi kumment ġenerali mingħajr evidenza speċifika. Il-Kummissjoni tenniet li kienet indirizzat il-kummenti kollha li għamlu l-partijiet. L-investigazzjoni kollha twettqet bi trasparenza sħiħa, bil-partijiet kollha jkollhom diversi opportunitajiet biex jippreżentaw data, argumenti u evidenza matul il-proċedura. Il-Kummissjoni talbet id-data meħtieġa, ħarġet ittri ta’ nuqqasijiet, wettqet spezzjonijiet fuq il-post f’aktar minn mitt kumpanija u ddivulgat il-kalkoli rilevanti kollha. Tqiesu l-kummenti mill-partijiet u dawn ippermettew lill-Kummissjoni taġġusta s-sejbiet tagħha fejn dan kien debitament iġġustifikat. Għalhekk, l-asserzjoni, li ma kinitx issostanzjata, ġenerali u mhux konformi mar-realtà tal-proċediment, ġiet miċħuda.

(108)

Wara divulgazzjoni finali addizzjonali, il-GTĊ asserixxa li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ kwalunkwe komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-industrija tal-Unjoni fil-fajl miftuħ fir-rigward tat-talbiet imġedda tal-Kummissjoni għad-data tat-T1 tal-2024 u biex tirċeviha. Il-GTĊ argumenta wkoll li kien sorpriż li l-industrija tal-Unjoni kellha l-privileġġ li tipprovdi informazzjoni sal-aħħar minuta u li d-data tagħha ġiet aċċettata fi stadju tant tard fl-investigazzjoni, li kien f’kuntrast qawwi mar-rifjut ċar u mhux spjegat mill-Kummissjoni tat-talba sostanzjata sew tal-GTĊ sabiex is-smigħ jiġi skedat għal wara s-sottomissjoni tal-kummenti bil-miktub u l-impożizzjoni stretta tal-iskadenza ta’ 10 ijiem fuq il-GTĊ biex jikkummenta dwar id-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali ta’ 177 paġna, iressaq il-preżentazzjoni tas-seduta u jorganizza s-seduta. Il-fatti ta’ hawn fuq jissostanzjaw ukoll li l-partijiet interessati min-naħa Ċiniża ġew mċaħħda illegalment u b’mod diskriminatorju opportunità sħiħa u xierqa biex jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom bi ksur tal-Artikoli 12.1, 12.1.2, 12.3 u 12.4.1 tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji.

(109)

L-informazzjoni rispettiva ġiet sottomessa fid-29 ta’ Awwissu 2024, (18) jiġifieri malli d-data kollha mitluba kienet disponibbli għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, fid-9 ta’ Settembru 2024 fil-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni aġġornat in-Nota għall-fajl bid-data trimestrali għal wara l-PI (19).

(110)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni setgħet taċċetta d-data nieqsa mill-produttur rispettiv tal-Unjoni peress li l-informazzjoni ma kinitx tfixkel it-tlestija tal-investigazzjoni sal-iskadenzi legali. Dan kien differenti b’mod sinifikanti milli jintlaħaq qbil biex jiġi estiż il-perjodu għall-organizzazzjoni tas-seduti. Barra minn hekk, għalkemm il-GTĊ ilmenta li l-perjodu ta’ 10 ijiem biex isiru kummenti dwar id-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali ma kienx biżżejjed, il-Kummissjoni nnotat li l-GTĊ irnexxielu jissottometti kummenti pjuttost estensivi (is-sottomissjoni tal-GTĊ kienet tinkludi 151 paġna ta’ kummenti). Il-GTĊ naqas milli juri kif, li kieku pprovda l-kummenti tiegħu fil-perjodu ta’ żmien mitlub, kien jipprevjenih milli jeżerċita d-dritt ta’ difiża tiegħu. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qablitx li l-partijiet interessati Ċiniżi ġew miċħuda b’mod illegali u diskriminatorju opportunità sħiħa u xierqa biex jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

2.   PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt investigazzjoni

(111)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME, il-GTĊ u l-Grupp Geely asserew li l-ambitu tal-investigazzjoni ġie estiż b’mod illegali u tard billi ġew inklużi vetturi elettriċi b’estensur tal-awtonomija ta’ kombustjoni interna mingħajr ma l-partijiet interessati ngħataw avviż jew opportunità li jikkummentaw dwar il-modifika maħsuba, u dan affettwa d-drittijiet tal-proċess dovut tal-partijiet interessati. Is-CCCME u l-GTĊ asserew ulterjorment li (i) ma kien hemm l-ebda referenza għal estensur tal-awtonomija fin-Notifika tal-Bidu jew fid-Dokument tal-Bidu għalkemm kien hemm referenza ċara għall-iċċarġjar/irriċarġjar tal-vetturi fid-Dokument ta’ Bidu, (ii) il-BEVs b’estensur tal-awtonomija għandhom awtonomija ta’ sewqan komparabbli ma’ dik ta’ magna b’kombustjoni interna (“ICE”) filwaqt li l-BEVs mingħajr estensur tal-awtonomija għandhom awtonomija ta’ sewqan ħafna aktar baxxa mill-vetturi ICE, (iii) in-numru ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”) u l-karatteristiċi tal-prodott ipprovduti fil-kwestjonarju għall-esportaturi Ċiniżi u l-industrija tal-Unjoni ma kinux jinkludu referenza għall-estensur tal-awtonomija u ma qisux l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn il-vetturi, (iv) ma hemm l-ebda informazzjoni dwar kif il-Kummissjoni kisbet jew stmat id-data għal dawn il-BEVs peress li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun ma pproduċa u ma esporta dawn it-tipi ta’ BEVs, billi la Prodcom u lanqas S&P Mobility Data ma jipprovdu tali informazzjoni għal dan it-tip ta’ BEVs. Għalhekk, is-CCCME u l-GTĊ argumentaw li l-BEVs b’estensur tal-awtonomija jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni minħabba li minbarra l-esportazzjonijiet tassew limitati ta’ tali vetturi miċ-Ċina lejn l-UE, huma wkoll kompletament differenti mill-BEVs standard f’termini tal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi, tal-kostijiet u l-prezzijiet tal-produzzjoni, u tal-perċezzjoni tal-konsumatur u ma humiex f’kompetizzjoni diretta mal-BEVs standard.

(112)

Il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li s-CCCME u l-GTĊ sempliċiment spjegaw dawn l-argumenti, huma ma pprovdew l-ebda evidenza sottostanti f’dan ir-rigward.

(113)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni ġie definit bħala vetturi elettriċi ġodda bil-batterija, prinċipalment imfassla għat-trasport ta’ disa’ persuni jew inqas, inkluż is-sewwieq, li jaħdmu biss b’mutur elettriku wieħed jew aktar. In-Notifika tal-Bidu speċifikat ukoll il-kodiċi NM għall-prodott soġġett għall-investigazzjoni li kien 8703 80 10 . Id-deskrizzjoni tal-prodott soġġett għall-investigazzjoni ma għandhiex bżonn tinkludi l-karatteristiċi kollha tal-prodott soġġett għall-investigazzjoni. Barra minn hekk, in-Notifika tal-Bidu ma speċifikatx li l-BEVs b’estensur tal-awtonomija ġew esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(114)

Fir-rigward ta’ kif il-Kummissjoni kisbet id-data, peress li tali BEVs huma importati wkoll permezz tal-kodiċi NM kopert mill-investigazzjoni, l-importazzjonijiet ta’ tali BEVs miċ-Ċina jew minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu kkunsidrat, jekk kien hemm, kienu koperti mid-data koperta mill-Kodiċi NM 8703 80 10 . S&P Mobility Data u l-EEA rrappurtaw tali BEVs u matul il-PI, fis-suq tal-Unjoni ma ġiet irreġistrata ebda tali BEV miċ-Ċina. L-unika evidenza fil-fajl turi li wara l-perjodu ta’ investigazzjoni, il-produttur esportatur Ċiniż Seres ħabbar tali BEVs għas-suq tal-Unjoni (Seres 7 b’estensur tal-awtonomija (20)) u għadd immaterjali ta’ tali BEVs ġew irreġistrati wara l-perjodu ta’ investigazzjoni.

(115)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni, l-evidenza fil-fajl turi li kien hemm bejgħ immaterjali ta’ dan il-prodott matul il-perjodu kkunsidrat.

(116)

Ta’ min jinnota li l-BEVs b’estensur tal-awtonomija huma differenti mill-vetturi elettriċi plug-in (“PHEVs”, plug-in electric vehicles). Fil-BEVs b’estensur tal-awtonomija, il-magna tal-kombustjoni interna tirriċċarġja biss il-batterija, filwaqt li f’PHEV, il-magna tal-kombustjoni interna tħaddem ir-roti waħidha. Il-PHEVs jiġu importati wkoll permezz ta’ kodiċi NM differenti mill-kodiċi NM kopert mill-investigazzjoni kurrenti. Għalhekk, għall-kuntrarju tal-BEVs b’estensur tal-awtonomija, il-PHEV tabilħaqq ma kinux koperti mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(117)

Fir-rigward tal-PCN, filwaqt li tabilħaqq l-estensur tal-awtonomija ma kienx speċifikat fil-PCN bħala tali, il-PCN speċifika l-awtonomija tal-vettura, u l-iskop tal-estensur tal-awtonomija huwa li tiżdied l-awtonomija tal-karozza.

(118)

Barra minn hekk, filwaqt li prattikament ma kien hemm l-ebda importazzjoni miċ-Ċina ta’ BEVs b’estensur tal-awtonomija matul il-perjodu kkunsidrat u prattikament l-ebda bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, ma jistax jiġi eskluż li fil-futur dan it-tip ta’ BEV se jiġi esportat fi kwantitajiet sinifikanti u prodott mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, fid-dawl tal-fatt li l-BEVs huma bbażati fuq teknoloġija li qiegħda tevolvi kontinwament. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li l-BEVs mingħajr estensur tal-awtonomija u l-BEVs b’estensur tal-awtonomija huma simili ħafna għall-BEVs, id-differenza teknika żgħira ewlenija hija l-estensur tal-awtonomija u l-komponenti relatati u għalhekk huma b’mod ċar parti mill-istess prodott kopert mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(119)

Għalhekk, il-BEVs b’estensur tal-awtonomija huma koperti mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(120)

Barra minn hekk, fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni eskludiet mill-ambitu tal-investigazzjoni, il-kategoriji L6 u L7 ta’ vetturi skont ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). Il-Kummissjoni b’dan tiċċara li l-kategoriji kollha minn L1 sa L7 ta’ vetturi skont ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 ġew esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(121)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-prodott taħt investigazzjoni, il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, is-sejbiet fil-premessi minn (184) sa (195) huma kkonfermati.

3.   SUSSIDJAR

(122)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD, is-CAAM, il-Grupp Geely, id-Dongfeng Group, il-GTĊ, NIO, il-Grupp SAIC, u Tesla (Shanghai) ikkummentaw dwar is-sejbiet tas-sussidju provviżorju. Xi kummenti mqajma minn Tesla (Shanghai) ġew indirizzati f’bgħit separat minħabba n-natura kunfidenzjali tagħhom.

3.1.   Introduzzjoni: Preżentazzjoni tal-pjanijiet, tal-proġetti u ta’ dokumenti oħrajn tal-Gvern

(123)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-eżistenza ta’ dawk il-pjanijiet, il-proġetti u d-dokumenti, il-premessi minn (196) sa (206) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.2.   Pjanijiet u politiki tal-gvern biex tiġi appoġġata l-industrija tal-BEV

(124)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-pjanijiet u l-politiki eżistenti tal-gvern biex tiġi appoġġata l-industrija tal-BEV, il-premessi minn (207) sa (253) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.3.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali u l-użu tal-fatti disponibbli

3.3.1.   Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku b’rabta mal-GTĊ

3.3.1.1.   Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward ta’ self preferenzjali

(125)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ oppona l-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-fatti disponibbli fir-rigward ta’ materjali ta’ finanzjament preferenzjali billi argumenta li, bħala l-awtorità investigattiva, huwa d-dmir tal-Kummissjoni li tinvestiga u tibgħat il-kwestjonarju lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jitolbu kooperazzjoni. Il-GTĊ żied li l-fatti disponibbli setgħu jiġu applikati biss fin-nuqqas ta’ ċerta informazzjoni “meħtieġa”; jiġifieri informazzjoni “meħtieġa” minn awtorità biex tlesti d-determinazzjoni(jiet) tagħha (22).. B’mod aktar speċifiku, il-GTĊ żied li l-informazzjoni dwar l-ishma tal-istituzzjonijiet finanzjarji hija disponibbli pubblikament u li ma kien hemm l-ebda bażi biex il-Kummissjoni tuża l-fatti disponibbli.

(126)

Barra minn hekk, il-GTĊ żied li l-Kummissjoni kienet invertiet b’mod illegali l-piż investigattiv u rreferiet għall-Artikolu 12 tal-Ftehim SCM u l-ġurisprudenza relatata li biha ċerti obbligi huma allegatament ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-investigazzjoni u ma jistgħux jiġu ttrasferiti lill-“Membru interessat” (il-GTĊ) (23). Konsegwentement, il-GTĊ ikkunsidra li r-rikors għall-fatti disponibbli kien illegali peress li l-Kummissjoni ma kinitx innotifikat kif xieraq lill-intimat bl-informazzjoni meħtieġa minnu. Il-GTĊ ikkummenta wkoll li awtorità ma tistax iġġiegħel lill-gvern esportatur (“il-Membru interessat”) “jagħmel ix-xogħol għall-awtorità tal-investigazzjoni”.

(127)

Il-GTĊ innota li hemm obbligi distinti u mhux funġibbli imposti fuq l-awtorità tal-investigazzjoni u l-Membru interessat. U, kif ukoll kopert mill-Bord f’Mexico – Anti-Dumping Measures on Rice: “awtorità tal-investigazzjoni ma hijiex permessa li tibbaża fuq l-inizjattiva tal-partijiet interessati għat-twettiq tal-obbligi li huma verament tagħha”.

(128)

Il-Kummissjoni, kif deskritt fil-premessi minn (266) sa (268) tar-Regolament provviżorju, innotat li l-informazzjoni mitluba kienet disponibbli għall-GTĊ għall-entitajiet kollha fejn il-GTĊ huwa l-azzjonista ewlieni jew maġġuri. Bl-istess mod, għall-istituzzjonijiet finanzjarji mhux tal-istat, il-GTĊ, bħala l-korp regolatorju għandu l-awtorità li jirrikjedi li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha stabbiliti fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jissottomettu informazzjoni, kif ukoll li jagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiddivulgaw informazzjoni lill-pubbliku. Sussegwentement, il-Kummissjoni enfasizzat li l-GTĊ ma jistax jevita r-responsabbiltajiet tiegħu billi jżomm informazzjoni li, bis-saħħa tal-awtorità u tar-rwol regolatorju tiegħu, hija effettivament fil-pussess tiegħu.

(129)

Għall-finijiet ta’ konvenjenza amministrattiva, bil-għan li tinkiseb l-informazzjoni b’mod aktar effiċjenti, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ biex jgħaddi kwestjonarji speċifiċi lill-istituzzjonijiet finanzjarji relevanti kollha, ħaġa li ma għamilx, waqt li l-GTĊ huwa l-awtorità kompetenti biex titlob tweġibiet għall-mistoqsijiet speċifiċi mill-istituzzjonijiet finanzjarji li pprovdew finanzjament lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, instab li ma kienx raġonevoli li jiġi argumentat li kien il-kompitu tal-Kummissjoni li tikkuntattja lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti, b’mod partikolari minħabba li l-lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti tkun magħrufa biss mill-Kummissjoni wara li tirċievi t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-fatt li l-bank EXIM informa lill-Kummissjoni fuq inizjattiva proprja u l-fatt li fl-investigazzjoni antisussidji preċedenti, waslu tweġibiet għall-kwestjonarju minn diversi istituzzjonijiet finanzjarji, juri li l-GTĊ seta’ jibgħat il-kwestjonarju. Is-sit web ipprovdut mill-GTĊ li kien fih l-ishma tal-istituzzjonijiet finanzjarji ma kienx fih l-informazzjoni kollha meħtieġa mitluba mill-Kummissjoni fit-tweġiba għall-kwestjonarju fir-rigward tas-self preferenzjali. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni.

(130)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-premessi minn (255) sa (273) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.3.1.2.   Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-materjali ta’ input

(131)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ tenna l-asserzjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-fatti disponibbli fir-rigward tal-materjali tal-input billi argumenta li, bħala l-awtorità investigattiva, huwa d-dmir tal-Kummissjoni li tinvestiga u tibgħat il-kwestjonarju lill-fornituri tal-input li titlobhom biex jikkooperaw. Il-GTĊ żied li kien tal-fehma li l-informazzjoni mitluba u l-informazzjoni li l-SAIC naqset milli tipprovdi bħala li ma hijiex meħtieġa għall-investigazzjoni u ma hijiex meħtieġa f’investigazzjoni antisussidji regolari, u li l-informazzjoni dwar il-fornituri u l-kundizzjonijiet tas-suq setgħet inkisbet mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(132)

Il-Kummissjoni nnotat li l-argumenti ġew indirizzati fit-Taqsima 3.3.1.2 tar-Regolament provviżorju. L-ewwel, il-Kummissjoni nnotat li hija l-Kummissjoni li għandha tiddetermina liema informazzjoni titqies bħala meħtieġa għall-investigazzjoni u mhux għal parti li tagħmel dik id-determinazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni enfasizzat li, għall-kuntrarju ta’ xi investigazzjonijiet preċedenti (24), il-GTĊ ma pprovdiex il-kwestjonarju lil partijiet terzi. CATL intalbet ukoll, permezz tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun li kienu relatati magħha, tissottometti kwestjonarju u dan ma għamlitux. Barra minn hekk, il-GTĊ għandu wkoll l-awtorità meħtieġa biex jinteraġixxi mal-produtturi tal-input, kemm jekk ikunu tal-istat kif ukoll jekk le. Barra minn hekk, il-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni rilevanti dwar ċerti swieq bħall-batteriji u l-litju. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli. Fir-rigward tal-informazzjoni mitluba, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni talbet biss informazzjoni li kienet meħtieġa biex tivvaluta l-eżistenza u l-livell ta’ sussidjar disponibbli għall-prodott ikkonċernat. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(133)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CATL sostniet li l-Kummissjoni setgħet tikseb kwalunkwe informazzjoni meħtieġa dwar ix-xiri ta’ batteriji mill-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun, u li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tas-CATL ma seta’ fl-ebda każ jipprovdi bażi għal “inferenzi u konġettura bla limitu li jibbażaw fuq fatti distorti”.

(134)

L-asserzjonijiet imqajma mis-CATL kienu ġenerali u mhux sostanzjati. Il-Kummissjoni enfasizzat li, kif kopert qabel fil-premessa (810) tar-Regolament provviżorju, għalkemm ikkuntattjata minn tnejn mill-gruppi inklużi fil-kampjun li magħhom kellha impriżi konġunti, is-CATL irrifjutat li tipprovdi risposta għall-kwestjonarju u b’hekk il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni kruċjali sabiex tivvaluta s-sitwazzjoni tas-CATL abbażi tad-data tagħha stess. Barra minn hekk, il-fatti disponibbli dwar il-forniment tal-batteriji ġew applikati wkoll għall-Grupp SAIC (il-premessi (338) u (860) tar-Regolament provviżorju), li huwa waħda mill-kumpaniji li magħhom is-CATL għandha impriża konġunta. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(135)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-premessi minn (274) sa (286) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.3.1.3.   Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-Politika tas-Sussidju Fiskali għall-Promozzjoni u l-Applikazzjoni ta’ Vetturi li jaħdmu bl-Enerġija Ġdida

(136)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ tenna l-asserzjoni tiegħu dwar in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ informazzjoni dwar it-tħejjija, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-iskema, kif ukoll statistika dwar il-vetturi konċernati. Konsegwentement, il-GTĊ ma setax jipprovdi informazzjoni li ma kellux, u kwalunkwe użu tal-fatti disponibbli ma jkunx ġustifikat u jkun illegali.

(137)

Il-Kummissjoni nnotat, kif deskritt fil-premessi (297) u (298) tar-Regolament provviżorju, li l-informazzjoni dwar it-tħejjija, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-iskema, kif ukoll l-istatistika dwar vetturi affettwati minn programm li ilu fis-seħħ għal diversi snin u li kien jinvolvi riżorsi finanzjarji sinifikanti mill-baġit ċentrali ġestit mill-GTĊ, kienet rilevanti u meħtieġa biex il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni tagħha. Fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni, li ma ġietx ipprovduta mill-GTĊ, il-Kummissjoni kienet intitolata, fejn xieraq, li tuża l-fatti disponibbli. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(138)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-premessi minn (287) sa (299) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.3.1.4.   Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-għotjiet/programmi oħra ta’ sussidju inklużi skemi tal-gvern statali/reġjonali/lokali

(139)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn (300) sa (305) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.3.1.5.   Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-iskema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq ix-xiri

(140)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn (306) sa (317) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.3.2.   Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku dwar il-Grupp SAIC

3.3.2.1.   L-allegazzjoni tal-Grupp SAIC li l-istandards legali għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati

(141)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC issottometta li b’mod ġenerali, il-Kummissjoni injorat l-informazzjoni pprovduta mill-entitajiet tal-Grupp SAIC li qieset li hija nieqsa f’xi aspetti u minflok użat sorsi alternattivi ta’ informazzjoni. Il-Grupp SAIC qies li l-Kummissjoni kellha twettaq eżami konkret tan-nuqqasijiet għal kull kumpanija, tivvaluta l-firxa ta’ dawk in-nuqqasijiet u tuża l-informazzjoni li kellha rreġistrata għal kull kumpanija tal-grupp. Barra minn hekk, il-Grupp SAIC argumenta li skont ir-regoli tad-WTO, it-terminu “fatti disponibbli” f’dan il-kuntest jenħtieġ li jiġi interpretat bħala “l-aħjar fatti disponibbli” kif qal il-Korp tal-Appell f’US — Hot Rolled Steel, awtorità tal-investigazzjoni hija “intitolata li tirrifjuta l-informazzjoni sottomessa mill-partijiet interessati” biss meta l-informazzjoni ma tkunx (i) verifikabbli, (ii) ġiet sottomessa kif xieraq sabiex tkun tista’ tintuża fl-investigazzjoni mingħajr diffikultajiet mhux dovuti, (iii) ġiet ipprovduta f’waqtha, u (iv) ġiet ipprovduta b’mezz jew b’lingwa tal-kompjuter mitluba mill-awtoritajiet. L-awtoritajiet tal-investigazzjoni ma jistgħux jiddisponu minn informazzjoni li “ma hijiex ideali f’kull rigward” jekk “il-parti interessata aġixxiet bl-użu tal-aħjar kapaċità possibbli tagħha”. Minflok, meta awtorità tal-investigazzjoni ma tkunx sodisfatta bl-informazzjoni sottomessa minn parti interessata, il-Korp tal-Appell tad-WTO qal li jrid jeżamina dawk l-elementi tal-informazzjoni li ma jkunx issodisfat bihom.

(142)

Fir-rigward tal-allegata “bona fide” murija mill-Grupp SAIC dwar il-kooperazzjoni tiegħu ma’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li f’diversi każijiet, li kollha ġew irreġistrati kif xieraq fi tmiem kull żjara ta’ verifika kemm mit-tim tal-investigazzjoni kif ukoll mir-rappreżentanti tal-kumpaniji, il-kumpaniji li jappartjenu għall-Grupp SAIC irrifjutaw li jissottomettu jew li jagħtu aċċess għal informazzjoni kruċjali lit-tim tal-investigazzjoni għalkemm din kienet disponibbli faċilment u setgħet tiġi pprovduta, li kieku l-Grupp SAIC aġixxa bl-aħjar abbiltà tiegħu li jagħmel dan. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrifjuta l-informazzjoni parzjali li tqieset bħala defiċjenti jew mhux kompluta u ma setgħetx tiġi vverifikata bis-sħiħ. F’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament bażiku, din l-informazzjoni parzjali ma ġietx ikkunsidrata minħabba li l-Grupp SAIC ma aġixxiex deliberatament fl-aħjar kapaċità tiegħu kif muri mill-annessi mhux ikkontestati msemmija hawn fuq għar-rapporti ta’ verifika fuq il-post li jelenkaw dawk id-dokumenti li l-entitajiet, parti mill-Grupp SAIC, irrifjutaw li jipprovdu b’mod sħiħ jew li għalihom ċerti partijiet rilevanti ġew approvati mill-ġdid, għalkemm kienu disponibbli faċilment. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

3.3.2.2.   Talbiet għal informazzjoni dwar il-fornituri relatati

(143)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC asserixxa li s-sejbiet provviżorji ma kinux jirriflettu l-fatt li “dejjem ikkoopera mal-investigazzjoni b’bona fide u ġġieled konsistentement biex jiffaċilita l-ħidma tal-Kummissjoni”. Barra minn hekk, il-Grupp SAIC allega li ma setax iġiegħel lill-entitajiet legali li huma parti minn strutturi ta’ impriżi konġunti jikkooperaw fl-investigazzjoni.

(144)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għaż-żewġ ittri tal-“Artikolu 28” mibgħuta lill-Grupp SAIC malli rċeviet it-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju u wara l-verifika fuq il-post, li t-tnejn li huma elenkaw il-bosta oqsma fejn il-Grupp SAIC kien naqas milli jipprovdi informazzjoni kruċjali mitluba fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni, u b’hekk impedixxa l-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat b’mod estensiv lill-Grupp SAIC dwar il-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-fatti disponibbli fir-rigward tal-Grupp SAIC, inkluż għall-entitajiet legali relatati li huma parti mill-istrutturi ta’ impriżi konġunti. Il-Kummissjoni tenniet li minħabba r-rabtiet eżistenti f’termini ta’ parteċipazzjoni azzjonarja u/jew in-natura tal-attivitajiet tagħhom, kellhom jipprovdu tweġiba għall-kwestjonarju li tippermetti lill-Kummissjoni tivverifika l-informazzjoni u eventwalment titlob evidenza ulterjuri. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn xi wħud mill-entitajiet legali ta’ impriża konġunta relatati, il-Kummissjoni kienet intitolata, fejn xieraq, li tuża l-fatti disponibbli. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

3.3.2.3.   Informazzjoni mhux ipprovduta mill-Grupp SAIC u dokumenti oħrajn mhux iddivulgati qabel u matul żjarat ta’ verifika fuq il-post

(145)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC argumenta li l-Kummissjoni ma kienx imissha applikat l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għal xi kumpaniji fil-Grupp SAIC u finalment għall-Grupp SAIC.

(146)

Kif imsemmi fil-premessi minn (318) sa (371) tar-Regolament provviżorju, it-tweġibiet li waslu mill-entitajiet differenti parti mill-Grupp SAIC instabu li kellhom ħafna nuqqasijiet. Konsegwentement, is-sejbiet provviżorji tal-investigazzjoni kellhom ikunu parzjalment ibbażati fuq il-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, il-Grupp SAIC naqas milli jiddivulga l-eżistenza ta’ kumpaniji relatati jew milli jipprovdi tweġibiet għall-kwestjonarju għal kumpaniji relatati oħrajn. Minkejja evidenza eżistenti possibbli ta’ deċiżjonijiet konġunti meħuda mit-tliet azzjonisti ta’ kumpanija waħda fil-Grupp SAIC, il-Grupp SAIC allega li wieħed mit-tliet azzjonisti ma kienx relatat direttament mal-Grupp SAIC, iżda biss ma’ kumpanija barranija u għalhekk ma seta’ jeżerċita l-ebda kontroll u lanqas ma seta’ jġiegħel lil din il-kumpanija tipprovdi kwestjonarju. Din l-informazzjoni dehret li ma kinitx korretta abbażi ta’ rapporti finanzjarji disponibbli pubblikament u ma setgħetx tiġi vverifikata peress li l-kumpanija neħħiet xi partijiet mill-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi fejn setgħu kienu preżenti rappreżentanti tat-tliet azzjonisti tagħha.

(147)

Jibqa’ li minkejja t-talbiet indirizzati lill-Grupp SAIC biex jipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju dwar diversi entitajiet relatati tiegħu, din il-kumpanija għażlet li ma tikkooperax u għalhekk esponiet il-kumpaniji relatati tagħha għall-użu tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(148)

Il-Grupp SAIC argumenta ulterjorment li l-Kummissjoni kienet użat informazzjoni dwar titoli garantiti b’assi maħruġa minn kumpanija relatata waħda li għaliha qatt ma talbet lill-Grupp SAIC jipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju. Tabilħaqq, din l-entità hija waħda mill-kumpaniji l-ġodda msemmija fil-premessa (329) tar-Regolament provviżorju, li skont sorsi disponibbli pubblikament, instab li kienu relatati u kienu involuti f’diversi relazzjonijiet kuntrattwali ewlenin li jinvolvu attivitajiet bħall-forniment ta’ materjali ta’ input, kapital, self, garanziji u tipi oħrajn ta’ finanzjament fi ħdan il-Grupp SAIC. Billi l-Grupp SAIC ma pprovda l-ebda informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ din il-kumpanija, il-Kummissjoni ma setgħetx tkun fil-pożizzjoni li titlob tweġiba għall-kwestjonarju. Kieku din il-kumpanija pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi l-eżistenza, l-attivitajiet u r-rabtiet preċiżi bejn id-diversi kumpaniji relatati. Fin-nuqqas ta’ tali tweġiba għall-kwestjonarju u informazzjoni rilevanti, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-fatti disponibbli biex tistabbilixxi s-sejbiet tagħha, li kienu jinkludu informazzjoni relatata mat-titoli garantiti b’assi maħruġa minn din il-kumpanija, li tqiesu bħala sors ta’ finanzjament preferenzjali kif ġie spjegat fil-premessi (368) u (369). Għal dawn ir-raġunijiet, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(149)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ulterjuri rigward l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku dwar l-Grupp SAIC, il-premessi minn (318) sa (371) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.3.3.   Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku dwar l-Grupp SAIC

(150)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely issottometta kummenti dwar l-applikazzjoni tal-fatti disponibbli.

(151)

L-ewwel nett, il-Grupp Geely tenna l-asserzjoni tiegħu li l-inabbiltà tiegħu li jeżerċita kontroll fuq CATL iwaqqfu milli jġiegħel lil din il-parti terza tipprovdi informazzjoni. Argumenta wkoll li meta produttur esportatur u parti terza jkunu marbutin biss permezz ta’ impriża konġunta, l-informazzjoni mill-parti terza ma tistax tissostanzja l-użu tal-fatti disponibbli.

(152)

Kif ġie ddikjarat fil-premessa (376) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni nnotat li CATL u l-Grupp Geely kienu stabbilew impriża konġunta għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ ċelluli, moduli u pakketti tal-batteriji. Konsegwentement, dawn ġew rikonoxxuti legalment bħala sħab kummerċjali. Skont it-tifsira tal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (25), dawn tqiesu bħala partijiet relatati u għalhekk iż-żewġ partijiet intalbu jissottomettu tweġiba għall-kwestjonarju dwar is-sussidji. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(153)

It-tieni, il-Grupp Geely asserixxa li t-talba għal informazzjoni dwar il-kumpaniji fi ħdan il-grupp li jipparteċipaw fil-finanzjament tal-BEV waslet fi stadju avvanzat tal-investigazzjoni u kienet nieqsa mill-ispeċifiċità.

(154)

Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi, li kien disponibbli mill-bidu tal-investigazzjoni f’Ottubru, diġà kien jinkludi talba għal informazzjoni dwar il-kumpaniji involuti f’attivitajiet ta’ finanzjament. Barra minn hekk, l-ittra tal-Kummissjoni datata s-6 ta’ Marzu 2024, speċifikament indikat lill-entitajiet li setgħu ġabru fondi permezz ta’ titoli garantiti b’assi (inklużi titoli ekoloġiċi garantiti b’assi), u mezzi oħrajn. Il-Kummissjoni tat ukoll estensjoni tal-iskadenza għall-għoti ta’ tali informazzjoni. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(155)

It-tielet, fir-rigward tal-għotjiet, il-Grupp Geely asserixxa li pprovda l-informazzjoni kollha disponibbli fit-tweġiba għall-kwestjonarju u matul il-verifiki fuq il-post. Il-fini tal-għotjiet ġie indikat fuq rendikonti bankarji, li ġew diskussi bir-reqqa matul iż-żjarat fuq il-post. Asserixxa wkoll li l-għotjiet relatati mal-assi jkopru esklużivament l-assi rilevanti, filwaqt li l-għotjiet mhux relatati mal-assi jappoġġaw l-operazzjonijiet ta’ kuljum kemm għall-BEVs kif ukoll għal dawk mhux BEVs.

(156)

Il-Kummissjoni nnotat, kif deskritt fil-premessi (300) u (380) tar-Regolament provviżorju, li abbażi tal-informazzjoni limitata disponibbli mir-rendikonti bankarji, ma setgħetx taċċerta l-iskemi ta’ sussidju sottostanti għall-programmi ta’ għotjiet relatati mal-prodott investigat. Barra minn hekk, il-GTĊ ma pprovdiex dettalji dwar l-għotjiet ad hoc mogħtija lill-gruppi inklużi fil-kampjun. Konsegwentement, l-asserzjoni tal-grupp ġiet miċħuda.

(157)

Il-Grupp Geely asserixxa wkoll li pprovda l-informazzjoni meħtieġa fi stadju bikri tal-investigazzjoni u li wera trasparenza sħiħa billi ddivulga l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet tiegħu u spjegahom.

(158)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-isforzi tal-Grupp Geely biex iwieġeb għat-talba għal informazzjoni tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat ukoll, kif deskritt fil-premessa (384) tar-Regolament provviżorju, li s-sottomissjoni tard ta’ ċerta informazzjoni fixklet il-kapaċità tagħha li tivverifika l-kompletezza u l-akkuratezza tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvalida l-provvisti ta’ input meta mqabbla mal-volum tal-produzzjoni u l-kostijiet tal-BEVs peress li l-informazzjoni dwar il-kostijiet ipprovduta kienet nieqsa mid-dettalji meħtieġa mitluba mill-entitajiet produtturi fil-kwestjonarju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(159)

Fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-art, il-Grupp Geely asserixxa li l-kwartieri ġenerali tiegħu ma humiex relatati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-BEV, u dan jagħmilhom irrilevanti għall-investigazzjoni. Dan asserixxa wkoll li pprovda l-informazzjoni mitluba.

(160)

Kif ġie nnotat fil-premessa (387) tar-Regolament provviżorju, ġie stabbilit li l-kwartieri ġenerali jintużaw parzjalment għal attivitajiet relatati mal-BEVs. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet irrifjutata.

(161)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely tenna l-asserzjoni tiegħu li t-talbiet dwar proġetti futuri marbuta mal-produzzjoni tal-BEVs jaqbżu l-ambitu tal-investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni bħala inkonsistenti, peress li, fl-istess ħin, f’waħda mis-sottomissjonijiet tagħha, entità tal-manifattura tal-grupp intalbet li tiżdied mal-lista tal-entitajiet produtturi tal-Grupp Geely (26) wara l-bidu tal-manifattura u l-esportazzjoni ta’ mudell ġdid tal-BEV wara l-perjodu ta’ investigazzjoni kif definit fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju.

(162)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ulterjuri rigward l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku dwar il-Grupp Geely, il-premessi minn (372) sa (387) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.3.4.   Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku dwar il-Grupp BYD

(163)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD ikkontesta l-applikazzjoni tal-Artikolu 28 dwar in-nuqqas ta’ risposta għall-kwestjonarju mill-fornitur LFP relatat tiegħu, Hunan Yuneng New Energy Materials Co. Ltd, abbażi tal-fatt li dan il-fornitur kien jaqa’ fid-definizzjoni ta’ “kumpanija relatata” lill-Grupp BYD għal parti biss tal-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Grupp BYD talab lill-Kummissjoni tinkludi l-kwantitajiet u l-prezzijiet ipprovduti mill-fornitur inkwistjoni fil-kalkolu tal-benefiċċju għal-LFP b’remunerazzjoni inqas minn adegwata. Din it-talba ġiet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Il-Grupp BYD tenna wkoll il-kummenti tiegħu li jikkontestaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 28 għal kumpanija tal-Grupp BYD meqjusa bħala mhux relatata, filwaqt li qal ukoll li l-Ftehim konkluż bejn iż-żewġ partijiet kien jikkonċerna l-kapaċità tal-produzzjoni, u mhux l-iffissar tal-prezzijiet, u li l-prezzijiet tax-xiri ġew stabbiliti skont il-forzi tal-provvista u tad-domanda tas-suq. Il-Grupp BYD issottometta wkoll kopja ta’ tliet ordnijiet ta’ xiri f’perjodi ta’ żmien differenti bħala evidenza addizzjonali għall-asserzjonijiet tiegħu.

(164)

Il-Kummissjoni fakkret li l-ftehimiet dwar ix-xiri bejn il-Grupp BYD u Hunan Yuneng New Energy Materials Co., Ltd. sottomessi mill-Grupp BYD saru qabel il-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni, u li x-xiri għalhekk sar bi prezzijiet li ġew stabbiliti meta l-Grupp BYD kien kumpanija relatata mal-fornitur tal-LFP tiegħu. Fir-rigward tal-allegazzjonijiet mill-Grupp BYD li l-ftehimiet bejn iż-żewġ partijiet stabbilew biss il-kapaċità tal-produzzjoni, u mhux il-prezzijiet, il-Kummissjoni tfakkar li, kif diġà ġie kopert fil-premessa (892) tar-Regolament provviżorju, dawn kien fihom dispożizzjonijiet relatati mal-prezz li jiżguraw li dan jibbenefika mill-provvista l-aktar favorevoli; jiġifieri li ma kienx iħallas prezz ogħla minn kwalunkwe klijent ieħor ta’ Hunan Yuneng New Energy Materials Co. Ltd., kif ukoll formula għall-iffissar tal-prezzijiet. Fir-rigward tal-allegazzjonijiet li dawk it-tranżazzjonijiet saru skont id-dinamika tas-suq, kif ġie nnotat fil-premessa (864) tar-Regolament provviżorju, is-suq Ċiniż tqies bħala distort minħabba l-politiki nazzjonali u speċifiċi għas-settur promulgati mill-fornituri domestiċi tal-batteriji u tal-LFP, b’mod partikolari dawk li jappartjenu għall-istrutturi tal-ipprezzar. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-fornitur tal-materja prima, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta jekk il-prezz li bih il-Grupp BYD xtara l-LFP setax jitqies bħala prezz ta’ distakkament u, kif ġie spjegat fil-premessa (928) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni għalhekk issostitwiet dan il-prezz bil-prezz medju tax-xiri tal-LFP minn fornituri mhux relatati. Fid-dawl ta’ dan, peress li ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni verifikabbli, il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni.

(165)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ulterjuri rigward l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku dwar il-Grupp BYD, il-premessi minn (388) sa (400) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.3.5.   Kummenti sottomessi mill-GTĊ dwar l-applikazzjoni maħsuba tal-Artikolu 28 għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun

(166)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn (401) sa (406) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.4.   Sussidji u programmi ta’ sussidju li għalihom il-Kummissjoni tagħmel sejbiet fl-investigazzjoni kurrenti

3.4.1.   Ġenerali

(167)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar is-sussidji u l-programmi ta’ sussidju kif ippreżentati fit-Taqsima 3.4 tar-Regolament provviżorju, il-premessa (407) tar-Regolament provviżorju ġiet ikkonfermata.

3.5.   Finanzjament preferenzjali

3.5.1.   Istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu finanzjament preferenzjali

3.5.1.1.   Istituzzjonijiet finanzjarji tal-istat li jaġixxu bħala korpi pubbliċi

(168)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ asserixxa li l-Kummissjoni kienet meħtieġa tanalizza l-karatteristiċi ewlenin, il-funzjonijiet, u r-relazzjoni mal-gvern ta’ kull entità (“fuq il-mertu tagħha stess”, kif kien) u tiddetermina jekk kull entità (individwalment; mhux bħala grupp) tistax tiġi kklassifikata bħala korp pubbliku (27).

(169)

F’dan ir-rigward, asserixxa li, ħlief għall-bank EXIM, il-Kummissjoni ma wettqitx tali valutazzjoni fuq bażi individwali iżda allegatament ibbażat fuq investigazzjonijiet tal-passat u dokumenti oħra disponibbli pubblikament u bbażat fuq valutazzjoni tal-ogħla livell tal-bank EXIM u xi banek oħrajn allegatament involuti fl-għoti ta’ finanzjament lill-industrija tal-BEV. Asserixxa ulterjorment li l-bank EXIM ma jwettaqx “funzjoni governattiva” (28) u li l-GTĊ ma jeżerċita l-ebda kontroll fuq il-bank EXIM. Abbażi ta’ dan, il-GTĊ ikkonkluda li l-Kummissjoni ma kinitx ibbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq evidenza robusta u raġunament xieraq.

(170)

Il-Kummissjoni analizzat mhux biss is-sitwazzjoni tal-bank EXIM, iżda wkoll dik tal-banek kummerċjali Ċiniżi l-oħrajn kollha tal-Istat (“SOCBs”) li pprovdew finanzjament preferenzjali lis-settur tal-BEV, u li ma kkooperawx. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn SOCBs oħrajn, il-Kummissjoni kellha terġa’ lura għall-fatti disponibbli biex tagħmel is-sejbiet tagħha f’dan ir-rigward kif konkluż fil-premessa (460) tar-Regolament provviżorju. Għal dawn ir-raġunijiet, kif ġie spjegat fil-premessa (464) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-fatti disponibbli biex tiddetermina jekk dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-istat kinux jikkwalifikaw bħala korpi pubbliċi. Abbażi ta’ dan, l-asserzjoni ġiet miċħuda u l-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (466) sa (467) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(171)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ddeterminat is-sjieda tal-Istat f’kull wieħed mill-ħmistax-il SOCB li pprovdew finanzjament preferenzjali lill-gruppi inklużi fil-kampjun individwalment, wara li rreferiet għall-qafas normattiv eżistenti li fih joperaw l-SOCBs fil-premessi (461) u (462) tar-Regolament provviżorju. Eżempji speċifiċi f’dan ir-rigward issemmew fil-premessi (430) u (431) tar-Regolament provviżorju, għal dawk il-banek li flimkien kienu jirrappreżentaw sehem kbir ħafna mis-settur finanzjarju tar-RPĊ f’termini ta’ assi sa tmiem l-2021/2022. Barra minn hekk, fil-premessa (463) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni pprovdiet evidenza tas-sjieda tal-Istat għall-SOCBs l-oħrajn li pprovdew finanzjament lis-settur tal-BEV abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament, bħal rapporti annwali riċenti.

(172)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li d-determinazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni azzjonarja (tal-Istat) kif elaborata fil-premessi (430) u (431) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (170) ta’ dan ir-Regolament ma kinitx ekwivalenti għal valutazzjoni ta’ entità għal kull entità u ma kinitx biżżejjed biex jiġi konkluż li l-istituzzjonijiet finanzjarji inkwistjoni huma tal-Istat. Il-GTĊ asserixxa wkoll li l-Kummissjoni kienet allegatament ikkonkludiet li l-GTĊ ma kellu parteċipazzjoni azzjonarja fl-ebda istituzzjoni finanzjarja (SOCBs).

(173)

Fin-nuqqas ta’ elementi ta’ sostenn ġodda li jmorru kontra l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat, il-Kummissjoni żammet il-konklużjoni tagħha li hija bbażata fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni fil-fajl. Madankollu, il-ġbir tal-informazzjoni ġie affettwat min-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi ħlief għall-bank EXIM li kkoopera parzjalment biss u b’hekk il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjoni tal-GTĊ li l-Kummissjoni kienet allegatament ammettiet li l-GTĊ ma kienx se jkollu parteċipazzjoni azzjonarja fil-banek kummerċjali kollha tal-Istat. L-inferenza tal-GTĊ ma hijiex appoġġata u tmur kontra l-prinċipju li l-SOCB, essenzjalment, huwa tal-Istat.

(174)

Imbagħad, il-Kummissjoni stabbiliet kontroll sinifikanti tal-GTĊ fuq l-SOCBs. Ġiet ipprovduta evidenza ta’ indikazzjonijiet formali ta’ kontroll fuq l-SOCBs permezz tal-istruttura ta’ governanza tal-banek. Tabilħaqq, kif imsemmi fil-premessi minn (431) sa (432) tar-Regolament provviżorju, mill-2017 l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tal-SOCBs kollha integraw rwol ċar għall-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”, Chinese Communist Party) fil-proċess ta’ superviżjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji. Fl-aħħar nett, l-evidenza dwar il-kontroll sinifikanti tal-GTĊ permezz tal-qafas regolatorju ġiet stabbilita fit-Taqsima 3.5.1.5 tar-Regolament provviżorju. Il-Kummissjoni nnotat li l-SOCBs kollha joperaw taħt l-istess struttura ta’ governanza u qafas regolatorju bħall-bank EXIM.

(175)

Fin-nuqqas ta’ tweġiba mill-GTĊ dwar l-istruttura tal-governanza, il-valutazzjoni tar-riskju jew eżempji relatati ma’ self speċifiku lill-industrija tal-BEV, il-Kummissjoni kellha wkoll tirrikorri għal fatti disponibbli. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tal-GTĊ, il-Kummissjoni ma rreferietx biss għal investigazzjonijiet tal-passat iżda wkoll għal rapporti bir-reqqa (29) maħruġa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jew ftit wara u kkonfermat il-konklużjonijiet misluta f’investigazzjonijiet preċedenti. Fi kwalunkwe każ, sa fejn huma kkonċernati s-sejbiet tal-investigazzjonijiet tal-passat, il-Kummissjoni qieset li dawn kienu għadhom validi, u li l-GTĊ ma pprovda l-ebda element li jikkontradixxi tali konklużjonijiet. Abbażi ta’ dawn l-elementi kollha, il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni u kkonfermat is-sejbiet tagħha.

(176)

Barra minn hekk, sa fejn hija kkonċernata l-analiżi superfiċjali allegata tas-sjieda, il-Kummissjoni rreferiet għall-informazzjoni pprovduta mill-GTĊ matul iż-żjara ta’ verifika meta allegatament ma kienx f’pożizzjoni li jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjonist li għandu qrib id-90 % tal-kapital imħallas tal-bank EXIM; jiġifieri Wutongshu Investment Platform Co., Ltd. Skont l-informazzjoni tal-Kummissjoni, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament (30), tali pjattaforma ta’ investiment hija 100 % proprjetà mill-awtoritajiet Ċiniżi permezz tal-Amministrazzjoni tal-istat tal-Kambju (“SAFE”) taċ-Ċina. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni kellha wkoll tirrikorri għall-fatti disponibbli biex tistabbilixxi s-sejbiet tagħha u “timla l-lakuni” li tħallew min-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(177)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ asserixxa wkoll li l-Kummissjoni ma kinitx analizzat jekk il-gvern kienx iddelega awtorità governattiva lill-entitajiet inkwistjoni u rrefera għall-ġurisprudenza tad-WTO (31). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat il-ġurisprudenza applikabbli li tgħid li, “Is-sjieda tal-Istat, filwaqt li ma hijiex kriterju deċiżiv, tista’ sservi bħala evidenza li tindika, flimkien ma’ elementi oħrajn, id-delegazzjoni tal-awtorità governattiva.” ikkonfermat li hija kienet aġixxiet skont il-qafas legali applikabbli billi analizzat is-sjieda tal-Istat u elementi oħrajn bħall-indizji formali ta’ kontroll u l-qafas regolatorju.

(178)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ indika wkoll li l-kapaċità ta’ gvern li jinnomina jew li jimpjega uffiċjali jew persunal f’entità ma hijiex biżżejjed biex juri kontroll u li jenħtieġ li juri jekk dawn in-“nomini” jaġixxux b’mod indipendenti. Barra minn hekk, żied li d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni li l-“l-GTĊ kien jibbaża fuq dan il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikattiv fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera kull meta kien qed jipprovdi self lill-industrija tal-BEVs” u l-atti tal-bank EXIM b’“mod preskritt mill-GTĊ” huma nieqsa minn evidenza ta’ sostenn.

(179)

Fir-rigward tal-asserzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessi (426) u (427) tar-Regolament provviżorju, li jipprevedu li “l-Istat jinnomina direttament il-maniġment tal-bank EXIM. Il-Bord tas-Superviżuri jinħatar mill-Kunsill” u li “l-Kumitat tal-Partit tal-bank EXIM għandu rwol ewlieni u politiku kruċjali sabiex jiżgura li l-politiki u l-iskjerament maġġuri tal-Partit u tal-istat jiġu implimentati mill-bank EXIM. It-tmexxija tal-Partit hija integrata fl-aspetti kollha tal-governanza korporattiva”. F’dan il-kuntest strett, il-Kummissjoni qieset li l-membri tal-maniġment u tal-bord tas-superviżuri nnominati jew maħtura mill-Istat jingħataw struzzjonijiet biex iwettqu azzjoni tal-gvern f’konformità mal-politiki tal-Partit u mal-iżviluppi ewlenin. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-Kummissjoni ma bbażatx biss fuq il-kapaċità tal-GTĊ li jinnomina persunal f’entità biex turi li l-GTĊ eżerċita kontroll fuq l-SOCBs.

(180)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni ta’ entità b’entità fir-rigward tal-ġestjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, għajr il-bank EXIM.

(181)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessi (431) sa (433) tar-Regolament provviżorju li ma japplikawx esklużivament għall-bank EXIM iżda għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha tal-Istat fir-RPĊ. Minħabba din ir-raġuni, valutazzjoni ta’ entità b’entità bħal din ma kinitx meqjusa neċessarja. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(182)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ qal ukoll li l-Kummissjoni ma tistax tibbaża fuq l-Artikolu 34 tal-Liġi tal-banek biex tikkonkludi li l-banek huma meħtieġa jaġixxu b’ċertu mod jew li l-bank EXIM huwa kkontrollat b’mod sinifikanti mill-GTĊ u li jenħtieġ li jkollu qari aktar komprensiv tal-Liġi tal-Banek kollha, u l-Artikolu 4, 5 u 41 tagħha, li jipprojbixxi lill-GTĊ milli jeżerċita kwalunkwe forma ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet tal-banek u jiżgura li l-banek joperaw b’mod indipendenti.

(183)

Il-GTĊ irrefera wkoll għall-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self li jistipula li “f’konformità mal-politika tal-istat, id-dipartimenti rilevanti jistgħu jissussidjaw l-imgħaxijiet fuq is-self, bil-ħsieb li jippromwovu t-tkabbir ta’ ċerti industriji u l-iżvilupp ekonomiku f’xi oqsma” u indika li tali dispożizzjoni ma wrietx kontroll sinifikanti tal-gvern jew l-eżerċitar ta’ awtorità governattiva.

(184)

Il-GTĊ ikkummenta wkoll li d-Deċiżjoni 40 kienet aktar bħal dokument ta’ gwida u li l-Artikolu 17 ta’ din id-Deċiżjoni “jirrikjedi li l-banek jirrispettaw il-prinċipji tal-kreditu” u li l-appoġġ ta’ kreditu huwa limitat “biss għal proġetti ta’ investiment li jappartjenu għall-kategorija mħeġġa” fejn il-Kummissjoni għandha l-obbligu legali li turi li “tali bonds” huma relatati mal-proġetti ta’ investiment allegatament imħeġġa.

(185)

Il-GTĊ irrefera wkoll għall-Miżuri Provviżorji dwar l-Amministrazzjoni tas-Self Kapitali tax-Xogħol kif ipprovduti fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju u indika l-fatt li l-aċċettazzjoni rilevanti tal-applikazzjonijiet għas-self, il-verifika, l-eżami u l-approvazzjoni ma jirreferu għall-ebda rekwiżit dwar il-kunsiderazzjoni tal-politiki industrijali allegati.

(186)

Il-GTĊ indika wkoll li l-Kummissjoni ma tistax tibbaża fuq l-“għanijiet ġenerali” tal-GTĊ (li jikkwota l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 3 Snin tas-CBIRC għas-snin 2020 sal-2022) u hija meħtieġa turi li xi azzjoni konkreta tal-gvern tirriżulta fil-kontroll tiegħu tal-entità (korp pubbliku) inkwistjoni u ma tistax tibbaża fuq il-fatt li istituzzjoni finanzjarja ssegwi jew tikkonforma mal-liġi tal-art bħala ekwivalenti għall-kontroll tal-gvern.

(187)

Il-GTĊ indika wkoll li l-qari tal-Kummissjoni tar-rapport annwali tal-bank EXIM għall-2022 kien selettiv u li ċerti partijiet ittieħdu barra mill-kuntest u jikkonċernaw kunsiderazzjonijiet ta’ stabbiltà ekonomika ġenerali tal-pajjiż mhux konnessi mill-avvanz tal-politika industrijali li biha l-bank EXIM ipprovda finanzjament lil diversi setturi.

(188)

Sa fejn huma kkonċernati n-natura u l-effett legali tal-Artikoli 4, 5, 31, u 41 tal-Liġi tal-Banek, l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self, l-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 40, u l-Miżuri Provviżorji dwar l-Amministrazzjoni ta’ Self ta’ Kapital Operatorju, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessi (449) u (450) tar-Regolament provviżorju fejn diġà indirizzat dawn l-asserzjonijiet. Fin-nuqqas ta’ elementi ġodda, l-asserzjonijiet ta’ hawn fuq ġew irrifjutati.

(189)

Il-GTĊ ipprovda wkoll li s-sjieda tal-istat ma kinitx ugwali għall-kunċett ta’ “korp pubbliku” u li l-kapaċità tal-gvern li jaħtar uffiċjali jeħtieġ li tiġi kkomplementata sabiex dawn il-persuni maħtura mill-gvern ma jaġixxux b’mod indipendenti. F’dan ir-rigward, il-GTĊ irrefera għall-Artikolu 5 tar-“Regolamenti Interim tal-Bord tas-Superviżuri tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin” u indika għall-fatt li l-Bord tas-Superviżuri “ma għandux jipparteċipa fl-attivitajiet tat-teħid ta’ deċiżjonijiet kummerċjali u tal-ġestjoni tan-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja tal-istat” biex jenfasizza li ma hemm l-ebda kontroll istituzzjonali.

(190)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni u rreferiet għall-premessa (178) ta’ dan ir-Regolament li biha l-Kummissjoni qieset li l-membri tal-maniġment u tal-bord tas-superviżuri nnominati jew maħtura mill-Istat jingħataw struzzjonijiet biex iwettqu azzjoni tal-gvern f’konformità mal-politiki tal-Partit u mal-iżviluppi ewlenin. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(191)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li n-nomina tal-maniġment u tal-bord tas-superviżuri tal-bank EXIM mill-Istat ma kinitx timplika li dawn l-individwi ngħataw struzzjonijiet biex iwettqu azzjoni tal-gvern f’konformità mal-politiki u mal-iżviluppi ewlenin tal-Partit. Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni injorat evidenza dokumentata li allegatament turi li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-membri tal-maniġment tagħhom huma meħtieġa jaġixxu b’mod indipendenti. Bl-istess mod, il-GTĊ argumenta li l-evidenza dokumentata uriet li skont il-liġi, il-Bord tas-Superviżuri ma għandux jinterferixxi fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat.

(192)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (178) ta’ dan ir-Regolament li biha l-Kummissjoni qieset li l-membri tal-maniġment u tal-bord tas-superviżuri nnominati jew maħtura mill-Istat jingħataw struzzjonijiet biex iwettqu azzjoni tal-gvern f’konformità mal-politiki tal-Partit u mal-iżviluppi ewlenin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset ukoll li s-superviżuri jwettqu azzjoni tal-gvern f’konformità mal-politiki tal-Partit u mal-iżviluppi ewlenin fil-qafas tal-funzjonijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom. Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(193)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ ipprovda wkoll li l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Vetturi bl-Enerġija Ġdida 2012-2020 (“il-pjan tal-2012-2020”) ma jispeċifika l-ebda ammont ta’ finanzjament li jrid jingħata lis-setturi konċernati u li ma kienx operazzjonali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(194)

Il-Kummissjoni qieset il-fatt li l-pjan ma jispeċifika l-ebda ammont ta’ finanzjament irrilevanti. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-pjan tal-2012-2020 huwa l-predeċessur tal-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Vetturi bl-Enerġija Ġdida (2021-2035), li sussegwentement segwa u li ż-żewġ pjanijiet jirrelataw mas-settur inkluż il-prodott taħt investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, kif jista’ jidher mit-Taqsima 3.2 tar-Regolament provviżorju, il-pjan tal-2012-2020 ma huwiex l-uniku wieħed li jipprevedi finanzjament preferenzjali lill-industriji mħeġġa bħall-industrija tal-BEV.

(195)

Il-GTĊ indika wkoll li l-Kummissjoni indikat biss ċerti elementi tal-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi dwar il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Banek kummerċjali, maħruġ fil-15 ta’ Diċembru 2020 u injorat il-fatt li dan l-Avviż jirreferi wkoll għal aspetti bħal: li “jagħti lok għar-rwol deċiżiv tal-mekkaniżmu tas-suq” biex jappoġġa l-asserzjoni tiegħu li l-istituzzjonijiet finanzjarji ma humiex meħtieġa jagħtu attenzjoni lill-kunsiderazzjonijiet tal-politika tal-industrija, għall-esklużjoni ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali (orjentati lejn is-suq).

(196)

Abbażi ta’ dan, il-GTĊ ikkonkluda li l-Kummissjoni ma kinitx uriet li l-“qafas normattiv ma kien iħalli l-ebda marġni ta’ manuvrar lill-maniġers u lis-superviżuri tal-bank dwar jekk kellhomx isegwu dan il-qafas jew le fir-rigward tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, li għalhekk kien ipoġġi l-ġestjoni ta’ dan il-bank f’pożizzjoni ta’ dipendenza”.

(197)

Jekk il-Kummissjoni xorta tikkonkludi li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma tabilħaqq korpi pubbliċi, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni ma kinitx stabbiliet x’funzjoni governattiva (jekk kien hemm) kienu jeżerċitaw.

(198)

Fl-istess kuntest, il-GTĊ asserixxa li s-self ta’ politika ma jeżistix u li ma hemm l-ebda interferenza tal-GTĊ fil-proċess tal-għoti ta’ self li permezz tiegħu, il-banek joperaw b’mod indipendenti u abbażi ta’ prinċipji orjentati lejn is-suq. Il-GTĊ irrepeta wkoll l-asserzjonijiet tiegħu li jiċħdu d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li s-SOCBs huma korpi pubbliċi.

(199)

Barra minn hekk, il-GTĊ irrefera għas-sejbiet tal-Kummissjoni li l-produtturi tal-BEV irċevew self b’“rati tal-imgħax taħt jew qrib ir-Rata Prima tas-Self (“LPR”, Loan Prime Rate)” (ara l-premessa (486) tar-Regolament provviżorju) u argumenta li tali rata hija attwalment ibbażata fuq kwotazzjoni ta’ banek abbażi tar-rati tas-self attwali implimentati għall-klijenti tal-ogħla kwalità billi jitqiesu l-kost tal-fondi, il-provvista u d-domanda tas-suq, il-primjums tar-riskju u fatturi oħrajn.

(200)

Il-Kummissjoni qieset li kienet stabbiliet liema funzjonijiet governattivi kienu eżerċitati mill-SOCBs; jiġifieri l-għoti ta’ finanzjament preferenzjali lil settur imħeġġeġ; jiġifieri s-settur tal-BEV f’konformità mal-pjanijiet nazzjonali applikabbli kif definit fit-Taqsima 3.2 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kwalunkwe bank, ħlief għall-kooperazzjoni parzjali mill-bank EXIM, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tivverifika l-asserzjonijiet li għamel il-GTĊ fir-rigward ta’ elementi importanti bħall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja.

(201)

Għall-kuntrarju, kif innotat fil-premessa (453) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet li t-tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu bbenefikaw minn self b’rati tal-imgħax taħt jew qrib ir-Rata Prima tas-Self (“LPR”), rata li suppost kienet disponibbli għall-klijenti tal-ogħla kwalità, filwaqt li tqiesu l-kost tal-fondi, il-provvista u d-domanda tas-suq, il-primjums tar-riskju u fatturi oħrajn (32). Il-fatt li t-tliet produtturi inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn rati saħansitra aktar baxxi minn dawk disponibbli għall-klijenti “tal-ogħla kwalità” ikkonferma li l-eżistenza ta’ qafas normattiv li fih l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jaħdmux b’mod indipendenti iżda jingħataw struzzjonijiet biex jimplimentaw politiki nazzjonali billi jipprovdu finanzjament preferenzjali lill-industrija tal-BEV kif deskritt fil-premessa (455) tar-Regolament provviżorju. Abbażi ta’ dan, l-asserzjonijiet ta’ hawn fuq ġew miċħudin.

(202)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni kienet għażlet b’mod selettiv informazzjoni minn diversi dokumenti biex tappoġġa l-fehma tagħha li l-GTĊ kien ħoloq qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll sinifikattiv fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Fl-indirizzar tal-asserzjoni tal-GTĊ, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni sempliċement affermat mill-ġdid l-argumenti tal-GTĊ iżda injorat l-evidenza dokumentata.

(203)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Essenzjalment, il-Kummissjoni qieset li kienet indirizzat l-asserzjoni tal-GTĊ u ma kinitx “għażlet” b’mod selettiv informazzjoni biex tappoġġa l-konklużjoni tagħha relatata mal-qafas normattiv iżda minflok ibbażat tali konklużjoni fuq analiżi bir-reqqa tal-elementi dokumentati li rriżultaw mid-dokumenti li jappartjenu għall-qafas legali li fih joperaw l-istituzzjonijiet finanzjarji, id-dokumenti ta’ politika nazzjonali u settorjali, l-informazzjoni miġbura mill-produtturi tal-BEVs li kkooperaw, is-sejbiet mill-investigazzjonijiet preċedenti u l-fatti disponibbli fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-banek Ċiniżi. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi wara li l-GTĊ ma pprovdiex il-kwestjonarju ad hoc lill-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonferma l-allegata “evidenza bil-miktub” sottomessa mill-GTĊ. Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(204)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CAAM argumentat li l-banek kummerċjali ma jistgħux jitqiesu bħala istituzzjonijiet pubbliċi, peress li l-banek iwettqu operazzjonijiet orjentati lejn is-suq bl-għan li jiggwadanjaw profitti, u li l-kumpaniji tal-karozzi jwettqu finanzjament permezz ta’ dawn il-banek kummerċjali f’konformità mal-mekkaniżmi tas-suq.

(205)

Kif deskritt fit-Taqsima 3.5.1.1 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-istat huma korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u li, fi kwalunkwe każ, huma meqjusa bħala inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ biex iwettqu funzjonijiet normalment mogħtija lill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Fit-Taqsima 3.5.1.9 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji privati huma wkoll inkarigati u mogħtija direzzjonijiet mill-gvern. Barra minn hekk, is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni, kif ukoll is-sejbiet tal-Kummissjoni f’investigazzjonijiet preċedenti (33) dwar l-istess programm ta’ sussidju ma appoġġawx l-asserzjoni li l-banek joperaw skont il-mekkaniżmi tas-suq u ma jqisux il-politika u l-pjanijiet tal-gvern meta jagħmlu deċiżjonijiet dwar self. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(206)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (409) sa (467) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.1.2.   Istituzzjonijiet finanzjarji privati inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ

(207)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni kienet ibbażat fuq l-istess elementi biex turi li l-istituzzjonijiet finanzjarji ġew inkarigati u mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ u ċaħad tali sejba. Dan irrefera għall-ġurisprudenza tad-WTO biex jasserixxi li l-inkarigu/id-direzzjoni u l-analiżijiet tal-korpi pubbliċi jvarjaw u li l-kunċett ta’ delega (fil-każ ta’ inkarigu) jew ta’ kmand (fil-każ ta’ direzzjoni) irid jieħu l-forma ta’ att affermattiv (34). Innota wkoll li l-inkarigu u d-direzzjoni (i) ma jistgħux ikunu prodott sekondarju tar-regolamentazzjoni tal-gvern; (ii) jimplikaw rwol aktar attiv minn sempliċi atti ta’ inkoraġġiment; u (iii) jeħtieġ li jintwerew abbażi ta’ evidenza li gvern “jagħti responsabbiltà” f’każ ta’ inkarigu jew “jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq korp privat biex iwettaq kontribuzzjoni finanzjarja” fil-kuntest tad-direzzjoni (35). F’dan ir-rigward, il-GTĊ asserixxa li l-Kummissjoni kienet naqset milli tidentifika kwalunkwe “funzjoni normalment mogħtija lill-gvern” li l-istituzzjonijiet finanzjarji qegħdin jiġu fdati biha/mogħtija direzzjonijiet biex iwettqu. Barra minn hekk, il-GTĊ indika l-valutazzjoni ta’ jekk (u kif) il-GTĊ “[ta] responsabbiltà lil korp privat – jew eżerċita l-awtorità tiegħu fuq korp privat – sabiex jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja” u n-nuqqas ta’ “konnessjoni li tista’ tintwera” bejn il-GTĊ u l-imġiba tal-atturi privati. Il-GTĊ sostna wkoll li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet valutazzjoni ta’ entità b’entità ta’ inkarigu/direzzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji.

(208)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li l-elementi li jippermettu li jiġi konkluż li l-banek tal-Istat kienu korpi pubbliċi, iġġustifikaw ukoll l-eżistenza ta’ inkarigu u ta’ direzzjoni fil-livell ta’ istituzzjoni finanzjarja privata. B’mod partikolari, kif ġie spjegat fil-premessi minn (471) sa (473) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ qafas normattiv li japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fir-RPĊ, kemm jekk privati kif ukoll jekk tal-Istat u li rriżulta f’kundizzjonijiet simili. Tali sejbiet huma wkoll f’konformità ma’ dawk milħuqa f’investigazzjonijiet preċedenti.

(209)

Fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ entità b’entità, il-Kummissjoni fakkret li ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju minn istituzzjonijiet finanzjarji privati għalhekk kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli.

(210)

Il-GTĊ sostna wkoll li l-fatt li kundizzjonijiet simili applikaw għal kuntratti ta’ self ma’ istituzzjonijiet finanzjarji privati bħal fil-każ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji sjieda tal-Istat juri li s-suq huwa kompetittiv u li l-banek kollha huma soġġetti għall-istess trattament.

(211)

Il-Kummissjoni fakkret li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-banek, kemm privati kif ukoll tal-istat, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli. Il-fatt li kien hemm trikkib fir-rati juri li l-banek privati pprovdew ukoll self taħt it-termini tas-suq, u mhux l-oppost.

(212)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ tenna l-asserzjoni tiegħu li l-konklużjoni tal-Kummissjoni relatata ma’ kundizzjonijiet ta’ self simili kif żviluppat fil-premessa (472) tar-Regolament provviżorju kienet żbaljata, peress li l-fatti effettivament urew li s-suq finanzjarju taċ-Ċina kien kompletament kompetittiv.

(213)

Il-Kummissjoni kkonfermat il-valutazzjoni tagħha u qieset li l-eżistenza ta’ kundizzjonijiet simili fil-fatt turi li l-SOCBs u l-istituzzjonijiet finanzjarji privati qegħdin joperaw fl-istess qafas normattiv u jingħataw struzzjonijiet u jiġu fdati biex jipprovdu finanzjament preferenzjali lill-industrija tal-BEVs, li tagħmel parti minn settur imħeġġeġ. Fi kwalunkwe każ, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji ħlief għall-bank EXIM li kkoopera parzjalment biss, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli, li jikkonfermaw il-valutazzjoni tal-Kummissjoni filwaqt li l-GTĊ ma ssottomettiex evidenza ta’ sostenn li tindika bil-kontra, li tista’ tiġi vverifikata fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(214)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni kienet naqset milli tissodisfa l-istandard legali għall-inkarigu/għad-direzzjoni, u ma wrietx li l-GTĊ kien ta r-responsabbiltà lill-istituzzjonijiet finanzjarji privati, jew eżerċita l-awtorità tiegħu fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji privati, biex jipprovdi finanzjament lill-produtturi tal-BEVs. B’mod partikolari, huwa argumenta li l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ qafas normattiv hija bbażata fuq informazzjoni magħżula b’mod selettiv u mhux fuq l-evidenza kollha dokumentata. Huwa argumenta wkoll li, minbarra l-valutazzjoni tal-korp pubbliku tagħha li tibbaża fuq in-natura ta’ entità u fuq ir-relazzjoni tagħha ma’ gvern, il-Kummissjoni kellha wkoll turi rabta bejn l-imġiba tal-entità privata u tal-gvern (36).

(215)

Il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (203) ta’ dan ir-Regolament fejn diġà indirizzat l-asserzjoni relatata mal-allegata “għażla b’mod selettiv” fir-rigward tal-qafas normattiv. Fir-rigward tar-rabta bejn l-imġiba tal-entità privata u tal-gvern, il-Kummissjoni rreferiet għall-eżistenza ta’ qafas normattiv applikabbli għall-SOCBs kif huwa deskritt fil-premessa (445) tar-Regolament provviżorju, li japplika wkoll għall-banek privati (ara l-premessa (208) ta’ dan ir-Regolament). Permezz tal-eżistenza ta’ tali qafas, l-istituzzjonijiet finanzjarji privati huma fdati jew mogħtija struzzjonijiet biex isegwu mġiba partikolari; jiġifieri l-għoti ta’ finanzjament preferenzjali lill-industrija tal-BEVs. Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(216)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (467) sa (473) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.1.3.   Klassifikazzjonijiet tal-kreditu

(217)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja u definittiva, il-GTĊ argumenta li l-informazzjoni użata mill-Kummissjoni biex tinjora l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi ma kinitx għadha tgħodd u ma qisitx l-iżviluppi reċenti fis-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Tabilħaqq, iċ-Ċina ħarġet regolamenti ġodda biex tirregola s-suq, inklużi Miżuri Amministrattivi għan-Negozju tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu fis-Suq tat-Titoli fl-2021. Iċ-Ċina fetħet ukoll b’mod attiv is-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha għall-aġenziji barranin u pprovdiet trattament nazzjonali f’konformità mar-regoli u mar-regolamenti kurrenti tal-awtoritajiet amministrattivi u tal-ġestjoni tan-negozju kompetenti tal-industrija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Kemm S&P Global Ratings Inc. kif ukoll Fitch Ratings ilhom joperaw fiċ-Ċina. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tqis li s-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huwa magħluq jew distort.

(218)

Il-Kummissjoni ma tikkontestax il-fatt li ċerti aġenziji barranin qegħdin joperaw fis-suq Ċiniż. Madankollu, il-GTĊ injora l-evidenza pprovduta mill-Kummissjoni fil-premessi (474), (475) u (477) tar-Regolament provviżorju, li turi li tali aġenziji barranin jirrappreżentaw biss frazzjoni żgħira tal-klassifikazzjonijiet imwettqa fis-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, li jsegwu l-istess skali ta’ klassifikazzjoni bħall-aġenziji Ċiniżi u li japplikaw żieda fil-klassifikazzjoni tagħhom f’termini tal-importanza strateġika tal-kumpaniji għall-GTĊ u l-garanziji impliċiti tal-Istat.

(219)

Fir-rigward tan-natura allegatament skaduta tal-evidenza pprovduta mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-GTĊ għażel b’mod selettiv l-eqdem elementi ta’ evidenza sottomessi mill-Kummissjoni, u injorat diversi referenzi mis-snin 2021-2022 użati fil-premessi (474), (478) u (479) tar-Regolament provviżorju, kif ukoll ir-referenza għad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li nħareġ f’April 2024. Dawn ir-referenzi juru b’mod ċar li s-sitwazzjoni tas-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma nbidlitx b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

Il-Grupp BYD

(220)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD sostna li l-analiżi tal-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li wettqet il-Kummissjoni ma pprovdietx evidenza dwar għaliex il-klassifikazzjoni tal-Grupp BYD tnaqqset għall-klassifikazzjoni B. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wara d-divulgazzjoni finali.

(221)

Il-Kummissjoni nnotat li minħabba n-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja mill-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ self Ċiniżi, kif imsemmi fil-premessa (492) tar-Regolament provviżorju, hija wettqet evalwazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Grupp BYD fil-premessi minn (495) sa (498) tar-Regolament provviżorju.

(222)

Kif sar f’każijiet preċedenti, il-Kummissjoni naqqset il-klassifikazzjoni Ċiniża AAA għal klassifikazzjoni BB, filwaqt li qieset iċ-ċirkostanzi attwali ta’ kull grupp. Madankollu, tali klassifikazzjoni timplika livell relattivament baxx ta’ dejn. Kif muri fil-premessa (498) tar-Regolament provviżorju, il-Grupp BYD kellu proporzjon għoli ħafna ta’ dejn għal ekwità ta’ 0,78 ibbażat fuq il-kontijiet konsolidati tal-Grupp BYD u ta’ BYD Finance. Peress li livell ta’ dejn ta’ kważi 80 % ma jistax jitqies bħala baxx, il-klassifikazzjoni tal-kreditu kompliet titnaqqas għal B. Il-kalkolu tal-proporzjonijiet imsemmi fil-premessi minn (495) sa (498) tar-Regolament provviżorju kien parti mid-dokument ta’ divulgazzjoni finali.

(223)

Il-GTĊ ikkontesta wkoll it-tnaqqis fil-grad ta’ BYD għal B. L-asserzjoni ġiet miċħuda minħabba li l-GTĊ qabbel il-klassifikazzjoni ta’ bond partikolari maħruġ mill-Grupp BYD u ċerti kumpaniji individwali. L-informazzjoni pprovduta mill-GTĊ ma hijiex komparabbli. Bond partikolari maħruġ minn kumpanija ma jfissirx li l-klassifikazzjoni għal dak il-bond tapplika wkoll għall-Grupp BYD bħala tali. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(224)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp BYD talab li jintbagħtulu l-kriterji jew il-metodu li jikklassifika l-Grupp BYD bħala kumpanija bi klassifikazzjoni B billi argumenta li jrid ikun hemm regoli standard rikonoxxuti fuq livell internazzjonali jew aċċettati b’mod ġenerali biex jiġu stabbiliti l-klassifikazzjonijiet differenti li jintużaw mill-Kummissjoni. Huwa argumenta wkoll li l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni kellha tkun parti mill-fatti essenzjali li ma ġewx iddivulgati.

(225)

Il-Kummissjoni nnotat li ma hemm l-ebda kriterju speċifiku rikonoxxut fuq livell internazzjonali biex jiġu stabbiliti klassifikazzjonijiet differenti. Kull aġenzija tal-klassifikazzjoni għandha l-metodoloġija speċifika tagħha stess, li ma tkunx magħmula disponibbli pubblikament. Madankollu, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni jsegwu ċerti prinċipji ġenerali, kif enfasizzat minn S&P fil-gwida tagħha dwar l-elementi essenzjali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu: “Meta jiffurmaw l-opinjonijiet tagħhom dwar ir-riskju ta’ kreditu, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni ġeneralment jużaw analisti jew mudelli matematiċi, jew taħlita tat-tnejn. […] Għadd żgħir ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jiffokaw kważi esklużivament fuq data kwantitattiva, li jinkorporawha f’mudell matematiku. […] Fil-klassifikazzjoni ta’ korporazzjoni jew muniċipalità, l-aġenziji li jużaw l-approċċ immexxi mill-analisti ġeneralment jassenjaw analista, spiss flimkien ma’ tim ta’ speċjalisti, biex jieħu t-tmexxija fl-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità. Ġeneralment, l-analisti jiksbu informazzjoni minn rapporti ppubblikati, kif ukoll minn intervisti u diskussjonijiet mal-maniġment tal-emittent. Huma jużaw dik l-informazzjoni u japplikaw il-ġudizzju analitiku tagħhom biex jivvalutaw il-kundizzjoni finanzjarja tal-entità, il-prestazzjoni operattiva, il-politiki u l-istrateġiji tal-ġestjoni tar-riskju (37).”

(226)

L-istess dokument jenfasizza wkoll li “l-analiżi tal-kreditu ta’ emittent korporattiv ġeneralment tqis ħafna fatturi finanzjarji u mhux finanzjarji, inklużi l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, l-influwenzi ekonomiċi, regolatorji u ġeopolitiċi, l-attributi ta’ ġestjoni u governanza korporattiva u l-pożizzjoni kompetittiva (38)”.

(227)

Il-Kummissjoni użat l-istess prinċipji bħal dawk applikati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, kif enfasizzat fiż-żewġ premessi preċedenti, biex tifforma opinjoni dwar il-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Tabilħaqq, minn naħa waħda, il-Kummissjoni kkalkolat u interpretat għadd ta’ indikaturi finanzjarji għal kull grupp ta’ kumpaniji inkluż fil-kampjun. Kif imsemmi fil-premessa (222) ta’ hawn fuq, dawn il-proporzjonijiet kienu parti mid-dokument ta’ divulgazzjoni finali. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni użat is-sett kollu ta’ informazzjoni ppreżentat mill-kumpaniji matul il-proċess ta’ investigazzjoni, bħar-rapporti finanzjarji, il-prospetti tal-bonds, id-dettalji pprovduti dwar it-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament u dwar is-sitwazzjoni tas-suq kollu kemm hu biex tagħmel ġudizzju analitiku tal-kundizzjoni finanzjarja speċifika tal-kumpanija, iżda wkoll tal-kundizzjonijiet ekonomiċi, regolatorji u tas-suq ġenerali li topera fihom.

(228)

Għalhekk, f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset il-kuntest li l-kumpaniji joperaw fih flimkien mas-sitwazzjoni finanzjarja speċifika ta’ BYD. Il-Kummissjoni nnotat li l-kumpaniji tal-BEVs joperaw f’ambjent tas-suq intensiv ħafna fil-kapital u volatili, b’bidliet teknoloġiċi u b’innovazzjonijiet rapidi, b’kompetizzjoni ħarxa bejn l-operaturi Ċiniżi, u fejn il-kumpaniji jkollhom jinvestu u jadattaw fuq bażi kontinwa għaċ-ċirkostanzi tas-suq li qegħdin jinbidlu. Fil-qosor, dan huwa simili ħafna għal ambjent innovattiv għall-prodotti ġodda, li ġeneralment jinvolvi riskji ġenerali ogħla u b’hekk jirriżulta fi klassifikazzjonijiet tal-kreditu ġenerali aktar baxxi għall-kumpaniji li joperaw f’dak is-suq.

(229)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li skont S&P, klassifikazzjoni B tikkorrispondi għal sitwazzjoni li fiha kumpanija hija “Aktar vulnerabbli għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji u ekonomiċi negattivi iżda bħalissa għandha l-kapaċità li tissodisfa l-impenji finanzjarji (39)”. Fid-dawl tal-proporzjonijiet finanzjarji speċifiċi kkalkolati għal BYD, flimkien mar-riskji tal-ambjent tas-suq li topera fih, il-Kummissjoni għalhekk iżżomm il-pożizzjoni tagħha dwar il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ BYD. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

Grupp Geely

(230)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely argumenta li kien ġie ppenalizzat inġustament bit-tnaqqis fil-grad tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tiegħu minn AAA għal B.

(231)

Il-Kummissjoni nnotat, li minħabba n-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja minn istituzzjonijiet finanzjarji ta’ self Ċiniżi, kif imsemmi fil-premessa (518) tar-Regolament provviżorju, hija wettqet evalwazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Grupp Geely fil-premessi minn (506) sa (517) tar-Regolament provviżorju.

(232)

Il-Kummissjoni analizzat proporzjonijiet speċifiċi tal-likwidità fuq terminu qasir, inkluż il-proporzjon kurrenti medju, il-proporzjon ta’ malajr, u l-proporzjon tal-flus. Il-valutazzjoni indikat li l-Grupp iffaċċja sfidi ta’ likwidità fuq terminu qasir, li rriżultaw fi profil ta’ debitur tar-riskju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat id-djun fit-tul bl-użu ta’ proporzjonijiet bħall-proporzjon tad-Dejn mal-Assi u l-proporzjon tad-Dejn mal-Ekwità, u kkonkludiet li l-grupp jiffinanzja l-attività tiegħu prinċipalment permezz ta’ dejn.

(233)

Meta wieħed iqis il-kwistjonijiet ta’ likwidità identifikati fuq terminu qasir u d-dipendenza tal-grupp fuq il-finanzjament tad-dejn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għoti tal-klassifikazzjoni tal-kreditu AAA mogħtija għall-Grupp ma kinitx iġġustifikata, iżda pjuttost jenħtieġ li tkun BB.

(234)

Barra minn hekk, fil-premessi minn (510) sa (512) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni identifikat riskji addizzjonali assoċjati mal-Grupp Geely. Dawn ir-riskji kienu jinkludu l-ħruġ ta’ bonds għar-ristrutturar tad-dejn, l-ikkuntrattar ta’ self speċifikament biex jissostitwixxi dak eżistenti, u arranġament ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità.

(235)

Sabiex titqies l-iskopertura għar-riskju akbar li qegħdin jaffaċċjaw il-banek, b’mod partikolari minħabba kwistjonijiet ta’ likwidità u sfidi ta’ finanzjament kemm għal terminu qasir kif ukoll għal terminu twil, il-Kummissjoni naqqset il-klassifikazzjoni tar-riskju b’livell wieħed u għażlet li tuża bonds korporattivi B (minflok BB) bħala l-bażi għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju bbażat fuq is-suq. Abbażi ta’ dan, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(236)

Il-GTĊ ikkontesta wkoll it-tnaqqis fil-grad tal-Grupp Geely għal B. Il-Kummissjoni nnotat li l-GTĊ ipprovda biss referenza fuq il-web bi klassifikazzjoni tal-kreditu biex jappoġġa dan l-argument, li minnha ma kienx possibbli li jiġi aċċertat jekk kienx hemm referenza għal ċerti kumpaniji individwali jew għall-grupp kollu kemm hu. Lanqas ma kien ċar mill-informazzjoni pprovduta għal liema perjodu kienet qiegħda tirreferi l-klassifikazzjoni. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni mogħtija fuq is-sit web għal Geely kienet ta’ BBB- bi prospettiva negattiva. Din l-informazzjoni tindika d-distorsjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fiċ-Ċina, fejn il-grupp ingħata l-klassifikazzjoni ta’ AAA, u ma hijiex differenti wisq mill-istandard BB użat mill-Kummissjoni. Minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni u argumenti mhux sostanzjati, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni.

(237)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp Geely argumenta li l-Kummissjoni naqset milli tqis il-fatt li waħda mill-kumpaniji tal-Grupp, Genius Auto Finance Co. Ltd (“GAF”) ingħatat klassifikazzjoni tal-kreditu AAA minn S&P. Il-Kummissjoni nnotat li l-klassifikazzjoni tal-kreditu, li l-Grupp kien qiegħed jirreferi għaliha, ingħatat lill-fiduċjarju tat-titolu ta’ ABS, jiġifieri lil Shanghai International Trust Co. Ltd., iżda mhux lil GAF (il-fornitur tas-servizz tas-self ipotekarju ta’ ABS). Għalhekk, l-argument ġie miċħud.

Grupp SAIC

(238)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC argumenta li kien ġie ppenalizzat b’mod inġust, l-ewwel minħabba t-tnaqqis tiegħu minn klassifikazzjoni tal-kreditu AAA għal klassifikazzjoni tal-kreditu B u t-tieni, bl-applikazzjoni tal-firxa għar-Rata Normattiva tas-Self tal-Bank tal-Poplu taċ-Ċina (“PBOC”, People’s Bank of China) (jew ir-Rata Prima tas-Self taċ-Ċentru ta’ Finanzjament Interbankarju Nazzjonali (“NIFC”, National Interbank Funding Centre)) fid-data meta ngħata s-self u għad-durata ta’ kull self inkwistjoni, minflok għar-rata li kienet applikabbli għall-Grupp SAIC.

(239)

Fin-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja mill-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ self Ċiniżi, kif imsemmi fil-premessa (518) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni vvalutat il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Grupp SAIC fil-premessi minn (519) sa (527) tar-Regolament provviżorju. F’dawn il-premessi l-ewwel ivvalutat ċerti proporzjonijiet relatati mal-profittabbiltà, il-proporzjon kurrenti medju, il-proporzjon malajr, il-proporzjon tal-flus, id-Dejn mal-Assi, id-Dejn mal-Ekwità u qieset li tali proporzjonijiet ma kinux jiġġustifikaw il-klassifikazzjoni AAA allegata msemmija fil-premessa (238) ta’ dan ir-Regolament u l-premessa (524) tar-Regolament provviżorju, iżda pjuttost klassifikazzjoni BB. Barra minn hekk, kif ġie nnotat fil-premessi (522) u (523), ċerti produtturi esportaturi tal-BEV fi ħdan il-Grupp SAIC kellhom jirrikorru għal skambji ta’ dejn ma’ ekwità jew injezzjoni ta’ ekwità biex jiżguraw li l-operazzjonijiet tagħhom ikomplu b’mod sostenibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet osservat ukoll li l-grupp kien ikkuntratta self bl-iskop speċifiku li jissostitwixxi s-self eżistenti. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tnaqqas il-grad tal-Grupp SAIC minn BB għal B biex tirrifletti r-riskji addizzjonali relatati mal-problemi finanzjarji u ta’ likwidità tiegħu.

(240)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma qisitx li l-Grupp SAIC kien ġie ppenalizzat b’mod inġust. Sabiex tivvaluta l-livell tas-sussidju li rċieva, il-Kummissjoni qabblet l-imgħaxijiet li jridu jitħallsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni kif irrapportat mill-Grupp SAIC mal-imgħax li kien jenħtieġ li tħallas f’suq mingħajr distorsjoni, li kieku ġiet applikata klassifikazzjoni tal-kreditu mingħajr distorsjoni.

(241)

F’dan ir-rigward, użat l-LPR, jiġifieri r-rata normattiva ffurmata minn banek Ċiniżi ewlenin fejn ikkwotat ir-rati ta’ self attwali implimentati għall-klijenti tal-ogħla kwalità, filwaqt li qieset il-kost tal-fondi, il-provvista u d-domanda tas-suq, il-primjums tar-riskju u fatturi oħrajn (40). Meta jitqies li l-Grupp SAIC ibbenefika minn rati ta’ benefiċċju aktar mir-rata medja offruta lill-klijenti tal-ogħla kwalità użati għall-formazzjoni tal-LPR, il-Kummissjoni qieset li l-bażi għal rata normattiva mingħajr distorsjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita, tal-anqas, fil-livell tal-LPR. F’tieni pass, sabiex tiġi riflessa l-affidabbiltà kreditizja tal-Grupp SAIC, ġiet applikata medda bbażata fuq id-differenza bejn il-klassifikazzjoni tal-kreditu AA u B kif ġie spjegat fil-premessa (504) tar-Regolament provviżorju.

(242)

Il-GTĊ ikkontesta wkoll it-tnaqqis fil-grad tal-Grupp SAIC għal B. Il-Kummissjoni nnotat li b’appoġġ ta’ dan l-argument, il-GTĊ ipprovda referenza tal-web bi klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ produttur ewlieni tal-Amerka Latina ta’ prodotti tal-ħelu u tal-biskuttini. Il-Kummissjoni naqset milli tara r-rabta bejn iċ-ċikkulata tal-Arġentina u l-industrija Ċiniża tal-BEV. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument.

(243)

Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe asserzjoni oħra f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (474) sa (481) u minn (491) sa (527) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.2.   Finanzjament preferenzjali: self

3.5.2.1.   Tipi ta’ self

Il-Grupp SAIC

(a)   Self f’muniti barranin

(244)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC sostna li l-ammont ta’ benefiċċju ġġenerat mis-self f’munita barranija ma kienx imissu ġie allokat biss fuq il-bażi tal-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat (“PUI”), iżda fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni. Wara d-divulgazzjoni finali, l-SAIC ipprovdiet argumenti addizzjonali, li fihom asseriet li l-Kummissjoni kellha biżżejjed informazzjoni dokumentata verifikata rigward il-fatturat mill-esportazzjoni dderivat mill-bejgħ lejn l-Unjoni u barra mill-Unjoni. Huwa nnota wkoll li l-kuntratti ta’ self ma jispeċifikawx l-iskop jew l-użu ta’ dan is-self. Minflok, dawn il-kuntratti indikaw li kienu relatati mal-kapital operatorju biss. Għalhekk, kien jenħtieġ li dan is-self f’muniti barranin jiġi ttrattat bħala self fis-CNY u jiġi allokat fuq il-fatturat totali tal-grupp.

(245)

Il-Kummissjoni aċċettat l-asserzjoni rigward l-allokazzjoni tal-ammont ta’ benefiċċju ġġenerat mis-self f’munita barranija u rrevediet il-kalkolu kif xieraq. Fin-nuqqas ta’ tranżazzjonijiet f’muniti barranin relatati ma’ elementi oħrajn minbarra l-bejgħ ta’ prodotti lesti, il-Kummissjoni qieset li s-self f’muniti barranin kien relatat esklużivament mal-attivitajiet ta’ bejgħ għall-esportazzjoni.

(b)   Self fis-CNY

(246)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC sostna li għadd ta’ self bejn il-kumpaniji fis-CNY kienu jenħtieġu li jitneħħew mill-kalkolu tas-sussidju. Għaldaqstant, il-Grupp SAIC issuġġerixxa metodu ta’ kalkolu modifikat fir-rigward tal-ammont ta’ sussidju.

(247)

Din l-asserzjoni ġiet aċċettata parzjalment sa fejn l-evidenza ta’ sostenn kienet disponibbli għall-Kummissjoni. L-evidenza ta’ sostenn rigward l-obbligazzjonijiet mhux kurrenti dovuti fi żmien sena minn kumpanija waħda fil-Grupp SAIC li ġiet ipprovduta mill-Grupp SAIC bħala parti mill-kummenti tagħha, wasslet ukoll għall-identifikazzjoni ta’ finanzjament preferenzjali fil-forma ta’ bonds li qabel ma kinux magħrufa mill-Kummissjoni. Il-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju ġie rivedut skont dan.

(c)   Self interbankarju

(248)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC sostna li self interbankarju wieħed ta’ kumpanija waħda fil-Grupp SAIC kien fundamentalment differenti minn self u għalhekk ma kienx imissu ġie ttrattat bħala tali. Madankollu, jekk il-Kummissjoni xorta tittratta dan is-self interbankarju bħala analogu għal self, ir-rata normattiva tal-imgħax applikabbli jenħtieġ li tkun dik għal self fuq medda ta’ terminu qasir b’terminu ta’ 3 xhur minn Diċembru 2022 (jiġifieri 3,65 %), peress li t-terminu ta’ self interbankarju għall-kumpaniji tal-awtofinanzjament kien legalment limitat għal 3 xhur.

(249)

Il-Kummissjoni rrifjutat l-asserzjoni tal-Grupp SAIC u tqis li l-aċċess tal-kumpanija għas-self interbankarju fi ħdan il-Grupp SAIC b’rati eċċezzjonalment baxxi jikkostitwixxi finanzjament preferenzjali. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset dan is-self interbankarju bħala analogu għal self. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni pprovduta mill-Grupp SAIC dwar is-self interbankarju jew l-eżistenza potenzjali ta’ self simili ieħor, il-Kummissjoni tkompli tibbaża fuq il-fatti disponibbli biex tivvaluta l-benefiċċju relatat ma’ dan is-self interbankarju.

(250)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri dwar it-tipi ta’ self, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (482) sa (485) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.2.2.   Speċifiċità

(251)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ asserixxa li l-Kummissjoni kienet naqset milli twettaq analiżi xierqa tal-ispeċifiċità għad-diversi programmi ta’ finanzjament preferenzjali allegati li juru li hemm limitazzjoni “mhux ambigwa” u limitazzjoni “ċara” fuq l-aċċess għall-allegat sussidju inkwistjoni, limitazzjoni li “tesprimi distintivament dak kollu li tfisser; u ma tħalli xejn sempliċiment impliċitu jew issuġġerit” (41).

(252)

Il-GTĊ żied ukoll li l-Kummissjoni kienet naqset b’mod konsistenti milli tispeċifika liema parti mid-dokumenti inkwistjoni tagħti mandat għall-għoti espliċitu ta’ finanzjament preferenzjali lill-produtturi tal-BEVs.

(253)

Il-GTĊ sostna wkoll li l-Kummissjoni kienet naqset milli turi kwalunkwe limitazzjoni espliċita tal-allegat self preferenzjali lil ċerti intrapriżi jew setturi peress li s-self preferenzjali ma kellux fil-mira grupp limitat biżżejjed fis-sens li s-sussidju allegat ma kienx limitat biss għall-industrija tal-BEV iżda għall-hekk imsejħa industriji “mħeġġa”.

(254)

Kif stabbilit fil-premessa (486) tar-Regolament provviżorju, diversi dokumenti legali, li huma mmirati speċifikament lejn kumpaniji fis-settur tal-BEV, jidderieġu lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’rati preferenzjali lill-industrija tal-BEV. Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku, ma huwiex meħtieġ li s-sussidju jkun limitat biss għall-industrija tal-BEV biex jitqies bħala speċifiku, iżda huwa biżżejjed li l-aċċess għas-sussidju jkun limitat b’mod espliċitu għal ċerti intrapriżi. Il-grupp ta’ industriji mħeġġa jitqies li huwa ta’ natura limitata espliċita. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(255)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ tenna li l-Kummissjoni kienet naqset milli tissostanzja d-determinazzjoni tagħha relatata mal-ispeċifiċità bbażata fuq evidenza pożittiva u bbażat fuq dokumenti li “allegatament” juru li l-istituzzjonijiet finanzjarji “jipprovdu biss finanzjament preferenzjali lil għadd limitat ta’ intrapriżi jew industriji, li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ”. B’mod aktar speċifiku, huwa argumenta li l-industriji mħeġġa, b’mod ġenerali, ma jikkostitwux segment diskret biżżejjed tal-ekonomija sabiex jikkostitwixxu “ċerti industriji” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim SCM. B’mod partikolari, il-GTĊ argumenta li l-wisa’ tal-hekk imsejħa industriji “mħeġġa” tirriżulta fil-fatt li l-allegati sussidji jkunu disponibbli b’mod wiesa’ fl-ekonomija taċ-Ċina kollha b’tali mod li ma jistax jiġi kkunsidrat b’mod loġiku li huma espliċitament speċifiċi. Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni ma kinitx uriet li tali speċifiċità “ma kinitx ambigwa” u “ċara” (42) u li d-dokumenti li l-Kummissjoni bbażat fuqhom (ara l-premessa (254) ta’ dan ir-Regolament) kienu jew irrilevanti għall-industrija tal-BEVs jew mhux vinkolanti.

(256)

Il-Kummissjoni qieset li s-sett ta’ dokumenti msemmija fil-premessa (486) tar-Regolament provviżorju bħall-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self (implimentati mill-Bank tal-Poplu taċ-Ċina) u l-Artikolu 34 tal-Liġi tal-Bank kienu jikkostitwixxu evidenza pożittiva li turi b’mod ċar u mhux ambigwu li l-forniment ta’ finanzjament preferenzjali kien speċifiku għall-industrija tal-BEVs. Barra minn hekk, kif diġà ġie spjegat fil-premessi (253) u (254) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset li d-dokumenti li ntużaw bħala bażi espliċitament illimitaw dan il-programm għal ċerti intrapriżi u ma humiex disponibbli b’mod wiesa’ fl-ekonomija Ċiniża kollha. Fil-fatt, il-Kummissjoni nnotat li l-industrija tal-BEVs hija industrija mħeġġa u li tali status ma huwiex ġeneralment disponibbli fis-sens li huwa limitat għal għadd ristrett ta’ industriji li huma elenkati f’katalogu deżinjat, kif ġie spjegat fil-premessa (711) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, l-industrija tal-BEVs hija wkoll settur li tfasslu pjanijiet pluriennali nazzjonali jew sottonazzjonali dedikati għalih, u b’hekk ġie indikat b’mod ċar li ma hijiex industrija kwalunkwe iżda industrija li hija intitolata għal trattament preferenzjali f’għajnejn il-GTĊ u li tali status se jingħaqad ma’ ċerti politiki preferenzjali kif żviluppati fid-diversi dokumenti ta’ politika msemmija fit-Taqsima 3.2 tar-Regolament provviżorju. Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(257)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ irrefera wkoll għall-fatt li l-Kummissjoni kienet talbet lill-GTĊ biex jibgħat kwestjonarji lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti u asserixxa li l-ġbir tal-informazzjoni jenħtieġ li jitwettaq mill-awtorità investigattiva u l-piż jenħtieġ li ma jingħaddiex lill-partijiet rispondenti. Barra minn hekk, il-GTĊ argumenta li ma jistax jiġi preżunt li impriża bbenefikat minn vantaġġ “sempliċement abbażi ta’ preżunzjoni negattiva, ibbażata fuq l-assenza ta’ informazzjoni li tippermetti li tasal għal konklużjoni kuntrarja, fl-assenza ta’ elementi oħra ta’ natura li jistabbilixxu pożittivament l-eżistenza ta’ tali vantaġġ”.

(258)

Kif ġie spjegat fil-premessa (129) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ biex jibgħat kwestjonarji speċifiċi li l-Kummissjoni kienet ħejjiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti kollha għall-konvenjenza amministrattiva u għall-amministrazzjoni tajba, bil-għan li l-informazzjoni tinkiseb b’mod aktar effettiv. Tali talba fl-ebda każ ma tista’ tkun ekwivalenti għat-trasferiment tar-responsabbiltà għall-ġbir tal-informazzjoni. Billi ma kkooperax, il-GTĊ ma ppermettiex lill-Kummissjoni tivvaluta dokumenti addizzjonali li allegatament kienu juru n-nuqqas ta’ speċifiċità, quod non, u b’hekk il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq l-informazzjoni fil-fajl li tappoġġa l-konklużjonijiet tagħha. Tali raġunament ma huwiex ekwivalenti għal preżunzjoni negattiva peress li l-Kummissjoni bbażat fuq elementi dokumentati fid-dawl tar-rifjut tal-GTĊ li jikkoopera li huwa f’kuntrast mal-imġiba tiegħu f’investigazzjonijiet preċedenti li fihom l-istituzzjonijiet finanzjarji kkooperaw u ppermettew lill-Kummissjoni tipproċedi bil-ħidma investigattiva tagħha, tiġbor u tivverifika l-informazzjoni li qieset neċessarja sa fejn hija kkonċernata l-industrija tal-BEVs u b’mod partikolari l-produtturi inklużi fil-kampjun. Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(259)

Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni kien jenħtieġ li tivvaluta l-ispeċifiċità għal kull allegat programm jew strument li hija kkumpensat u li l-Kummissjoni ma tistax tistabbilixxi li d-diversi forom ta’ finanzjament huma speċifiċi minħabba li l-partijiet interessati ma pprovdewx evidenza li turi bil-kontra. Huwa kompla jargumenta li l-partijiet interessati wrew li dawn l-istrumenti huma disponibbli għall-entitajiet kollha fis-setturi kollha tal-ekonomija taċ-Ċina.

(260)

Kif muri fid-diversi taqsimiet tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni vvalutat l-ispeċifiċità għal kull programm li hija kkumpensat abbażi ta’ evidenza pożittiva li ma ġiet ikkontestata b’ebda asserzjoni sostanzjata sottomessa minn xi parti. L-asserzjoni li l-partijiet interessati wrew li dawn l-istrumenti kienu disponibbli għall-entitajiet kollha fis-setturi kollha tal-ekonomija taċ-Ċina nstabet li kienet vaga u mhux issostanzjata. Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda. Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri rigward l-ispeċifiċità, il-konklużjonijiet misluta fil-premessa (486) tar-Regolament ġew ikkonfermati.

3.5.2.3.   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(261)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja u definittiva, il-GTĊ asserixxa li l-Kummissjoni rrikorriet għal parametru referenzjarju barra mill-pajjiż mingħajr ma pprovdiet biżżejjed evidenza li s-suq fiċ-Ċina huwa distort, u li din id-distorsjoni twassal biex ir-rati fil-pajjiż ma jistgħux jintużaw bħala parametru referenzjarju, f’konformità mal-ġurisprudenza applikabbli tad-WTO (43).

(262)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni u argumentat li l-asserzjoni tal-GTĊ kienet vaga peress li kienet tirreferi għall-parametri referenzjarji użati għall-finanzjament preferenzjali b’mod ġenerali iżda kienet tirreferi wkoll għal-linji ta’ kreditu b’mod partikolari (il-premessa (117) tar-Regolament provviżorju). Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrimarkat għal darba oħra li l-GTĊ deher li kien qiegħed jinjora li l-parametru referenzjarju użat għas-self fis-CNY, l-injezzjonijiet ta’ ekwità, il-bonds u l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja kienu bbażati fuq parametru referenzjarju Ċiniż jiġifieri l-LPR. L-unika parti tal-parametru referenzjarju barra mill-pajjiż kienet tikkonsisti mill-primjum tar-riskju ta’ kreditu miżjud mal-LPR. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni pprovdiet evidenza estensiva fit-Taqsima 3.5.1.10 tar-Regolament provviżorju li turi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u, għalhekk, il-primjums tar-riskju ta’ kreditu kienu distorti fir-RPĊ, u b’hekk ma setgħux jintużaw biex jiġi stabbilit parametru referenzjarju.

(263)

Fir-rigward tal-analiżi tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet fir-RPĊ, il-Kummissjoni rreferiet ukoll għall-premessa (471) tar-Regolament provviżorju li tikkonferma l-eżistenza ta’ qafas normattiv u l-premessa (473) tar-Regolament provviżorju li tikkonkludi li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha (inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji privati) li joperaw fiċ-Ċina taħt is-superviżjoni tal-NFRA ġew inkarigati jew ordnati mill-Istat biex isegwu politiki governattivi u jipprovdu self b’rati preferenzjali lill-industrija tal-BEV. Fi kwalunkwe każ, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni sħiħa minn kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja li tikkoopera, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda parametru referenzjarju ieħor. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(264)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ asserixxa wkoll li l-Kummissjoni ma kinitx wieġbet għall-kummenti tiegħu dwar l-għażla ta’ firxa relattiva aktar milli firxa assoluta biex tiġi stabbilita d-differenza bejn bonds korporattivi kklassifikati bħala AA u bonds korporattivi kklassifikati bħala B. Skont il-kummenti pprovduti wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ argumenta li l-użu ta’ firxa relattiva ma kellu l-ebda sens ekonomiku u li l-Kummissjoni ma spjegatx kif iż-żieda tal-firxa relattiva hija simili għal “self kummerċjali komparabbli li d-ditta setgħet fil-fatt tikseb fis-suq” skont it-tifsira tal-Artikolu 14(b) tal-Ftehim SCM; u għaliex il-Kummissjoni qieset li ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament għall-parametru referenzjarju fir-rigward taż-żieda tal-firxa (relattiva).

(265)

Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-GTĊ għamel biss xi dikjarazzjonijiet ġenerali dwar l-użu tal-firxa relattiva fid-divulgazzjoni provviżorja. Huwa ma pprovdiex ir-raġunament tiegħu għaliex il-firxa relattiva għandha titqies bħala ekonomikament illoġika, ir-raġunijiet għaliex firxa assoluta għandha titqies bħala aktar xierqa, jew l-aġġustamenti għall-parametru referenzjarju li jqis meħtieġa. Barra minn hekk, il-GTĊ lanqas ma pprovda evidenza biex jappoġġa d-dikjarazzjonijiet tiegħu jew biex jirribatti l-pożizzjoni tal-Kummissjoni.

(266)

Fir-rigward tal-użu tal-firxa relattiva bħala tali, fil-premessa (490) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni enfasizzat b’mod ċar li kienet segwiet l-istess metodoloġija ta’ kalkolu għall-finanzjament preferenzjali permezz ta’ self stabbilita fl-investigazzjoni antisussidji dwar fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġina mir-RPĊ, kif ukoll l-investigazzjoni antisussidji dwar il-prodotti tal-azzar ċatti llaminati bis-sħana li joriġinaw mir-RPĊ, l-investigazzjonijiet antisussidji dwar it-tajers li joriġinaw mir-RPĊ, ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-RPĊ u kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-RPĊ, u pprovdiet ir-referenzi rilevanti għal dawn ir-Regolamenti, fejn ir-raġunament għall-użu tal-firxa rilevanti ġie spjegat fit-tul. L-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija ta’ kalkolu għal kull grupp individwali ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ġiet spjegata ulterjorment f’aktar dettall fid-divulgazzjoni speċifika tal-kumpaniji individwali. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda argument ġdid li kien jiġġustifika bidla fil-prattika li ilha teżisti tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-firxa relattiva.

(267)

Madankollu, għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni tfakkar lill-GTĊ li fil-prinċipju, l-għan tal-firxa relattiva kien li jinbena primjum tar-riskju ta’ kreditu għal kull kumpanija, li għandu jiġi applikat għar-rata ta’ mingħajr riskju sabiex tintlaħaq rata ta’ mgħax referenzjarja. F’dan il-kuntest, hija tfakkar fl-osservazzjonijiet li ġejjin li saru fir-rigward tas-sens ekonomiku tal-firxa relattiva, u l-fatt li hija qrib self kummerċjali, fil-premessa (256) tar-Regolament Definittiv tal-investigazzjoni antisussidji dwar it-tajers li joriġinaw mir-RPĊ:

“L-ewwel nett, filwaqt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-banek kummerċjali normalment jużaw żieda espressa f’termini assoluti, hija osservat li din il-prattika tidher prinċipalment ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet prattiċi, minħabba li r-rata tal-imgħax hija fl-aħħar mill-aħħar numru assolut. Madankollu, in-numru assolut huwa t-traduzzjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju li hija bbażata fuq evalwazzjoni relattiva. Ir-riskju ta’ inadempjenza ta’ kumpanija kklassifikata bħala BB huwa X % aktar probabbli mill-inadempjenza tal-gvern jew ta’ kumpanija mingħajr riskju. Din hija evalwazzjoni relattiva.

It-tieni, ir-rati tal-imgħax jirriflettu mhux biss il-profili tar-riskju tal-kumpaniji, iżda wkoll ir-riskji speċifiċi għall-pajjiż u għall-munita. Għalhekk, il-firxa relattiva tinkludi bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq sottostanti li ma humiex espressi meta tiġi segwita l-loġika ta’ firxa assoluta. Bħal f’dan il-każ, ir-riskju speċifiku għall-pajjiż u għall-munita ta’ spiss ivarja maż-żmien, u l-varjazzjonijiet huma differenti għal pajjiżi differenti. B’riżultat ta’ dan, ir-rati mingħajr riskji jvarjaw b’mod sinifikanti matul iż-żmien, u xi drabi huma inqas fl-Istati Uniti, xi drabi fiċ-Ċina. Dawn id-differenzi huma relatati ma’ fatturi bħat-tkabbir osservat u mistenni tal-PDG, is-sentiment ekonomiku u l-livelli ta’ inflazzjoni. Minħabba li r-rata mingħajr riskju tvarja maż-żmien, l-istess firxa nominali assoluta tista’ tfisser valutazzjoni differenti ħafna tar-riskju. Pereżempju, fejn il-bank jistma li r-riskju ta’ inadempjenza speċifiku għan-negozju huwa 10 % ogħla mir-rata mingħajr riskju (stima relattiva), il-firxa assoluta li tirriżulta tista’ tkun bejn 0,1 % (b’rata mingħajr riskju ta’ 1 %) u 1 % (b’rata mingħajr riskju ta’ 10 %). Minn perspettiva ta’ investitur, il-firxa relattiva għalhekk hija kejl aħjar peress li tirrifletti d-daqs tal-firxa tar-rendiment u l-mod kif inhi affettwata mil-livell bażi tar-rata tal-imgħax.

It-tielet, il-firxa relattiva hija wkoll newtrali f’termini ta’ pajjiżi. Pereżempju, fejn ir-rata mingħajr riskju fl-Istati Uniti hija iktar baxxa mir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina, il-metodu jwassal għal żidiet assoluti ogħla. Min-naħa l-oħra, fejn ir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina hija iktar baxxa mir-rata mingħajr riskju fl-Istati Uniti, il-metodu jwassal għal żidiet assoluti aktar baxxi. Dan huwa rikonoxxut ukoll mill-Giti Group fit-Tabella 3 tas-sottomissjoni tiegħu, fejn l-impatt ta’ rati differenti tal-PBOC huwa simulat. Fil-prattika, meta tiġi applikata d-data pprovduta mill-Giti Group għar-rati storiċi tal-PBOC, dan juri li f’xi snin il-metodoloġija relattiva tipproduċi punt ta’ riferiment aktar baxx mill-firxa assoluta.

Dwar it-tielet punt, il-Kummissjoni interpretat il-fatti ppreżentati mill-Giti Group b’mod differenti. Il-Giti Group innifsu nnota li l-firxa assoluta ma hijiex stabbli daqskemm kien allegat, iżda minflok tvarja maż-żmien, minn 1 % għal 4,5 %. Barra minn hekk, tul dawn l-aħħar 23 sena, il-firxa relattiva segwiet l-istess tendenza bħall-firxa assoluta, jiġifieri, meta l-firxa relattiva tiżdied, il-firxa assoluta tiżdied ukoll u viċi versa. Fir-rigward tal-volatilità allegata tal-firxa relattiva, id-daqs tal-bidliet huwa simili — id-differenza bejn l-ogħla ċifri u dawk l-iktar baxxi hija ta’ 530 % għall-firxa relattiva u ta’ 450 % għall-firxa assoluta. (44) ”.

(268)

Il-GTĊ ma pprovda l-ebda element li jiġġustifika rieżami ta’ dawn l-osservazzjonijiet, u l-Kummissjoni lanqas ma sabet xi elementi ġodda f’din l-investigazzjoni li jwasslu għal bidla fil-valutazzjoni preċedenti tagħha.

(269)

Fl-aħħar nett, l-implikazzjoni tal-GTĊ li ma sar l-ebda aġġustament għall-firxa relattiva hija żbaljata. Tabilħaqq, ir-rata Ċiniża tal-LPR tintuża bħala punt tat-tluq għall-kalkolu. Barra minn hekk, l-użu tal-firxa relattiva jinkludi bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq sottostanti speċifiċi għall-pajjiż li ma humiex espressi meta tiġi segwita l-loġika ta’ firxa assoluta, kif huwa spjegat fil-premessa (267) aktar ’il fuq. Barra minn hekk, il-premessi (504), (516) u (526) tar-Regolament provviżorju jenfasizzaw b’mod ċar li l-firxa relattiva ġiet stabbilita fuq bażi individwali għal kull self ipprovdut lill-grupp ta’ kumpaniji, skont id-data meta ngħata s-self u d-durata tas-self inkwistjoni. Għalhekk, l-ispeċifiċitajiet ta’ kull self individwali tqiesu wkoll fl-użu tal-firxa relattiva. Għalhekk, l-asserzjonijiet tal-GTĊ ġew miċħuda.

(270)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni ħawdet l-obbligu tagħha li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern mal-eżistenza ta’ benefiċċju permezz ta’ tali kontribuzzjoni finanzjarja minħabba li hemm differenza bejn l-ammont li jħallas ir-riċevitur u dak li jkun pagabbli fuq self kummerċjali komparabbli li l-kumpanija tista’ tikseb fis-suq.

(271)

Il-Kummissjoni qieset li kienet stabbiliet l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja u l-eżistenza ta’ benefiċċju meta vvalutat din l-iskema. B’mod partikolari, il-premessa (487) tar-Regolament provviżorju ddefiniet il-bażi li fuqha l-produtturi tal-BEVs irċevew benefiċċju bbażat fuq id-differenza bejn l-ammont ta’ mgħax li l-kumpanija kienet ħallset fuq is-self preferenzjali u l-ammont li l-kumpanija kienet tħallas għal self kummerċjali komparabbli, li l-kumpanija setgħet kisbet fis-suq. Fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni qieset li l-għoti ta’ finanzjament preferenzjali permezz ta’ self jew strumenti finanzjarji oħrajn kien jikkonsisti f’kontribuzzjoni finanzjarja għall-GTĊ minħabba li l-istituzzjonijiet finanzjarji li jaġixxu bħala korpi pubbliċi jew li jkunu fdati / mogħtija struzzjonijiet mill-GTĊ talbu rata tal-imgħax jew tariffa ogħla għal kumpaniji attivi f’settur ieħor għajr is-settur tal-BEVs jew settur ieħor imħeġġeġ li jibbenefika minn trattament favorevoli simili. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(272)

Il-Grupp Geely asserixxa li jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tużax data dwar il-bonds korporattivi biex tistabbilixxi parametru referenzjarju għas-self, minħabba d-differenzi sinifikanti relatati mar-riskji assoċjati, in-negozjabbiltà, il-perjodi u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura (inklużi l-opzjonijiet ta’ ħlas lura bikri), u r-ristrutturar tad-dejn. Huwa argumenta li dawn id-differenzi jwasslu għal differenzi fir-rati tal-imgħax.

(273)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjoni tal-Grupp Geely minħabba li ma użatx bonds korporattivi biex tistabbilixxi parametru referenzjarju għas-self. Minflok, kif ġie spjegat fil-premessa (526) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni bbażat fuq ġabra ta’ bonds korporattivi AA u B biex tistabbilixxi l-firxa li trid tiżdied mar-Rata ta’ Referenza tas-Self tal-PBOC, jew wara l-20 ta’ Awwissu 2019, mar-Rata Prima tas-Self kif imħabbra mill-NIFC, biex tiġi stabbilita rata tal-imgħax mingħajr distorsjoni bbażata fuq is-suq. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(274)

Il-Grupp Geely asserixxa li kien hemm żbalji speċifiċi relatati mal-kalkolu tas-self għal ċerti kumpaniji fi ħdan il-grupp. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet din l-asserzjoni u sussegwentement irrevediet il-kalkolu.

(275)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri dwar il-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (487) sa (490) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.2.4.   Konklużjoni dwar il-finanzjament preferenzjali: self

(276)

Il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (528) sa (529) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati u r-rati tas-sussidju stabbiliti b’mod definittiv fir-rigward tal-finanzjament preferenzjali permezz ta’ self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ammontaw għal:

Finanzjament preferenzjali: self

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Il-Grupp BYD

0,16  %

Il-Grupp Geely

0,77  %

Il-Grupp SAIC

0,98  %

3.5.3.   Finanzjament preferenzjali: tipi oħrajn ta’ finanzjament

3.5.3.1.   Linji ta’ kreditu

(a)   Ġenerali

(277)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD ikkontesta l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji ta’ kreditu, billi argumenta li kemm il-banek Ċiniżi kif ukoll dawk internazzjonali li pprovdew linji ta’ kreditu lill-kumpaniji fi ħdan il-Grupp BYD (it-tnejn li huma jinsabu fiċ-Ċina u barra miċ-Ċina) ma kinux jitolbu tariffi tal-ftuħ.

(278)

Madankollu, l-evidenza sottomessa mill-Grupp BYD, li kienet tikkonsisti fi ftehimiet ta’ linja ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet barranin għall-kumpaniji tal-Grupp BYD li jinsabu barra miċ-Ċina, uriet li t-tariffi tal-kummissjoni, l-arranġamenti u t-tariffi ta’ emenda kienu parti mill-ftehimiet, jew li l-ebda tariffa ta’ impenn ma ġiet imposta mill-bank peress li ma pprovdiex impenji biex joħroġ finanzjament għall-kumpanija. B’hekk, l-evidenza addizzjonali sottomessa mill-Grupp BYD uriet li normalment tħallset tariffa ta’ impenn għall-impenn ta’ xi banek li jwarrbu l-flus għall-klijenti tagħhom. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(279)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp BYD ikkontesta l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni, u tenna li ma ġiet imposta l-ebda tariffa għall-immaniġġar/għall-ftuħ ta’ linji ta’ kreditu, u li l-Kummissjoni ffukat minflok fuq dak li kien relatat ma’ operazzjonijiet bankarji sussegwenti bħal self.

(280)

Il-Kummissjoni fakkret li l-ewwel nett, kif ġie spjegat fil-premessa (530) tar-Regolament provviżorju, l-għan ta’ linja ta’ kreditu huwa li tistabbilixxi limitu ta’ self li l-kumpanija tista’ tuża fi kwalunkwe ħin biex tiffinanzja l-operazzjonijiet kurrenti tagħha, permezz ta’ self b’terminu qasir, abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja eċċ., u b’hekk il-finanzjament tal-kapital operatorju jsir flessibbli u disponibbli immedjatament meta jkun meħtieġ. Bħala tali, is-self huwa tabilħaqq wieħed mill-operazzjonijiet bankarji konnessi mal-linji ta’ kreditu. It-tieni, il-Kummissjoni ma qablitx mad-dikjarazzjoni li ma ġiet imposta l-ebda tariffa għal-linji ta’ kreditu, peress li mit-tliet dokumenti sottomessi, wieħed semma b’mod ċar kummissjoni li trid titħallas, ieħor irrefera għal ftehim ta’ terminu ta’ kreditu ieħor, u għalhekk il-kumpanija ma ssottomettietx id-dokumentazzjoni sħiħa, u t-tielet wieħed kien jikkonċerna linja ta’ kreditu mhux impenjata. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-asserzjonijiet.

(281)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely asserixxa wkoll li l-eżistenza ta’ linja ta’ kreditu ma kinitx meħtieġa meta jsir kuntratt għal self individwali. Fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn f’dan ir-rigward, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri dwar il-valutazzjoni ġenerali tal-linji ta’ kreditu, il-konklużjonijiet misluta fil-premessa (530) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(282)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward is-sejbiet tal-investigazzjoni, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (531) sa (533) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(c)   Speċifiċità

(283)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD iddikjara li l-linji ta’ kreditu ma humiex speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-intrapriżi kollha fiċ-Ċina, irrispettivament minn x’inhu t-tip ta’ industrija tagħhom, huma ugwalment eliġibbli biex jiksbu linji ta’ kreditu, u li d-Deċiżjoni Nru 40 ma fiha l-ebda espressjoni li tillimita l-aċċess għal-linji ta’ kreditu.

(284)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjoni tal-Grupp BYD li l-linji ta’ kreditu ma humiex speċifiċi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-Grupp BYD naqas milli juri li l-kumpaniji fir-RPĊ jistgħu ugwalment jibbenefikaw mill-kondizzjonijiet preferenzjali osservati fir-rigward tal-industrija tal-BEV. Barra minn hekk, minħabba li l-linji ta’ kreditu huma intrinsikament marbuta ma’ tipi oħrajn ta’ self preferenzjali, bħal self, u minħabba li huma parti mill-appoġġ ta’ kreditu pprovdut speċifikament lill-industriji mħeġġa, l-analiżi tal-ispeċifiċità għas-self żviluppata fit-Taqsima 3.5.2.2 tar-Regolament provviżorju hija applikabbli wkoll għal-linji ta’ kreditu. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(285)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri rigward l-ispeċifiċità, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (534) sa (535) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(d)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(286)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC asserixxa li kien jenħtieġ li jintuża parametru referenzjarju alternattiv fir-rigward tat-tariffi applikabbli għal-linji ta’ kreditu tal-Grupp SAIC peress li dawk imsemmija fil-premessa (537) tar-Regolament provviżorju ma kinux xierqa. Fil-fehma tas-SAIC, l-użu tar-rati mill-Metrobank tar-Renju Unit ma kienx xieraq peress li kienu rati applikati għal linji ta’ kreditu taħt GBP 60 000, filwaqt li l-linji ta’ kreditu tal-entitajiet fil-Grupp SAIC kienu għoljin daqs bosta biljuni ta’ euro u għalhekk ma kinux komparabbli mas-self miksub mill-Grupp SAIC. Il-Grupp Geely asserixxa wkoll li l-parametru referenzjarju użat ma kienx xieraq. Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp BYD sostna li l-Kummissjoni bbażat b’mod mhux xieraq fuq linji ta’ kreditu f’GBP maħruġa minn bank żgħir biex tikkonkludi li n-nuqqas ta’ tariffi imposti għall-ftuħ ta’ linji ta’ kreditu mill-banek fiċ-Ċina kien jikkostitwixxi sussidju.

(287)

Il-GTĊ asserixxa li l-valur referenzjarju barra mill-pajjiż użat mill-Kummissjoni kien għoli b’mod mhux raġonevoli (1,25 % sa 1,75 %) meta mqabbel ma’ informazzjoni oħra disponibbli pubblikament (0,25 % sa 1 %) (45). Wara d-divulgazzjoni provviżorja u definittiva, il-GTĊ ikkunsidra li d-daqs tal-bank u tal-linja ta’ kreditu magħżula (sa GBP 60 000) kienu problematiċi. Huwa argumenta wkoll li l-kumpaniji ma kinux qegħdin joperaw f’GBP. Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ asserixxa wkoll li l-Artikolu 14(b) tal-Ftehim SCM kien jirrikjedi li l-awtorità investigattiva taġġusta l-parametru referenzjarju biex ikun simili għas-self kummerċjali komparabbli ta’ gvern (46). Il-GTĊ irrefera wkoll għal informazzjoni disponibbli pubblikament (47) li allegatament turi rati applikabbli aktar baxxi, u anke kampjun ta’ banek li allegatament jimponu tariffi ta’ impenn jew arranġament li normalment ivarjaw bejn 0,25 % u 1 %. Barra minn hekk, il-GTĊ asserixxa li r-rati ta’ mgħax referenzjarji użati f’din l-investigazzjoni kienu ogħla b’mod mhux ġustifikat meta mqabbla ma’ investigazzjonijiet preċedenti u li l-Kummissjoni ma kinitx spjegat għaliex dawn ir-rati kienu ogħla milli f’investigazzjonijiet preċedenti.

(288)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjonijiet ta’ hawn fuq. L-informazzjoni sottostanti li tappartjeni għall-parametru referenzjarju użat f’din l-investigazzjoni ma tipprevedix tariffa differenti skont il-valur tal-linja ta’ kreditu. Fir-rigward tar-rati msemmija mill-GTĊ, dawn ma kinux appoġġati b’informazzjoni oriġinali li tirriżulta minn banek speċifiċi jew li tindika ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, il-parametru referenzjarju użat f’din l-investigazzjoni kien f’konformità mal-parametri referenzjarji użati fl-investigazzjonijiet preċedenti li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda ammont ta’ limitu superjuri u li rriżulta minn bank internazzjonali ewlieni (48). Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda. Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-parametru referenzjarju li użat kien jirrifletti biżżejjed il-kundizzjonijiet finanzjarji li abbażi tagħhom tingħata linja ta’ kreditu skont kundizzjonijiet normali tas-suq fil-pajjiż fejn kienu joperaw il-kumpaniji. Fi kwalunkwe każ, il-GTĊ ma pprovdiex informazzjoni addizzjonali fir-rigward tal-aġġustamenti li kienu jkunu meħtieġa jew ir-raġunijiet speċifiċi għat-twettiq ta’ tali aġġustament.

(289)

Fir-rigward tal-informazzjoni disponibbli pubblikament, il-Kummissjoni qieset li l-GTĊ ma indikax b’mod ċar elementi speċifiċi fuq is-sit web li rrefera għalih. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni li tinsab fuq is-sit web ipprovdut b’appoġġ għal din l-asserzjoni ma kinitx meqjusa konklużiva peress li rreferiet għal tariffi ta’ arranġament/impenn li jilħqu sa 4-5 % u/jew irreferiet għal tariffa ta’ impenn applikabbli matul l-hekk imsejjaħ “perjodu ta’ grazzja” mingħajr ma pprovdiet aktar informazzjoni dwar għal xiex jikkorrispondi tali perjodu ta’ grazzja.

(290)

Il-Kummissjoni ma qisitx li l-parametru referenzjarju użat kien ogħla b’mod mhux ġustifikabbli. Fil-fatt, kien simili ħafna għal dak użat f’investigazzjonijiet preċedenti u bbażat fuq informazzjoni disponibbli pubblikament. Il-fatt li l-produtturi tal-BEVs ma joperawx f’GBP ma kienx ikkunsidrat rilevanti għall-adegwatezza tal-parametru referenzjarju magħżul, fejn dak li huwa importanti huma l-kundizzjonijiet tas-suq offruti għas-self tal-flus (irrispettivament mill-munita). Fi kwalunkwe każ, meta titqies ir-rata tal-imgħax LIBOR applikabbli fil-PI, li kienet aktar baxxa minn rata komparabbli applikabbli fir-RPĊ, tali parametru referenzjarju tqies bħala konservattiv. Abbażi ta’ dan, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(291)

Il-GTĊ żied li l-Kummissjoni kienet naqset milli tiġġustifika kif il-parametru referenzjarju magħżul qarreb linja ta’ kreditu disponibbli għall-kumpaniji ewlenin tal-karozzi Ċiniżi u li dan ma huwiex konness mal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fir-RPĊ. Il-GTĊ argumenta wkoll li kumpaniji kbar bħall-produtturi tal-BEV normalment jistgħu jinnegozjaw tariffi aktar favorevoli. Fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(292)

Il-GTĊ argumenta wkoll li hija prattika komuni fiċ-Ċina li l-banek ma jitolbux ħlas għal-linji ta’ kreditu sakemm ma jitteħidx kreditu u jinħareġ self fuqu. F’dan ir-rigward, huwa rrefera għall-Artikolu 1.1 taċ-Ċirkolari tal-Kummissjoni Regolatorja dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni taċ-Ċina, il-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma, il-Ministeru tal-Finanzi, il-Bank tal-Poplu taċ-Ċina u l-Amministrazzjoni tal-Istat għar-Regolamentazzjoni tas-Suq dwar ir-Regolamentazzjoni Ulterjuri tal-Imposti ta’ Kreditu u Finanzjament għat-Tnaqqis tal-Kostijiet Ġenerali tal-Finanzjament għall-Intrapriżi fejn “[ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa għall-ġestjoni] [għall-proċedimenti tal-kreditu ttrasferiti iżda li jkunu għadhom ma ntużawx mill-intrapriża]”. Il-GTĊ irrefera wkoll għat-tweġibiet ta’ Zhihu li jsostni li “ma tiġi imposta l-ebda tariffa għal-linji ta’ kreditu”.

(293)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ tali sejba u rreferiet għas-sit web tal-Bank taċ-Ċina li jindika l-impożizzjoni ta’ tariffi għall-eżistenza ta’ linji ta’ kreditu (49) fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni rrifjutat ukoll l-asserzjoni tal-GTĊ li tindika struzzjonijiet biex ma tiġi imposta l-ebda tariffa għall-ġestjoni tal-fondi. Fi kwalunkwe każ, il-GTĊ ma pprovdiex evidenza li t-“tariffi tal-ġestjoni tal-fondi” jikkorrispondu għat-tariffi tal-arranġament jew tat-tiġdid. Eventwalment, l-asserzjoni relatata ma’ Zhihu ma ġietx issostanzjata u ma kellhiex leġittimità. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(294)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-premessi (536) sa (538) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.3.2.   Abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja

(a)   Ġenerali

(295)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u l-Grupp Geely indikaw li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja ma humiex forma ta’ finanzjament preferenzjali li jenħtieġ li jiġu kkumpensati. Huma asserew li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jippermettu lill-kumpaniji “jixtru bi kreditu” mill-bejjiegħ tal-oġġetti b’garanzija mehmuża. Huma argumentaw li l-banek ipprovdew garanzija għall-ħlas tax-xerrej iżda l-ebda finanzjament. Il-GTĊ argumenta wkoll li, kieku l-Kummissjoni kellha ssib li din l-operazzjoni tikkostitwixxi sussidju, jenħtieġ li tikkalkula l-benefiċċju biss għall-għoti tal-garanzija kif previst mill-kundizzjonijiet tal-banek fuq abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja (50).

(296)

Il-GTĊ asserixxa wkoll li l-Kummissjoni bbażat fuq is-sejbiet minn investigazzjonijiet tal-passat li ma jikkoinċidux (51) u ma stabbilietx li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja fiċ-Ċina jirriżultaw f’finanzjament preferenzjali lill-produtturi tal-BEV u li l-Kummissjoni injorat li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jaħdmu b’mod differenti minn pajjiż għal ieħor.

(297)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. Hija argumentat li, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-fatti disponibbli. F’dan il-kuntest, kellha tibbaża parzjalment fuq is-sejbiet mhux ikkontestati minn investigazzjonijiet tal-passat inklużi dawk relatati ma’ allegati differenzi bejn il-pajjiżi. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni bbażat ukoll fuq il-fatti miġbura f’din l-investigazzjoni meta kkonkludiet li s-sistema ta’ aċċettazzjoni bankarja stabbilita fir-RPĊ ipprovdiet lill-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun b’finanzjament liberu tal-operazzjonijiet kurrenti tagħhom, li ta benefiċċju kumpensatorju kif deskritt fil-premessi minn (562) sa (566) tar-Regolament provviżorju. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(298)

Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni kienet naqset milli tqis is-sistema ta’ kumpens għall-aċċettazzjoni bankarja stabbilita ma’ banek differenti kif ippreżentata fil-premessa (557) tar-Regolament provviżorju. Fin-nuqqas ta’ elementi ġodda mressqa mill-GTĊ jew mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun f’dan ir-rigward, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(299)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD argumenta li ma ngħata l-ebda benefiċċju mill-aċċettazzjonijiet bankarji, minħabba l-perċentwal ta’ depożiti jew wegħdiet ekwivalenti lill-banek, u talab lill-Kummissjoni tirrevedi l-kalkolu tal-benefiċċji, filwaqt li argumenta li d-depożiti jew il-wegħdiet ipprovduti mill-Grupp BYD lill-banek, u l-introjtu mill-imgħax li jirriżulta minnhom, ikkumpensaw għar-riskji bis-sħiħ u l-kostijiet tal-imgħax imġarrba mill-banek, b’hekk ma taw l-ebda benefiċċju.

(300)

Kif ikkonkludiet il-Kummissjoni f’investigazzjonijiet preċedenti (52), l-ewwel jenħtieġ li jiġi nnotat li hija prattika komuni li l-banek jitolbu garanziji u kollaterali mingħand il-klijenti tagħhom meta jagħtuhom finanzjament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi nnotat li tali garanziji jintużaw biex jiżguraw li l-produttur esportatur iġorr ir-responsabbiltà finanzjarja tiegħu fil-konfront tal-bank u mhux fil-konfront tal-fornitur. L-investigazzjoni żvelat ukoll li dawn il-garanziji ma jintalbux b’mod sistematiku mill-banek Ċiniżi u mhux dejjem ikunu marbuta ma’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja speċifiċi. F’dan ir-rigward, id-depożiti allegati ma jammontawx għal pagament bil-quddiem mit-traent lill-banek iżda sempliċement garanzija addizzjonali mitluba mill-banek u li ma għandha l-ebda impatt fuq id-deċiżjoni tal-bank li joħroġ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja mingħajr imgħax addizzjonali għas-self fuq it-traent. Barra minn hekk, dawn jistgħu jieħdu diversi forom li jinkludu depożiti b’terminu u rahan. Id-depożiti jistgħu jġorru mgħax favur it-traent, u għalhekk ma jirrappreżentawx kost għat-traent tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. B’mod simili, kif deskritt fit-Taqsima 3.5.3.2 tar-Regolament provviżorju, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja effettivament għandhom l-istess skop u effetti bħas-self ta’ kapital operatorju fuq medda ta’ terminu qasir, minħabba li dawn jintużaw mill-kumpaniji biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet kurrenti tagħhom minflok jużaw self ta’ kapital operatorju fuq terminu qasir u li, konsegwentement, jenħtieġ li jġarrbu kost ekwivalenti għal finanzjament ta’ self ta’ kapital operatorju fuq medda ta’ terminu qasir. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(301)

F’dan il-każ, il-Grupp SAIC asserixxa li l-aċċettazzjonijiet bankarji jenħtieġ li jitqiesu bħala metodu ta’ pagament minħabba li l-banek ma pprovdew l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja peress li l-banek sempliċiment assumew l-obbligi legali għall-pagament kif ġew ordnati jagħmlu mix-xerrejja li, min-naħa tagħhom, aġixxew skont il-kuntratti tax-xiri u tal-provvista sottostanti. Barra minn hekk, dan il-metodu ma kienx speċifiku għall-produtturi tal-BEVs iżda kien disponibbli wkoll għal kwalunkwe kumpanija oħra fiċ-Ċina.

(302)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni tal-Grupp SAIC li l-banek ma pprovdew l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja minħabba li l-banek fil-fatt jieħdu f’idejhom l-ammonti pagabbli tal-kont tal-Grupp SAIC u jipprevedu terminu ta’ pagament estiż lill-Grupp SAIC mingħajr ma jitolbu l-pagament ta’ kwalunkwe forma ta’ mgħax, li normalment ikun dovut. Fin-nuqqas ta’ evidenza dwar id-disponibbiltà ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja offruti b’kundizzjonijiet simili għal kwalunkwe parti oħra fiċ-Ċina, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(303)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp Geely asserixxa li qatt ma uża l-fondi tal-bank matul il-PI, minħabba li ma kellu ebda istanza fejn naqas milli jħallas mal-maturità. Il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni fuq il-bażi li ma jingħatax benefiċċju meta l-kumpaniji jonqsu milli jħallsu lura l-fondi li huma jkunu ssellfu iżda pjuttost abbażi tas-self b’terminu qasir mingħajr ħlas li hija tirċievi permezz tal-eżistenza ta’abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(304)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ tenna li l-Kummissjoni ma kellhiex tittratta l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja b’mod simili għal self b’terminu qasir peress li huma forma differenti ta’ finanzjament.

(305)

Minħabba r-raġunijiet imsemmija fit-Taqsima 3.5.3.2 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma ekwivalenti għal self b’terminu qasir u ċaħdet din l-asserzjoni.

(306)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri dwar il-valutazzjoni ġenerali tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (539) sa (557) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(b)   Speċifiċità

(307)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, f’dak li jirrigwarda l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, il-GTĊ indika li l-Kummissjoni kienet invertiet l-oneru tal-provi billi asseriet li kwalunkwe impriża fir-RPĊ (minbarra fl-industriji mħeġġa) tista’ tibbenefika minn abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja taħt l-istess termini u kundizzjonijiet preferenzjali.

(308)

Il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni kienet naqset milli twettaq analiżi tal-ispeċifiċità u li kienet ibbażat fuq il-valutazzjoni tagħha fir-rigward tas-self, li ma huwiex biżżejjed.

(309)

Il-GTĊ, il-Grupp BYD u l-Grupp SAIC sostnew ukoll li l-aċċettazzjonijiet bankarji ma humiex speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 2 tal-Ftehim SCM, peress li l-entitajiet legali Ċiniżi kollha huma intitolati għal aċċettazzjonijiet bankarji, ma jingħata l-ebda limitu u restrizzjoni lill-kumpaniji dwar kif jużawhom għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali, u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni għal aċċettazzjonijiet bankarji huma newtrali, mingħajr ma jiġu ċirkoskritti għal tip speċifiku ta’ intrapriżi. Il-GTĊ indika wkoll li l-Kummissjoni kienet invertiet l-oneri tal-provi billi sostniet li ma kien hemm l-ebda evidenza li xi impriża fir-RPĊ (minbarra fl-industriji mħeġġa) setgħet tibbenefika minn abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja taħt l-istess termini u kundizzjonijiet preferenzjali.

(310)

Dawn l-asserzjonijiet kellhom jiġu miċħuda. L-asserzjoni tal-Grupp SAIC ma ġietx issostanzjata. Minkejja l-fatt li l-BYD issottometta l-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Aċċettazzjoni, l-Iskont, u l-Iskont tal-Bank Ċentrali tal-Abbozzi Kummerċjali (id-Digriet Nru 4 [2022] tal-Bank tal-Poplu taċ-Ċina u l-Kummissjoni Regolatorja dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni taċ-Ċina) (53) u l-Miżuri għall-Implimentazzjoni tal-Amministrazzjoni ta’ Strumenti Negozjabbli (54) bħala leġiżlazzjoni applikabbli għall-aċċettazzjonijiet bankarji, l-evidenza sottomessa naqset milli turi li xi impriża fir-RPĊ (għajr fl-industriji mħeġġa) setgħet tibbenefika minn abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bl-istess termini u kundizzjonijiet preferenzjarji osservati fir-rigward tal-industrija tal-BEV. Barra minn hekk, anke jekk forma ta’ finanzjament tista’ fil-prinċipju tkun disponibbli għal kumpaniji f’industriji oħrajn, il-kundizzjonijiet konkreti, li taħthom tali finanzjament jiġi offrut lil kumpaniji minn ċerta industrija, bħar-remunerazzjoni tal-finanzjament u l-volum ta’ finanzjament, jistgħu jagħmluha speċifika. Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza minn xi waħda mill-partijiet interessati li turi li l-finanzjament preferenzjali permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja tal-kumpaniji fl-industrija tal-BEV huwa bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Sa fejn huma kkonċernat l-oneru tal-provi, il-Kummissjoni rreferiet għas-sejbiet tagħha kif miġbura fil-qosor fil-premessi (555) u (558) sa (560) tar-Regolament provviżorju, li jistabbilixxu li l-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn finanzjament liberu tal-operazzjonijiet kurrenti tagħhom u li tali benefiċċju huwa marbut ma’ deċiżjonijiet nazzjonali bħad-Deċiżjoni Nru 40 jew l-avviż tas-CBIRC imsemmi fil-premessa (560). Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni sħiħa minn kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja Ċiniża, il-Kummissjoni rrikorriet għall-fatti disponibbli. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ma kkunsidratx li hija invertiet l-oneru tal-prova, iżda li l-GTĊ u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi ma ssottomettew l-ebda element li jikkonfuta s-sejbiet stabbiliti mill-Kummissjoni. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(311)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri rigward l-ispeċifiċità, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (558) sa (561) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(c)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(312)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC oġġezzjona għall-fatt li għal bosta entitajiet, numru ta’ ġranet li jiddekorru wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni ġew ikkunsidrati fil-kalkolu tas-sussidju. Barra minn hekk, l-aċċettazzjonijiet bankarji bejn il-kumpaniji mogħtija lil kumpanija finanzjarja fil-Grupp SAIC kienu jenħtieġu li jitneħħew peress li ma kienitx benefiċjarja ta’ din l-iskema. Bħala kumpanija finanzjarja din l-entità kienet qiegħda tagħti u mhux tirċievi aċċettazzjonijiet bankarji.

(313)

Il-Kummissjoni nnotat li ċerti kumpaniji ma kienux ipprovdew l-informazzjoni b’mod konformi mal-istruzzjonijiet li jinsabu fil-kwestjonarju peress li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja li bdew qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni ma kienux ġew irrapportati u b’hekk l-ebda kalkolu ma seta’ jiġi bbażat fuq dawk l-abbozzi neqsin. Madankollu, bi qbil ma’ ċerti kumpaniji u kif ġie spjegat fid-divulgazzjoni speċifika, il-kumpaniji tal-Grupp SAIC ma ntalbux jissottomettu mill-ġdid dik l-informazzjoni dettaljata minħabba l-piż li dan kien joħloq iżda qablu dwar il-fatt li l-benefiċċju xorta jkun ibbażat fuq abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja li jkunu għadhom għaddejjin wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Għal kumpaniji oħrajn li magħhom ma ntalabx li jsir qbil, il-Kummissjoni applikat l-istess approċċ li huwa bbażat fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-kumpaniji u kkunsidrat li l-użu ta’ dik l-informazzjoni kien raġonevoli peress li kien ikopri perjodu nett ta’ 12-il xahar meta nħarġu l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(314)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja interkorporattivi, il-Kummissjoni aċċettat l-asserzjonijiet u rriflettiet dan fil-kalkolu rivedut tagħha tal-ammont ta’ sussidju.

(315)

Il-Grupp Geely asserixxa li l-benefiċċju jenħtieġ li jkun ibbażat fuq it-tariffa għall-kreditu, mhux fuq ir-rata tal-imgħax tal-bank u li jenħtieġ li l-ebda benefiċċju ma jiġi kkalkolat għall-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja koperti bis-sħiħ minn depożitu ta’ flus jew minn garanzija bankarja u li t-tariffi mħallsa mill-Grupp Geely jenħtieġ li jitnaqqsu mill-kalkolu tal-benefiċċju.

(316)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjonijiet tal-Grupp Geely. Meta wieħed iqis in-natura tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja li jipprevedu terminu ta’ pagament estiż permezz ta’ self b’terminu qasir bla ħlas, il-Kummissjoni qieset li l-benefiċċju jenħtieġ li jiġi kkalkolat abbażi ta’ parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni. Barra minn hekk, kif stabbilit f’investigazzjonijiet preċedenti, il-fatt li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma koperti minn depożitu ta’ flus jew garanzija huwa irrilevanti għall-kalkolu tal-benefiċċju. Il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija kienet fil-fatt ħallset bħala remunerazzjoni tal-finanzjament permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u l-ammont li jenħtieġ li tħallas billi tiġi applikata rata tal-imgħax ta’ self b’terminu qasir. Tabilħaqq, hija prattika komuni għall-banek li jitolbu diversi forom ta’ garanziji meta jipprovdu self. L-eżistenza ta’ garanzija ma timplikax li l-fondi ngħataw b’self skont it-termini tas-suq. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma qisitx li t-tariffa mħallsa mal-ħruġ tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja hija komparabbli mal-pagament tal-imgħax. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qisitx li din it-tariffa jenħtieġ li titnaqqas. Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(317)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-parametru referenzjarju użat jenħtieġ li jkollu l-istess struttura bħall-kontribuzzjoni finanzjarja li qiegħda titqabbel f’konformità mal-Artikoli 14(b) u (c) tal-Ftehim SCM. Il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni minħabba li l-parametru referenzjarju użat u l-metodoloġija applikata jikkorrispondu għall-istrument finanzjarju inkwistjoni fejn il-produtturi tal-BEVs, li jibbenefikaw minn abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, irċevew finanzjament preferenzjali permezz ta’ self b’terminu qasir mingħajr ħlas. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-użu ta’ rata tal-imgħax għal terminu qasir applikabbli għad-durata tas-self kien bażi xierqa biex jiġi kkalkolat il-benefiċċju mogħti lir-riċevitur. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(318)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (562) sa (566) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.3.3.   Kontijiet skontati

(a)   Ġenerali

(319)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ argumenta li jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tibbażax fuq investigazzjonijiet tal-passat biex tistabbilixxi s-sejbiet tagħha u li l-Kummissjoni naqset milli turi li l-kontijiet skontati huma forma ta’ finanzjament preferenzjali.

(320)

Kif deskritt fil-premessi minn (567) sa (570) tar-Regolament provviżorju, permezz tal-użu ta’ kontijiet skontati, l-intermedjarji finanzjarji pprovdew ammonti ta’ riċevibbli qabel id-data ta’ maturità tagħhom. Il-kumpaniji inkwistjoni rċevew fondi bikrin billi ttrasferew id-drittijiet ta’ riċevibbli futuri lil istituzzjonijiet finanzjarji wara t-tnaqqis ta’ tariffi u tar-rati ta’ skont applikabbli. Ir-rata ta’ skont applikabbli nstabet li kienet f’livell preferenzjali. Il-benefiċċju b’hekk ikkonferit lir-riċevituri huwa d-differenza bejn ir-rata ta’ skont applikata mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi u r-rata ta’ skont applikabbli għal operazzjoni komparabbli fis-suq. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejba tagħha li l-kontijiet skontati pprovdew finanzjament b’rata preferenzjali. Il-Kummissjoni opponiet l-asserzjoni tal-GTĊ li hija tibbaża fuq is-sejbiet f’investigazzjonijiet tal-passat. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(321)

Il-Grupp BYD sostna li kien jenħtieġ li l-kontijiet skontati intragrupp b’perċentwal ta’ depożitu speċifiku jiġu esklużi mill-kalkolu tal-benefiċċju, abbażi tal-fatt li l-Grupp BYD ma ttrasferiex ir-riċevibbli immaturi lill-banek, iżda kiseb mill-ġdid id-depożiti pprovduti lill-banek.

(322)

Il-Kummissjoni ma aċċettatx l-asserzjoni minħabba li t-tranżazzjoni tal-kont skontat ma ssirx bejn partijiet relatati iżda bejn ir-riċevitur tal-kont u bank. Il-fatt li l-aċċettazzjoni bankarja oriġinali, li wara ġiet skontata, inizjalment inħarġet minn kumpanija relatata huwa irrilevanti u ma jbiddilx il-fatt li l-kumpanija bbenefikat minn rata ta’ skont baxxa meta mqabbla mar-rata ta’ skont applikabbli għal operazzjoni komparabbli fis-suq.

(323)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri dwar il-valutazzjoni ġenerali tal-kontijiet skontati, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi minn (567) sa (570) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(b)   Speċifiċità

(324)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u l-Grupp BYD sostnew li l-kontijiet skontati ma humiex speċifiċi iżda huma disponibbli għas-setturi kollha. Il-Grupp BYD irrefera għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 15 tal-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Aċċettazzjoni, tal-Iskont u tal-Iskont tal-Banek Ċentrali tal-Abbozzi Kummerċjali (55).

(325)

Kif stabbilit fil-premessa (572) tar-Regolament provviżorju, il-kontijiet skontati, bħala forma ta’ finanzjament, huma parti mis-sistema ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-industriji mħeġġa, bħall-industrija tal-BEV, u l-evidenza sottomessa mill-Grupp BYD naqset milli turi li kwalunkwe impriża fir-RPĊ (għajr fi ħdan l-industriji mħeġġa) tista’ tibbenefika minn kontijiet skontati bl-istess termini u kundizzjonijiet preferenzjali osservati fir-rigward tal-industrija tal-BEV. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(326)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor relatat mal-ispeċifiċità, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (571) sa (573) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(c)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(327)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont tas-sussidju, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi minn (574) sa (576) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.3.4.   Appoġġ għal investiment kapitali

3.5.3.4.1.   Konverżjoni ta’ dejn f’ekwità

(a)   Ġenerali

(328)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment rigward il-valutazzjoni ġenerali ta’ konverżjonijiet ta’ dejn f’ekwità, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi minn (577) sa (580) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(b)   Speċifiċità

(329)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment rigward l-ispeċifiċità, il-konklużjonijiet li saru fil-premessa (581) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(c)   Kalkolu tal-benefiċċju

(330)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja skont il-GTĊ, peress li l-entitajiet involuti f’konverżjoni ta’ dejn f’ekwità huma intitolati għal drittijiet tal-azzjonisti, l-investiment kapitali ma kienx jenħtieġ li jiġi ttrattat bħala self mingħajr imgħax għall-kalkolu tal-benefiċċji.

(331)

Il-Kummissjoni qieset li l-benefiċċju tal-konverżjoni ta’ dejn f’ekwità jenħtieġ li jiġi ttrattat mill-perspettiva tal-benefiċjarju tas-sussidju, jiġifieri NHBGAP. Madankollu, id-drittijiet tal-azzjonisti meqjusa mill-GTĊ kienu jikkonċernaw l-investituri, mhux lil NHBGAP, u għalhekk ma humiex rilevanti biex jiġi kkalkolat il-benefiċċju riċevut minn NHBGAP. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni nnotat li l-benefiċċju kien ekwivalenti għal self mingħajr imgħax peress li, mill-perspettiva ta’ NHBGAP, id-dejn b’ċerta rata ta’ imgħax dovuta lid-debitur ġie kkonvertit f’tip ieħor ta’ dejn subordinat lill-istess debitur, iżda mingħajr ma jkunu involuti aktar pagamenti ta’ imgħax. B’hekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(332)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri fir-rigward tal-kalkolu tal-benefiċċju, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi minn (582) sa (583) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.3.4.2.   Injezzjonijiet ta’ kapital

(a)   Ġenerali

(333)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni ma analizzatx jekk id-diversi injezzjonijiet ta’ kapital kinux aktar ta’ benefiċċju minn injezzjoni ta’ kapital privata.

(334)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din il-valutazzjoni. Għal kull wieħed mill-każijiet, il-Kummissjoni spjegat in-natura ta’ benefiċċju tat-tranżazzjoni bħal pereżempju fil-premessi (579) u (582) tar-Regolament provviżorju għall-konverżjoni ta’ dejn f’ekwità msemmija hawn fuq, jew fil-premessi minn (585) sa (587) tar-Regolament provviżorju għall-injezzjoni ta’ kapital tal-Grupp Geely.

(335)

Barra minn hekk, għall-injezzjoni ta’ kapital li tikkonċerna lil SAIC, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kellha tkun ibbażata bis-sħiħ fuq il-fatti disponibbli, kif enfasizzat fil-premessi minn (600) u (605) tar-Regolament provviżorju, u għalhekk il-kundizzjonijiet sottostanti preċiżi tat-tranżazzjoni ma kinux magħrufa. Min-naħa l-oħra, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku stabbilita fil-premessi minn (601) sa (606) tar-Regolament provviżorju, fil-premessa (607) tar-Regolament provviżorju l-Kummissjoni kkonkludiet li l-parteċipanti fit-tranżazzjoni aġixxew bħala korpi pubbliċi f’konformità mal-qafas leġiżlattiv applikabbli biex jipprovdu kapital addizzjonali lil SAIC mingħajr ebda kost.

(336)

Finalment, il-Kummissjoni nnotat li, minbarra stqarrija ġenerali, il-GTĊ ma ġab l-ebda element ġdid fil-fajl biex jikkontradixxi s-sejbiet tal-Kummissjoni. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(b)   Il-Grupp Geely

(337)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely asserixxa li l-Hubei Jiyuan Yangtze River Industrial Fund Partnership la hija korp pubbliku u lanqas ma hija vestita b’awtorità governattiva. Barra minn hekk, minħabba t-trasferiment tal-ishma tagħha lil entità privata fl-2024, huwa jargumenta li l-parametru referenzjarju jenħtieġ li jiġi mmodifikat.

(338)

Il-Kummissjoni nnotat, kif deskritt fil-premessa (590) tar-Regolament provviżorju, li l-Yangtze River Industrial Fund, Fond ta’ Gwida tal-Gvern Ċiniż mill-2017, jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ industriji emerġenti strateġiċi fil-provinċja ta’ Hubei, inkluż il-BEVs. Il-fond jallinja mal-istrateġiji nazzjonali għal raggruppamenti industrijali moderni, filwaqt li jenfasizza r-rwol tiegħu fl-implimentazzjoni ta’ proġetti industrijali ewlenin tal-gvern fir-reġjun. Fir-rigward tal-asserzjoni li l-fond ittrasferixxa l-ishma tiegħu lil entità privata wara l-perjodu ta’ investigazzjoni, dan ma jmurx kontra s-sejba li l-GTĊ ittrasferixxa direttament fondi lill-Grupp Geely permezz ta’ dan il-fond matul il-PI. Għaldaqstant, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(c)   Il-Grupp SAIC

(339)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC sostna li l-ammont kollu tal-benefiċċju tal-injezzjoni ta’ ekwità li jinstab fil-premessa (598) tar-Regolament provviżorju ma kienx jenħtieġ li jiġi allokat fuq il-fatturat totali tal-PUI. Il-Grupp SAIC allega li l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku li l-Kummissjoni bbażat fuqha ma indikatx b’mod ċar x’kien speċifikament għall-BEVs u x’kien għal skopijiet oħrajn jew dak li ma kienx speċifiku għall-PUI.

(340)

Il-Kummissjoni aċċettat parzjalment din l-asserzjoni sa fejn l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku msemmija fil-premessa (339) ta’ dan ir-Regolament indikat li l-injezzjoni ta’ kapital ma kinitx relatata bis-sħiħ mal-BEVs u rrevediet il-kalkolu. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni vverifikata, li ma ġietx ipprovduta mill-Grupp SAIC, il-Kummissjoni kienet intitolata, fejn xieraq, li tuża l-fatti disponibbli. Għalhekk, il-bqija tal-asserzjoni ġiet miċħuda. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar il-valutazzjoni ġenerali tal-injezzjonijiet ta’ dejn f’ekwità, is-sejbiet tal-investigazzjoni, il-benefiċċju, l-ispeċifiċità u l-kalkolu tal-benefiċċju, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (584) sa (610) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.4.   Bonds

3.5.4.1.   Kummenti ġenerali

(341)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ ssottometta mill-ġdid l-asserzjonijiet tiegħu li l-mistoqsijiet li għamlet il-Kummissjoni dwar is-suġġett tal-bonds ekoloġiċi kienu wesgħin wisq biex il-GTĊ jipprovdi kwalunkwe informazzjoni sinifikanti, u li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ allegat mill-Kummissjoni kien fil-fatt ikkawżat mill-Kummissjoni nnifisha.

(342)

Il-Kummissjoni terġa’ tfakkar, kif huwa enfasizzat fil-premessa (270) tar-Regolament provviżorju, li matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ppreżentat serje ta’ mistoqsijiet dettaljati, iddefiniti sew u relevanti lill-GTĊ fl-ittra ta’ nuqqasijiet, talba addizzjonali għall-informazzjoni, u matul iż-żjara ta’ verifika fl-uffiċċji tal-GTĊ, li għalihom dan tal-aħħar naqas milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Barra minn hekk, fit-talba tagħha għal informazzjoni, il-Kummissjoni ċċitat diversi dokumenti uffiċjali speċifiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ bonds ekoloġiċi u ma’ kumpaniji ta’ finanzjament tal-karozzi. Billi l-GTĊ jinsisti fuq il-fatt li għandhom jissemmew xi wħud minn dawn id-dokumenti, huwa biżżejjed li jingħad li dawn id-dokumenti kienu jinkludu pereżempju l-Linji Gwida dwar il-Ħruġ ta’ Bonds Ekoloġiċi maħruġa mill-NDRC, l-Opinjonijiet ta’ Gwida dwar l-Appoġġ tal-Iżvilupp ta’ Bonds Ekoloġiċi maħruġa mis-CSRC, l-Avviż dwar il-Ħruġ tal-Katalgu tal-Proġetti Approvati tal-Bonds Ekoloġiċi (Edizzjoni 2021), maħruġ mill-PBOC, mill-NDRC u mis-CSRC, l-Għodda ta’ Finanzjament mill-Ekwità Ambjentali ppubblikata mill-PBoC, u l-Programm ta’ Evalwazzjoni Finanzjarja Ekoloġika għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji Bankarji, maħruġ mill-PBoC. Dawn huma dokumenti essenzjali, li jiffurmaw il-bażi tal-qafas legali u regolatorju għall-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi u finanzjament ekoloġiku f’sens usa’. Mingħajr dawn id-dokumenti, il-Kummissjoni b’mod ċar ma kellhiex l-informazzjoni bażika biex tiddetermina jekk il-finanzjament preferenzjali kienx ipprovdut permezz tal-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi. Madankollu, il-GTĊ ma pprovdiex dawn id-dokumenti, u lanqas ma spjega l-qafas legali u regolatorju, jew ma offra spjegazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi bond ekoloġiku minkejja li dan jissemma fid-dokumenti uffiċjali. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

3.5.4.2.   Istituzzjonijiet finanzjarji li jaġixxu bħala korpi pubbliċi

(343)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja u definittiva, il-GTĊ oppona r-referenzi għall-Artikolu 16 tal-Liġi dwar it-Titoli tar-RPĊ. Il-GTĊ innota li l-Artikolu 16 kien ġie mibdul fl-2019. Huwa ddikjara wkoll li l-Artikolu 12 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi, li jirrikjedi li l-għan tal-fondi miġbura jeħtieġ li jikkonforma mal-politiki industrijali tal-Istat, huwa biss rekwiżit għall-emittent tal-bonds tal-intrapriżi, jiġifieri, l-intrapriżi, iżda mhux rekwiżit għall-investituri. Barra minn hekk, dan jirregola biss l-użu tal-kapital miġbur; ma jirrikjedix li xi istituzzjoni tinvesti fil-bonds tal-impriża.

(344)

Barra minn hekk, il-GTĊ għal darb’oħra argumenta li l-industrija tal-BEV ma hijiex industrija mħeġġa, li l-istituzzjonijiet finanzjarji ma humiex qed jaġixxu bħala korpi pubbliċi u li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu huma affidabbli.

(345)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza li “l-biċċa l-kbira mill-investituri huma investituri istituzzjonali, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji”, minbarra artikolu ta’ Bloomberg “ta’ sentejn ilu”. U fi kwalunkwe każ, dan l-artikolu jkun kapaċi biss juri l-kompożizzjoni tal-investituri tal-bonds Ċiniżi b’mod ġenerali, mhux l-investituri speċifiċi tal-bonds maħruġa mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna mill-ġdid l-argumenti tiegħu u insista li, fi kwalunkwe każ, benefiċċju jenħtieġ li jiġi kkalkolat biss għal dawk il-bonds speċifiċi fejn il-Kummissjoni setgħet turi li ġew investiti minn korpi pubbliċi.

(346)

Il-Kummissjoni żżomm il-pożizzjoni tagħha wara d-divulgazzjoni provviżorja. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar it-Titoli tar-RPĊ ġie emendat fl-2019. Madankollu, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-interpretazzjoni tal-GTĊ tal-Artikolu 12 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi. Tabilħaqq, il-fatt li l-emittent tal-bond irid jikkonforma mal-politiki industrijali tal-Istat sabiex ikun jista’ jkollu aċċess għas-suq tal-bonds juri li dawn il-mezzi addizzjonali ta’ finanzjament permezz tas-suq tal-bonds huma disponibbli biss għal ċerti intrapriżi mħeġġa u għal dawk l-użi mħeġġa mill-Istat biss.

(347)

Dan il-fatt, flimkien mas-sejbiet ġenerali l-oħrajn kollha tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament preferenzjali f’dan il-każ, li ġew deskritti b’mod estensiv fit-Taqsima 3.5.1 tar-Regolament provviżorju u kkonfermati fit-Taqsima 3.5.1 hawn fuq, bħall-fatt li l-istituzzjonijiet finanzjarji qed jaġixxu bħala korpi pubbliċi, u l-fatt li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu huma distorti, intużaw flimkien fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-finanzjament preferenzjali fuq is-suq tal-bonds.

(348)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-hekk imsejjaħ “artiklu” ta’ Bloomberg fil-fatt huwa rapport ta’ 74 paġna mill-2022 dwar is-suq tal-bonds Ċiniż. Peress li n-negozju ewlieni ta’ Bloomberg huwa l-analiżi tad-data u x-xejriet fis-swieq kapitali, il-Kummissjoni temmen li dan l-istudju jista’ jitqies bħala evidenza affidabbli li tkopri l-PI. Barra minn hekk, dan ir-rapport jikkorrobora informazzjoni miġbura matul investigazzjonijiet preċedenti u jikkonferma li s-sitwazzjoni ma kinitx inbidlet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(349)

Biex tikkomplementa, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għal xi rapporti reċenti ulterjuri, li jikkonfermaw is-sejbiet tar-rapport ta’ Bloomberg. Fil-fatt, skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-istruttura tal-investituri fis-suq tal-bonds Ċiniż għadha ddominata ħafna mill-istituzzjonijiet finanzjarji, li huma wkoll is-sottoskritturi tal-biċċa l-kbira tal-bonds (56). Il-banek huma wkoll l-akbar detenturi ta’ bonds korporattivi, segwiti minn istituzzjonijiet ta’ fondi (57). Barra minn hekk, l-investituri internazzjonali kellhom anqas minn 3 % tas-suq tal-bonds Ċiniż fl-2021 (58).

(350)

Fir-rigward tal-bonds maħruġa mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni sabet li ċertu numru ta’ bonds inħarġu fis-suq interbankarju, li skont id-definizzjoni, huwa miftuħ biss għal investituri istituzzjonali/istituzzjonijiet finanzjarji. Jenħtieġ li jiġi mfakkar ukoll li ħlief għall-bank EXIM, l-ebda waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji ma kkooperat f’din l-investigazzjoni.

(351)

Barra minn hekk, il-GTĊ jinjora l-fatti enfasizzati mill-Kummissjoni fil-premessa (620) tar-Regolament provviżorju, jiġifieri li l-bonds maħruġa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom rata tal-imgħax qrib jew taħt l-LPR, li jfisser li r-redditu ta’ dawn il-bonds għall-investituri huwa qrib jew anqas mir-rata li biha l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jiksbu fondi huma stess minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn. Fi kliem ieħor, dawn il-bonds huma operazzjoni li tagħmel telf għall-banek. Dan juri b’mod ċar li l-istituzzjonijiet finanzjarji qegħdin jaġixxu bħala korpi pubbliċi li qegħdin iqisu kunsiderazzjonijiet oħrajn għajr investitur li jkun qiegħed jopera fil-kundizzjonijiet tas-suq.

(352)

Il-GTĊ jinjora wkoll l-evidenza speċifika pprovduta għall-bonds ekoloġiċi fil-premessa (617) tar-Regolament provviżorju, fejn il-Kummissjoni nnotat li f’konformità mal-“Programm ta’ Evalwazzjoni Finanzjarja Ekoloġika għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji Bankarji” tal-PBOC, il-banek Ċiniżi jridu jissottoskrivu għal strumenti ta’ dejn ekoloġiku sabiex jilħqu limitu partikolari fil-bażi tal-assi finanzjarji tagħhom u dan jikkontribwixxi għal valutazzjoni pożittiva tal-prestazzjoni tagħhom mill-awtorità regolatorja tal-banek. Barra minn hekk, skont l-“Għodda tal-politika monetarja għall-appoġġ tal-proġetti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju” tal-PBOC, l-istituzzjonijiet finanzjarji jridu jipprovdu finanzjament b’appoġġ għall-attivitajiet industrijali ekoloġiċi lill-kumpaniji b’rati tal-imgħax preferenzjali qrib il-livell tar-rata prima tas-self tal-pajjiż. Min-naħa tiegħu, il-PBOC jipproponi rati ta’ rifinanzjament preferenzjali lill-banek għall-fondi ekoloġiċi żborżati. Huwa għal darb’oħra ċar li dan jenfasizza li l-istituzzjonijiet finanzjarji kienu qegħdin jaġixxu bħala korpi pubbliċi b’referenza għall-bonds ekoloġiċi maħruġa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(353)

Fl-aħħar nett, il-GTĊ ma pprovda l-ebda evidenza biex jissostanzja l-allegazzjonijiet tiegħu li l-investituri fis-suq tal-bonds Ċiniż ma humiex prinċipalment istituzzjonijiet finanzjarji.

(354)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha li hemm koinċidenza sinifikanti bejn il-kredituri li jipprovdu kapital fis-suq tal-bonds u dawk li jipprovdu kapital fil-forma ta’ self, u li bħala tali, il-bonds huma sa ċertu punt sempliċiment mezz ieħor biex jipprovdu self korporattiv. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-asserzjonijiet.

(355)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment rigward il-bażi legali u s-sejba li l-istituzzjonijiet finanzjarji jaġixxu bħala korpi pubbliċi, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi minn (611) sa (630) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.4.3.   Speċifiċità

(356)

Fir-rigward tal-bonds, il-GTĊ innota li l-hekk imsejħa “strumenti ta’ dejn ekoloġiku” kienu disponibbli għal għadd ta’ industriji. Huwa argumenta wkoll li dawn il-bonds ma setgħux jitqiesu bħala speċifiċi jew limitati għal għadd ta’ industriji minħabba li “l-bonds ma jistgħux jinħarġu mingħajr approvazzjoni mill-awtoritajiet tal-gvern”.

(357)

B’mod aktar ġenerali, il-GTĊ argumenta li d-Deċiżjoni 40 dwar l-industriji mħeġġa ma tapplikax għal bonds, peress li l-kelma “kreditu” f’din id-Deċiżjoni tirreferi biss għal self f’sens ristrett. Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ ipprovda dokumenti Ċiniżi addizzjonali, li fihom it-terminu “kreditu” intuża flimkien mat-terminu “bonds”. Il-GTĊ asserixxa wkoll li l-liġijiet u r-regolamenti ewlenin li l-Kummissjoni bbażat fuqhom biex tappoġġa l-konklużjoni tagħha fit-Taqsima 3.5.1 tar-Regolament provviżorju japplikaw biss għas-self iżda mhux għall-bonds. Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely asserixxa li l-Kummissjoni kienet naqset milli tipprovdi kjarifika suffiċjenti dwar l-ispeċifiċità.

(358)

Dwar is-suġġett tal-bonds ekoloġiċi, il-Kummissjoni enfasizzat fil-premessa (632) tar-Regolament provviżorju li dawn il-bonds huma speċifiċi peress li jistgħu jinħarġu biss minn kumpaniji attivi f’ċerti attivitajiet industrijali elenkati fil-katalogu ta’ attivitajiet industrijali ekoloġiċi. Il-fatt li dan il-katalogu jinkludi aktar minn industrija waħda huwa irrilevanti f’dan ir-rigward u ma jmurx kontra l-konklużjoni tal-Kummissjoni.

(359)

Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ma kinitx taqbel mal-interpretazzjoni restrittiva tal-GTĊ tal-kelma “kreditu” fid-Deċiżjoni 40 u minflok tkompli tinterpreta dan it-terminu bħala “finanzjament” f’sens usa’. Il-GTĊ ma kkontestax l-osservazzjoni tal-Kummissjoni fid-divulgazzjoni finali, jiġifieri l-fatt li l-Artikolu 12 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi jagħmel ir-rabta mal-politiki industrijali tal-Istat, li huma ggwidati mid-Deċiżjoni 40. Barra minn hekk, il-GTĊ għażel li jiffoka esklużivament fuq id-Deċiżjoni 40, u injora l-evidenza addizzjonali dwar l-ispeċifiċità pprovduta mill-Kummissjoni fit-Taqsima 3.5.1.5 tar-Regolament provviżorju. Pereżempju, il-premessa (435) tar-Regolament provviżorju rreferiet għall-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Vetturi Effiċjenti fl-Enerġija u li Jaħdmu b’Enerġija Ġdida (2012-2020) li jipprevedi “inċentivi ta’ politika permezz ta’ appoġġ ta’ servizz finanzjarju”, u li huwa b’mod ċar speċifiku għas-settur industrijali inkwistjoni. Eżempju ieħor ġie ċċitat fil-premessa (444) tar-Regolament provviżorju, fejn il-Kummissjoni nnotat li l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-NFRA għall-banek kummerċjali jqisu kif l-istituzzjonijiet finanzjarji “jaqdu l-objettivi nazzjonali tal-iżvilupp u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “iservu l-industriji strateġiċi u emerġenti”.

(360)

Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(361)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-ispeċifiċità, il-konklużjonijiet fil-premessi minn (631) sa (632) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.5.4.4.   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(362)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC allega li mhux il-bonds kollha maħruġa minn xi wħud mill-entitajiet jenħtieġ li jitqiesu bħala “Bonds Ekoloġiċi”. Fil-fatt, skont il-Prinċipji tal-Bonds Ekoloġiċi taċ-Ċina ta’ Lulju 2022, hemm erba’ komponenti ewlenin relatati mal-bonds ekoloġiċi kif ġej:

il-limitazzjoni tal-użu tar-rikavati mill-Bonds Ekoloġiċi fl-industriji ekoloġiċi, fl-attivitajiet ekonomiċi ekoloġiċi u fi proġetti ekoloġiċi relatati oħrajn;

l-emittent huwa meħtieġ jikkomunika l-informazzjoni speċifika tal-proġetti ekoloġiċi, inkluż il-proċess ta’ evalwazzjoni u għażla, lill-investituri. Barra minn hekk, l-involviment ta’ aġenzija indipendenti terza ta’ evalwazzjoni u ċertifikazzjoni huwa mħeġġeġ;

ir-rikavati mill-Bonds Ekoloġiċi jenħtieġ li jiġu ġestiti speċifikament biex jiġi żgurat li r-rikavati jintużaw strettament f’konformità mal-iskop stipulat fid-dokumenti tal-ħruġ;

u r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni huma meħtieġa mill-emittent.

(363)

Skont il-Grupp SAIC, dawn l-erba’ komponenti jiddistingwu bejn bonds ekoloġiċi u bonds korporattivi fiċ-Ċina, u dan huwa rifless fid-dokumenti ta’ divulgazzjoni ta’ bonds ekoloġiċi u li huma ġeneralment disponibbli fid-dominju pubbliku, eż. is-siti web tas-swieq jew tar-regolaturi tal-kambju ta’ titoli. Madankollu, filwaqt li l-bonds ekoloġiċi ġeneralment ikollhom it-tikketta “ekoloġiku” fl-ismijiet tagħhom, bonds mhux ekoloġiċi ma humiex permessi li jkollhom it-tikketti ekoloġiċi minħabba li ma jistgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ħruġ ta’ Bonds Ekoloġiċi stabbiliti mill-Bank tal-Poplu taċ-Ċina. Dan ifisser li mhux il-bonds kollha jistgħu jiġu ttrattati bħala bonds ekoloġiċi mill-Kummissjoni sempliċiment minħabba li l-attivitajiet li kienu relatati magħhom dehru fil-Katalogu ta’ Proġetti ta’ Appoġġ tal-Bonds Ekoloġiċi (Edizzjoni tal-2021) imsemmi fil-premessa (263) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, għal dawk il-bonds li ma kinux ekoloġiċi, kien jenħtieġ li l-Kummissjoni talloka l-ammont ta’ benefiċċju fuq il-fatturat totali tal-kumpanija, aktar milli fuq il-fatturat tal-PUI.

(364)

Il-Kummissjoni ma kkontestatx il-fatt li mhux il-bonds kollha fil-Grupp SAIC kienu bonds ekoloġiċi. Madankollu, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-użu tal-fatturat tal-PUI għall-kalkolu tal-benefiċċju fuq il-bonds ma kienx neċessarjament ibbażat fuq il-kwalifika ta’ bond bħala “bond ekoloġiku”. Bonds Normali, meta destinati għall-finijiet kollha ġew allokati fuq il-fatturat totali. Il-bonds korporattivi tqiesu wkoll bħala relatati mal-PUI jekk tkun saret rabta fid-dokumenti tal-ħruġ ma’ oqsma li huma speċifiċi għall-BEVs, bħal pereżempju l-finanzjament tar-R&Ż għal teknoloġiji ġodda, li aktarx li jkunu aktar ta’ benefiċċju għall-vetturi elettriċi milli għall-magni tal-kombustjoni. Meta l-bonds kienu destinati għall-BEVs, dawk il-bonds ġew allokati fuq il-fatturat tal-BEV. Il-bonds ekoloġiċi kollha ġew allokati għall-fatturat tal-BEV. Il-Kummissjoni tixtieq tfakkar ukoll li l-maġġoranza l-kbira tal-ammont ta’ benefiċċju relatat mal-bonds kienet tikkonċerna diversi kumpaniji finanzjarji fil-grupp li qatt ma kienu pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju, bħal SFMH, VW Finance u GMAC. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni vverifikata, li ma ġietx ipprovduta mill-Grupp SAIC, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli. B’mod partikolari, il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju kien ibbażat fuq l-informazzjoni relatata mal-ammonti, id-dati tal-bidu u tat-tmiem u r-rati tal-imgħax tal-bonds, misjuba jew fi stqarrijiet finanzjarji disponibbli pubblikament jew f’informazzjoni maħruġa lill-investituri fil-boroż. F’xi każijiet, dawn ġew ikklassifikati bħala bonds ekoloġiċi. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(365)

Kif issemma fil-premessa (147) ta’ dan ir-Regolament, il-Grupp Group argumenta li l-Artikolu 28 ma kienx imissu ġie applikat biex l-assi garantiti b’assi (“ABS”) kollha maħruġa minn entità waħda li ma kkooperatx jiġu attribwiti lil wieħed mill-produtturi u finalment lill-Grupp SAIC kollu. L-ewwel nett, il-Grupp SAIC asserixxa li l-entità inkwistjoni qatt ma kienet meħtieġa tipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju. It-tieni, il-Grupp SAIC argumenta li ma kellu l-ebda kontroll sinifikanti fuq din l-entità, peress li din kienet parti minn ftehim ta’ impriża konġunta. It-tielet, jekk il-Kummissjoni insistiet fuq din l-attribuzzjoni, kien jenħtieġ li tikkalkula liema proporzjon tal-benefiċċju kien attribwibbli għal dan il-produttur.

(366)

Dwar l-ewwel argument, il-Kummissjoni nnotat li l-kumpaniji relatati kollha li jipprovdu finanzjament lil jew f’isem il-produtturi jenħtieġ li jwieġbu għat-Taqsimiet A u E tal-kwestjonarju. L-entità inkwistjoni qatt ma pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju, għalkemm b’mod ċar kienet involuta f’servizzi ta’ finanzjament f’isem wieħed mill-produtturi, u l-eżistenza ta’ dawn is-servizzi saret biss apparenti pjuttost tard fil-proċedura, eżatt qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju.

(367)

Rigward it-tieni punt, l-entità relatata inkwistjoni kienet kompletament proprjetà tas-sieħeb f’impriża konġunta tal-Grupp SAIC u pprovdiet servizzi finanzjarji għal wieħed mill-produtturi fil-Grupp SAIC, koproprjetà ta’ SAIC u s-sieħeb f’impriża konġunta. Bħala tali, ma kien hemm l-ebda dubju għall-Kummissjoni li dan kien jikkonċerna entità relatata li kien jenħtieġ li tipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju.

(368)

Rigward it-tielet punt, fin-nuqqas ta’ informazzjoni vverifikata, li ma ġietx ipprovduta mill-Grupp SAIC, il-Kummissjoni kienet intitolata, fejn xieraq, li tuża l-fatti disponibbli. Skont l-informazzjoni disponibbli, l-entità inkwistjoni pprovdiet servizzi finanzjarji għal wieħed mill-produtturi fil-Grupp SAIC, u ma setgħux jiġu ddeterminati attivitajiet oħrajn. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(369)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp SAIC issottometta mill-ġdid il-kummenti tiegħu dwar l-entità li ma kkooperatx u li kienet ħarġet ABS. Il-kumpanija asseriet li l-attribuzzjoni tal-ABS lill-entità li pprovdiet servizzi finanzjarji għal wieħed mill-produtturi fil-Grupp SAIC ma kinitx konformi mal-prattika tal-Kummissjoni. Il-Grupp SAIC speċifika li l-Kummissjoni jenħtieġ li tibbaża fuq il-perċentwal tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-produttur esportatur fil-kumpanija riċeventi, u li f’konformità mal-ġurisprudenza tad-WTO, l-applikazzjoni tal-Artikolu 28 hija strettament limitata għall-informazzjoni nieqsa, jiġifieri f’dan il-każ l-ammont tal-benefiċċju, u jenħtieġ li ma tiġix estiża aktar minn hekk. Tabilħaqq, f’dan il-każ, l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-kumpanija riċeventi kienet disponibbli pubblikament, u r-relazzjoni tagħha mal-Grupp ġiet deskritta b’mod ċar fis-sottomissjonijiet tal-Grupp SAIC.

(370)

Il-Grupp SAIC iddikjara wkoll li l-“attivitajiet l-oħra” tal-kumpanija riċeventi kienu ċari u disponibbli għall-Kummissjoni u li f’ċerti ċirkostanzi l-attribuzzjoni tal-Kummissjoni lil entità tal-produzzjoni waħda fil-Grupp twassal għal għadd doppju.

(371)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dawn l-asserzjonijiet. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni mhux biss fir-rigward tal-ammont tal-benefiċċju, iżda wkoll fir-rigward ta’ liema entità/entitajiet tal-grupp dan il-benefiċċju jenħtieġ li jiġi attribwit. Il-fatt li l-kumpanija li ma kkooperatx kienet l-ewwel riċevitur dirett fil-grupp tal-finanzjament preferenzjali pprovdut minn partijiet esterni ma jfissirx li kienet ukoll l-uniku benefiċjarju fil-grupp ta’ dan il-finanzjament preferenzjali. Għalhekk, kienet meħtieġa l-applikazzjoni tal-Artikolu 28 għad-determinazzjoni tal-attribuzzjoni tal-benefiċċju.

(372)

It-tieni, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie ddikjarat mill-Grupp SAIC, din l-attribuzzjoni twettqet f’konformità mal-prattika tal-passat tal-Kummissjoni. Tabilħaqq, l-eżempju mill-prattika tal-passat iċċitata mill-Grupp SAIC kien jikkonċerna entità azzjonarja li pprovdiet servizzi finanzjarji lis-sussidjarji tagħha, li kienu jinkludu lill-produtturi esportaturi. Abbażi tas-sitwazzjoni fattwali f’dak il-każ speċifiku ġie deċiż li l-proporzjon ta’ investiment tal-entità azzjonarja fis-sussidjarji tagħha (li huwa marbut mal-ammont ta’ ekwità u għalhekk il-parteċipazzjoni azzjonarja f’kull sussidjarja) kien indikatur raġonevoli għall-proporzjon ta’ finanzjament preferenzjali li jibbenefika lil kull sussidjarja, u għalhekk koeffiċjent ta’ allokazzjoni xieraq għall-attribuzzjoni tal-benefiċċju lill-produtturi esportaturi. Madankollu, f’dan il-każ, il-kumpanija li ma kkooperatx tal-Grupp SAIC ma għandha l-ebda sussidjarja magħrufa. Sa fejn taf il-Kummissjoni, ma hemm ukoll l-ebda rabta bejn l-istruttura organizzazzjonali formali taż-żewġ sħab ta’ impriżi konġunti u l-proporzjon reali tas-servizzi finanzjarji pprovduti mill-kumpanija li ma kkooperatx lid-diversi entitajiet fil-grupp.

(373)

It-tielet, kif enfasizzat fil-premessa (368) ta’ hawn fuq, peress li l-kumpanija li ma kkooperatx ma kinitx ipprovdiet risposta għall-kwestjonarju, ma kienx possibbli li jiġu stabbiliti l-ambitu u l-istruttura eżatti tal-attivitajiet finanzjarji tagħha. Ma hemm ukoll l-ebda rabta bħala tali bejn is-sid tal-kollateral sottostanti għall-ABS maħruġa, u l-benefiċjarju reali tal-fondi miġbura permezz tal-ABS. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-asserzjonijiet.

(374)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely asserixxa li l-produtturi ma bbenefikawx mill-ABS minħabba li t-tranżazzjonijiet baqgħu bejn l-entità ta’ finanzjament u l-mutwatarju fil-livell tal-konsumatur.

(375)

Il-Kummissjoni nnotat li, taħt dawn l-operazzjonijiet, il-l-Grupp Geely ibbenefika minn finanzjament preferenzjali. Kif deskritt fil-premessa (619) tar-Regolament provviżorju, l-ABS ippermetta lill-Grupp jissostitwixxi riċevibbli ta’ nofs it-terminu fuq self għall-karozzi b’likwiditajiet li kienu immedjatament aċċessibbli, u b’hekk iffaċilitaw il-prefinanzjament tal-operazzjonijiet ta’ self tagħhom fuq bażi vantaġġjuża ħafna. Il-benefiċċji ġew allokati kif xieraq. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(376)

Il-Grupp Geely oppona l-użu tal-istess parametru referenzjarju għall-bonds bħal dak applikat għas-self peress li l-bonds u s-self huma strumenti finanzjarji differenti.

(377)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rrimarkat li s-self u l-bonds huma strumenti ta’ dejn finanzjarju simili. Fil-fatt, bond huwa tip ta’ self użat minn entitajiet kbar biex jinġabar il-kapital. Kemm is-self kif ukoll il-bonds jiġu kkuntrattati/jinħarġu għal ċertu perjodu ta’ żmien u għandhom rata tal-imgħax/kupun. Il-fatt li l-finanzjament permezz ta’ self jiġi pprovdut minn istituzzjoni finanzjarja u li l-finanzjament permezz ta’ bond korporattiv jiġi pprovdut minn investituri, li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet huma wkoll istituzzjonijiet finanzjarji, huwa irrilevanti għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin taż-żewġ strumenti. Tabilħaqq, iż-żewġ strumenti jservu biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tan-negozju, għandhom l-istess tip ta’ remunerazzjoni u għandhom termini u kundizzjonijiet simili ta’ pagament lura. Barra minn hekk, ma ġie propost l-ebda parametru referenzjarju alternattiv, u ma setgħet tiġi identifikata l-ebda informazzjoni disponibbli pubblikament ulterjuri biex jiġi pprovdut parametru referenzjarju aktar akkurat. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(378)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-konklużjonijiet fil-premessi minn (633) sa (635) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.5.4.5.   Konklużjoni dwar il-finanzjament preferenzjali: tipi oħrajn ta’ finanzjament

(379)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment rigward il-konklużjoni dwar tipi oħrajn ta’ finanzjament, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi minn (636) sa (637) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(380)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward tat-tipi oħrajn ta’ finanzjament preferenzjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ammontat għal:

Finanzjament preferenzjali: tipi oħrajn ta’ finanzjament

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Il-Grupp BYD

3,60  %

Il-Grupp Geely

3,23  %

Il-Grupp SAIC

7,56  %

3.6.   Programmi ta’ Għotjiet

3.6.1.   Għotjiet diretti ta’ flus

(a)   Kummenti ġenerali

(381)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u l-Grupp SAIC asserew li l-ispeċifiċità għall-għotjiet riċevuti minn Geely u SAIC ma kellhiex determinazzjoni każ b’każ ibbażata fuq evidenza pożittiva. Bl-istess mod, il-Grupp Geely asserixxa li kien jenħtieġ li l-għotjiet jiġu allokati għall-fatturat totali (BEV u mhux BEV), biex jirriflettu b’mod korrett li l-għotjiet kienu relatati mal-attivitajiet ġenerali tal-entitajiet riċeventi.

(382)

Il-GTĊ asserixxa li l-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli b’mod punittiv meta vvalutat l-għotjiet riċevuti minn Geely u SAIC u li l-Kummissjoni tat struzzjonijiet mhux ċari li fixklu valutazzjoni xierqa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni dettaljata tal-evidenza kollha ddokumentata biex tagħżel l-aktar fatti ta’ sostituzzjoni xierqa u jenħtieġ li s-sussidji allegati ma jiġux attribwiti lill-esportaturi li ma bbenefikawx.

(383)

Kif ġie spjegat fil-premessa (364) tar-Regolament provviżorju, il-Grupp SAIC asserixxa li ma kienx essenzjali li jintużaw “l-ammonti individwali riċevuti għal kull għotja, il-ħin tal-wasla tal-għotjiet, id-deskrizzjoni tal-għotjiet, in-notifiki korrispondenti tal-gvern li jispeċifikaw in-natura tal-għotjiet u informazzjoni oħra meħtieġa” u rrifjuta li jipprovdi din l-informazzjoni sabiex il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina l-iskemi ta’ sussidju sottostanti, l-ammont ta’ għotjiet riċevuti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif ukoll jekk dawn l-għotjiet humiex relatati ma’ assi fissi jew le. Bl-istess mod, kif ġie spjegat fil-premessa (372) tar-Regolament provviżorju, l-ebda waħda mill-kumpaniji tal-Grupp Geely ma pprovdiet informazzjoni sħiħa dwar in-natura tal-programmi ta’ għotja li taħthom irċevew appoġġ, kif mitlub fil-kwestjonarju sabiex il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tiddetermina l-iskemi ta’ sussidju sottostanti għall-programmi ta’ għotja fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

(384)

Barra minn hekk, kif ġie spjegat fit-Taqsima 3.3.1.4 tar-Regolament provviżorju, il-GTĊ naqas milli jipprovdi kwalunkwe informazzjoni fir-rigward tal-għotjiet li ġew żborżati lill-gruppi inklużi fil-kampjun sabiex il-Kummissjoni ma setgħetx timla l-lakuni b’informazzjoni li kienet tikseb minn sors ieħor. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni nnotat li l-Grupp BYD ipprovda l-informazzjoni rilevanti mitluba sabiex il-Kummissjoni setgħet tivvaluta d-diversi aspetti tal-għotjiet riċevuti u tqis jekk kinux kumpensatorji.

(385)

Abbażi ta’ dan u fin-nuqqas ta’ informazzjoni vverifikata li tindika l-kuntrarju, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli u qieset li l-għotjiet kollha riċevuti minn dawn il-gruppi kienu speċifiċi u relatati mal-prodott li qiegħed jiġi investigat. Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(386)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ tenna li d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li l-għotjiet ikkumpensati kienu speċifiċi hija bbażata fuq suppożizzjonijiet, u mhux fuq evidenza pożittiva, għall-kuntrarju tal-Artikolu 2.4 tal-Ftehim SCM. Huwa argumenta li l-Kummissjoni kellha evidenza li l-allegati għotjiet inkwistjoni kienu ta’ benefiċċju għal diversi prodotti u għalhekk applikat il-fatti disponibbli b’mod punittiv. Minflok, il-Kummissjoni assumiet li l-għotjiet riċevuti minn dawk il-produtturi esportaturi kienu speċifiċi peress li l-Grupp SAIC u l-Grupp Geely ma pprovdewx lill-Kummissjoni b’dak li hija qieset bħala informazzjoni suffiċjenti. Barra minn hekk, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni naqset milli tiddivulga biżżejjed fatti sottostanti għad-determinazzjoni tagħha li l-għotjiet kienu speċifiċi.

(387)

Il-Grupp SAIC argumenta wkoll li pprovda evidenza lill-Kummissjoni li l-għotjiet riċevuti mill-GTĊ kienu maħsuba għal skopijiet lil hinn mill-prodott ikkonċernat u li l-informazzjoni fil-pussess tal-Kummissjoni, inklużi l-materjali sottomessi mill-Grupp SAIC u l-informazzjoni disponibbli pubblikament, tindika bil-qawwi li l-għotjiet riċevuti kienu maħsuba għall-BEVs u għal dawk mhux BEVs. Għalhekk, ma jistax jiġi argumentat li l-allokazzjoni mill-Kummissjoni tal-għotjiet riċevuti lill-fatturat tal-prodott ikkonċernat għandha xi bażi fattwali. Barra minn hekk, il-Grupp SAIC argumenta li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evalwazzjoni jew raġunament dwar il-fatti multipli dokumentati—speċifikament, ir-rapporti tal-awditjar, il-bilanċ ta’ tqabbil preliminari u r-ritratti tal-iskrin tal-kontijiet li jżommu rendikont tal-għotjiet—li jissuġġerixxu li l-għotjiet riċevuti ma kinux biss għall-prodott li qiegħed jiġi investigat.

(388)

Il-Kummissjoni ddikjarat mill-ġdid li l-Grupp SAIC naqas milli jipprovdi informazzjoni kompluta dwar in-natura tal-programmi ta’ għotjiet li taħthom irċieva appoġġ, kif mitlub, u b’hekk il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tistabbilixxi liema programmi ta’ għotjiet kienu relatati mal-prodott li qiegħed jiġi investigat. Il-Kummissjoni nnotat li l-informazzjoni kienet disponibbli faċilment għall-kumpaniji iżda li huma ma tawx aċċess sħiħ għaliha. Il-fatt li kumpanija tippermetti lill-Kummissjoni tara ċerti dokumenti u tipprovdi ritratti tal-iskrin mingħajr ma tipprovdi l-informazzjoni mitluba rilevanti ma jista’, fl-ebda każ, ikun ekwivalenti għall-għoti tal-informazzjoni mitluba fil-forma ta’ wirja li tiżgura li l-informazzjoni tkun ġiet ivverifikata kif xieraq. Din l-informazzjoni lanqas ma tipprovdi assigurazzjoni li l-għotjiet riċevuti qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinux ta’ benefiċċju għall-produzzjoni tal-BEVs matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll kemm-il darba li informazzjoni pprovduta biss fil-forma ta’ ritratti tal-iskrin, inkluża data limitata jew li turi xi eżempji, ma tippermettix il-verifika u r-rikonċiljazzjoni ta’ ċifri essenzjali.

(389)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni vverifikata li tindika l-kuntrarju, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli u qieset li l-għotjiet kollha riċevuti minn dawn il-gruppi kienu speċifiċi u relatati mal-prodott li qiegħed jiġi investigat. Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(b)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(390)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC argumenta li peress li l-għotjiet riċevuti kienu soġġetti għal taxxa fuq l-introjtu korporattiv, l-ammont taxxabbli jenħtieġ li jitnaqqas mill-ammont totali ta’ għotjiet riċevuti. Il-Kummissjoni qieset li l-Grupp SAIC kien naqas milli jipprovdi evidenza pożittiva li t-taxxa mħallsa kienet marbuta direttament mal-għotjiet riċevuti. Barra minn hekk, l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament bażiku ma jipprevedux it-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv sa fejn huwa kkonċernat il-kalkolu tal-benefiċċju jew tas-sussidju kumpensatorju. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(391)

Ir-rata ta’ sussidju tal-Grupp SAIC u tal-Grupp Geely rigward l-għotjiet ġiet aġġornata bħala konsegwenza tal-korrezzjoni deskritta fil-premessi minn (652) u (654) ta’ dan ir-Regolament rispettivament.

(392)

B’konsegwenza ta’ dan, il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ sussidju kif deskritt fil-premessa (650) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata u ġiet applikata għall-produttur esportatur li ngħata eżaminazzjoni individwali.

(393)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tesla Shanghai sostniet li kien hemm tliet żborżi għal waħda mill-għotjiet li rċeviet il-kumpanija, u wieħed minn dawn l-iżborżi seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-kumpanija sostniet li, peress li l-ammont riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jikkonċerna għotja relatata ma’ assi fissi, li l-iżborżi tagħhom saru taħt l-istess skema, il-Kummissjoni kellha tnaqqas l-ammont riċevut mill-kumpanija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(394)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, abbażi tal-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Ammont ta’ Sussidju fl-Investigazzjonijiet dwar id-Dazju Kumpensatorju (59), “jew [għal] sussidji mhux rikorrenti, li jistgħu jkunu marbuta mal-akkwist ta’ assi fissi, il-valur totali tas-sussidju għandu jitqassam tul il-ħajja normali tal-assi (l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 (60))”. Madankollu, il-linji gwida jipprevedu wkoll li “Bħala eċċezzjoni għal [il-punt ta’ hawn fuq], is-sussidji mhux rikorrenti li jammontaw għal anqas minn 1 % ad valorem normalment jiġu inklużi, anke jekk ikunu marbuta max-xiri ta’ assi fissi”. Minħabba li l-iżborż għall-għotja inkwistjoni kien jammonta għal anqas minn 1 % ad valorem, il-Kummissjoni qieset li l-pagament riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma kienx sinifikanti u li kien raġonevoli li jiġi allokat biss għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-metodu ta’ allokazzjoni huwa kompletament konformi mar-rapport tad-WTO mill-grupp informali ta’ esperti li jipprevedi li jenħtieġ li jingħataw għotjiet li l-iskop tagħhom huwa li jinxtraw assi fissi filwaqt li “tqies xieraq, primarjament mill-perspettiva ta’ konvenjenza amministrattiva, li jiġu inklużi sussidji żgħar ħafna irrispettivament mit-tip jew minn kunsiderazzjonijiet oħrajn. Huwa rrakkomandat livell ta’ anqas minn 0,5 fil-mija tal-bejgħ għal kwalunkwe sussidju individwali għal dan il-limitu”. (61) Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni.

(395)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-konklużjonijiet fil-premessi minn (638) sa (651) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(396)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward tal-għotjiet kollha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u għall-produttur esportatur eżaminat individwali kienet kif ġej:

L-għotjiet

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Il-Grupp BYD

0,61 %

Il-Grupp Geely

2,27 %

Il-Grupp SAIC

8,19 %

Tesla (Shanghai) (eżaminazzjoni individwali)

0,27 %

3.6.2.   Il-Politika tas-Sussidju Fiskali għall-Promozzjoni u għall-Applikazzjoni ta’ Vetturi li Jaħdmu bl-Enerġija Ġdida

(a)   Kummenti ġenerali

(397)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, xi partijiet interessati bħall-Grupp SAIC, is-CAAM, il-Grupp BYD, il-GTĊ u l-Grupp Geely, asserew li l-konsumatur kien il-benefiċjarju aħħari ta’ din l-iskema ta’ sussidju. B’mod speċifiku, ġie argumentat li l-manifatturi javvanzaw is-sussidji lill-konsumaturi f’isem il-gvern meta jbigħu l-vetturi billi jnaqqsu l-prezz li għandu jitħallas mill-klijent. F’dan ix-xenarju, il-klijent suppost qed iħallas prezz imraħħas, li aktar tard il-kumpanija tiġi rimborżata għalih mill-gvern.

(398)

Bl-istess mod, xi partijiet asserew li l-fatt li l-prezzijiet tal-BEVs ma żdidux wara t-tneħħija tas-sussidju ma jagħtix prova tal-eżistenza ta’ benefiċċju. Ġie argumentat li l-prezzijiet tas-suq huma influwenzati minn diversi fatturi, inklużi l-kostijiet tal-produzzjoni, id-dinamika tal-provvista u tad-domanda, l-aspettattivi tal-konsumatur u s-sostituzzjoni bejn mudelli qodma u ġodda. B’riżultat ta’ dan, il-prezzijiet tal-BEVs mibjugħin f’perjodi ta’ żmien differenti jistgħu ma jkunux direttament komparabbli.

(399)

Barra minn hekk, ġie argumentat li f’każijiet fejn il-konsumaturi ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet għas-sussidju, il-produtturi rkupraw is-sussidju mill-konsumaturi, u b’hekk qajmu dubji dwar il-benefiċċju għall-produtturi.

(400)

Il-Kummissjoni nnotat li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li turi li l-programm kien imfassal biex jipprovdi sussidji lill-konsumaturi, bl-użu tal-produtturi tal-BEV bħala għodda sempliċi biex jiġu ttrasferiti dawk is-sussidji. Fil-fatt, l-evidenza wriet l-oppost. Kif deskritt fil-premessi minn (666) sa (671) tar-Regolament provviżorju, l-iżborżi pprovduti mill-GTĊ lill-produtturi tal-BEV fil-forma ta’ trasferimenti diretti ta’ flus kontanti kienu benefiċċju ċar u tanġibbli għall-produtturi tal-BEV, peress li kienu jikkostitwixxu trasferiment dirett ta’ riżorsi monetarji abbażi tal-attivitajiet ekonomiċi tal-produtturi. Għalkemm dan diġà ta benefiċċju minnu nnifsu, l-investigazzjoni żvelat ukoll li s-sussidju ma influwenzax il-prezzijiet finali tal-konsumatur. Minkejja li għadd ta’ fatturi seta’ kellhom rwol, l-analiżi wriet li l-prezz baqa’ l-istess fil-perjodu immedjat wara t-tneħħija tas-sussidju. Dan jindika li s-sussidju ma kellux impatt li seta’ jidher fuq il-prezz finali mħallas mill-klijenti sabiex is-sussidju nżamm mill-produtturi tal-BEV. Għaldaqstant, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(401)

Fir-rigward ta’ każijiet fejn il-produtturi setgħu rkupraw sussidji minħabba nuqqas ta’ konformità, il-Kummissjoni nnotat li, kif deskritt fil-premessi minn (665) sa (670) tar-Regolament provviżorju, il-produtturi stabbilew prezzijiet li ppermettewlhom jaqbdu s-sussidju sħiħ u l-konsumaturi ma bbenefikawx fil-forma ta’ prezzijiet aktar baxxi, u b’hekk għamlu l-asserzjoni irrilevanti. Barra minn hekk, din is-sitwazzjoni tagħti eżempju tal-istruttura fundamentali tal-iskema, li tqiegħed lill-produtturi fiċ-ċentru tal-politika u tipprijoritizza l-interessi tagħhom, bl-għan aħħari li tipprovdi appoġġ finanzjarju lil dawn l-entitajiet. Bl-istess mod, jekk il-benefiċjarju maħsub ikun il-konsumatur, ikun il-gvern li jkun responsabbli għall-irkupru tal-fondi. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li fil-qafas legali rilevanti ta’ dan il-programm, il-produtturi tal-BEV jintużaw mill-gvern bħala għodda biex jiġu pprovduti jew irkuprati l-ammonti mħallsa mill-gvern lill-produtturi tal-BEV. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(402)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CAAM tenniet li l-konsumaturi kienu l-benefiċjarji finali tal-iskema ta’ sussidju. Ġie argumentat li l-BEVs bi prezz stabbli wara t-tneħħija tas-sussidju ma jindikawx benefiċċju. Hija qalet b’mod speċifiku li ż-żamma tal-prezzijiet kif inhuma għal perjodu wara l-irtirar tas-sussidji għall-konsumatur hija prattika komuni. Barra minn hekk, hija nnotat li anke meta l-Gvern Ċiniż naqqas it-taxxi fuq l-akkwist tal-vetturi għall-konsumaturi, kienet prattika komuni għall-manifatturi li jkomplu jirreklamaw is-sussidji għal perjodu wara li kienu skadew l-inċentivi tal-gvern.

(403)

Il-Kummissjoni nnotat li l-argumenti tas-CAAM appoġġaw is-sejbiet tal-Kummissjoni, peress li pprovdew argument addizzjonali li l-ipprezzar tal-vetturi mill-manifatturi ma huwiex influwenzat mis-sussidju peress li l-prezzijiet jibqgħu l-istess, jiġifieri s-sussidju ma għandu l-ebda impatt evidenti fuq il-prezz finali mħallas mill-klijenti, u għalhekk is-sussidju jinżamm mill-produtturi tal-BEVs u ma jingħadda l-ebda benefiċċju lill-konsumaturi. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(404)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ tenna l-asserzjoni tiegħu li l-konsumaturi huma l-benefiċjarji finali tal-iskema ta’ sussidju u enfasizza li l-konsumaturi huma fiċ-ċentru tal-programm. B’mod partikolari, il-GTĊ asserixxa li dan kien stipulat fil-leġiżlazzjoni. It-tfassil tal-programm, li jinvolvi l-iżborżi ta’ flus direttament lill-produtturi, iqis il-kundizzjonijiet speċjali tas-suq fiċ-Ċina. Barra minn hekk, il-GTĊ innota li jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-programm ma jiġux issodisfati, l-ammont tal-pagament jitnaqqas kif xieraq.

(405)

Fir-rigward tal-kummenti tal-GTĊ, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni sostanzjata oħra, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni preċedenti tagħha, kif stabbilit fil-premessi minn (656) sa (661) tar-Regolament provviżorju u l-premessa (400) ta’ hawn fuq, li, filwaqt li jitqiesu n-natura, id-disinn u l-operat tal-iskema, il-produtturi huma r-riċevituri intenzjonati ta’ dan is-sussidju. Fir-rigward tat-tnaqqis fl-iżborżi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stipulati, il-Kummissjoni għamlet referenza għall-premessa (401) imsemmija hawn fuq ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li s-sempliċi fatt ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet inkwistjoni ma jimplikax bidla fil-benefiċjarji. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(406)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, is-CAAM ikkontestat it-trattament tas-sussidji għall-konsum bħala sussidji għall-produzzjoni, billi asseriet li l-Unjoni adottat standard doppju biex tiddefinixxi s-sussidji taċ-Ċina lill-konsumaturi bħala sussidji biex tippromwovi l-industrija tal-karozzi b’mod esaġerat.

(407)

L-asserzjoni mressqa mis-CAAM kienet ġenerika u mhux issostanzjata. Għalhekk, din ġiet miċħuda.

(408)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Tesla (Shanghai) u l-GTĊ asserew li l-programm kien diġà ġie tterminat f’Diċembru 2022 u, għalhekk, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda bażi legali biex timponi dazju antisussidji provviżorju għal din l-iskema.

(409)

Il-Kummissjoni nnotat, kif deskritt fil-premessi minn (662) sa (664) tar-Regolament provviżorju, li l-produtturi Ċiniżi tal-BEV komplew jibbenefikaw minn din l-iskema ta’ sussidju matul il-perjodu kollu ta’ investigazzjoni u se jkomplu jibbenefikaw minn trasferiment dirett ta’ flus kontanti taħt din l-iskema għal perjodu ta’ żmien estiż wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-kumpens ta’ din l-iskema huma ssodisfati. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(410)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tesla (Shanghai) tenniet li l-iskema ġiet itterminata u jenħtieġ li ma tiġix ikkumpensata. Bħala alternattiva, il-kumpanija sostniet li l-ammont massimu li l-Kummissjoni tista’ tikkumpensa għal Tesla Shanghai huwa l-ammont li l-kumpanija tista’ (potenzjalment) tirċievi fil-futur. Barra minn hekk, ġie argumentat li l-eżistenza ta’ skemi lokali simili għall-politika nazzjonali dwar is-sussidju fiskali ma għandha l-ebda effett fil-valutazzjoni tal-benefiċċju għal Tesla (Shanghai).

(411)

Il-Kummissjoni nnotat li l-benefiċċju kkumpensat huwa l-ammont reali ta’ sussidji żborżati mill-GTĊ lill-produtturi esportaturi matul il-PI, u tenniet il-konklużjoni preċedenti tagħha, kif stabbilit fil-premessi minn (662) sa (664) tar-Regolament provviżorju u l-premessa (409) ta’ hawn fuq. Fir-rigward tan-nuqqas ta’ valutazzjoni ta’ skemi simili għas-sussidju nazzjonali, il-Kummissjoni nnotat, kif huwa deskritt fil-premessa (664) tar-Regolament provviżorju li l-investigazzjoni żvelat li l-awtoritajiet lokali, taħt il-gwida diretta jew indiretta tal-GTĊ, stabbilew għadd kbir ta’ programmi simili, li wħud minnhom jixbhu ħafna l-iskema nazzjonali. Dawn l-inizjattivi lokali għandhom l-objettiv komuni li jinċentivaw il-produzzjoni tal-BEVs, li se jwassal għal appoġġ kontinwat lill-produtturi Ċiniżi tal-BEVs.

(b)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(412)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely u Tesla (Shanghai) asserew li l-fondi riċevuti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu assoċjati mal-bejgħ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni u, għalhekk, ma kinux soġġetti għal miżuri kumpensatorji. Jekk din l-iskema titqies bħala kumpensatorja, il-bażi għal din id-determinazzjoni jenħtieġ li tkun il-bejgħ relatat direttament mal-perjodu ta’ investigazzjoni.

(413)

Il-Kummissjoni nnotat, kif deskritt fil-premessa (672) tar-Regolament provviżorju, li d-diskrepanza temporali bejn il-bejgħ tal-BEVs u l-iżborż ta’ fondi tal-gvern, li l-produtturi ma jistgħux jipprevedu, toħloq inċertezza rigward iż-żmien tal-iżborżi. Din l-inċertezza tista’ testendi sa massimu ta’ 4 snin. B’riżultat ta’ dan, il-produtturi jirrealizzaw bis-sħiħ il-benefiċċju biss meta jirċievu l-iżborżi. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(414)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp SAIC asserixxa li l-Kummissjoni la indirizzat il-kummenti tiegħu rigward il-perjodu dwar l-attribuzzjoni tal-programm, u lanqas ma wieġbet għall-proposta tiegħu għal kalkolu alternattiv.

(415)

Il-Kummissjoni nnotat li l-istess kummenti ġew sottomessi minn partijiet differenti u ġew konfutati fil-premessi minn (412) sa (413) ta’ hawn fuq. Dawn il-premessi jipprovdu r-raġunament għat-twarrib tal-metodoloġija ta’ kalkolu proposta. Għaldaqstant, iż-żewġ asserzjonijiet ġew miċħuda.

(416)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tesla (Shanghai) tenniet l-asserzjoni tagħha li l-bażi għall-kalkolu tal-benefiċċju hija l-bejgħ ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u pprovdiet metodoloġija għalih.

(417)

Il-Kummissjoni, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni sostanzjata oħra, tenniet il-konklużjoni preċedenti tagħha, kif stabbilit fil-premessa (413) ta’ hawn fuq. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(418)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u Geely asserew li l-benefiċċji li jirriżultaw minn din l-iskema ta’ sussidju, jenħtieġ li ma jiġux allokati għall-esportazzjonijiet fuq il-premessa li s-sussidji ġew ipprovduti speċifikament għall-produzzjoni u għall-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, limitati għas-suq Ċiniż.

(419)

Il-Kummissjoni nnotat li, taħt din l-iskema, il-produtturi bbenefikaw minn trasferiment dirett ta’ fondi, li pprovda lill-kumpaniji b’riżorsi sostanzjali fil-forma ta’ flus kontanti li kienu kompletament għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-pagamenti tal-GTĊ kienu speċifikament ibbażati fuq il-bejgħ tal-BEVs taħt programm imfassal biex jappoġġa l-iżvilupp tal-industrija tal-BEV u indirizzat għall-produtturi tal-BEV. Konsegwentement, l-allokazzjoni ta’ dawn il-benefiċċji kienet ibbażata fuq il-fatturat totali tal-BEV. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(420)

Tesla (Shanghai) sostniet li, peress li l-ammont irreġistrat riċevut mill-kumpanija taħt din l-iskema huwa ttrattat bħala dħul taxxabbli, u għalhekk soġġett għat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu ta’ 15 % applikabbli għal Tesla (Shanghai) fl-2022, ikun hemm għadd doppju sal-punt li dan il-benefiċċju jitqies kemm taħt dan il-programm kif ukoll taħt il-programm ta’ taxxa fuq l-introjtu preferenzjali.

(421)

Il-kumpanija naqset milli tipprovdi evidenza pożittiva li t-taxxa mħallsa kienet marbuta direttament mar-rimborż riċevut taħt din l-iskema. Barra minn hekk, l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament bażiku ma jipprevedux għat-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu f’dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tal-benefiċċju jew tas-sussidju kumpensatorju. Għaldaqstant, l-argument li dan jikkostitwixxi għadd doppju tqies irrilevanti.

(422)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tesla (Shanghai) tenniet li t-taxxa fuq l-introjtu ta’ 15 % jenħtieġ li titnaqqas mill-benefiċċju totali peress li ttrattat id-dħul mis-sussidju fiskali bħala introjtu taxxabbli, soġġett għat-taxxa fuq l-introjtu korporattiva ta’ 15 % applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (PI). Tesla argumentat li kien hemm għadd doppju, peress li dan il-benefiċċju kien ikkunsidrat kemm taħt dan il-programm kif ukoll taħt il-programm ta’ taxxa fuq l-introjtu preferenzjali.

(423)

Il-Kummissjoni nnotat li t-tnaqqis mitlub ma jaqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji eliġibbli għat-tnaqqis mill-kalkolu tas-sussidju kif ġie spjegat fid-dettall fl-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku (62). Barra minn hekk, ir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu ma tapplikax fuq l-introjtu iżda pjuttost fuq l-introjtu taxxabbli kif ipprovdut mill-EIT, jiġifieri “l-introjtu totali tal-intrapriża f’kull sena tat-taxxa li minnu jitnaqqas l-introjtu mhux taxxabbli, l-introjtu eżentat mit-taxxa, tnaqqis varju u l-ammont permess ta’ telf fis-snin preċedenti li sar tajjeb għalih” (63). Dan it-tnaqqis jinkludi “Il-kostijiet, l-ispejjeż, it-taxxi, it-telf u nefqa raġonevoli oħra mġarrba fir-rigward tal-introjtu riċevut minn intrapriża jistgħu jitnaqqsu meta jiġi kkalkolat l-ammont taxxabbli tal-introjtu” (64). Barra minn hekk, ċerti spejjeż bħall-ispejjeż għar-R&Ż jibbenefikaw minn tnaqqis addizzjonali taħt ċerti kundizzjonijiet. Minħabba din ir-raġuni, introjtu speċifiku bħad-dħul mis-sussidju fiskali ma jistax jiġi separat mill-kalkolu tal-introjtu taxxabbli li jqis elementi oħrajn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li r-rata tat-taxxa fuq l-introjtu ta’ 15 % kienet tapplika biss meta jkun hemm introjtu taxxabbli pożittiv. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(424)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD sostna li l-proporzjon tas-sussidju fiskali għall-BEVs mas-sussidju fiskali totali riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni użat biex jiġi allokat il-prepagament lill-BEVs kien jenħtieġ li jiġi mmodifikat wara d-deċiżjonijiet ta’ saldu finali tal-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (“MIIT”) u tal-Ministeru għall-Finanzi (“MIF”). Il-Kummissjoni aċċettat din l-asserzjoni u rrevediet il-kalkolu.

(425)

Il-Grupp Geely asserixxa li xi sussidji attribwiti lil waħda mill-kumpaniji fil-grupp kienu diġà ġew ikkumpensati. Il-Kummissjoni aċċettat din l-asserzjoni u rrevediet il-kalkolu.

(426)

B’konsegwenza ta’ dan, il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ sussidju kif deskritt fil-premessa (675) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata u ġiet applikata għall-produttur esportatur li ngħata eżaminazzjoni individwali.

(427)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-konklużjonijiet fil-premessi minn (652) sa (676) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(428)

Ir-rata ta’ sussidju tal-Grupp SAIC u tal-Grupp Geely dwar il-politika tas-sussidju fiskali ġiet aġġornata bħala konsegwenza tal-korrezzjoni deskritta fil-premessi (652) u (654) ta’ dan ir-Regolament rispettivament.

(429)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u għall-produttur esportatur eżaminat individwali kienet kif ġej:

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Grupp BYD

2,01  %

Grupp Geely

1,94  %

Grupp SAIC

2,18  %

Tesla (Shanghai) (eżaminazzjoni individwali)

2,49  %

3.7.   Il-forniment ta’ prodotti u servizzi mill-gvern għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata (“LTAR”, “less than adequate remuneration”)

3.7.1.   L-għoti mill-gvern ta’ drittijiet tal-użu tal-art għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata

(430)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ, il-Grupp BYD, il-Grupp Geely u l-Grupp SAIC ma qablux mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-produtturi Ċiniżi tal-BEV ibbenefikaw mill-forniment tal-art għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata.

(431)

Il-GTĊ allega li l-Kummissjoni sempliċiment stqarret li l-art fiċ-Ċina kontinentali hija proprjetà tal-Istat jew proprjetà kollettiva, u dan ma huwiex prova tal-eżistenza ta’ kontribuzzjoni u benefiċċju finanzjarji. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-fehim ta’ “kollettiv” innotat mill-Kummissjoni fil-premessa (677) tar-Regolament provviżorju, “kollettiv” ma jfissirx li huwa magħmul minn villaġġi jew bliet żgħar, iżda minn persuni li jaħdmu.

(432)

Fil-premessa (677) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni pprovdiet introduzzjoni għas-sistema tad-drittijiet tal-użu tal-art użata fir-RPĊ. Għall-kuntrarju tal-kummenti mill-GTĊ, din il-parti ma hijiex maħsuba biex turi waħedha l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja u benefiċċju. Fi kwalunkwe każ, il-GTĊ ma pprovda l-ebda evidenza li tikkontradixxi l-istqarrijiet magħmula fil-premessa (677) tar-Regolament provviżorju, jiġifieri li l-art kollha fir-RPĊ hija proprjetà jew tal-Istat jew ta’ kollettiv.

(a)   bażi legali

(433)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ allega li huwa biss meta jiġi stabbilit li l-prezzijiet fil-pajjiż tal-għoti tad-drittijiet tal-użu tal-art huma distorti minħabba intervent governattiv, li l-Kummissjoni tista’ tirrikorri għal parametru referenzjarju barra mill-pajjiż. Skont il-GTĊ, diversi mid-dokumenti leġiżlattivi ma kinux fis-seħħ fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni bbażat fuq bażi legali mhux korretta u ma bbażatx id-“determinazzjoni tagħha fuq evidenza pożittiva”.

(434)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li l-GTĊ ma pprovda l-ebda evidenza li d-dokumenti leġiżlattivi msemmija ma kinux effettivi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tieni, il-GTĊ lanqas ma wera li s-sustanza ta’ dawn id-dokumenti li allegatament ġew sostitwiti nbidlet. It-tielet, il-GTĊ ma qajjimx dubju dwar l-applikazzjoni tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina msemmija fil-premessa (679) tar-Regolament provviżorju.

(435)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ allega li wera li l-liġijiet li l-Kummissjoni użat bħala bażi ma kinux fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjoni tal-Kummissjoni li l-GTĊ ma pprovdiex evidenza li dawk id-dokumenti ma kinux effettivi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni hija fattwalment żbaljata.

(436)

Madankollu, il-Kummissjoni ssostni li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza biex turi li t-testi inkwistjoni ma kinux fis-seħħ. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni fuq inizjattiva proprja sabet evidenza li l-Liġi dwar il-Proprjetà fil-fatt ġiet irrevokata fl-2021. (65) Madankollu, id-dispożizzjonijiet tagħha ġew inkorporati fl-Artikoli 205-462 tal-Kodiċi Ċivili li daħal fis-seħħ f’Jannar 2021. Il-Kodiċi Ċivili ma introduċa l-ebda tibdil sostanzjali fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-art (ara b’mod partikolari l-Artikoli 246, 260-261 u 330-361 tal-Kodiċi Ċivili). Għalhekk, l-argument li sar mill-GTĊ kien purament formalistiku. Konsegwentement, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(437)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja skont il-GTĊ, ma tressqet l-ebda evidenza mill-Kummissjoni f’każijiet preċedenti li s-sistema tal-irkant fiċ-Ċina kontinentali ma kinitx trasparenti u mhux ċara u li bbażat fuq każijiet antiki u prodotti kompletament differenti mingħajr ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni jew evidenza tad-distorsjoni preżunta. Il-Kummissjoni allegatament użat l-istess stqarrija u bniet linja ta’ ġurisprudenza fin-nuqqas ta’ evidenza. Il-GTĊ allega wkoll li l-Kummissjoni la spjegat dak li investigat fir-rigward tas-suq tad-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina kontinentali, u lanqas il-bidliet li sabet. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-prezzijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art ġew stabbiliti b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet ma kienet appoġġata minn ebda evidenza b’mod ġenerali u minn każijiet li jappartjenu għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għall-GTĊ, il-prezz miksub eventwalment fil-proċess tal-offerti jirrifletti kemm id-domanda kif ukoll il-provvista.

(438)

Il-Grupp Geely allega li r-Regolament provviżorju ma jinkludi l-ebda indikazzjoni jew raġunament ċar dwar għaliex jew kif it-Taipei Ċiniż huwa valur referenzjarju xieraq ħlief biex jinnota li ntuża f’ċerti investigazzjonijiet preċedenti.

(439)

Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li s-sejbiet li saru f’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti u reċenti kienu ssostanzjati b’mod adegwat u huma relatati mal-istess programmi ta’ sussidju bħal dawk imsemmija f’din l-investigazzjoni. Pereżempju, il-Kummissjoni sabet fil-każ tal-AFC li għall-biċċiet ta’ art li ġew ipprovduti permezz ta’ offerti, kien hemm offerent wieħed biss għall-art f’kull każ, u l-prezz imħallas kien jikkorrispondi għall-prezz tal-bidu tal-proċess tal-offerti. F’kull waħda minn dawn l-investigazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni bbażat fuq qafas ġuridiku simili li jirregola d-drittijiet tal-użu tal-art fir-RPĊ u b’mod partikolari fuq il-fatt li l-awtoritajiet lokali jistabbilixxu l-prezzijiet tal-art skont is-sistema ta’ evalwazzjoni tal-art urbana u l-politika industrijali tal-gvern. Fil-premessa (682) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni fakkret li l-investigazzjoni kurrenti ma wriet l-ebda bidla notevoli f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-GTĊ naqas milli jipprovdi evidenza li turi kontinwazzjoni ta’ din il-politika. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni sabet li għall-Grupp BYD, għall-Grupp Geely, għall-Grupp SAIC u għal Tesla (Shanghai), it-tranżazzjonijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art kienu jikkorrispondu għal: (i) tranżazzjonijiet, allokazzjonijiet jew trasferimenti b’xejn, (ii) prezzijiet tat-tranżazzjonijiet li jikkorrispondu għall-prezz tal-bidu tal-offerti, (iii) prezzijiet tat-tranżazzjonijiet li jikkorrispondu għall-garanzija li trid titħallas biex entità tieħu sehem fl-offerti jew (iv) ftehimiet ta’ investiment speċifiċi mal-muniċipalità(jiet) lokali li kienu jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-allokazzjoni tal-art. Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ċaħdet dawk l-asserzjonijiet.

(440)

Il-GTĊ argumenta li l-istqarrija tal-Kummissjoni fil-premessa (682) tar-Regolament provviżorju li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kisbu drittijiet tal-użu tal-art bil-prezzijiet stabbiliti mill-awtoritajiet lokali fil-proċeduri tal-offerti, hija nieqsa minn bażi fattwali.

(441)

Madankollu, kif diġà ssemma fil-premessa (438) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha evidenza ta’ din l-istqarrija permezz tad-dokumenti ta’ tranżazzjoni tal-Grupp BYD, tal-Grupp Geely, tal-Grupp SAIC u ta’ Tesla (Shanghai).

(442)

Skont il-GTĊ, hemm suq sekondarju tad-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina kontinentali li l-Kummissjoni ma investigatx.

(443)

Madankollu, il-GTĊ ma kellu l-ebda evidenza li xi suq allegat tad-drittijiet tal-użu tal-art sekondarja ntuża mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(444)

Il-GTĊ qies li s-sejba tal-Kummissjoni dwar l-ispeċifiċità hija inkoerenti minħabba li jekk l-analiżi tal-ispeċifiċità tal-Kummissjoni kellha tkun korretta u kienu biss il-produtturi minn xi industriji li kisbu drittijiet tal-użu tal-art bi prezzijiet preferenzjali, allura kien jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-prezzijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art ta’ kumpaniji minn setturi oħrajn biex tivvaluta l-eżistenza tal-allegat sussidju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tagħmel valutazzjoni motivata u oġġettiva tal-ispeċifiċità skont l-Artikoli 4.2(a) u 4.2(c) tar-Regolament bażiku minħabba li ma stabbilietx kif l-aċċess għall-forniment preferenzjali allegat tad-drittijiet tal-użu tal-art huwa espliċitament limitat għal ċerti intrapriżi jew setturi.

(445)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-ebda parti ma pprovdiet evidenza ta’ parametru referenzjarju għall-prezzijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art għal setturi ħielsa minn intervent mill-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni pprovdiet il-qafas leġiżlattiv li skontu, l-awtoritajiet lokali jistabbilixxu l-prezz tal-art skont is-sistema ta’ evalwazzjoni tal-art urbana li tiġi aġġornata kull 3 snin, u l-politika industrijali tal-gvern. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tikkonferma din is-sejba abbażi tad-dokumenti tat-tranżazzjoni pprovduti mill-Grupp SAIC li skonthom “il-kundizzjoni ta’ aċċess industrijali tappartjeni għall-industrija tal-manifattura tal-karozzi; din hija konformi mal-proġetti mħeġġa u permessi fil-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali”. Għalhekk, id-dokumenti disponibbli għall-Kummissjoni jikkonfermaw li l-appartenenza għall-industrija tal-manifattura tal-karozzi hija kundizzjoni biex entità tipparteċipa fil-proċedura ta’ offerti għad-drittijiet tal-użu tal-art.

(446)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ ikkummenta li huwa f’idejn il-Kummissjoni bħala l-awtorità investigattiva li tistabbilixxi l-ispeċifiċità, u mhux għall-GTĊ u għal partijiet interessati oħrajn li jirribattu preżunzjoni negattiva. Huwa rrefera wkoll għall-Kawża C-559/12 P (66) u ddikjara li l-Kummissjoni hija meħtieġa tiġbor l-informazzjoni kollha li għandha bżonn biex tinforma bil-valutazzjoni tagħha dwar jekk l-allegat sussidju huwiex speċifiku.

(447)

Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet li saru mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda preżunzjoni negattiva biex tistabbilixxi l-ispeċifiċità tal-iskema. Kif huwa ddikjarat b’mod ċar fil-premessa (686) tar-Regolament provviżorju, l-iskema titqies speċifika minħabba li d-dispożizzjoni preferenzjali dwar l-art hija limitata għal kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, f’dan il-każ, l-industrija tal-BEVs. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(448)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna wkoll li l-analiżi tal-benefiċċji tal-Kummissjoni ma hijiex iġġustifikata u hija bbażata fuq parametru referenzjarju mhux xieraq. Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni hija inkoerenti meta tikkonferma li d-dispożizzjoni ta’ drittijiet tal-użu tal-art huwa speċifiku u, fl-istess ħin, tirrifjuta l-argument li l-Kummissjoni setgħet użat parametri referenzjarji fil-pajjiż li jirriżultaw mill-prezzijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art ta’ kumpaniji minn setturi oħrajn li ma jibbenefikawx minn dan l-allegat sussidju, li hemm ħafna x’tagħżel minnhom.

(449)

Madankollu, il-Kummissjoni tonqos milli tara l-inkoerenza msemmija mill-GTĊ. Kif intqal fil-premessa (445) hawn fuq, il-Kummissjoni sempliċement stqarret li l-ebda parti ma pprovdiet evidenza ta’ parametru referenzjarju għall-prezzijiet tad-dritt tal-użu tal-art għal setturi ħielsa minn intervent mill-Istat. Minbarra li sempliċiment iddikjara li hemm ħafna parametri referenzjarji minn liema wieħed jista’ jagħżel, il-GTĊ naqas milli jirribatti s-sejbiet tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, jidher li l-GTĊ iħawwad l-analiżi tal-ispeċifiċità tal-Kummissjoni, li permezz tagħha, il-Kummissjoni wriet li l-industrija tal-BEV qiegħda tibbenefika minn drittijiet tal-użu tal-art b’remunerazzjoni anqas minn adegwata u mill-analiżi tal-benefiċċju skont l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku li permezz tiegħu, il-Kummissjoni qieset li l-leġiżlazzjoni Ċiniża li tirregola l-użi tal-art qiegħda tfixkel is-suq tad-drittijiet tal-użu tal-art u ma hijiex soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-suq. Il-fatt li s-sistema tad-drittijiet tal-użu tal-art kollha kemm hi ma hijiex qiegħda tiffunzjona bħala suq ħieles ma jwaqqafx lill-GTĊ milli jagħti lil industriji speċifiċi drittijiet tal-użu tal-art b’remunerazzjoni anqas minn dik adegwata. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(c)   Konklużjoni

(450)

Il-kummenti tal-GTĊ dwar il-konklużjoni li l-għoti tad-dritt għall-użu tal-art mill-GTĊ jenħtieġ li jitqies bħala sussidju ġew indirizzati flimkien mal-kummenti dwar is-sejbiet tal-investigazzjoni fil-premessi minn (437) sa (442) ta’ dan ir-Regolament.

(d)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(451)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ allega li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Taipei Ċiniż huwa valur referenzjarju estern xieraq ma hijiex ibbażata fuq evidenza pożittiva u li l-prezzijiet tal-art fit-Taipei Ċiniż ma humiex relatati “mal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fil-pajjiż ta’ provvista”. Il-GTĊ stqarr li l-Kummissjoni sempliċiment telenka ċerti indikaturi mingħajr data jew evidenza ta’ sostenn u talab lill-Kummissjoni tipprovdi data addizzjonali dwar il-livell ta’ żvilupp ekonomiku, il-grad ta’ infrastrutturi industrijali, id-densità tal-popolazzjoni u s-similaritajiet bejn it-tip ta’ art u t-tranżazzjonijiet użati għall-bini tal-valur referenzjarju rilevanti, fiċ-Ċina u fit-Taipei Ċiniż. Huwa jsemmi wkoll li d-densitajiet tal-popolazzjoni fiċ-Ċina kontinentali u fit-Taipei Ċiniż huma differenti ħafna.

(452)

Fir-rigward tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku u l-grad ta’ infrastrutturi industrijali, il-Kummissjoni sabet li l-biċċa l-kbira tal-entitajiet fi ħdan il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu jinsabu fil-parti tal-Lvant tar-RPĊ, f’żoni żviluppati b’PDG għoli fi provinċji b’densità għolja ta’ popolazzjoni madwar Shanghai u Shenzhen, li kienu simili għal dawk tat-Taipei Ċiniż.

(453)

Fir-rigward tas-similaritajiet bejn it-tip ta’ art u t-tranżazzjonijiet użati għall-kostruzzjoni tal-parametru referenzjarju rilevanti, il-Kummissjoni enfasizzat f’dan ir-rigward li fiż-żewġ każijiet, it-tranżazzjonijiet jikkonċernaw art industrijali ta’ ċertu daqs li tinsab f’żoni industrijali.

(454)

Fir-rigward tad-densità tal-popolazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-GTĊ qabbel iċ-ċifri tad-densità tal-popolazzjoni fil-livell tal-pajjiż kollu. Meta wieħed iħares aktar mill-qrib lejn id-densità tal-popolazzjoni tal-postijiet attwali tal-produtturi esportaturi, jidher li ċ-ċifri tad-densità tal-popolazzjoni huma fil-fatt pjuttost simili jew ogħla, pereżempju għar-reġjun ta’ Shanghai fejn jinsabu xi wħud mill-entitajiet tal-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u Tesla (Shanghai), id-densità hija aktar minn 3 900 abitant/km kwadru (67) li hija kważi sitt darbiet aktar mid-densità tal-popolazzjoni tat-Taipei Ċiniż.

(455)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ iddikjara, l-ewwel nett, li diversi entitajiet fi ħdan il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma jinsabux fil-parti tal-Lvant taċ-Ċina kontinentali. Pereżempju, xi wħud jinsabu f’Xi’an u f’Hunan. Billi għażlet lil Shanghai u lil Shenzhen, il-Kummissjoni tirreferi għal tnejn mill-ibliet l-aktar żviluppati fiċ-Ċina kontinentali, li ma humiex komparabbli mal-parti l-kbira tal-provinċji fejn jinsabu l-produtturi tal-BEV. It-tieni, il-GTĊ jinnota li l-provinċji l-oħrajn kollha fejn jinsabu l-produtturi tal-BEV, minn Shanghai, huma ferm inqas popolati mit-Taipei Ċiniż. Il-GTĊ ikkummenta wkoll li hemm differenzi kbar bejn il-prezz tad-drittijiet tal-użu tal-art bejn provinċji u bliet speċifiċi fiċ-Ċina kontinentali u li, minbarra l-kwistjoni tan-nuqqas ta’ komparabbiltà, prezz referenzjarju medju wieħed għall-art fit-Taipei Ċiniż ma jistax ikun relatat mas-suq prevalenti fiċ-Ċina kontinentali kollha.

(456)

Madankollu, il-Kummissjoni qatt ma asseriet li l-produtturi kollha tal-BEV kienu jinsabu fil-parti tal-Lvant tar-RPĊ. Minflok, il-Kummissjoni spjegat li l-biċċa l-kbira tal-entitajiet fi ħdan il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu jinsabu fil-parti tal-Lvant tar-RPĊ, f’żoni żviluppati b’PDG għoli fi provinċji b’densità għolja ta’ popolazzjoni madwar Shanghai u Shenzhen. Pereżempju, minn seba’ faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-Grupp Geely, erbgħa jinsabu f’Zhejiang, u waħda f’Jiangsu, żewġ provinċji kostali qrib Shanghai. Bl-istess mod, mit-tmien faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-grupp BYD, faċilità ta’ produzzjoni minnhom tinsab fi Guangdong, waħda f’Jiangsu, waħda f’Anhui, waħda f’Shandong u waħda f’Fujian. Fl-aħħar nett, mill-anqas tlieta mill-faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-SAIC jinsabu direttament f’Shanghai. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-provinċji għandhom PDG per capita għoli u livelli ta’ densità li huma komparabbli ma’ dawk tat-Taipei Ċiniż. Id-densità tal-popolazzjoni ta’ Jiangsu, Guangdong, Shandong hija saħansitra superjuri għal dik tat-Taipei Ċiniż. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenfasizza li l-faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-BEV spiss ikunu jinsabu fi bliet li għandhom livell ferm ogħla ta’ PDG per capita u densità mill-medja tal-provinċja. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet huma miċħuda.

(457)

Il-GTĊ u l-Grupp Geely allegaw ukoll li t-Taipei Ċiniż ma huwiex valur referenzjarju xieraq minħabba li, fost l-oħrajn, fiċ-Ċina kontinentali, jiġi ttrasferit biss dritt għall-użu tal-art filwaqt li fit-Taipei Ċiniż tiġi ttrasferita wkoll is-sjieda attwali tal-art. Barra minn hekk, skont il-GTĊ, il-Kummissjoni tidher li tirrikonoxxi li d-densità tal-popolazzjoni u l-grad tal-infrastruttura industrijali ma humiex kompletament komparabbli bejn iċ-Ċina kontinentali u t-Taipei Ċiniż. Għalhekk, bħala medja, il-prezz referenzjarju għall-art fit-Taipei Ċiniż ma jistax jirrelata u ma huwiex relatat mas-suq prevalenti fiċ-Ċina kontinentali. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-art użati għat-Taipei Ċiniż użati mill-Kummissjoni jinkludu kemm il-prezzijiet tal-art kummerċjali kif ukoll dawk industrijali.

(458)

Il-Grupp SAIC argumenta li t-Taipei Ċiniż ma kienx parametru referenzjarju estern xieraq għad-drittijiet tal-użu tal-art u minflok ippropona li jintużaw il-parametri referenzjarji fil-Malażja u fit-Tajlandja. Il-Grupp SAIC sostna li fir-rigward tat-Taipei Ċiniż:

il-prezzijiet tal-art kienu distorti u esaġerati ħafna;

kellu tip differenti ta’ użi mill-art industrijali użata mill-Grupp SAIC;

il-prezzijiet tal-art kienu distorti minħabba n-nuqqas ta’ art tiegħu;

kien differenti ħafna f’termini ta’ ġeografija u livell ekonomiku;

il-PDG u l-istruttura ekonomika ma kinux komparabbli ma’ dawk fiċ-Ċina kontinentali.

(459)

Il-Grupp Geely allega li r-rilevanza ta’ fatturi bħall-prossimità fiżika u d-demografija kondiviża bejn iċ-Ċina u t-Taipei Ċiniż għall-għażla tal-parametru referenzjarju ma hijiex ċara. Barra minn hekk, l-implikazzjoni li l-iżvilupp ekonomiku, il-PDG u l-istruttura tat-Taipei Ċiniż huma komparabbli ma’ ħafna provinċji u bliet fiċ-Ċina hija nieqsa mill-kredibbiltà minħabba differenzi sinifikanti bejniethom, b’mod partikolari fir-rigward tal-bliet fejn joperaw il-produtturi esportaturi tal-Grupp Geely. Fl-aħħar nett, skont il-Grupp Geely, il-kalkoli ma qisux id-differenzi sinifikanti fil-prezzijiet f’żoni differenti tat-Taipei Ċiniż u kif dawn kellhom impatt fuq il-parametraġġ referenzjarju.

(460)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-għażla tat-Taipei Ċiniż bħala parametru referenzjarju kienet ibbażata fuq l-eżami ta’ diversi fatturi elenkati fil-premessa (688) tar-Regolament provviżorju. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li anke li kieku kien hemm ċerti differenzi fil-kundizzjonijiet tas-suq bejn id-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina kontinentali u l-bejgħ tal-art fit-Taipei Ċiniż, dawn ma jkunux ta’ tali natura li jinvalidaw l-għażla tat-Taipei Ċiniż bħala parametru referenzjarju validu.

(461)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni injorat distinzjoni kritika li taffettwa l-komparabbiltà, jiġifieri li fiċ-Ċina kontinentali, id-dritt tal-użu tal-art biss jiġi ttrasferit għal snin speċifiċi filwaqt li fit-Taipei Ċiniż, is-sjieda tal-art nnifisha tiġi ttrasferita. Il-GTĊ ikkummenta wkoll li ma hemm l-ebda evidenza li l-Kummissjoni qieset (jiġifieri, evalwat) dawn id-differenzi u l-impatt tagħhom fuq il-prezzijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art.

(462)

Madankollu, il-Kummissjoni bbażat fuq il-parametru referenzjarju li kien meqjus bħala l-aktar xieraq, anke meta jitqiesu d-differenzi bejn il-kundizzjonijiet tas-suq. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika xi parametru referenzjarju jew metodu ta’ aġġustament adegwat ieħor li jkun jirrifletti b’mod adegwat dawn id-differenzi fil-kundizzjonijiet tas-suq. Hija tinnota wkoll li l-GTĊ ma setax ukoll jippreżenta parametru referenzjarju affidabbli li jirrifletti d-differenza bejn id-drittijiet tal-użu tal-art u d-drittijiet tal-proprjetà. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(463)

Minflok, il-Grupp SAIC ippropona li juża l-prezzijiet tal-art tal-Malażja jew tat-Tajlandja bħala għażliet alternattivi ta’ parametru referenzjarju minħabba l-adegwatezza tagħhom fuq it-Taipei Ċiniż għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-Malażja u t-Tajlandja, it-tnejn li huma jinsabu fl-Asja tax-Xlokk, huma wkoll fil-prossimità ġeografika għaċ-Ċina kontinentali.

Iż-żewġ pajjiżi huma fil-livell komparabbli ta’ żvilupp ekonomiku, PDG u struttura ekonomika għaċ-Ċina kontinentali, peress li l-Malażja u t-Tajlandja huma kklassifikati mill-Bank Dinji fl-istess grupp ta’ pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” bħaċ-Ċina kontinentali.

Hemm rabtiet ekonomiċi u kummerċ transfruntier robusti bejn dawn iż-żewġ pajjiżi tal-ASEAN u ċ-Ċina kontinentali.

Hemm data disponibbli relatata mal-prezzijiet tal-art fit-Tajlandja u fil-Malażja li hija xierqa biex tintuża bħala parametru referenzjarju. B’mod partikolari, id-data disponibbli mill-Malażja hija aktar reċenti mill-prezzijiet tal-2013 tat-Taipei Ċiniż, li ntużaw mill-Kummissjoni.

Fl-investigazzjonijiet kumpensatorji tal-passat, id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti uża l-prezzijiet tal-art fil-Malażja u fit-Tajlandja bħala l-parametru referenzjarju għad-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina.

(464)

Wara kunsiderazzjoni tal-asserzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-għażla tat-Taipei Ċiniż bħala parametru referenzjarju estern xieraq kienet ibbażata fuq l-eżaminazzjoni ta’ diversi fatturi elenkati fil-premessa (688) tar-Regolament provviżorju li ġġustifika l-għażla tagħha bħala parametru referenzjarju validu. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-istqarrija magħmula minn SAIC, il-Kummissjoni ma użatx il-prezzijiet tal-2013, iżda minflok użat il-prezzijiet annwali attwali mill-2013. Għas-snin ta’ qabel l-2013, il-Kummissjoni għamlet aġġustament għad-data tal-2013 abbażi tat-tkabbir ekonomiku fit-Tajwan. B’kuntrast għal dan, id-data tas-SAIC tkopri biss sena iżolata mill-bogħod (2010) għat-Tajlandja u s-sena 2022 għall-Malażja. Il-Kummissjoni teħtieġ data storika biex tivvaluta l-prezzijiet tad-dritt għall-użu tal-art u ma tistax tibbaża fuq sena waħda minħabba li d-drittijiet kollha għall-użu tal-art ma ġewx akkwistati fuq sena waħda. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku, SAIC qabblet biss it-Tajlandja, il-Malażja u ċ-Ċina mal-pajjiż kollu. Minflok, il-Kummissjoni qabblet iż-żoni industrijali fit-Tajwan mal-provinċji industrijali rilevanti fiċ-Ċina. Abbażi ta’ dan, din l-asserzjoni kellha tiġi miċħuda.

(465)

B’konsegwenza ta’ dan, il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ sussidju kif deskritta fil-premessi minn (687) sa (689) tar-Regolament provviżorju ġiet ikkonfermata u ġiet applikata għall-produttur esportatur li ngħata eżaminazzjoni individwali.

(466)

Ir-rata ta’ sussidju tal-Grupp SAIC u tal-Grupp Geely rigward il-forniment mill-gvern ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata ġiet aġġornata bħala konsegwenza tal-korrezzjoni deskritta fil-premessi (652) u (654) ta’ dan ir-Regolament rispettivament.

(467)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u għall-kumpanija li rċeviet eżami individwali tammonta għal:

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Il-Grupp BYD

1,20  %

Il-Grupp Geely

0,82  %

Il-Grupp SAIC

0,65  %

Tesla (Shanghai) (eżaminazzjoni individwali)

0,05  %

3.7.2.   Il-forniment ta’ batteriji u inputs ewlenin mill-gvern għall-produzzjoni ta’ batteriji (jiġifieri fosfat tal-ħadid tal-litju) għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata

(a)   Introduzzjoni

(468)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, is-sejbiet fil-premessi minn (691) sa (695) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(b)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u użu tal-fatti disponibbli

(469)

Il-kummenti riċevuti mill-GTĊ u mill-Grupp SAIC dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-użu tal-fatti disponibbli ġew indirizzati fit-Taqsima 3.3.1.2. Ma wasal l-ebda kumment ulterjuri f’dan ir-rigward biex b’hekk il-konklużjonijiet li saru fil-premessi minn (696) sa (700) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.7.2.1.   Il-forniment ta’ batteriji mill-gvern għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata

3.7.2.1.1.   Kontribuzzjoni finanzjarja

(a)   Produtturi tal-batteriji li jaġixxu bħala “korpi pubbliċi”

(470)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ sostna li ma kienet teżisti l-ebda liġi jew li ma kien jeżisti l-ebda regolament li jirrikjedi l-provvista ta’ batteriji jew LFP għal LTAR. Barra minn hekk, il-GTĊ żied li kważi d-dokumenti kollha ċċitati mill-Kummissjoni huma pjanijiet mhux obbligatorji li ma fihomx mezzi speċifiċi għall-implimentazzjoni, li l-Kummissjoni ħadet il-kontenut tal-liġijiet u l-pjanijiet tal-GTĊ, kif ukoll rapporti tal-aħbarijiet, barra mill-kuntest, u li għalhekk ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni jew kriterju biex jagħti prova tal-eżistenza ta’ sussidju kumpensatorju. Dawn l-asserzjonijiet ġew imtennija wara d-divulgazzjoni finali.

(471)

Il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li, minħabba r-rifjut mill-GTĊ li jikkoopera dwar l-elementi rilevanti elenkati fit-Taqsima 3.3.1.2 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar il-materjali ta’ input.

(472)

Kif diġà spjegat fid-dettall fil-premessi minn (197) sa (203) u fit-Taqsima 3.7.2.1.2(a) tar-Regolament provviżorju, l-Istat u s-CCP jeżerċitaw influwenza deċiżiva fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi u fuq il-prezzijiet tagħhom, u jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ kontroll sħiħ fuq il-fergħat leġiżlattivi, eżekuttivi, kif ukoll ġudizzjarji tal-apparat tal-Istat (il-premessa (201) tar-Regolament provviżorju), u permezz ta’ sistema elaborata ta’ pjanijiet li jistabbilixxu prijoritajiet u jippreskrivu l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali jridu jiffokaw fuqhom (il-premessa (202) tar-Regolament provviżorju). L-asserzjoni tal-GTĊ li kważi d-dokumenti kollha ċċitati mill-Kummissjoni ma humiex obbligatorji tmur kontra l-fatt li l-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma, fil-fatt, ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell aktar baxx korrispondenti tal-gvern, u b’hekk jixprunaw ir-riżorsi għal setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq. Kif diġà spjegat fil-premessa (202) tar-Regolament provviżorju, l-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. In-natura vinkolanti tal-pjanijiet hija koperta wkoll b’mod estensiv fit-Taqsima 4.3.1 tar-Rapport dwar iċ-Ċina (68); L-Artikolu 89 tal-Kostituzzjoni Ċiniża (69) jirrikjedi li l-Kunsill tal-Istat ifassal u jimplimenta pjanijiet għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u għall-baġits tal-Istat, filwaqt li l-Liġi Organika tal-Kungressi Lokali tal-Poplu u tal-Gvernijiet Lokali tal-Poplu tar-RPĊ (70) tobbliga lill-awtoritajiet imsemmija jimplimentaw il-Pjanijiet ta’ 5 Snin (l-Artikoli 11, 12, 50, 73 u 76). Għalhekk, l-asserzjoni li, pereżempju, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Batteriji tal-2017 huwa sempliċiment pjan ta’ għan ta’ żvilupp, u mhux politika ta’ kontroll tal-prezzijiet, tqieset bħala fattwalment mhux korretta, peress li l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Batteriji tal-2017 huwa l-ewwel u qabel kollox adottat biex jimplimenta l-“Avviż tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Ħruġ tal-Pjan ta’ Żvilupp għall-Industrija tal-Vetturi li Jiffrankaw l-Enerġija u tal-Vetturi li Jaħdmu bl-Enerġija Ġdida (2012-2020)” (Guofa [2012] Nru 22) u l-“Opinjonijiet ta’ Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aċċellerazzjoni tal-Promozzjoni u l-Applikazzjoni ta’ Vetturi li Jaħdmu bl-Enerġija Ġdida” (Guobanfa [2014] Nru 35), u fih ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-ipprezzar ta’ batteriji għal kull kw/h (il-premessi (710) u (746) tar-Regolament provviżorju).

(473)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-istqarrija tal-GTĊ li hija ħadet il-kontenut tal-liġi, tal-pjanijiet u tar-rapporti tal-aħbarijiet barra mill-kuntest. Is-sejbiet dwar il-korp pubbliku u dwar l-inkarigu u d-direzzjoni huma r-riżultat ta’ analiżi fil-fond ibbażata fuq il-fatti ta’ evidenza oġġettiva estensiva, inklużi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti oħrajn ta’ politika uffiċjali ppubblikati mill-GTĊ, rapporti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn, li ġew irreferenzjati u appoġġati kif xieraq minn kwotazzjonijiet li jikkuntestwalizzaw il-kontenut tad-dokumenti. Il-GTĊ asserixxa li l-Liġi dwar ir-Riżorsi Minerali u r-Regoli għall-Implimentazzjoni tagħha huma rekwiżiti ġenerali u jipprovdu biss gwida lill-GTĊ fil-formulazzjoni tal-politiki, iżda ma jagħtux lill-GTĊ setgħa bla limitu fuq ir-riżorsi proprji tiegħu; madankollu, dan jikkontradixxi l-kontenut proprju tal-Artikolu 3, li jgħid verbatim li “l-Kunsill tal-Istat jirrappreżenta lill-Istat biex jesegwixxi s-sjieda fuq ir-riżorsi minerali. Il-Kunsill tal-Istat jawtorizza lid-dipartiment kompetenti tal-Kunsill tal-Istat għall-ġeoloġija u l-minerali biex jimponi kontroll unifikat fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi minerali fil-pajjiż kollu” (71). Barra minn hekk, il-GTĊ asserixxa li l-istqarrijiet tal-istampa mogħtija mill-MIIT imsemmija fil-premessa (751) tar-Regolament provviżorju ttieħdu barra mill-kuntest, peress li l-GTĊ ma interveniex fl-iffissar tal-prezzijiet, peress li pprova biss jindirizza l-ogħla livell fil-prezzijiet globali tal-joni tal-litju billi espanda l-provvista upstream u ġġieled il-kompetizzjoni inġusta. Madankollu, bħalma l-GTĊ ammetta hu stess fl-istqarrija tiegħu, l-għan li “jiggwida b’mod konġunt il-prezz tal-melħ tal-litju biex jerġa’ lura għal livell razzjonali” ma huwiex sempliċiment prinċipju ta’ gwida ġenerali, iżda intervent għall-iffissar tal-prezzijiet maħsub biex iġib lura l-prezzijiet tal-litju għal “livell razzjonali”, peress li l-MIIT u assoċjazzjonijiet oħrajn tal-industrija kienu allegatament involuti bis-sħiħ fl-ilħuq ta’ dan l-għan. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(474)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni rrappreżentat ħażin l-argumenti tagħha, billi fil-premessa (473) ta’ dan ir-Regolament, il-GTĊ ma ammettiex li l-għan li “jiggwida b’mod konġunt il-prezz tal-melħ tal-litju biex jerġa’ lura għal livell razzjonali” kien l-iffissar tal-prezzijiet. Il-GTĊ iddikjara li “fil-kuntest tal-ogħla livell fil-prezzijiet globali tal-joni tal-litju f’dak iż-żmien, kif ukoll fl-attivitajiet ta’ kompetizzjoni inġusta bħal xiri spekulattiv, akkwist għaż-żamma preventiva... il-GTĊ ipprova jindirizza l-problema billi espanda l-provvista upstream, u ġġieled il-kompetizzjoni inġusta, iżda ma intervjeniex fl-iffissar tal-prezzijiet”. Barra minn hekk, il-GTĊ qal ukoll li l-Kummissjoni ma kkwotat l-ebda evidenza biex tappoġġa l-fehma tagħha li kien hemm “intervent għall-iffissar tal-prezzijiet maħsub biex ireġġa’ lura l-livell razzjonali”, u li l-Kummissjoni ma kkwotat l-ebda bażi fattwali jew legali biex tappoġġa l-asserzjoni tagħha li “l-MIIT u assoċjazzjonijiet oħrajn tal-industrija kienu allegatament involuti bis-sħiħ fil-kisba ta’ dan l-għan” (il-premessa (473) ta’ dan ir-Regolament).

(475)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn id-dikjarazzjonijiet. Kif kopert fil-premessa (751) tar-Regolament provviżorju, l-MIIT, li huwa d-dipartiment taħt il-Kunsill tal-Istat responsabbli għall-amministrazzjoni tal-fergħat industrijali taċ-Ċina u l-industrija tal-informazzjoni (72), afferma huwa stess li “aħna se nimbuttaw [il-prezzijiet tal-materja prima] lura lejn il-livell raġonevoli mill-aktar fis possibbli” , li “il-ministeru se jgħin biex jaċċellera l-iżvilupp tar-riżorsi lokali fiċ-Ċina” u li “l-operazzjoni tas-settur qiegħda tiffaċċja pressjoni kbira li tirrikjedi li l-partijiet rilevanti kollha jkampaw magħha flimkien”  (73) . Fir-rigward tal-allegazzjonijiet li l-Kummissjoni ma kkwotat l-ebda bażi fattwali jew legali biex tappoġġa xi wħud mill-implikazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni fakkret li s-sorsi kollha użati fir-Regolament provviżorju kienu referenzjati kif xieraq, u li l-prova tal-involviment mill-MIIT u minn assoċjazzjonijiet oħrajn tal-industrija hija msemmija fin-noti ta’ qiegħ il-paġna 310 u 311 tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(476)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CAAM argumentat li l-fornituri tal-batteriji u tal-materja prima ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “istituzzjonijiet pubbliċi” u li l-Kummissjoni ma tistax timponi tariffi għoljin fuq il-fornituri tal-batteriji.

(477)

Il-Kummissjoni nnotat li, għall-kuntrarju ta’ dak li asseriet is-CAAM, id-dazji imposti japplikaw għall-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-BEV, u mhux għall-fornituri tagħhom tal-batteriji u tal-materja prima. Barra minn hekk, l-asserzjoni tas-CAAM dwar il-fatt li l-batteriji u l-materja prima ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala korpi pubbliċi kienet ġenerika u mhux issostanzjata. Għalhekk, għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi (821) u (899) tar-Regolament provviżorju, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(478)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CAAM sostniet li l-Kummissjoni kklassifikat b’mod żbaljat l-intrapriżi tal-batteriji, l-intrapriżi tal-materja prima, u l-assoċjazzjonijiet bħala entitajiet pubbliċi li jeżerċitaw funzjonijiet governattivi, filwaqt li żiedet li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li l-gvern Ċiniż jintervjeni fl-iffissar tal-prezzijiet, u li bi żball ikkonkludiet li l-gvern Ċiniż jeżerċita kontroll komprensiv fuq l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-kumpaniji permezz ta’ korpi ta’ ħidma tal-partit.

(479)

Il-kummenti sottomessi mis-CAAM kienu ġenerali u mhux sostanzjati, u għalhekk il-Kummissjoni ċaħdithom.

(480)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u l-Grupp Geely ikkontestaw il-klassifikazzjoni tal-fornituri tal-inputs bħala korpi pubbliċi. Il-GTĊ ippreżenta l-asserzjonijiet li ġejjin:

(1)

L-assoċjazzjonijiet tal-industrija (l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Batteriji taċ-Ċina u l-Assoċjazzjoni tal-Industrija taċ-Ċina ta’ Sorsi tal-Enerġija Fiżiċi u Kimiċi, hawnhekk imsejħa s-“CBIA” u s-“CIAPS”, rispettivament) ma humiex korpi pubbliċi kkontrollati mill-GTĊ, filwaqt li jiċċitaw l-“Opinjonijiet dwar l-Implimentazzjoni tar-Riforma tad-Diżakkoppjar Komprensiv tal-Assoċjazzjonijiet tal-Industrija u l-Kmamar tal-Kummerċ minn Organi Amministrattivi” bħala sors li juri li l-assoċjazzjonijiet kummerċjali taċ-Ċina joperaw indipendentement mill-gvern, u li d-dispożizzjonijiet dwar il-preżenza tac-CCP fl-assoċjazzjonijiet tal-industrija huma irrilevanti għall-analiżi tal-kontroll mill-GTĊ.

(2)

Is-CBIA u s-CIAPS ma għandhom l-ebda kontroll fuq il-membri tagħhom, u lanqas ma għandhom il-kapaċità li jiddeterminaw il-prezzijiet li bihom il-kumpaniji membri jbigħu batteriji jew fosfat tal-ħadid tal-litju (“LFP”), peress li d-data pprovduta mit-tliet kumpaniji inklużi fil-kampjun uriet xiri ta’ batteriji u LFP minn fornituri differenti bi prezzijiet differenti.

(3)

Il-membri tal-assoċjazzjoni ma humiex ikkontrollati minnhom, u lanqas ma huma jistgħu jikkontrollaw l-assoċjazzjonijiet, u l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi evidenza li l-Assoċjazzjonijiet jissodisfaw id-dmirijiet tagħhom li jikkontrollaw u jnaqqsu l-prezzijiet permezz tal-eżerċitar tal-koordinazzjoni u tar-regolamentazzjoni.

(481)

Il-Grupp Geely sostna li l-evidenza li bbażat fuqha l-Kummissjoni naqset milli turi li s-CBIA u s-CIAPS huma mogħtija awtorità governattiva u li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li l-membri kollha tagħhom huma mogħtija wkoll awtorità governattiva. Barra minn hekk, il-Grupp Geely sostna li, peress li mhux il-fornituri kollha tal-batteriji huma membri ta’ assoċjazzjonijiet, ma jistax jiġi konkluż li dawn il-fornituri huma mogħtija awtorità governattiva. Fl-aħħar nett, il-Grupp Geely sostna li s-sjieda parzjali mill-Istat ta’ ċerti fornituri tal-batteriji ma turix li dawn il-kumpaniji jistgħu jitqiesu bħala korpi pubbliċi.

(482)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjoni mill-GTĊ li l-assoċjazzjonijiet tal-industrija huma organizzazzjonijiet awtonomi li jaġixxu liberament fis-suq. Kif diġà ġie stabbilit mill-Kummissjoni fil-premessa (779) tar-Regolament provviżorju, filwaqt li l-Opinjonijiet tal-NDRC formalment ipprevedew separazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-gvern, huma żguraw ukoll mhux biss dipendenza finanzjarja kontinwa tal-assoċjazzjonijiet industrijali fuq l-awtoritajiet tal-gvern iżda anke l-kontroll sħiħ kontinwu tas-CCP fuqhom permezz ta’ korpi ta’ ħidma tal-bini tal-partit fi ħdan l-organizzazzjonijiet soċjali. L-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni fil-premessi minn (780) sa (785) tar-Regolament provviżorju kkonfermat ukoll din il-preżenza tas-CCP fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija, kif stabbilit fl-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CBIA u s-CIAPS. Ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni mill-GTĊ jew minn kwalunkwe parti oħra li tikkontradixxi dawn is-sejbiet. Barra minn hekk, ir-riċerka mwettqa mill-Kummissjoni wara l-istadju provviżorju kkonfermat ukoll li l-assoċjazzjonijiet tal-industrija ma jaħdmux b’mod indipendenti bħala operaturi tas-suq ħieles iżda huma taħt il-kontroll sħiħ tas-CCP u jimplimentaw politiki b’mandat mill-gvern. Dan huwa muri mill-aħħar stqarrijiet ta’ Ge Honglin, is-Segretarju tal-Partit u President tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli li ma Fihomx Ħadid taċ-Ċina (“CNMIA”) (74), li fiha wkoll sottoassoċjazzjoni dwar il-litju. Kif diġà kopert mill-premessa (94) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1618 (75), is-CNMIA hija assoċjazzjoni tal-industrija fejn is-CCP jintervjeni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali. Filwaqt li s-CNMIA, li fiha wkoll sottotaqsima dwar l-industrija tal-litju, ma kinitx assoċjazzjoni tal-industrija analizzata mill-Kummissjoni fl-istadju provviżorju, l-aħħar stqarrijiet tagħha jikkontradixxu dak li qed jallega l-GTĊ. F’din l-“organizzazzjoni soċjali”, bħal f’diversi assoċjazzjonijiet tal-industrija, l-organizzazzjonijiet tal-bini tal-partit huma inkorporati fl-istruttura tagħha (76). Skont is-Segretarju tal-Partit tagħha, “għalkemm l-assoċjazzjonijiet tal-industrija huma organizzazzjonijiet soċjali, ir-rekwiżiti għall-bini tal-Partit huma konsistenti ma’ dawk tal-Organi Ċentrali u tal-Istat”, u li s-CNMIA “implimentat bir-reqqa d-deċiżjonijiet u l-arranġamenti tal-Kumitat Ċentrali CPC u tal-Kunsill tal-Istat, u kkooperat mad-dipartimenti rilevanti biex tifformula, tippubblika u tinterpreta politiki industrijali bħal-‘Linji Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali’, ‘Pjan ta’ ħidma għall-istabbilizzar tat-tkabbir fl-industrija tal-metalli li ma fihomx ħadid’ u ‘Metodi ta’ Ġbir tal-Introjtu għat-Trasferiment tad-Drittijiet ta’ Estrazzjoni’”. Barra minn hekk, kemm is-CBIA kif ukoll is-CIAPS huma taħt il-ġestjoni tal-Kunsill tal-Istat. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(483)

Fit-tieni punt li tqajjem mill-GTĊ, kif innotat fil-premessa (864) tar-Regolament provviżorju, is-suq Ċiniż tqies bħala distort minħabba l-politiki nazzjonali u speċifiċi għas-settur promulgati mill-fornituri domestiċi tal-batteriji, b’mod partikolari dawk li jappartjenu għall-istrutturi tal-ipprezzar. Konsegwentement, minkejja l-fatt li ċerti fornituri tal-batteriji jew tal-LFP jistgħu jitolbu prezzijiet differenti, l-akkwiżizzjonijiet kollha tal-batteriji mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jitqiesu bħala affettwati mill-politiki u l-miżuri tal-Istat fis-seħħ li jsegwu l-objettivi ta’ politika ddikjarati. Din il-valutazzjoni tirriżulta mill-fehim li l-fornituri kollha joperaw domestikament, fl-istess kundizzjonijiet tas-suq. Is-setgħa li l-assoċjazzjonijiet għandhom fuq il-membri tagħhom u fuq il-politiki tal-ipprezzar diġà ġiet ippreżentata fil-fond fit-Taqsima 3.7.2.1.1(b) tar-Regolament provviżorju. Madankollu, il-GTĊ ma ssottometta l-ebda evidenza biex jissostanzja l-asserzjoni tiegħu. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(484)

Fir-rigward tat-tielet punt, l-asserzjonijiet imqajma mill-GTĊ kienu ġenerali, u l-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza biex turi l-punt li tqajjem. Il-Kummissjoni tfakkar li saret riċerka estensiva dwar l-assoċjazzjonijiet tal-industrija Ċiniżi u l-membri tagħhom, u l-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-prezzijiet fis-seħħ, kif koperti mill-premessi (748), (751), (792) – (799) u (807) – (809) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(485)

L-asserzjoni mressqa mill-Grupp Geely dwar l-awtorità governattiva tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-membri tagħhom ma kinitx issostanzjata, u għalhekk ġiet miċħuda. Fir-rigward tat-tielet asserzjoni sottomessa mill-Grupp Geely, il-Kummissjoni tfakkar li, kif asserit fil-premessa (767) tar-Regolament provviżorju, la s-CBIA u lanqas is-CIAPS ma jippubblikaw il-lista sħiħa tal-membri tagħhom. Il-Kummissjoni tfakkar li, kif diġà kopert fil-premessa (282) tar-Regolament provviżorju, il-GTĊ allega li ma kellu l-ebda kontroll fuq is-CBIA, li ma hijiex formalment affiljata mal-GTĊ. Dan ġie miċħud mis-sejbiet fil-premessi (777) u (778) tar-Regolament provviżorju, li juru li l-GTĊ jeżerċita kontroll sħiħ fuq is-CBIA. L-ewwel u qabel kollox, l-assoċjazzjoni hija taħt il-ġestjoni diretta tal-Kunsill tal-Istat (il-premessa (777) tar-Regolament provviżorju), u l-GTĊ jibqa’ responsabbli għall-amministrazzjoni tal-assoċjazzjoni u għall-ħatra ta’ individwi ewlenin inkarigati mill-ħidma tagħha (il-premessa (780) tar-Regolament provviżorju). Matul iż-żjara ta’ verifika fil-GTĊ, il-Kummissjoni talbet lista tal-membri kollha tas-CBIA, li l-GTĊ irrifjuta li jipprovdi. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni pprovduta mill-GTĊ kif ukoll ta’ data pubblika uffiċjali li tkopri l-lista sħiħa tal-membri tas-CBIA u s-CIAPS, il-Kummissjoni għamlet inferenzi li saħansitra aktar fornituri ta’ batteriji jistgħu jkunu membri ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet. Barra minn hekk, is-sħubija fl-assoċjazzjonijiet tal-batteriji hija waħda mid-diversi elementi vvalutati mill-Kummissjoni. L-evidenza miġbura wriet sitwazzjoni fejn il-GTĊ jeżerċita l-influwenza tiegħu fuq is-suq tal-batteriji u l-LFP. Barra minn hekk, fir-rigward tal-aħħar asserzjoni mressqa mill-Grupp Geely dwar is-sjieda parzjali tal-Istat, il-Kummissjoni tfakkar li r-relazzjoni bejn il-fornituri tal-input u l-GTĊ hija biss waħda mid-diversi elementi li analizzat, jiġifieri l-ambjent legali u ekonomiku prevalenti fir-RPĊ, l-objettivi ta’ politika tal-GTĊ biex jiżviluppa l-industrija tal-BEV, u l-karatteristiċi u l-funzjonijiet ewlenin tal-fornituri tal-input. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(486)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CATL sostniet li l-Kummissjoni naqset milli turi li l-GTĊ għandu kwalunkwe sjieda fi, jew jeżerċita kwalunkwe kontroll sinifikanti fuq is-CATL, lil hinn mill-influwenza normali tal-gvern fi kwalunkwe pajjiż, li s-CATL hija mingħajr dubju kumpanija bi sjieda privata, u li s-sħubijiet li s-CATL daħlet fihom ma’ Intrapriżi tal-Istat huma biss għal finijiet kummerċjali. Is-CATL enfasizzat ukoll li l-ftehimiet ta’ kooperazzjoni li daħlet għalihom mal-gvernijiet lokali, jew il-ħolqien taċ-Ċentru Nazzjonali tar-Riċerka fl-Inġinerija għat-Teknoloġija tal-Ħżin tal-Enerġija Elettrokimika ma jissuġġerixxu l-ebda influwenza mill-GTĊ fis-CATL. Il-kumpanija żiedet ukoll li l-iffissar tal-prezzijiet tagħha għall-batteriji huwa kompletament ibbażat fuq is-suq u mingħajr ebda influwenza tal-gvern.

(487)

Is-CATL issottomettiet ukoll xi kummenti dwar l-assoċjazzjonijiet tal-industrija, billi sostniet li s-sħubija tas-CATL fi kwalunkwe assoċjazzjoni ma kinitx rilevanti għall-investigazzjoni dwar il-BEV, u li tali sħubija ma tistax titqies bħala li hija marbuta biex tiġi implimentata kwalunkwe deċiżjoni mill-assoċjazzjoni. Il-kumpanija żiedet ukoll li l-Kummissjoni ma indikat l-ebda evidenza li tindika li s-CATL hija sfurzata tagħmel dan taħt theddida ta’ sanzjonijiet.

(488)

L-asserzjonijiet imqajma mis-CATL kienu ġenerali u mhux sostanzjati. Il-Kummissjoni enfasizzat li r-relazzjoni bejn il-GTĊ u s-CATL kienet koperta b’mod estensiv fil-premessi (786) - (788) tar-Regolament provviżorju, u li jeżistu diversi dokumenti provinċjali li jappoġġaw b’mod espliċitu l-iżvilupp u juru kif dan huwa marbut mat-twettiq ta’ kompiti nazzjonali importanti (il-premessi (731), (732), (803), (804) tar-Regolament provviżorju). Fir-rigward tal-ipprezzar, il-Kummissjoni fakkret li dan kien diġà kopert fil-premessi (802) u (805) tar-Regolament provviżorju, u fil-premessa (484) ta’ dan ir-Regolament.

(489)

Fir-rigward tal-asserzjonijiet dwar is-sħubija tal-assoċjazzjonijiet, il-Kummissjoni fakkret li twettqet riċerka estensiva dwar l-assoċjazzjoni tal-industrija u l-membri tagħha, u li s-CATL ma ssottomettiet l-ebda evidenza biex tissostanzja l-asserzjonijiet tagħha li jenħtieġ li ma titqiesx bħala “korp pubbliku”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni diġà indirizzat asserzjonijiet simili fil-premessi (482) u (485) ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-aħħar punt li tqajjem mis-CATL, il-Kummissjoni fakkret li l-premessa (834) tar-Regolament provviżorju diġà kopriet l-evidenza li turi li l-membri jridu jirrispettaw id-direzzjonijiet tal-assoċjazzjoni mmirati lejn ir-regolamentazzjoni tal-imġiba ekonomika tal-membri tagħhom sabiex jikkonformaw mal-politiki tal-GTĊ, sabiex jiġu evitati konsegwenzi li jiġu imposti fuqhom mis-CBIA. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(490)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni ġabret informazzjoni addizzjonali dwar LG Chem Nanjing New Energy Solutions (“LG Nanjing”), produttur tal-batteriji bi sjieda barranija fiċ-Ċina li jforni diversi mill-produtturi esportaturi investigati. Fir-rigward ta’ LG Nanjing, il-Kummissjoni sabet evidenza addizzjonali li tikkorrobora s-sejbiet tagħha li l-produtturi tal-batteriji fiċ-Ċina huma korpi pubbliċi, li turi li l-kostruzzjoni ta’ LG Nanjing qdiet l-għan li tipprovdi batteriji bi prezzijiet baxxi għall-benefiċċji tal-produtturi tal-BEV. Il-kumpanija ġiet stabbilita fl-2015 minn LG Chem, is-sottodiviżjoni kimika ta’ LG Corp. u l-kumpanija omm ta’ LG Nanjing (77). Fl-2014, LG Chem tal-Korea t’Isfel iffirmat memorandum ta’ qbil dwar il-kooperazzjoni mal-Gvern Muniċipali ta’ Nanjing. Il-fabbrika stabbilita f’Nanjing irċeviet “assistenza varja mill-Gvern Muniċipali ta’ Nanjing, u għalhekk il-batteriji prodotti [ikollhom jew] għandhom vantaġġi fil-prezz” (78). Barra minn hekk, LG Chem fl-2014 stabbiliet impriża konġunta ma’ żewġ sħab Ċiniżi tal-Istat (jiġifieri Nanjing Zijin Technology Incubation Special Park Construction Development u Nanjing New Industrial Investment Group), biex tibni l-ewwel fażi tal-fabbrika tal-batteriji f’Nanjing, u b’hekk uriet li l-Istat kien involut fl-istabbiliment tal-fabbrika, u li l-provvista ta’ LG ta’ batteriji bi prezzijiet aktar baxxi għall-benefiċċju tal-manifatturi tal-karozzi kienet waħda minn dawn l-għanijiet.

(491)

Wara d-divulgazzjoni finali, u abbażi ta’ eżami ulterjuri tas-sehem mis-suq attwali tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-swieq tal-UE u tal-Istati Uniti, kif ukoll l-effetti tal-politiki ġenerali tal-GTĊ favur l-industrija tal-BEV fis-swieq tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni emendat il-premessa (813) u (814) tar-Regolament provviżorju kif ġej:

(492)

Id-data tal-BMI tippreżenta valutazzjonijiet tal-prezz ta’ kull xahar taċ-ċelluli tal-batterija tal-joni tal-litju għas-suq Ċiniż, Ewropew, Asjatiku (minbarra r-RPĊ) u tal-Amerika ta’ Fuq espressi fuq bażi mill-fabbrika. Fir-rigward tal-perjodu ta’ investigazzjoni, dan juri li l-prezz taċ-ċellola mill-fabbrika tal-NMC għal kull kW/h kien mill-anqas 10 % u sa 30 % ogħla fis-swieq tal-UE, tal-Amerka ta’ Fuq jew tal-Asja milli fis-suq Ċiniż irrispettivament mill-kimiki speċifiċi tal-NMC (111, 523, 622 jew 811). Fin-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-prezz taċ-ċelluli disponibbli pubblikament għaċ-ċelluli LFP u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, id-differenza fil-prezz bejn is-suq Ċiniż u swieq oħrajn tqieset bħala valida wkoll għaċ-ċelluli LFP. Tali tqabbil jenħtieġ li jitqies fl-isfond li fl-2023, is-sehem mis-suq tal-produtturi Ċiniżi tal-batteriji fl-UE kien qrib l-40 % (79). Il-Kummissjoni ma setgħetx issib data granulari biżżejjed dwar is-sehem mis-suq tal-produtturi Ċiniżi tal-batteriji fl-Amerka ta’ Fuq. Madankollu, id-data doganali tal-Istati Uniti (80) turi li fl-2023, l-Istati Uniti waħedhom importaw direttament 13,1-il biljun USD f’batteriji tal-joni tal-litju miċ-Ċina, li jammontaw għal 70 % tal-importazzjonijiet kollha tal-batteriji tal-joni tal-litju fl-Istati Uniti fl-2023. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea u l-Amerika ta’ Fuq huma l-aqwa żewġ destinazzjonijiet għall-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-joni tal-litju. Minħabba l-evidenza ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-produtturi Ċiniżi tal-batteriji jikkostitwixxu wkoll perċentwal sinifikanti tas-sehem mis-suq tal-Amerika ta’ Fuq. Dan huwa kkonfermat ukoll mid-data tal-BMI li turi li s-suq tal-UE kif ukoll tal-Amerika ta’ Fuq kienu dipendenti fuq l-importazzjonijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni peress li l-provvisti domestiċi kienu jammontaw rispettivament għal 26 u 34 % biss tad-domanda. B’mod parallel, ir-RPĊ kellha biżżejjed provvista żejda ta’ batteriji biex timla tali lakuna. Fin-nuqqas ta’ elementi li juru l-kuntrarju, il-Kummissjoni qieset li l-importazzjonijiet tal-batteriji tar-RPĊ setgħu jimlew tali lakuna u kellhom sehem mis-suq ta’ mhux aktar minn madwar 70 % f’dawn iż-żewġ swieq. Filwaqt li dan it-tqabbil tal-prezzijiet juri li l-prezzijiet fis-swieq mhux Ċiniżi huma sistematikament ogħla, il-Kummissjoni qieset ukoll li din l-analiżi saret fuq bażi konservattiva peress li l-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet saru fuq bażi mill-fabbrika sabiex ma jiġux ikkunsidrati l-kostijiet tat-tbaħħir mir-RPĊ lejn dawn is-swieq. Li kieku kellhom jiġu inklużi l-kostijiet tat-tbaħħir u meta jitqies is-sehem mis-suq tal-produtturi Ċiniżi tal-batteriji f’dawn is-swieq, id-differenza fil-prezz tkun saħansitra ogħla.

(493)

Fir-rigward tas-CATL, fin-nuqqas ta’ data aktar preċiża, il-Kummissjoni analizzat ir-rapporti annwali tas-CATL għall-perjodu 2021-2022. Ir-rapporti wrew deterjorament tal-profittabbiltà fis-suq domestiku Ċiniż li kien ikkumpensat minn profitti ogħla rreġistrati min-naħa tal-esportazzjoni. Filwaqt li l-kumpanija rrapportat marġni ta’ profitt gross għoljin kemm fis-suq domestiku kif ukoll f’dak barrani għall-batteriji f’Diċembru tal-2021, din ix-xejra nqalbet f’Ġunju tal-2022, meta l-kumpanija bdiet titlef il-profittabbiltà fis-suq domestiku Ċiniż, filwaqt li żiedet il-marġni ta’ profitt tagħha min-naħa tal-esportazzjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mis-CATL jew permezz tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ jew tar-rifjut tas-CATL li tipprovdi risposta għall-kwestjonarju fil-kwalità tagħha ta’ fornitur relatat ta’ batteriji lil żewġ gruppi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni bbażat fuq il-fatti disponibbli u kkonkludiet li t-tnaqqis fil-profittabbiltà fis-suq domestiku Ċiniż għall-batteriji kien ir-riflessjoni tal-politiki governattivi li għandhom l-għan li jipprovdu batteriji lill-produtturi tal-BEV fis-suq domestiku għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata. B’kuntrast għal dan, fis-swieq tal-esportazzjoni, is-CATL kienet kapaċi titlob prezzijiet ogħla u tikseb profitti ogħla, filwaqt li xorta waħda bbenefikat mill-appoġġ li rċeviet mill-GTĊ. Id-differenza fil-livelli ta’ profittabbiltà fis-suq tal-esportazzjoni u dak domestiku turi b’mod ċar li s-CATL ma setgħetx timmassimizza l-profitti tagħha fiċ-Ċina u ma setgħetx tieħu deċiżjonijiet razzjonali dwar in-negozju bħala attur tas-suq normali li jopera f’ekonomija tas-suq miftuħa. Minflok, is-CATL ġiet imġiegħla mill-politiki tal-GTĊ biex tipprovdi batteriji bi prezzijiet orħos lill-industrija domestika tal-BEV. Tali prattika hija kkonfermata wkoll mid-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni u fis-Sistema ta’ Ġestjoni tat-Tranżazzjonijiet Relatata tas-CATL, kif ġie spjegat fil-premessa (801) tar-Regolament provviżorju, li jipprevedu li l-prezzijiet ta’ kwalunkwe tip ta’ tranżazzjoni ma’ entitajiet relatati għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat.

(494)

Għalhekk, b’paragun mal-premessi (813) u (814) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni emendat il-perċentwal tas-sehem mis-suq tal-produtturi Ċiniżi tal-batteriji fis-suq tal-UE u tal-Amerika ta’ Fuq, billi ffukat l-aktar fuq l-analiżi tas-suq tal-UE (il-premessa (492) ta’ dan ir-Regolament), u l-analiżi tal-profittabbiltà tas-CATL fis-swieq domestiċi kontra s-swieq tal-esportazzjoni (il-premessa (493) ta’ dan ir-Regolament).

(495)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri u fid-dawl tas-sejbiet addizzjonali mill-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi minn (702) sa (821) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(b)   Fornituri tal-batteriji li jaġixxu bħala korpi privati inkarigati jew ordnati mill-GTĊ

(496)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u l-Grupp Geely ikkontestaw is-sejba li l-fornituri tal-batteriji u tal-LFP ġew inkarigati jew ordnati mill-GTĊ. B’mod partikolari, il-GTĊ sostna li:

(1)

Il-Kummissjoni ma ppreżentat l-ebda evidenza li l-GTĊ jinterferixxi fl-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-intrapriżi jew fl-ipprezzar tal-prodotti tagħhom, u li l-fatt li x-xejra tal-prezzijiet domestiċi tvarja mill-prezzijiet tal-esportazzjoni jew internazzjonali ma jwassalx għall-konklużjoni li l-prezzijiet huma stabbiliti mill-GTĊ.

(2)

Il-Kummissjoni interpretat ħażin l-Artikolu 46 tal-Artikolu ta’ Assoċjazzjoni tas-CATL, u li l-Kummissjoni ħadet żball fit-traduzzjoni. Il-GTĊ sostna li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi r-regoli għall-kunsiderazzjoni ta’ tranżazzjonijiet relatati, li jinvolvu ħames xenarji differenti għall-eżenzjoni mir-rieżami: jiġifieri tranżazzjonijiet taħt ċerti setturi limitati, parteċipazzjoni f’offerti pubbliċi u f’irkantijiet, tranżazzjonijiet li fihom il-kumpanija tikseb vantaġġ b’mod unilaterali, il-forniment ta’ fondi minn parti relatata mal-kumpanija b’rata tal-imgħax li ma tkunx ogħla minn dik stipulata mill-PBOC, jew meta l-kumpanija tipprovdi prodotti u servizzi lill-maniġment tagħha stess bl-istess termini bħal dawk ipprovduti minn partijiet mhux affiljati. It-tieni, il-GTĊ sostna li t-traduzzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46 kien jenħtieġ li tinqara bħala “fejn l-ipprezzar tat-tranżazzjonijiet ta’ partijiet relatati huwa stipulat mill-Istat”.

(497)

Il-Grupp Geely sostna li (a) is-sħubija fl-assoċjazzjonijiet ma hijiex biżżejjed biex turi li l-fornituri tal-batteriji huma inkarigati jew ordnati mill-GTĊ; (b) ma hemm l-ebda evidenza li l-fornituri tal-batteriji li huma ta’ sjieda barranija u/jew li ma humiex membri tas-CBIA jew tas-CIAPS jew tal-Istat huma inkarigati jew ordnati mill-gvern biex jipprovdu batteriji lil LTAR; (c) l-evidenza li bbażat fuqha l-Kummissjoni dwar l-inkarigu u l-ordni ma tappoġġax is-sejba li l-GTĊ inkariga jew ordna lis-CBIA u lis-CIAPS jew lill-membri tagħhom biex jipprovdu batteriji lil LTAR.

(498)

Fil-bidu, il-Kummissjoni fakkret li s-sejbiet tagħha kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku peress li l-GTĊ irrifjuta li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u jidħol f’diskussjonijiet dwar din il-kwistjoni.

(499)

Fis-sustanza, fir-rigward tal-ewwel asserzjoni mqajma mill-GTĊ, il-Kummissjoni fakkret fis-sejbiet fit-Taqsima 3.7.2.1.1 tar-Regolament provviżorju, u enfasizzat li skont il-punt (1) (il-premessi (760) sa (789) tar-Regolament provviżorju), li jkopri r-relazzjoni bejn il-fornituri tal-input u l-GTĊ, il-Kummissjoni stabbiliet preżenza mifruxa tal-GTĊ fil-ġestjoni ta’ kuljum kemm fl-assoċjazzjonijiet tal-industrija kif ukoll fil-kumpaniji privati. Fir-rigward tal-ipprezzar, il-prezzijiet domestiċi mhux biss ivarjaw minn dawk tal-esportazzjoni jew minn dawk internazzjonali iżda nstabu wkoll li kienu konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet tal-esportazzjoni minħabba l-politiki settorjali stabbiliti mill-GTĊ fiċ-Ċina (ara l-premessi (816) u (920) tar-Regolament provviżorju għas-sejbiet dwar id-differenzi bejn il-prezzijiet domestiċi u tal-esportazzjoni Ċiniżi). Id-differenza bejn il-prezzijiet domestiċi Ċiniżi u l-prezzijiet dinjin, minbarra ċ-Ċina, hija koperta fil-premessi minn (858) sa (860) tar-Regolament provviżorju.

(500)

Fir-rigward tat-traduzzjoni tal-Artikolu 46 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CATL, anke billi tiżdied “fejn” fis-sentenza “l-ipprezzar ta’ tranżazzjonijiet ta’ partijiet relatati huwa stipulat mill-Istat”, dan ma jaffettwax il-kontenut tas-sejbiet mill-Kummissjoni. Tabilħaqq, it-test fih b’mod inekwivoku dispożizzjonijiet li ċertament hemm każijiet fejn l-ipprezzar ta’ tranżazzjonijiet ta’ partijiet relatati huwa stipulat mill-Istat. Barra minn hekk, il-GTĊ ma kkontestax il-formulazzjoni tal-Artikolu 22 tas-Sistema ta’ Ġestjoni tat-Tranżazzjonijiet tal-Partijiet Relatati tas-CATL li fih dispożizzjoni simili. Barra minn hekk, il-GTĊ allega li dan l-iffissar tal-prezzijiet jappartjeni għal ħames xenarji differenti, iżda ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li tappoġġa din l-istqarrija. Fi kwalunkwe każ, is-sejbiet huma bbażati fuq il-fatti disponibbli peress li l-GTĊ irrifjuta li jikkoopera, u kumment dwar element ta’ traduzzjoni speċifiku meħud barra mill-kuntest tal-bqija tal-elementi u l-evidenza li fuqha bbażat il-Kummissjoni ma jistgħux jinvalidaw is-sejbiet dwar dan il-punt. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(501)

L-asserzjonijiet imqajma mill-Grupp Geely kienu ġenerali u mhux issostanzjati. Il-Kummissjoni tfakkar li twettqet riċerka estensiva dwar l-assoċjazzjoni tal-industrija u l-membri tagħha, u li l-Grupp Geely ma ssottometta l-ebda evidenza biex jissostanzja l-asserzjonijiet tiegħu li l-produtturi tal-batteriji ma humiex inkarigati u ordnati mill-GTĊ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenfasizza li s-CBIA u s-CIAPS ma ppubblikawx il-lista sħiħa ta’ membri (il-premessa (767) tar-Regolament provviżorju) u għalhekk, kif diġà huwa spjegat fil-premessa (485) ta’ dan ir-Regolament, saħansitra aktar fornituri ta’ batteriji jistgħu jkunu parti minn dawn l-assoċjazzjonijiet. Barra minn hekk, il-fatt li tkun impriża ta’ sjieda barranija ma jipprekludix li din tkun korp pubbliku (jekk tkun vestita b’awtorità pubblika) u, b’mod alternattiv, inkarigata u ordnata mill-GTĊ. Kif huwa kopert fil-premessa (485) ta’ dan ir-Regolament, anke produtturi ta’ batteriji bi sjieda barranija wrew l-istess aġir bħall-produtturi tal-batteriji bi sjieda Ċiniża. Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(502)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li ma kienx jaqbel mal-analiżi li twettqet mill-Kummissjoni fil-premessi minn (499) sa (501) hawn fuq, billi semma li (a) il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi evidenza tal-preżenza mifruxa tal-GTĊ fl-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-fornituri tal-input; (b) il-fatt li l-prezzijiet domestiċi tal-inputs huma aktar baxxi mill-prezzijiet tal-esportazzjoni huwa r-riżultat ta’ kompetizzjoni sħiħa fis-suq Ċiniż, li għandu domanda akbar għal dawk l-inputs; u (c) fit-traduzzjoni tal-Artikolu 46 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CATL u l-Artikolu 22 tas-Sistema ta’ Ġestjoni tat-Tranżazzjonijiet Relatata tas-CATL, il-kelma “fejn” hija essenzjali biex jinftiehem b’mod korrett il-kontenut ta’ din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, il-GTĊ sostna li t-terminu “stipulat mill-Istat” jenħtieġ li jinftiehem bħala li jeżisti f’sitwazzjoni ipotetika, u mhux bħala indikazzjoni li jeżisti l-ipprezzar stabbilit mill-Istat, billi ssottometta l-Liġi dwar il-prezzijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (81) u l-Katalogu Ċentrali tal-Ipprezzar (82) bħala evidenza ta’ dan biex jenfasizza li l-batteriji ma humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni. Is-CATL ukoll issottomettiet kummenti dwar dan, billi spjegat li l-Artikolu 46 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CATL u l-Artikolu 22 tas-Sistema ta’ Ġestjoni tat-Tranżazzjonijiet Relatata tas-CATL jippreskrivu ċ-ċirkostanzi fejn ma tkun meħtieġa l-ebda approvazzjoni għal tranżazzjonijiet ta’ partijiet relatati mil-laqgħa tal-Azzjonisti, u l-fatt li l-laqgħa tal-Azzjonisti ma jkollhiex bżonn tapprova l-iffissar tal-prezzijiet għal tranżazzjonijiet ta’ partijiet relatati jekk dawk ikunu bbażati fuq prezz stabbilit mill-Istat ma jimplikax li dan tal-aħħar attwalment iseħħ, wisq anqas b’mod rilevanti għall-investigazzjoni dwar il-BEV. Il-kumpanija żiedet li l-Kummissjoni naqset milli turi li kien hemm xi każ attwali ta’ iffissar tal-prezzijiet xprunat mill-gvern.

(503)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. Fir-rigward tal-ewwel u t-tieni asserzjonijiet, iż-żewġ kummenti kienu ġenerali u mhux sostanzjati, u l-Kummissjoni enfasizzat li tali kummenti kienu diġà indirizzati t-tnejn li huma fil-premessa (499) ta’ dan ir-Regolament kif ukoll fil-premessa (751) tar-Regolament provviżorju. Fir-rigward tat-tielet waħda dwar l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CATL, il-Kummissjoni analizzat l-evidenza sottomessa mill-GTĊ. Filwaqt li l-Katalogu Ċentrali tal-Ipprezzar sottomess mill-GTĊ ma fihx b’mod espliċitu dispożizzjonijiet dwar il-batteriji, dan ma jinvalidax il-korp ta’ evidenza miġbur mill-Kummissjoni. L-ewwel u qabel kollox, ma jkun hemm l-ebda raġuni għaliex tali dispożizzjoni tkun meħtieġa jekk ma jkun hemm l-ebda każ ta’ prezzijiet iffissati mill-Istat f’din l-industrija u/jew influwenza tal-Istat f’dan. It-tieni, l-interferenza tal-gvern fl-iffissar tal-prezzijiet diġà kienet koperta b’mod estensiv fit-Taqsima 3.7.2.1.1(b) tar-Regolament provviżorju. It-tielet nett, l-evidenza tal-influwenza tal-gvern fl-iffissar tal-prezzijiet hija evidenti mhux biss minn korp wiesa’ ta’ evidenza fir-Regolament provviżorju, iżda wkoll minn sorsi oħrajn, bħall-“Opinjonijiet ta’ Implimentazzjoni dwar l-Aċċellerazzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Batterija tal-Litju, l-Enerġija l-Ġdida u l-Industrija tal-Materjali l-Ġodda” (83) tal-NDRC, fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali tas-CATL, li jipprevedu li d-dipartimenti rilevanti u l-istituzzjonijiet affiljati tal-gvern għandhom “jiksbu tnaqqis kontinwu fil-kostijiet tal-prodott [tal-batteriji tal-litju, tal-enerġija l-ġdida u tal-materjali l-ġodda]” . Il-Kummissjoni fakkret li, filwaqt li dan kien jikkostitwixxi evidenza addizzjonali ta’ kontrolli fuq il-kostijiet, il-premessa (751) tar-Regolament provviżorju diġà kopriet il-kontroll tal-gvern tal-prezzijiet tal-materja prima tal-batteriji. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-asserzjonijiet.

(504)

Il-kummenti preċedenti tal-GTĊ dwar il-korp pubbliku fil-premessa (474) ta’ dan ir-Regolament u l-kummenti ta’ hawn fuq fil-premessa (502) ta’ dan ir-Regolament kif ukoll ir-rifjuti tagħhom japplikaw ukoll għall-fornituri tal-LFP li jaġixxu bħala korpi privati fdati jew ordnati mill-GTĊ.

(505)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi minn (822) sa (840) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.7.2.1.2.   Benefiċċju, speċifiċità u kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(a)   Benefiċċju

(506)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-benefiċċju, is-sejbiet li hemm fil-premessi minn (841) sa (855) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(b)   Speċifiċità

(507)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely allega li l-forniment ta’ batteriji ma huwiex speċifiku għall-manifatturi tal-BEV, fejn argumenta li ma hemm l-ebda limitazzjoni fuq lil min jistgħu jinbiegħu l-batteriji, peress li jibqgħu disponibbli għax-xiri fost industriji u swieq, u li l-Kummissjoni ma eżaminatx jekk l-iskema ta’ sussidju hijiex ibbażata fuq kriterji jew fuq kundizzjonijiet oġġettivi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, il-Grupp Geely sostna li l-produzzjoni tal-batteriji ma hijiex esklussivament jew primarjament immirata lejn l-industrija tan-NEV/BEV.

(508)

Il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li s-sett ta’ miżuri tal-GTĊ kien immirat biex jibbenefika biss lil ċerti industriji, inkluż l-industrija domestika tal-BEV. Tabilħaqq, minkejja li d-distorsjonijiet fuq il-batteriji huma ta’ benefiċċju wkoll għall-prodotti għajr il-BEVs, il-benefiċċju huwa limitat b’mod espliċitu minħabba li huwa disponibbli biss għal ċerti industriji fiċ-Ċina, peress li huma biss dawk fil-katina tal-valur tal-batteriji. Għalhekk, il-miżuri huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-Grupp Geely ma indika l-ebda element u lanqas ma pprovda evidenza li turi li l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 2.1(a) tal-Ftehim SCM jiġu ssodisfati f’dan il-każ. Billi s-sett ta’ miżuri mill-GTĊ issodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(509)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp Geely sostna li l-analiżi tal-Kummissjoni kienet kontradittorja u ma kellhiex biżżejjed evidenza, peress li (a) il-Kummissjoni ma kellhiex aċċess għas-sett sħiħ ta’ informazzjoni dwar is-sħubija ta’ kumpaniji fis-CBIA u fis-CIAPS; u (b) fl-istabbiliment tal-ispeċifiċità de jure, il-Kummissjoni ma pprovdietx spjegazzjoni motivata u adegwata tas-sejbiet tagħha, u li fil-konklużjonijiet tagħha, il-Kummissjoni rrikonoxxiet b’mod espliċitu li d-distorsjonijiet fil-provvista tal-batteriji huma ta’ benefiċċju wkoll għall-produtturi tal-BEV, u ma kkontestatx li l-batteriji jibqgħu disponibbli għax-xiri f’diversi industriji u swieq. Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Grupp Geely isostni li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi kif xieraq li l-forniment ta’ batteriji huwa de jure speċifiku, u ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-awtorità awtorizzanti, jew il-leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal sussidju kif issuġġerit mill-Kummissjoni.

(510)

Fir-rigward tal-ewwel asserzjoni mressqa mill-Grupp Geely, il-Kummissjoni enfasizzat li kif ġie rikonoxxut fil-premessa (485) ta’ dan ir-Regolament, matul iż-żjara ta’ verifika fil-GTĊ, il-Kummissjoni talbet lista tal-membri kollha tas-CBIA, li l-GTĊ irrifjuta li jipprovdi. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni pprovduta mill-GTĊ kif ukoll ta’ data pubblika uffiċjali li tkopri l-lista sħiħa tal-membri tas-CBIA u s-CIAPS, il-Kummissjoni għamlet inferenzi li saħansitra aktar fornituri ta’ batteriji jistgħu jkunu membri ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet analiżi dettaljata tal-parteċipazzjoni tal-kumpaniji fl-assoċjazzjonijiet tal-industrija, minkejja n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u n-nuqqas ta’ trasparenza mill-assoċjazzjonijiet tal-industrija; kif ġie spjegat fil-premessa (767) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni setgħet taċċerta l-parteċipazzjoni tal-kumpaniji fis-CBIA, fis-CIAPS, u f’assoċjazzjonijiet oħrajn tal-industrija billi eżaminat ir-rapporti annwali tagħhom u informazzjoni oħra disponibbli online, bħal-lista ta’ membri tal-korpi eżekuttivi tagħhom. Fir-rigward tat-tieni asserzjoni li ressaq il-Grupp Geely, il-Kummissjoni diġà indirizzatha fil-premessa (508) ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, iż-żewġ asserzjonijiet ġew miċħuda.

(511)

Fin-nuqqas ta’ aktar kummenti, is-sejbiet li saru fil-premessi minn (856) sa (857) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(c)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(512)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja l-GTĊ sostna li l-parametru referenzjarju jenħtieġ li ma jeskludix il-prezzijiet tas-suq Ċiniżi, abbażi tal-fatt li:

Il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ parametri referenzjarji esterni skont l-Artikolu 14(d) tal-Ftehim SCM ma humiex applikabbli f’dan il-każ. Il-GTĊ fakkar li r-Rapport tal-Korp tal-Appell dwar US – Softwood Lumber IV  (84) iddetermina li l-fatti speċifiċi ta’ jekk il-prezzijiet privati ġewx distorti mill-pożizzjoni dominanti tal-gvern fis-suq bħala fornitur ta’ ċerti komoditajiet (rwol predominanti) iridu jiġu ddeterminati fuq bażi ta’ każ b’każ fid-dawl tal-fatti speċifiċi ta’ kull investigazzjoni. Barra minn hekk, il-GTĊ semma li l-Korp tal-Appell iddeċieda li jrid ikun hemm evidenza ta’ impatt dirett ta’ intervent tal-gvern fuq il-prezzijiet, inkella hija meħtieġa analiżi aktar dettaljata ta’ kif intervjena l-gvern fuq il-prezzijiet (Rapport tal-Korp tal-Appell – US Countervailing Measures (China)(Article 21.5 – China), WT/DS437/AB/RW, il-punt 5.159).

Il-fatt li l-batteriji tal-NMC u tal-LFP għandhom karatteristiċi fiżiċi differenti u ma humiex komparabbli, u li l-prezz tal-batteriji tal-NMC ma jistax jintuża bħala prezz ta’ referenza għal-LFP. Il-GTĊ żied li minħabba d-daqs tas-suq tal-batteriji taċ-Ċina, il-kwantità u l-kundizzjonijiet tax-xiri jistgħu jkunu differenti ħafna mid-data tal-parametru referenzjarju tal-BMI li jibbaża fuq tranżazzjonijiet barranin, u li l-Kummissjoni ma wrietx li tqis dan il-fattur. Barra minn hekk, skont il-GTĊ, l-użu mill-Kummissjoni ta’ paraguni medji ponderati skont il-prezz ta’ elementi kimiċi differenti biex jiġi kkalkolat prezz ta’ referenza għall-batteriji jista’ ma jirriflettix il-prezz veru f’suq kompetittiv.

(513)

Fir-rigward tal-asserzjoni mill-GTĊ u minn Geely, li l-kummenti tagħhom huma miġbura fil-qosor hawn taħt fil-premessa (515) ta’ dan ir-Regolament, li l-parametru referenzjarju użat jenħtieġ li jkun relatat mal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq għall-prodotti inkwistjoni fil-pajjiż tal-forniment, il-Kummissjoni nnotat li, fl-analiżi tagħha tal-korp pubbliku u tal-inkarigu u tad-direzzjoni, hija qieset il-politiki settorjali rilevanti, speċjalment dwar il-prezzijiet, fit-Taqsima 3.7.2.1.1 tar-Regolament provviżorju, u b’mod partikolari taħt il-punt (3)(b). Barra minn hekk, riċerka addizzjonali li tappoġġa l-evidenza tal-kontroll tal-prezzijiet tal-gvern hija koperta fil-premessi minn (541) sa (542) ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl tas-sejbiet fit-Taqsima 3.7.2.1 u l-premessi (846) u (918) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet li l-politiki settorjali applikabbli fis-seħħ fiċ-Ċina jfixklu l-prezzijiet tal-batteriji fis-suq domestiku kollu. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni stabbiliet li t-termini u l-kundizzjonijiet prevalenti fiċ-Ċina ma setgħux jiġu aġġustati, abbażi tal-kostijiet, il-prezzijiet u fatturi oħrajn attwali disponibbli f’dak il-pajjiż, b’ammont xieraq li jirrifletti t-termini u l-kundizzjonijiet normali tas-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-prezzijiet ta’ referenza tas-suq dinji, skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku.

(514)

Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ddikjara l-GTĊ fit-tieni punt tiegħu, il-prezz tal-batteriji tal-NMC ma ntużax għall-prezz tal-batteriji tal-LFP. Kif ġie spjegat fil-premessi (847) u (859) tar-Regolament provviżorju, id-data tal-BMI ppermettiet il-kalkolu tal-parametri referenzjarji għall-perjodu ta’ investigazzjoni għal kull kimika, jiġifieri l-LFP u l-NMC. Barra minn hekk, kif ġie nnotat fl-istess premessa, f’termini ta’ kimiki, tqies ukoll il-piż tas-sottokimiki differenti tal-batteriji tal-NMC (111, 523, 622, 811). It-tieni, kif ġie spjegat fil-premessi minn (843) sa (855) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet domestiċi Ċiniżi tqiesu bħala distorti mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, il-prezzijiet medji Ċiniżi rrapportati fil-BMI jinkisbu mill-atturi fis-suq Ċiniżi. Għal din ir-raġuni, kif ġie spjegat fil-premessa (859) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet medji Ċiniżi ġew esklużi mill-prezz ta’ referenza fil-BMI. Konsegwentement, il-parametru referenzjarju tal-BMI użat irrifletta l-prezzijiet medji madwar id-dinja għal kull kw/h taċ-ċelloli għal-LPF u għall-NMC rispettivament. Jekk il-Kummissjoni tibbaża fuq il-parametri referenzjarji inklużi (ukoll) il-prezzijiet Ċiniżi affettwati mid-distorsjonijiet minħabba l-intervent tal-GTĊ, dawn il-parametri referenzjarji, skont id-definizzjoni, ma jkunux xierqa biex jiġi kkalkolat il-benefiċċju. Fl-aħħar nett, il-GTĊ ma pprovda l-ebda evidenza dwar kif il-kwantità u l-kundizzjonijiet tax-xiri tal-batteriji taċ-Ċina jistgħu jkunu differenti minn dawk irrapportati fil-BMI. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(515)

Il-Grupp Geely sostna li:

Ix-xiri ta’ batteriji minn fornituri li ma humiex sjieda tal-Istat jew membri ta’ assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kalkolu tal-benefiċċji.

Il-Kummissjoni rrikorriet għal parametru referenzjarju barra mill-pajjiż mingħajr ma indirizzat ir-rekwiżit li l-parametru referenzjarju użat jenħtieġ li jkun relatat mal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq għall-merkanzija inkwistjoni fil-pajjiż ta’ provvista.

L-aġġustamenti li għamlet il-Kummissjoni għall-prezzijiet li l-Grupp Geely ħallas lill-fornituri allegatament relatati ma għandhomx ġustifikazzjoni u argumentat li CATL u Jiangsu Contemporary Amperex jenħtieġ li ma jitqisux bħala fornituri relatati. L-aġġustamenti tal-Kummissjoni ma qisux kif xieraq il-karatteristiċi speċifiċi tal-batteriji mixtrija u b’mod żbaljat issostitwew il-prezzijiet minn fornituri relatati ma’ dawk minn uħud mhux relatati. Barra minn hekk, l-użu mill-Kummissjoni ta’ prezz ta’ referenza medju għat-tipi kollha ta’ batteriji u l-kalkolu tagħha tal-benefiċċji għax-xiri kollu ta’ batteriji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinux xierqa, peress li xi batteriji ma ntużawx fil-produzzjoni ta’ vetturi elettriċi bil-batterija (BEVs) għall-esportazzjoni lejn l-UE.

(516)

Fir-rigward tal-asserzjonijiet l-oħrajn imqajma minn Geely, il-Kummissjoni enfasizzat li:

Kif ġie nnotat fil-premessa (864) tar-Regolament provviżorju u l-premessi (513)-(514) hawn fuq, is-suq Ċiniż tqies bħala distort minħabba l-politiki nazzjonali u speċifiċi għas-settur u l-miżuri relatati promulgati mill-fornituri domestiċi tal-batteriji, b’mod partikolari dawk li jappartjenu għall-istrutturi tal-ipprezzar. Dawn il-miżuri, li kienu diġà elenkati u spjegati fir-Regolament provviżorju, jinkludu: l-appoġġ għall-investiment mill-gvern (il-premessa (719)), l-inċentivi tat-taxxa (il-premessa (722)), il-fondi ta’ gwida (il-premessa (721)), il-miri tal-iżvilupp u tal-bejgħ (il-premessa (725)), il-wegħdiet ta’ ekwità, il-premji, il-kumpens tal-assigurazzjoni, l-appoġġ mill-gvern fuq l-art, l-użu tal-elettriku u l-gass (il-premessa (726)), il-fondi ta’ investiment speċjali, appoġġ ta’ kreditu (il-premessa (730)), il-garanziji finanzjarji, self sindakat (il-premessa (734)). Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet diversi eżempji ta’ miżuri tal-GTĊ dwar l-ipprezzar tal-batteriji u dwar it-tnaqqis tal-kost għall-industrija tal-BEV, li jinsabu fil-Pjan tan-NEV 2012-2020 (il-premessa (745)), fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-2017 dwar il-Batteriji (il-premessi (746) u (747)) u fl-Avviż dwar l-Industrija tal-Batteriji (il-premessa (749)), kif ukoll fl-istqarrijiet uffiċjali għall-istampa (il-premessa (751)). Konsegwentement, minkejja l-fatt li ċerti fornituri tal-batteriji jistgħu ma jkunux affiljati diretti ta’ assoċjazzjonijiet jew ta’ istituzzjonijiet governattivi rikonoxxuti, l-akkwiżizzjonijiet kollha tal-batteriji mill-Grupp Geely matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jitqiesu bħala affettwati. Din il-valutazzjoni tirriżulta mill-fehim li l-fornituri kollha li joperaw domestikament, irrispettivament mis-sjieda pubblika jew privata tagħhom, qed isegwu l-politiki u l-prezzijiet governattivi, u għalhekk huma affettwati bl-istess mod mill-istess kundizzjonijiet distorti tas-suq. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li, kif ġie spjegat fil-premessa (767) tar-Regolament provviżorju, kemm is-CBIA kif ukoll is-CIAPS ma jippubblikawx il-lista sħiħa tal-membri. Minħabba n-nuqqas ta’ sett komplut ta’ informazzjoni dwar is-sħubija f’waħda miż-żewġ assoċjazzjonijiet, il-Kummissjoni ma tistax tqis b’ċertezza li kwalunkwe kumpanija ma hijiex membru.

Kif innotat fil-premessa (845) tar-Regolament provviżorju, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali tal-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni kruċjali dwar is-sitwazzjoni tas-suq fiċ-Ċina tal-fornituri tal-batteriji u dwar aġġustamenti possibbli li kellhom isiru, filwaqt li l-informazzjoni miġbura u vverifikata fil-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw kienet speċifika għall-kwantitajiet, kW/h, kimiki tal-batteriji (NMC jew LFP) użati għall-produzzjoni tal-BEVs mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-perjodu tal-investigazzjoni. F’dan ir-rigward, kif ġie nnotat fil-premessa (847) tar-Regolament provviżorju u l-premessi (513) sa (514) hawn fuq, id-data tal-BMI ippermettiet il-kalkolu tal-parametri referenzjarji għall-perjodu ta’ investigazzjoni għal kull kimika, jiġifieri l-LFP u l-NMC. Aktar minn hekk, f’termini ta’ kimiki, tqies ukoll il-piż tas-sottokimiki differenti tal-batteriji tal-NMC (111, 523, 622, 811) abbażi tad-domanda korrispondenti fis-settur tal-EV. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet ta’ referenza tal-BMI irriflettew kif xieraq id-differenzi fil-prezzijiet tat-tipi differenti ta’ batteriji mixtrija speċifikament mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-parti ma ssostanzjatx, u wisq anqas ma pprovdiet evidenza, rigward kwalunkwe aspett li fih id-data tal-BMI tista’ tmur kontra x-xiri ta’ batteriji li sar mill-esportaturi inklużi fil-kampjun.

(517)

Fir-rigward tal-asserzjonijiet li tqajmu dwar l-aġġustamenti, l-ewwel nett, kif innotat fil-premessi (858) u (859) tar-Regolament provviżorju u d-divulgazzjoni speċifika tal-Grupp Geely, il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni fil-fajl relatata mal-prezz tat-trasferiment sabiex tiddetermina jekk it-tranżazzjonijiet tax-xiri ta’ batteriji jistgħux jitqiesu bħala magħmula f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Madankollu, l-informazzjoni fil-fajl, jiġifieri l-ftehimiet dwar il-prezzijiet sottomessi u l-kuntratti mill-Grupp Geely, ma kienet tinkludi l-ebda informazzjoni f’dan ir-rigward, li setgħet uriet il-prezzijiet mitluba mill-fornituri relatati lill-Grupp Geely u lil klijenti indipendenti oħrajn. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tiddetermina li l-prezzijiet imħallsa lill-fornituri relatati kienu f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta jew li tuża dawn il-prezzijiet. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ssostitwiet dawk il-prezzijiet relatati bil-prezz imħallas għal kull kw/h għal tip simili ta’ batterija lil fornituri mhux relatati. Għalkemm il-Grupp Geely implika li pprovda eżempju ta’ kuntratt għax-xiri ta’ batteriji bejn entitajiet relatati ta’ Geely li rreferenzjaw il-prezz tas-suq tal-materja prima, kuntratt bħal dan ma weriex li l-prezzijiet imħallsa bejn dawn l-entitajiet relatati għall-akkwist tal-batteriji kienu f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, u lanqas ma inkluda xi valutazzjonijiet indipendenti ta’ dawn il-prezzijiet tas-suq.

(518)

It-tieni, fir-rigward tax-xiri mill-Grupp Geely minn fornitur relatat CATL, minħabba l-eżistenza ta’ impriżi konġunti bejn il-Grupp Geely u CATL, dawn iż-żewġ kumpaniji tqiesu bħala relatati fil-qafas ta’ dan il-proċediment, għalhekk ix-xiri li sar minn Geely minn dan il-fornitur tqies bħala tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati.

(519)

It-tielet, l-implikazzjoni li l-Kummissjoni sempliċiment issostitwiet il-prezzijiet għall-fornituri relatati bil-prezz għal kull kilowatt fis-siegħa (kW/h) imħallas lil fornituri mhux relatati ma hijiex akkurata. Skont il-premessa (859) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet bejn il-partijiet relatati fi ħdan il-Grupp Geely ġew issostitwiti bil-prezz imħallas għal kull kW/h għal prodotti komparabbli minn fornituri mhux relatati. Dan ifisser li l-prezz imħallas minn entità speċifika ta’ Geely lill-fornitur mhux relatat tagħha stess intuża għall-kimika xierqa tal-batteriji (LFP u NMC) u għat-tip ta’ batterija (ċellola, modulu jew pakkett). F’każijiet fejn l-istess entità ta’ Geely ma xtrat minn ebda fornitur mhux relatat, kif iddikjarat fil-premessa (859) tar-Regolament provviżorju, intuża l-prezz medju ponderat għal kull kW/h għal prodotti simili fil-livell tal-Grupp Geely. Dan l-approċċ ġie applikat b’mod konsistenti fuq bażi ta’ kW/h, filwaqt li tqiesu kemm il-kimika tal-batteriji (LFP u NMC) kif ukoll it-tip ta’ batterija (ċellola, modulu jew pakkett).

(520)

Ir-raba’, il-Kummissjoni ma llimitatx lilha nnifisha għall-użu ta’ prezz ta’ referenza medju fit-tipi kollha ta’ batteriji. Meta l-Grupp Geely irrapporta xiri ta’ batteriji b’kapaċitajiet differenti ta’ kW/h (eż., 143/120/88 kW/h), il-Kummissjoni qieset l-ogħla kapaċità, li kienet l-aktar approċċ konservattiv. Barra minn hekk, la s-sottokimiki differenti tal-batteriji tal-NMC (111, 523, 622, 811) u lanqas il-forom tal-batteriji (eż. borża) ma ġew irrapportati sistematikament mill-kumpaniji tal-Grupp Geely, u dawn id-dettalji lanqas ma kienu pprovduti fil-kummenti provviżorji. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma setgħetx tapplika dawn l-ispeċifiċitajiet għall-Grupp Geely. Fi kwalunkwe każ, l-implikazzjoni li l-batteriji tal-NMC (tat-tip NCM111) u l-batteriji tal-borża ma jintużawx fil-BEVs tal-Grupp Geely destinati għall-UE u kien jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kalkoli hija irrilevanti. Peress li l-forniment ta’ batteriji b’remunerazzjoni anqas minn dik adegwata kien ta’ benefiċċju għall-produzzjoni sħiħa tal-BEVs u mhux biss għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, il-benefiċċju kkalkolat għax-xiri tal-batteriji huwa espress fuq il-BEVs prodotti mill-grupp, irrispettivament mid-destinazzjoni tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

(521)

Il-ħames, fir-rigward tal-asserzjoni li wħud mill-batteriji ma ntużawx fil-produzzjoni ta’ BEVs jew mhux f’BEVs għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, u li għalhekk kien jenħtieġ li jiġu esklużi, il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ingħataw struzzjonijiet biex jirrapportaw ix-xiri kollu tagħhom ta’ batteriji għall-produzzjoni ta’ BEVs. B’mod speċifiku, minbarra d-dettalji ta’ kull tranżazzjoni ta’ xiri, l-esportaturi kienu meħtieġa jindikaw il-mudell tal-BEV li għalih intużat kull batterija. Konsegwentement, tqiesu t-tranżazzjonijiet kollha tax-xiri tal-batteriji, u l-benefiċċju kkalkolat ġie espress abbażi tan-numru totali ta’ BEVs prodotti, irrispettivament mid-destinazzjoni tagħhom. Il-Grupp SAIC sostna li f’konformità mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni dwar ix-xiri ta’ batteriji li hija sottomessa f’forma fil-qosor kien jenħtieġ li ma tiġix injorata mill-Kummissjoni, li minflok ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta minn produttur esportatur ieħor bħala fatti disponibbli.

(522)

Kif imsemmi fil-premessa (348) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset li l-Grupp SAIC deliberatament żamm informazzjoni li kienet faċilment disponibbli u għalhekk ikkawża diffikultajiet bla bżonn biex il-Kummissjoni tasal għal sejba raġonevolment preċiża. Barra minn hekk, kif ġie nnotat fil-premessa (349), il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li l-akkuratezza tal-informazzjoni limitata pprovduta mill-Grupp SAIC fir-rigward tal-valur jew tal-kwantità ma setgħetx tiġi vverifikata. Għal dawn ir-raġunijiet, u f’konformità mal-Artikolu 28(3), il-Kummissjoni ma setgħetx tibbaża fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Grupp SAIC. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(523)

Il-Grupp SAIC asserixxa wkoll li l-konklużjonijiet implikati fil-premessa (700) tar-Regolament provviżorju ma kinux iġġustifikati kif xieraq peress li l-Kummissjoni ma spjegatx ir-raġunijiet għaliex kien raġonevoli li tintuża l-informazzjoni ta’ grupp ta’ produtturi esportaturi ieħor fir-rigward tax-xiri ta’ batteriji. B’mod aktar speċifiku, huwa rrefera għall-premessa (811) tar-Regolament provviżorju fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni relatata mal-Grupp Geely “ma tqisitx waħedha suffiċjenti biex jinsiltu konklużjonijiet sinifikanti fir-rigward tal-effett tal-kontroll governattiv fuq l-assoċjazzjoni tal-industrija tal-batteriji tal-enerġija fuq il-prezzijiet tal-batteriji imposti fuq il-produtturi tal-BEV”. B’riżultat ta’ dan, il-Grupp SAIC qies li din l-iskema ta’ sussidju rriżultat fl-ogħla marġni ta’ sussidju kkalkolat għal skema ta’ sussidju waħda għall-Grupp SAIC li għandha konsegwenzi finanzjarji potenzjali severi.

(524)

Kif imsemmi fil-premessa (318) tar-Regolament provviżorju, il-Grupp SAIC ipprovda biss informazzjoni parzjali relatata max-xiri tiegħu ta’ batteriji, li l-akkuratezza tagħhom kemm f’termini ta’ valur kif ukoll ta’ kwantità ma setgħetx tiġi vverifikata mill-Kummissjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni informat lill-Grupp SAIC bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u stiednet lill-Grupp SAIC biex jipprovdi kummenti. Il-kummenti sottomessi mill-Grupp SAIC ma kinux ta’ natura li jibdlu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni biex b’hekk il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-fatti disponibbli.

(525)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat informazzjoni li kienet disponibbli fil-fajl; jiġifieri informazzjoni minn grupp mhux integrat ieħor ta’ produtturi esportaturi li xtraw batteriji simili u mmanifatturaw mudelli simili tal-BEV. Dan kien l-uniku grupp inkluż fil-kampjun mhux integrat li xtara batteriji u li kellu bejgħ domestiku u ta’ esportazzjoni sinifikanti tal-BEV fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-fatt li l-informazzjoni relatata mal-Grupp Geely fir-rigward tal-effett tal-kontroll tal-gvern fuq l-assoċjazzjoni tal-industrija tal-batteriji tal-enerġija fuq il-prezzijiet tal-batteriji mitluba lill-produtturi tal-BEV ma tqisitx minnha nnifisha suffiċjenti ma jiskwalifikax l-użu tal-informazzjoni dwar ix-xiri ta’ batteriji tal-Grupp Geely f’termini ta’ prezzijiet u kalkolu tal-benefiċċji korrispondenti bħala fatti rilevanti disponibbli fil-fajl. B’mod partikolari, il-premessa (811) tar-Regolament provviżorju tikkonċerna l-kwistjoni differenti li jiġi stabbilit l-effett tal-kontroll tal-gvern fuq il-prezzijiet tal-batteriji. L-unika konklużjoni f’dik il-premessa kienet li fid-dawl tas-sehem aktar baxx tas-suq u tal-volum tal-bejgħ tal-batteriji tal-Grupp Geely, ma kienx possibbli li jiġi stabbilit dak il-kontroll fuq dik il-bażi biss. Din il-premessa ma kinitx tittratta l-affidabbiltà tal-prezzijiet tal-batteriji tal-Grupp Geely, u wisq anqas ma kkonkludiet li dawn il-prezzijiet tal-batteriji ma kinux rappreżentattivi tal-prezzijiet tas-suq domestiku Ċiniż tal-batteriji. Fil-fatt, dawn il-prezzijiet tal-batteriji mill-Grupp Geely kienu l-aktar parametru referenzjarju xieraq fil-fajl minħabba l-livell ta’ integrazzjoni tal-grupp u t-tipi ta’ batteriji involuti, f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (860) tar-Regolament provviżorju u biex tirrifletti s-sitwazzjoni tal-Grupp SAIC, il-Kummissjoni eskludiet ċerti batteriji maħsuba għall-mudelli tal-BEV li ma kinux simili għal dawk mibjugħa mill-Grupp SAIC mill-kalkolu tal-benefiċċju.

(526)

Barra minn hekk, il-Grupp SAIC sar konxju, fil-bidu tal-investigazzjoni u matul l-iskambji rigward l-applikazzjoni possibbli tal-fatti disponibbli, li, wara l-applikazzjoni tal-fatti disponibbli, ir-riżultat tal-investigazzjoni jista’ jkun anqas favorevoli għall-parti milli kieku din kienet ikkooperat. Fi kwalunkwe każ, il-Grupp SAIC ma ppropona l-ebda sors alternattiv ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq u tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-premessi (700) u (860) tal-miżuri provviżorji, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni dwar il-Grupp Geely ammontat għal sostituzzjoni raġonevoli tal-informazzjoni meħtieġa sabiex tagħmel sejbiet għall-Grupp SAIC u spjegat ir-raġunijiet għaliex kien raġonevoli li tintuża l-informazzjoni ta’ grupp ta’ produtturi esportaturi ieħor dwar ix-xiri ta’ batteriji.

(527)

Fil-kummenti tagħha wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, Tesla (Shanghai) argumentat li ma kien jeżisti l-ebda benefiċċju dwar il-forniment ta’ batteriji u l-inputs ewlenin tagħhom, minħabba sitwazzjoni speċifika ta’ akkwist li għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità ma setgħetx tiġi żvelata fir-Regolament. Għar-raġunijiet spjegati f’divulgazzjoni speċifika lil dan il-produttur esportatur, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(528)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tesla Shanghai ssottomettiet kummenti dwar l-allokazzjoni tal-benefiċċju għall-batteriji. Dawn il-kummenti ġew parzjalment aċċettati u indirizzati f’divulgazzjoni speċifika għall-kumpanija.

(529)

Diversi produtturi esportaturi li kkooperaw għamlu asserzjonijiet dwar l-ammont ta’ sussidju abbażi tad-data tal-BMI użata mill-Kummissjoni, inklużi l-għażla metodoloġika u l-eżistenza ta’ żbalji klerikali. Minbarra dawn l-asserzjonijiet, il-Kummissjoni analizzat id-data rilevanti disponibbli fil-BMI aktar mill-qrib, kif ukoll il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju xieraq biex jiġi kkwantifikat l-ammont ta’ sussidju li jirriżulta minn dan il-programm.

(530)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni sabet li, skont id-data tal-BMI, matul il-PI, id-domanda lokali Ċiniża għaċ-ċelluli tal-batteriji kienet ħafna aktar baxxa mill-produzzjoni Ċiniża fis-suq. Fil-fatt, is-surplus taċ-Ċina kien jammonta għal 43 % matul il-PI. Tali provvista żejda Ċiniża ta’ batteriji Ċiniżi kienet ir-riżultat tal-politiki speċifiċi u tal-interventi tal-GTĊ kif ġew iddettaljati fit-Taqsima 3.7.2.1. tar-Regolament provviżorju, li rriżultaw fi produzzjoni żejda u l-ħtieġa li jiġu esportati bi prezzijiet baxxi biex tali produzzjoni żejda tiġi allokata fi swieq oħrajn sabiex jiġu koperti d-defiċits f’dak l-input. Fil-fatt, analiżi aktar dettaljata tas-settijiet ta’ data disponibbli fil-BMI, jiġifieri d-data dwar il-provvista u d-domanda taċ-ċelluli tal-batteriji f’żoni ġeografiċi differenti, uriet li matul il-PI kien hemm defiċit ta’ madwar 300 % fl-Ewropa u ta’ madwar 200 % fl-Amerika ta’ Fuq (jiġifieri f’dawk is-swieq id-domanda għaċ-ċelluli tal-batteriji kienet ferm ogħla mill-provvista domestika attwali). Dan id-defiċit imtela mill-esportazzjonijiet Ċiniżi (85) ta’ parti mill-produzzjoni żejda tagħhom li kienet saħansitra akbar mid-defiċit taż-żoni ġeografiċi kollha. Minn analiżi dettaljata tad-data dwar il-provvista tal-BMI u dwar id-domanda fiż-żoni ġeografiċi differenti, jidher li s-suq tal-Asja u l-Paċifiku (minbarra d-data Ċiniża) (data tal-APAC (dik li kienet iċ-Ċina)) kellu l-iżgħar defiċit, jiġifieri 9 % matul il-PI. Barra minn hekk, id-data f’dak is-suq uriet surplus ta’ 24 % fl-2022 u defiċit ta’ 21 % fl-2023. L-analiżi wriet ulterjorment li l-prezzijiet fir-reġjuni l-oħrajn fejn kien hemm preżenza sinifikanti ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi kienu ferm aktar baxxi milli fir-reġjun tal-APAC (dik li kienet iċ-Ċina). Dan jissuġġerixxi li aktar ma jkunu għoljin il-perċentwal u l-preżenza ta’ batteriji żejda tas-suq Ċiniż fis-swieq reġjonali, aktar ikunu baxxi l-prezzijiet tas-settijiet tad-data korrispondenti għal tali swieq fil-PI.

(531)

Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li huwa xieraq li tintuża d-data mis-suq tal-APAC (dik li kienet iċ-Ċina) għall-kuntrarju tad-data mis-swieq kollha, li hija affettwata mill-esportazzjonijiet sussidjati Ċiniżi. B’mod partikolari, fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi Ċiniżi tal-batteriji u fin-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli oħra, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-BMI fir-reġjun tal-APAC (dik li kienet iċ-Ċina). Il-parametru referenzjarju użat kien fih il-prezzijiet attwali għall-aħħar trimestru tal-2022 minħabba s-surplus osservat f’dik is-sena. B’kuntrast għal dan, meta wieħed iżomm f’moħħu li fl-2023, il-kundizzjonijiet tas-suq urew defiċit f’dak is-suq, għall-ewwel tliet trimestri tal-2023, il-prezzijiet referenzjarji fil-BMI ġew aġġustati bid-differenza fil-prezz bejn ir-reġjun tal-APAC (dik li kienet iċ-Ċina) u ċ-Ċina għall-aħħar trimestru tal-2022 li tammonta għal medja ta’ 12 %.

(532)

Barra minn hekk, fil-premessa (813) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni indikat li l-parametru referenzjarju użat fl-istadju provviżorju ġie kkalkulat fuq bażi konservattiva minħabba li l-prezzijiet tal-BMI ġew ikkwotati fuq bażi “mill-fabbrika” u għalhekk ma inkludewx il-kostijiet tat-trasport. Din is-sejba hija kkonfermata fuq bażi tal-pajjiż kollu, billi l-evidenza fil-fajl turi li l-parti l-kbira tal-batteriji mixtrija jsiru fuq bażi mill-fabbrika. Madankollu, fejn applikabbli, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet reali tat-tbaħħir imġarrba mill-produtturi esportaturi li xtraw il-batteriji abbażi ta’ termini ta’ kunsinna għajr dawk mill-fabbrika.

(533)

Wara d-divulgazzjoni mill-ġdid, Tesla Shanghai ma qablitx mar-raġunament li jispjega d-data referenzjarja riveduta tal-BMI. B’mod partikolari, Tesla ma qablitx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni, jiġifieri, aktar ma jkunu għoljin il-perċentwal u l-preżenza ta’ batteriji żejda tas-suq Ċiniż fis-swieq reġjonali, aktar ikunu baxxi l-prezzijiet tas-settijiet tad-data korrispondenti għal tali swieq fil-PI, filwaqt li asseriet li d-data dwar il-prezz u d-domanda tal-BMI ma tikkonfermax din is-suppożizzjoni.

(534)

Madankollu, il-Kummissjoni kkonfermat mill-ġdid il-konklużjoni tagħha abbażi tad-data tal-BMI. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, id-defiċit għall-batteriji fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq kien ta’ madwar 200 % - 300 %, u l-prezz medju tal-batterija tal-NMC f’dawn ir-reġjuni kien ta’ madwar 130 – 134 USD/kowd. Min-naħa l-oħra, id-defiċit għall-batteriji fir-reġjun tal-APAC (dik li kienet iċ-Ċina) kien biss ta’ madwar 9 %, u l-prezz medju kien ogħla minn dak fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq. Il-kumpanija interpretat ir-raġunament tal-Kummissjoni b’mod ħażin billi implikat li “d-data tikkontradixxi li d-differenza fil-prezz kbira ħafna bejn il-prezzijiet reġjonali u l-prezzijiet taċ-Ċina tkun iżgħar kull meta jkun hemm defiċit”. Id-determinazzjoni tal-Kummissjoni li tuża d-data mis-suq tal-APAC (minbarra ċ-Ċina), aktar milli data mis-swieq kollha—li hija kompromessa mill-esportazzjonijiet sussidjati Ċiniżi — ma kinitx ibbażata fuq id-differenza fil-prezz kbira ħafna bejn il-prezzijiet Ċiniżi u dawk ta’ reġjuni oħrajn. Barra minn hekk, id-differenza fil-prezz kbira ħafna bejn is-suq Ċiniż u s-swieq Ewropej jew tal-Amerika ta’ Fuq matul il-perjodi kollha disponibbli titqies bħala mhux affidabbli, peress li ġiet affettwata b’mod sinifikanti minn defiċits sostanzjali fil-provvista tal-batteriji u miż-żieda fil-preżenza li tirriżulta tal-esportazzjonijiet Ċiniżi.

(535)

Tesla Shanghai ma qablitx ukoll mal-aġġustament mill-Kummissjoni tal-prezzijiet fir-reġjun tal-APAC (dik li kienet iċ-Ċina) matul l-ewwel tliet trimestri tal-2023 (il-Kummissjoni qieset li dawn il-prezzijiet kienu diġà affettwati mill-kundizzjonijiet tas-suq, li wrew defiċit f’dak is-suq matul dan il-perjodu). Il-kumpanija asseriet li l-aġġustament kellu jiġi applikat ’il fuq fir-rigward tal-prezzijiet tal-batteriji fiċ-Ċina.

(536)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ tali suġġeriment, billi matul l-analiżi tagħha f’din l-investigazzjoni, affermat b’mod konsistenti li l-prezzijiet Ċiniżi tal-batteriji kienu ssussidjati sostanzjalment u, konsegwentement, ma setgħux iservu bħala bażi affidabbli għal tali aġġustament.

(537)

Il-Kummissjoni identifikat il-prezz attwali tal-batterija fir-reġjun tal-APAC (minbarra ċ-Ċina), matul l-aħħar trimestru tal-2022 bħala l-aktar parametru referenzjarju affidabbli li fuqu kien ibbażat l-aġġustament, minħabba s-surplus osservat f’dan ir-reġjun fl-2022. Għalhekk, l-argumenti tal-kumpanija ġew miċħuda.

(538)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u għall-kumpanija li rċeviet eżami individwali tammonta għal:

Il-forniment ta’ batteriji għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Il-Grupp Geely

9,62  %

Grupp SAIC

12,60  %

Tesla (Shanghai) (eżaminazzjoni individwali)

4,35  %

3.7.2.2.   Il-forniment ta’ LFP mill-Gvern għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata

3.7.2.2.1.   Kontribuzzjoni finanzjarja

(a)   Fornituri tal-LFP li jaġixxu bħala “korpi pubbliċi”

(539)

Kif ġie spjegat fil-premessa (470) ta’ dan ir-Regolament, il-kummenti sottomessi mill-GTĊ dwar il-fornituri tal-input li jaġixxu bħala “korpi pubbliċi” kienu jappartjenu kemm għall-produtturi tal-batteriji kif ukoll għal dawk tal-LFP. Il-Kummissjoni indirizzat dawn il-kummenti fil-premessi (471) u (472), (480), u (482) sa (484) ta’ dan ir-Regolament.

(540)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD sostna li l-analiżi dwar il-fornituri tal-LFP kienet nieqsa minn evidenza fattwali, u li l-ebda dokument ma wera li l-fornituri tal-LFP biegħu l-prodotti lill-Grupp BYD biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika. Il-Grupp BYD issottometta mill-ġdid ir-reġistru tax-xiri għal-LFP bħala evidenza ta’ appoġġ. Il-Grupp BYD żied li l-investigazzjoni ma wrietx li l-assoċjazzjonijiet jidderieġu lill-membri tagħhom biex jadottaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi tagħhom għall-benefiċċju tal-industrija tal-BEV. Skont il-Grupp BYD, il-Kummissjoni naqset milli tippreżenta evidenza li l-Istat speċifikament għandu “setgħa akkwiżita” fl-assoċjazzjoni. Fuq il-bażi ta’ dan, il-Grupp BYD argumenta li għalhekk ma hemm l-ebda evidenza stabbilita sew biex jiġi konkluż li l-fornituri tal-LFP jaġixxu bħala “korpi pubbliċi” u l-provvisti tagħhom ta’ merkanzija jaqgħu taħt l-umbrella ta’ merkanzija għal LTAR, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni biex ma jiġux aċċettati prezzijiet fil-pajjiż.

(541)

Kif ġie nnotat fil-premessa (864) tar-Regolament provviżorju, is-suq Ċiniż tqies bħala distort minħabba l-politiki nazzjonali u speċifiċi għas-settur fis-seħħ u l-miżuri relatati, b’mod partikolari dawk li jappartjenu għall-istrutturi tal-ipprezzar. Konsegwentement, l-akkwiżizzjonijiet kollha tal-LFP mill-Grupp BYD matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jitqiesu bħala affettwati. Din il-valutazzjoni tirriżulta mill-fehim li l-fornituri kollha joperaw domestikament skont il-politiki u forom oħrajn ta’ interferenza mill-GTĊ, fl-istess kundizzjonijiet distorti tas-suq. Għalhekk, il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fiċ-Ċina tqiesu bħala distorti, u l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(d)(ii) kienet iġġustifikata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ (it-Taqsima 3.3.1.2 tar-Regolament provviżorju), il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-suq domestiku Ċiniż tal-inputs u għalhekk kellha tirrikorri għall-fatti disponibbli. Barra minn hekk, id-differenzi fil-prezzijiet bejn il-fornituri tal-LFP ta’ BYD ma għandhom l-ebda effett fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni; kif diġà ġie rikonoxxut fil-premessa (891) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet tal-LFP fornuti lill-Grupp BYD segwew xejriet kompletament differenti mill-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (il-premessa (920) tar-Regolament provviżorju). Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(542)

Kif diġà kopert fil-punt (a)(3)(b) tat-Taqsima 3.7.2.1.1 u l-premessi minn (744) sa (757) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni sabet li l-forniment ta’ batteriji u l-inputs tagħhom huwa regolat mill-GTĊ bil-għan li jitnaqqsu l-prezzijiet għall-benefiċċju tal-industrija tal-BEV. Evidenza addizzjonali ta’ kontrolli tal-prezzijiet ordnati mill-GTĊ dwar l-inputs tal-batteriji hija disponibbli fil-“MIIT Work plan for stabilizing growth in the nonferrous metals industry” (86) ippubblikat f’Settembru 2023. Fil-fatt, wieħed mill-għanijiet ewlenin huwa li “tissaħħaħ il-provvista u l-istabbiltà tal-prezzijiet tal-prodotti ewlenin” permezz tal-“bini ta’ pjattaforma upstream u downstream għad-dokkjar tal-provvista u tad-domanda, jiġu ggwidati l-impriżi tal-iżvilupp u tat-tidwib tar-riżorsi tal-metall li ma fihx ħadid biex jiġu ffirmati ftehimiet ta’ akkwist fuq terminu twil ma’ utenti downstream, u tiġi stabbilizzata l-provvista ta’ prodotti ewlenin bħar-ram, l-aluminju, il-litju [u] t-titjib tal-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija “ħamra, safra u kaħla” għall-provvista ta’ materja prima sfuża, tiġi msaħħa l-gwida tal-aspettattiva, u jiġu pprevenuti flutwazzjonijiet kbar fil-prezz u spekulazzjoni malizzjuża […] jiġu appoġġati impriżi ewlenin biex iwettqu riżervi kummerċjali, u tiġi regolata xjentifikament u b’mod ordnat ir-relazzjoni bejn il-provvista u d-domanda tas-suq” (87). Il-kooperazzjoni bejn l-atturi upstream u downstream biex jiġu stabbilizzati l-provvista u d-domanda, is-superviżjoni tal-provvista u l-flutwazzjonijiet tal-kontroll tal-prezzijiet huma kollha struzzjonijiet li diġà jinsabu fi pjanijiet preċedenti, bħall-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Batteriji u l-Avviż dwar l-industrija tal-batteriji tal-2017 (ara l-premessi (746) sa (750) tar-Regolament provviżorju). Dan mhux biss jikkonferma li l-GTĊ eżerċita l-kontroll tiegħu fuq il-prezzijiet diġà mill-2017, iżda anke li dawn l-isforzi għadhom sostnuti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u lil hinn.

(543)

Minbarra l-pjanijiet ċentrali li jikkonfermaw il-kontrolli tal-ipprezzar eżerċitati u ordnati mill-GTĊ diġà koperti fil-punt (2) tat-Taqsima 3.7.2.1.1, u b’mod partikolari l-premessa (751) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni sabet evidenza addizzjonali tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija li fformolaw politiki industrijali u li wettqu kompiti tal-gvern bħall-istabbilizzazzjoni tal-aspettattivi tal-provvista u tad-domanda u tal-fluttwazzjonijiet tal-prezz ta’ kontroll. Dan huwa muri mill-aħħar stqarrijiet ta’ Ge Honglin, is-Segretarju tal-Partit u President tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli li ma Fihomx Ħadid taċ-Ċina(“CNMIA”) (88). Kif diġà kopert mill-premessa (94) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1618 , is-CNMIA hija assoċjazzjoni tal-industrija fejn is-CCP jintervjeni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali. F’din l-“organizzazzjoni soċjali”, bħal f’diversi assoċjazzjonijiet tal-industrija, l-organizzazzjonijiet tal-bini tal-partit huma inkorporati fl-istruttura tagħha (89) (kif kopert mill-premessa (779) tar-Regolament provviżorju). Is-CNMIA “implimentat bir-reqqa d-deċiżjonijiet u l-iskjeramenti tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP u tal-Kunsill tal-Istat, u kkooperat mad-dipartimenti rilevanti biex tifformula u tirreklama u tinterpreta politiki industrijali bħall-“Linji Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali”, “Pjan ta’ ħidma għall-istabbilizzazzjoni tat-tkabbir fl-industrija tal-metalli li ma fihomx ħadid”, u “Metodi ta’ Ġbir tal-Introjtu mit-Trasferiment tad-Drittijiet tal-Estrazzjoni”; […] b’reazzjoni għaċ-ċaqliq ’il fuq u ’l isfel fil-prezzijiet ta’ varjetajiet strateġiċi tal-metall bħal-litju u s-siliċju, għenet lid-dipartimenti tal-gvern biex isaħħu l-komunikazzjoni ma’ impriżi upstream u downstream u biex jiġu stabbilizzati l-aspettattivi tas-suq; […] iffirmat ftehimiet ta’ kooperazzjoni strateġika ma’ aktar minn għaxar gvernijiet lokali bħal Anhui, Jiangxi, Gansu u Guangxi, u effettivament ippromwoviet it-tqassim razzjonali tal-industriji reġjonali u l-iżvilupp reġjonali kkoordinat, u appoġġat bis-sħiħ it-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji lokali”. [l-enfasi miżjuda]

(544)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li d-dikjarazzjoni tas-CNMIA li l-Kummissjoni bbażat fuqha fil-premessa (543) ta’ dan ir-Regolament hija irrilevanti, peress li hija relatata ma’ assoċjazzjoni kompletament differenti, u fi kwalunkwe każ hija inkonsistenti mal-evidenza rreġistrata. Barra minn hekk, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni ma weġbitx għall-kummenti dwar il-fornituri tal-materja prima bħala korpi pubbliċi permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-assoċjazzjonijiet industrijali. Il-GTĊ tenna li l-parteċipazzjoni ta’ dawn il-fornituri fl-assoċjazzjonijiet tal-industrija ma tagħmilhomx korpi pubbliċi, u li l-Kummissjoni ma spjegatx kif dawn l-assoċjazzjonijiet jikkontrollaw u jintervjenu fl-iffissar tal-prezzijiet.

(545)

Il-Kummissjoni fakkret li l-kwotazzjoni mis-CNMIA ntużat biex tappoġġa s-sejbiet tal-Kummissjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-industrija ma humiex korpi indipendenti ħielsa mill-kontroll tal-Istat, u għalhekk rilevanti għal din l-investigazzjoni. Fir-rigward tal-allegazzjonijiet mill-GTĊ li l-Kummissjoni ma weġbitx għall-kumment tiegħu dwar il-korpi pubbliċi, il-Kummissjoni kienet diġà spjegat fil-premessa (539) ta’ dan ir-Regolament, li l-kummenti sottomessi mill-GTĊ dwar il-fornituri tal-input li jaġixxu bħala “korpi pubbliċi” kienu jappartjenu kemm għall-produtturi tal-batteriji kif ukoll għal dawk tal-LFP. Il-Kummissjoni indirizzat dawn il-kummenti fil-premessi (471) u (472), (480), u minn (482) sa (484) ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-asserzjonijiet tqiesu bħala irrilevanti.

(546)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp BYD issottometta mill-ġdid il-kummenti tiegħu li jiddikjaraw li l-analiżi tal-Kummissjoni kienet nieqsa minn evidenza fattwali biex turi li l-operazzjonijiet kummerċjali tal-fornituri tal-LFP u l-imġiba tagħhom fis-suq kienu strutturati u żviluppati biex jitwettqu l-objettivi tal-politika tal-GTĊ, filwaqt li qal ukoll li l-fatt li huwa membru ta’ assoċjazzjoni industrijali jew li għandu organizzazzjoni tal-partit fi ħdan kumpanija ma jfissirx li l-fornituri tal-LFP jitilfu l-kapaċitajiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet indipendenti, is-setgħat korporattivi, u l-awtorità finanzjarja ġenerali tagħhom, li kollha huma pprovduti bil-liġijiet Ċiniżi applikabbli. Barra minn hekk, il-Grupp BYD enfasizza li l-fatt li l-prezzijiet tal-LFP fornut lill-Grupp BYD segwew xejriet kompletament differenti meta mqabbla mal-prezzijiet tal-esportazzjoni huwa irrilevanti, peress li swieq differenti għandhom prezzijiet differenti. Fl-aħħar nett, il-Grupp BYD argumenta li l-fatt li l-prezzijiet tal-LFP varjaw abbażi tal-fornitur kien jindika li l-iffissar tal-prezzijiet jaħdem skont id-domanda u l-provvista tas-suq u ma għandu l-ebda rilevanza mal-objettivi tal-politika tal-GTĊ.

(547)

Il-Kummissjoni diġà indirizzat parti minn dawn il-kummenti fid-divulgazzjoni finali fil-premessi minn (541) sa (543) ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-allegazzjonijiet dwar it-teħid ta’ deċiżjonijiet indipendenti tal-fornituri tal-LFP, dan huwa miċħud mill-evidenza li tinsab fir-Regolament provviżorju (il-premessi (779), (786), (787), (877)), filwaqt li x-xejriet fil-prezzijiet domestiċi tal-LFP meta mqabbla mal-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew indirizzati fil-premessi (905) u (920) tar-Regolament provviżorju, li jikkonferma li l-fornituri tal-LFP ma humiex qegħdin jaġixxu bħala operaturi tas-suq ħieles fis-suq domestiku Ċiniż u ma humiex qegħdin jieħdu deċiżjoni ekonomikament razzjonali. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-asserzjonijiet.

(548)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni sabet evidenza addizzjonali ta’ Hunan Yuneng New Energy Materials Co., Ltd. u s-sussidjarji tagħha li jimplimentaw politiki nazzjonali u li jaġixxu bħala korpi pubbliċi, kif kopert fit-Taqsima 3.7.2.2.1(a) tar-Regolament provviżorju. L-ewwel nett, l-istqarrijiet reċenti mill-Gvern Muniċipali tal-Poplu ta’ Xiangtan (90) jikkonfermaw li Hunan Yuneng New Energy Materials titqies mhux biss ġestita bħala impriża parzjalment proprjetà tal-Istat (ara l-premessa (881) tar-Regolament provviżorju), iżda anke bħala impriża li tmexxi ’l quddiem l-iżvilupp ta’ Xiangtan u, fl-aħħar mill-aħħar, tal-Istat. Taħt it-taqsima ffokata fuq “[o]ttimizzazzjoni u integrazzjoni ta’ pjattaformi ta’ impriżi tal-Istat”, il-Gvern ta’ Xiangtan qed jagħmel ħiltu biex “[j]integra l-Grupp ta’ Investiment Industrijali u l-Grupp Elettrokimiku biex jifformaw il-Grupp ta’ Investiment Industrijali Elettrokimiku, jibni b’mod attiv impriża orjentata lejn is-suq tal-ewwel klassi li jkollha żewġ kumpaniji elenkati, u jagħmel ħiltu biex ikun minn ta’ quddiem nett fil-materjali tal-batteriji tal-enerġija ġdida taċ-Ċina. Fi Frar [2023], Hunan Yuneng New Energy Company, li fiha l-Grupp Elettrokimiku investa u kellu sehem, ġiet elenkata b’suċċess fis-Suq tal-Impriżi tat-Tkabbir tal-Borża tal-Shenzhen” (91). Xiangtan Electrochemical hija impriża muniċipali tal-Istat taħt il-ġestjoni tas-SASAC ta’ Xiangtan. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta’ Hunan Yuneng u l-azzjonist tal-Istat tagħha, il-Xiangtan Electrochemical Group, huma marbuta mal-għanijiet tal-Gvern ta’ Xiangtan li jibni grupp ta’ impriżi b’introjtu operatorju ta’ 10 biljuni, permezz ta’ “implimentazzjoni ta’ “impriża waħda, politika waħda”, u jiffokaw fuq l-appoġġ tal-Kumpanija Hunan Yuneng New Energy Battery Materials Co., Ltd., Harbin Electric Wind Energy Co., Ltd. u impriżi oħrajn biex jilħqu l-livell ta’ 10 biljuni [ta’ introjtu operatorju]” u biex “jappoġġaw lil […] Xiangtan Electrochemical Group Co., Ltd. u impriżi ewlenin oħrajn fl-industrija biex jespandu negozji relatati u jwessgħu l-ambitu tan-negozju tagħhom, [u] jintegraw ir-riżorsi upstream u downstream permezz ta’ fużjonijiet, akkwiżizzjonijiet u riorganizzazzjoni” (92).

(549)

Fil-provinċja ta’ Kunming, fejn hemm Yunnan Yuneng New Energy Materials Co., Ltd, sussidjarja ta’ Hunan Yuneng, il-gvern tal-Belt ta’ Anning innegozja ma’ Yunnan Yuneng għall-istabbiliment ta’ proġett ta’ investiment ta’ aktar minn biljun CNY. Skont il-gvern tal-Belt ta’ Anning, il-ġestjoni tal-belt “tgħaqqad il-bini tal-partit mal-iżvilupp industrijali, filwaqt li tiffoka fuq il-promozzjoni tal-membri u l-uffiċjali tal-partit biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom, u taqdi bis-sħiħ lill-impriżi u lill-proġetti” (93). B’mod partikolari, il-proġett ta’ Yunnan Yuneng New Energy Battery Materials huwa meqjus bħala “manifestazzjoni qawwija tal-awtoskoperti tal-organizzazzjonijiet tal-partit fil-livelli kollha u l-maġġoranza tal-membri u l-uffiċjali tal-partit” (94) [l-enfasi miżjuda]. Ir-rabtiet profondi bejn il-kumitat tal-bini tal-partit fil-livelli ċentrali u lokali u l-impriżi, huma kkonfermati mill-evidenza li “[i]l-Kumitat ta’ Ħidma tal-Partit tal-Park Industrijali ta’ Anning iggwida lil Yunnan Yuneng biex tistabbilixxi fergħa tal-partit. […] F’Mejju [2023], il-fergħa tal-partit tal-kumpanija ssieħbet ukoll fil-kumitat tal-partit tal-katina tal-industrija tal-materjal tal-batteriji tal-enerġija ġdida tal-park. Permezz ta’ skambji fuq il-pjattaforma tal-bini tal-partit, din laħqet kooperazzjoni fl-akkwist tal-perossidu tal-idroġenu ma’ Yunnan Yuntian Petrochemical Co., Ltd., impriża li tinsab fil-park, biex issolvi l-problema tal-passat ta’ kost għoli għax-xiri tal-perossidu tal-idroġenu minn barra l-provinċja” (95). Għalhekk, il-bini tal-partit għandu rwol ċentrali fl-iżvilupp tal-impriżi u b’hekk javvanza l-iżvilupp tal-politiki nazzjonali ordnati mill-GTĊ. Eżempju ta’ dan huwa pprovdut mill-gvern ta’ Kunming, li jirrapporta li l-kumitati tal-bini tal-partit fil-Park Industrijali ta’ Anning għenu biex jiġu stabbiliti ftehimiet ta’ xiri bejn il-kumpaniji li jinsabu fil-park, u ftehimiet ta’ servizzi finanzjarji bejn il-banek u l-kumpaniji, “marbuta mil-“linja ħamra” tal-bini tal-partit fil-Park Industrijali ta’ Anning” (96). Ir-rwol tal-bini tal-partit fuq entitajiet privati kien kopert b’mod estensiv fil-premessa (787) tar-Regolament provviżorju, u l-evidenza ta’ hawn fuq tikkonferma li s-CCP jeżerċita influwenza fuq it-tipi kollha ta’ kumpaniji fiċ-Ċina, u li jista’ juża unitajiet ta’ ħidma tal-bini tal-partit fin-negozji u fil-gvernijiet lokali biex jeżerċita l-influwenza tiegħu. Kif diġà ġie kopert fil-premessa (885) tar-Regolament provviżorju, l-iżvilupp tal-Park Industrijali ta’ Anning kien maħsub ukoll biex jintlaħqu l-għanijiet li jinsabu fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Yunnan. Għalhekk, is-sejbiet ta’ hawn fuq jikkonfermaw li wieħed mill-akbar atturi tas-suq fiċ-Ċina għal-LFP, Hunan Yuneng New Energy Materials, huwa impriża tal-Istat li l-iżvilupp tagħha huwa marbut ħafna mal-ilħuq tal-għanijiet lokali u nazzjonali (il-premessa (548)), u jkomplu jżidu mal-korp ta’ evidenza li l-fornituri tal-LFP jirrispettaw u jimplimentaw l-objettivi ta’ politika tal-GTĊ u b’hekk iwettqu funzjonijiet governattivi.

(550)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li l-evidenza koperta hawn fuq fil-premessi (548) u (549) ta’ dan ir-Regolament ma tappoġġax il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, peress li:

Ir-rapport tal-aħbarijiet mill-Gvern Muniċipali ta’ Xiangtan ma jagħtix prova li huwa implimentatur tal-politika tal-Istat. L-istess japplika għall-politika mill-gvern provinċjali ta’ Hunan, li turi biss li l-kumpanija hija riċevitur ta’ politiki ta’ appoġġ u mhux implimentatur tal-politika tal-Istat.

Ir-rapporti dwar il-gvern Provinċjali ta’ Yunnan u dak Muniċipali ta’ Anning jirreferu għall-eżistenza ta’ organizzazzjonijiet u servizzi tal-partiti u appoġġ ipprovdut għall-operazzjonijiet u l-iżvilupp tal-kumpanija, u ma jappoġġawx l-implikazzjoni li Yunnan Yuneng New Energy Materials implimentat politiki tal-Istat u aġixxiet bħala korp pubbliku.

(551)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. Il-formazzjoni tal-Grupp ta’ Investiment Industrijali Elettrokimiku hija maħsuba biex “tibni b’mod attiv intrapriża orjentata lejn is-suq tal-ewwel klassi li jkollha żewġ kumpaniji elenkati”. Il-Kummissjoni tfakkar li, mhux biss il-Grupp Elettrokimiku investa f’Hunan Yuneng New Energy Materials, iżda l-kumpanija tal-aħħar ġiet elenkata wkoll fil-Borża ta’ Shenzhen fi Frar tal-2023, u li l-iżvilupp ta’ Hunan Yuneng New Energy Materials iservi l-għanijiet tal-Gvern ta’ Xiangtan li jibni grupp ta’ intrapriżi b’introjtu operatorju ta’ 10 biljuni, filwaqt li l-evidenza fil-fajl dwar Yunnan Yuneng New Energy Materials Co. torbot b’mod espliċitu l-kisbiet tal-kumpanija mal-kisbiet ta’ organizzazzjoni tal-partit. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(552)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri u fid-dawl tas-sejbiet addizzjonali mill-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi minn (861) sa (912) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(b)   Produtturi tal-LFP li jaġixxu bħala korpi privati inkarigati b’funzjonijiet jew b’ordni mill-GTĊ

(553)

Kif ġie spjegat fil-premessa (496) ta’ dan ir-Regolament, il-kummenti sottomessi mill-GTĊ dwar l-inkarigu u l-ordni kienu rilevanti kemm għall-produtturi tal-batteriji kif ukoll għal dawk tal-LFP. Il-Kummissjoni indirizzat dawn il-kummenti fil-premessa (498) ta’ dan ir-Regolament.

(554)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp BYD argumenta li l-fatt li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tax-xiri varjaw fost il-fornituri tal-LFP jikkontradixxi s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar l-inkarigu u d-direzzjoni, peress li jrid jintwera mill-Kummissjoni li l-iffissar tal-prezzijiet huwa rispons għall-għanijiet ta’ politika stabbiliti mill-GTĊ.

(555)

Il-Kummissjoni indikat li l-asserzjonijiet dwar il-kontroll tal-prezzijiet kienu diġà ġew indirizzati fil-premessi (541) u (542) ta’ dan ir-Regolament. Varjazzjoni fil-prezzijiet hija irrilevanti jekk dawk il-prezzijiet ikunu taħt it-termini tas-suq u tali livell ikun ir-riżultat tal-intervent tal-GTĊ fis-suq. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

3.7.2.2.2.   Benefiċċju, speċifiċità u kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(556)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-BYD Group argumenta li l-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju darbtejn għal xi xiri bejn il-kumpaniji ta’ pakketti ta’ batteriji. L-asserzjoni ġiet aċċettata u l-kalkoli ġew riveduti bix-xieraq.

(557)

Il-GTĊ sostna li l-użu tal-prezz FOB tal-esportazzjoni taċ-Ċina bħala l-parametru referenzjarju estern ma jiżgurax li l-parametru referenzjarju li jirriżulta huwa relatat jew jirreferi għal, jew huwa konness ma’, il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fil-pajjiż tal-provvista, u li konsegwentement dan jistma żżejjed il-prezz normali tas-suq domestiku, minħabba li l-produzzjoni globali tal-LFP hija kkonċentrata fiċ-Ċina, il-kwantità tal-LFP esportata miċ-Ċina hija limitata, u dawn l-esportazzjonijiet ma humiex neċessarjament għall-produzzjoni tal-batteriji tal-enerġija.

(558)

Fid-dawl tas-sejbiet fit-Taqsima 3.7.2.1 u l-premessi (846) u (918) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet li l-politiki settorjali applikabbli fis-seħħ fiċ-Ċina jfixklu l-prezzijiet kemm tal-batteriji kif ukoll tal-LFP fis-suq domestiku kollu. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni stabbiliet li t-termini u l-kundizzjonijiet prevalenti fiċ-Ċina ma setgħux jiġu aġġustati, abbażi tal-kostijiet, il-prezzijiet u fatturi oħrajn attwali disponibbli f’dak il-pajjiż, b’ammont xieraq li jirrifletti t-termini u l-kundizzjonijiet normali tas-suq. Kif imfakkar fil-premessa (924) tar-Regolament provviżorju, minħabba l-kundizzjonijiet dominanti eżistenti dwar dan it-tip speċifiku ta’ litju, u n-nuqqas ta’ kwalunkwe parametru referenzjarju raġonevoli ieħor, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn il-bqija tad-dinja.

(559)

Il-kummenti tal-GTĊ dwar il-parametri referenzjarji esterni koperti fil-premessa (512) ta’ dan ir-Regolament koprew kemm il-fornituri tal-batteriji kif ukoll tal-LFP. Il-Kummissjoni indirizzat dawn l-asserzjonijiet fil-premessa (513) ta’ dan ir-Regolament.

(560)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi minn (913) sa (929) tar-Regolament provviżorju dwar il-benefiċċju, l-ispeċifiċità u l-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju ġew ikkonfermati.

(561)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun tammonta għal:

Il-forniment tal-litju għall-produzzjoni tal-batteriji għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Il-Grupp BYD

7,2  %

3.8.   Dħul mitluf permezz ta’ programmi ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa u tnaqqis ta’ taxxa

3.8.1.   Tnaqqis tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Impriżi (“EIT”) għal Impriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida

(a)   Bażi legali, kontribuzzjoni finanzjarja u benefiċċju

(562)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-bażi legali, il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-benefiċċju ta’ dan il-programm kif previst fil-premessi minn (931) sa (940) tar-Regolament provviżorju.

(b)   Speċifiċità

(563)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ argumenta li t-tnaqqis tal-EIT għal Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida u t-tnaqqis preferenzjali qabel it-taxxa tal-programmi tal-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp ma humiex limitati għal segment diskret biżżejjed tal-ekonomija Ċiniża sabiex jikkwalifikaw bħala “speċifiċi” skont it-tifsira tal-Artikolu 2.1(a) tal-Ftehim SCM. F’dan ir-rigward, huwa rrefera għall-fatt li mhux il-produtturi kollha tal-BEV ibbenefikaw mill-allegat tnaqqis fit-taxxa għal impriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida (HNTEs).

(564)

Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni kienet naqset milli tistabbilixxi speċifiċità b’mod oġġettiv abbażi ta’ evidenza fattwali, peress li l-bażi legali li fuqha bbażat ruħha għal produttur esportatur wieħed ma kinitx ċara; jiġifieri l-Kummissjoni ma indikatx jekk il-benefiċċju kienx ġej minn sussidju reġjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 2.2 tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba l-post fejn jinsab dan l-esportatur jew mill-Artikolu 4(2)(a) kif imsemmi fir-Regolament provviżorju minħabba l-istatus tiegħu bħala HNTE.

(565)

Il-GTĊ argumenta wkoll li dan il-programm allegat ta’ sussidju ma kienx speċifiku peress li l-leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, tistabbilixxi kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi li jirregolaw l-eliġibbiltà, u l-ammont tat-tnaqqis fit-taxxa, u li l-eliġibbiltà hija awtomatika u li l-kriterji u l-kundizzjonijiet tal-kwalifika huma strettament irrispettati. B’mod aktar speċifiku, il-GTĊ argumenta li r-rata tat-taxxa aktar baxxa hija disponibbli għall-impriżi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet u ma tiffavorixxix lil ċerti impriżi fuq oħrajn minħabba li l-kumpaniji mis-setturi kollha, li jkopru l-ekonomija kollha huma eliġibbli biex jiksbu ċertifikat tal-HNTE.

(566)

Bl-istess mod, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni bbażat fuq l-ispeċifiċità de jure billi analizzat il-“leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità awtorizzanti” mingħajr ma vvalutat il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tas-sussidju u jekk il-limitazzjoni fuq l-aċċess għas-sussidju lil ċerti impriżi hijiex espliċita, mhux ambigwa jew ċara mill-istrument legali jew mill-istqarrijiet rilevanti tal-awtorità awtorizzanti (97). Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni kienet iffokat b’mod uniku fuq il-produtturi tal-BEV li suppost ibbenefikaw mill-allegat trattament tat-taxxa preferenzjali mingħajr ma investigat, “l-impriżi jew l-industriji kollha eliġibbli biex jirċievu dak l-istess sussidju” (98).

(567)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet għaliex hija qieset l-iskemi tat-taxxa deskritti fit-Taqsimiet 3.8.1 sa 3.8.2 tar-Regolament provviżorju bħala speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, li jgħid li “fejn l-awtorità li tagħtihom, jew il-leġiżlazzjoni li taħtha topera l-awtorità li tagħtihom, tillimita espliċitament l-aċċess għal sussidju lil ċerti intrapriżi, tali sussidju għandu jkun speċifiku”. Tabilħaqq, l-iskemi ta’ sussidju inkwistjoni għandhom il-bażi legali tagħhom fil-Kapitolu IV “Preferenzi tat-Taxxa” tal-EIT. Bl-isem u l-kontenut tiegħu, dan il-kapitolu jipprevedi b’mod espliċitu trattament preferenzjali speċifiku li “jillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal sussidju għal ċerti impriżi”. B’mod aktar speċifiku, kif indikat fil-premessa (934) tar-Regolament provviżorju, l-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Impriżi jiċċara li “L-impriżi importanti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida li se jiġu appoġġati mill-Istat [għandhom jissodisfaw ċerti] kundizzjonijiet”, bħal “1. Jikkonformaw mal-ambitu tal-Oqsma Ewlenin ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida Appoġġati mill-Istat”. Kif jidher ċar minn dan ta’ hawn fuq, l-impriżi jew l-industriji kollha ma humiex eliġibbli li jibbenefikaw mill-istess trattamenti tat-taxxa preferenzjali. Konsegwentement, is-sussidji pprovduti taħt dawn l-iskemi tat-taxxa kienu meqjusin speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku.

(568)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (942) tar-Regolament provviżorju, ċerti kumpaniji bbenefikaw minn rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-introjtu fuq il-bażi ta’ kriterji relatati mal-post fiżiku tagħhom, b’mod partikolari jekk impriża tkun tinsab fir-reġjun tal-Punent. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni qieset li l-iskema tat-taxxa kienet speċifika skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku peress li kienet limitata għal ċerti impriżi li jinsabu f’reġjun ġeografiku magħżul. Konsegwentement, is-sussidji pprovduti taħt dawn l-iskemi tat-taxxa kienu meqjusin speċifiċi skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku.

(569)

Fir-rigward tar-referenza għal ċerti kumpaniji li ma bbenefikawx mir-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu, il-Kummissjoni qieset li kien meħtieġ li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet sabiex ikunu eliġibbli għaċ-ċertifikat HNTE. Il-fatt li ċerti produtturi tal-BEV ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet kollha jew ma talbux iċ-ċertifikat HNTE ma jurix li din l-iskema ma hijiex speċifika.

(570)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ asserixxa wkoll li l-Kummissjoni ma indirizzatx l-argument tal-GTĊ li t-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu għall-HNTEs ma huwiex limitat għal segment diskret biżżejjed tal-ekonomija Ċiniża sabiex jikkwalifika bħala “speċifiku” skont it-tifsira tal-Artikolu 2.1(a) tal-Ftehim SCM.

(571)

Il-Kummissjoni enfasizzat li indirizzat l-istess kumment dwar l-ispeċifiċità fil-premessi (567) u (568) ta’ dan ir-Regolament.

(572)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri dwar l-ispeċifiċità, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fil-premessi minn (941) sa (943) tar-Regolament provviżorju.

(c)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(573)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp SAIC argumenta li għal din l-iskema ta’ sussidju kienet ġiet irrapportata rata ta’ sussidju b’mod mhux xieraq. Din l-asserzjoni ġiet aċċettata.

(574)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju għal dan il-programm kif previst fil-premessi (944) u (945) tar-Regolament provviżorju.

(575)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun tammonta għal:

Tnaqqis tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Impriżi (“EIT”) għal Impriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Il-Grupp BYD

0,36  %

3.8.2.   Tnaqqis preferenzjali qabel it-taxxa tal-ispejjeż fuq ir-riċerka u l-iżvilupp

(a)   bażi legali

(576)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-bażi legali kif previst fil-premessa (949) tar-Regolament provviżorju.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(577)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC indika li huwa ċaħad is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li l-proġetti kollha ta’ riċerka u żvilupp u l-eżenzjonijiet mit-taxxa relatati ma’ waħda mill-entitajiet tiegħu kienu jikkonċernaw biss il-PUI. Il-Grupp SAIC asserixxa li ma ngħatat l-ebda informazzjoni jew spjegazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 28 u kif il-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju ġie sussegwentement ikkalkolat fir-rigward tal-Grupp SAIC innifsu.

(578)

Il-Grupp SAIC argumenta li l-entità inkwistjoni ssottomettiet rapport dwar l-ispejjeż fuq ir-riċerka u l-iżvilupp u tal-aġent tat-taxxa tal-kumpanija bħala prova matul iż-żjara ta’ verifika u li r-rapport tal-aġent tat-taxxa ma semmiex li l-ispejjeż fuq ir-riċerka u l-iżvilupp imġarrba kienu speċifiċi għall-prodott taħt investigazzjoni. Il-Grupp SAIC fakkar li s-sehem ta’ vetturi ICE fil-fatturat ta’ din l-entità kien jenħtieġ li jiġi rifless fil-kalkolu tal-marġni tas-sussidju.

(579)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjoni tal-Grupp SAIC u nnotat li l-kumpanija inkwistjoni kienet ipprovdiet biss parti mill-informazzjoni mitluba, għalkemm faċilment disponibbli. Għalhekk, hija ma pprovdietx kopja sħiħa tar-rapport tal-aġent tat-taxxa mitlub li kien fih informazzjoni relatata mal-ispejjeż u mal-proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp li kien jirreferi għalihom it-tnaqqis. B’mod aktar speċifiku, il-Grupp SAIC irrifjuta li jipprovdi l-informazzjoni mitluba kif innotat fil-lista ta’ dokumenti ffirmata b’mod konġunt li ma ġewx ipprovduti matul iż-żjara ta’ verifika.

(580)

Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-asserzjoni tal-Grupp SAIC, il-Kummissjoni pprovdiet l-ispjegazzjoni meħtieġa fid-dokumenti speċifiċi ta’ qabel id-divulgazzjoni, u spjegat li, fin-nuqqas ta’ informazzjoni verifikata li tindika l-fatt li l-ispejjeż u l-proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp kienu relatati ma’ prodotti oħrajn u ma kinux relatati mal-prodott taħt investigazzjoni, hija kienet allokat il-benefiċċju fuq il-fatturat tal-BEV. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li kienet ipprovdiet biżżejjed informazzjoni dwar ir-raġunijiet sottostanti dwar għaliex u kif applikat il-fatti disponibbli. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda u s-sejbiet kif ippreżentati fil-premessa (950) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(c)   Benefiċċju

(581)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-benefiċċju kif previst fil-premessa (951) tar-Regolament provviżorju.

(d)   Speċifiċità

(582)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp BYD ikkontesta s-sejba tal-Kummissjoni fil-premessa (952) tar-Regolament provviżorju li t-tpaċija tat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp tikkostitwixxi trattament tat-taxxa preferenzjali bbażat fuq il-fatt li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din il-miżura biss għal intrapriżi li jġarrbu spejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata stabbiliti mill-Istat, bħas-settur tal-BEV. Il-Grupp BYD argumenta li fil-każ tal-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp imġarrba minn intrapriża meta twettaq attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, 100 % addizzjonali tal-ammont tal-ispejjeż fuq ir-riċerka u l-iżvilupp effettivament imġarrba għandu jitnaqqas qabel il-ħlas tat-taxxa, u li l-intrapriżi tal-persuni ġuridiċi kollha fiċ-Ċina jistgħu jibbenefikaw mit-tpaċija.

(583)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp BYD u l-GTĊ tennew li t-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu għal tnaqqis preferenzjali qabel it-taxxa għall-iskemi tal-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp ma huwiex speċifiku skont l-Artikolu 2.1(b) tal-Ftehim SCM peress li l-kriterji ta’ eliġibbiltà għat-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu għall-HNTEs huma bbażati fuq kriterji oġġettivi li huma awtomatiċi u mħarsa strettament sabiex il-limitazzjonijiet spjegati fil-Kapitolu IV tal-EIT ma jkunux speċifiċi. Iż-żewġ partijiet argumentaw ukoll li, fid-dawl tal-Artikolu 30 tal-EIT, l-Artikolu 95 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, kif ukoll l-Artikolu 4 tal-Avviż dwar it-Titjib tat-Tnaqqis tal-Ispejjeż tal-Iżvilupp tar-Riċerka u l-Iżvilupp, din l-iskema hija applikabbli għat-tipi kollha ta’ industriji tal-manifattura.

(584)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-interpretazzjoni tal-liġijiet u tal-miżuri ta’ implimentazzjoni mill-GTĊ u l-Grupp BYD, li juru li l-programm huwa limitat għal ċerti setturi u intrapriżi appoġġati mill-GTĊ abbażi ta’ kriterji li ma jidhrux oġġettivi jew newtrali, bħal li jikkonfermaw mal-ambitu tal-“Oqsma ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida b’Appoġġ Importanti mill-Istat”. Kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (941) tar-Regolament provviżorju, dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li japplika biss għall-intrapriżi li joperaw f’ċerti oqsma ta’ teknoloġija avvanzata, bħall-industrija tal-BEV. Barra minn hekk, l-Artikolu 30 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi taċ-Ċina jipprevedi li l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp imġarrba mill-intrapriżi fil-qasam tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, ta’ prodotti ġodda u ta’ tekniki ġodda jistgħu jitnaqqsu wkoll meta jiġi kkalkulat l-introjtu taxxabbli, l-Artikolu 95 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jispjega minn xiex jikkonsisti t-tnaqqis, filwaqt li l-Artikolu 4 tal-Avviż dwar it-Titjib tat-Tnaqqis tal-Ispejjeż tal-Iżvilupp tar-Riċerka u l-Iżvilupp jelenka l-industriji li t-tnaqqis qabel it-taxxa ma japplikax għalihom (bħall-manifattura tat-tabakk, l-akkomodazzjoni u s-settur tal-ikel u tax-xorb, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut, il-proprjetà immobbli, il-lokazzjoni u s-servizzi kummerċjali, id-divertiment u kwalunkwe industrija oħra stipulata mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni). Il-Kummissjoni tfakkar li (a) diġà analizzat ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi għall-valutazzjoni tagħha tal-ispeċifiċità fil-premessa (934) tar-Regolament provviżorju u l-premessa (567) ta’ dan ir-Regolament; (b) l-evidenza li tinsab fl-Artikoli speċifiċi u fid-dokumenti sottomessi mill-Grupp BYD ma tibdilx is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar l-ispeċifiċità, u fil-fatt issaħħaħ il-fatt li din l-iskema ma hijiex applikabbli għall-industriji kollha. B’mod partikolari, l-Artikolu 30 tal-Liġi Ċiniża dwar l-EIT u l-Artikolu 4 tal-Avviż dwar it-Titjib tat-Tnaqqis tal-Ispejjeż tar-Riċerka u l-Iżvilupp juru li dan is-sussidju huwa speċifiku, peress li huwa applikabbli biss għal ċertu għadd ta’ industriji, jiġifieri dawk li joperaw fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, ta’ prodotti ġodda u ta’ tekniki ġodda, u mhux il-kumpaniji kollha jistgħu jibbenefikaw minnu. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dan is-sussidju huwa kumpensatorji. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(585)

Konsegwentement, fin-nuqqas ta’ kummenti addizzjonali, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-ispeċifiċità kif previst fil-premessa (952) tar-Regolament provviżorju.

(e)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(586)

Ir-rata ta’ sussidju tal-Grupp SAIC rigward it-tnaqqis qabel it-taxxa tal-ispejjeż fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ġiet aġġornata bħala konsegwenza tal-korrezzjoni deskritta fil-premessa (652) ta’ dan ir-Regolament.

(587)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju kif previst fil-premessi (953) u (954) tar-Regolament provviżorju.

Tnaqqis preferenzjali qabel it-taxxa tal-ispejjeż fuq ir-riċerka u l-iżvilupp

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Grupp BYD

0,57  %

Grupp Geely

0,03  %

Grupp SAIC

1,47  %

3.8.3.   Eżenzjoni tad-dividendi bejn intrapriżi residenti kwalifikati

(a)   Bażi legali

(588)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-bażi legali kif previst fil-premessi (956) u (957) tar-Regolament provviżorju.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(589)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ, il-Grupp Geely u l-Grupp SAIC argumentaw li ma kien hemm l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja f’termini ta’ dħul mitluf minħabba li skont l-Artikolu 10(1) tal-liġi tal-EIT taċ-Ċina, l-introjtu minn investimenti ta’ ekwità mħallsa lill-investituri bħal dividendi u bonusijiet għandu jitnaqqas meta jiġi kkalkolat l-introjtu taxxabbli sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja. Konsegwentement, l-eżenzjoni mit-taxxa inkwistjoni ma tikkostitwix dħul tal-gvern mitluf u ma hemm l-ebda sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 1.1 tal-Ftehim SCM. Barra minn hekk, il-GTĊ indika li l-Kummissjoni ma kinitx indirizzat din il-kwistjoni fattwali fl-analiżi tagħha. B’mod parallel, il-Grupp Geely indika wkoll li s-sistema tat-taxxa taċ-Ċina hija mfassla biex twaqqaf it-taxxa doppja u biex tallinja man-normi internazzjonali.

(590)

Għalkemm il-Kummissjoni qablet li l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja hija prattika tat-taxxa rikonoxxuta fuq livell internazzjonali, din ma tapplikax bl-istess mod fil-pajjiżi kollha. Il-GTĊ naqas milli juri kif it-tnaqqis inkwistjoni jevita t-taxxa doppja b’mod speċifiku (jiġifieri billi juri li d-dividendi soġġetti għall-eżenzjoni huma ntaxxati xi mkien ieħor u r-regola tkopri biss sitwazzjonijiet ta’ impożizzjoni doppja). Barra minn hekk, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet ukoll fil-premessa (959) tar-Regolament provviżorju li din l-iskema kienet sussidju skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ ugwali għat-tnaqqis fit-taxxa perċepiti, li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa.

(591)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ tenna l-asserzjoni tiegħu li ma kien hemm l-ebda dħul mitluf u rrefera għar-risposta tiegħu għall-kwestjonarju u l-Artikolu 10(1) tal-EIT fejn indika li “id-dividendi u l-bonusijiet imħallsa lill-investituri ma jistgħux jitnaqqsu mill-introjtu taxxabbli” u li “s-sussidjarja diġà ħallset it-taxxa fuq l-introjtu mill-intrapriżi korrispondenti” qabel ma qassmet id-dividendi. Għal dawn ir-raġunijiet, il-GTĊ argumenta li “sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja, id-dividendi, u l-introjtu tal-bonus ma jiġux soġġetti għal taxxa fuq l-introjtu korporattiv għat-tieni darba” peress li “d-dividendi u l-bonusijiet jitqassmu minn intrapriżi residenti wara li t-taxxa fuq il-profitti tkun diġà tħallset.”

(592)

Wara analiżi ulterjuri, il-Kummissjoni kkonfermat il-valutazzjoni tagħha li jeżisti sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf. F’dan ir-rigward, reġgħet lura għall-Artikolu 6(4) u 7 tal-EIT. Filwaqt li l-Artikolu 6(4) tal-EIT jipprevedi li d-dividendi, il-ħruġ ta’ ishma bonus jew redditi oħrajn fuq l-investiment ta’ ekwità huma parti mill-introjtu totali ta’ intrapriża, l-Artikolu 7 ma jelenkax il-qligħ mid-dividendi, mill-ħruġ ta’ ishma bonus jew minn redditi oħrajn fuq l-investiment ta’ ekwità bħala parti mill-introjtu mhux taxxabbli skont l-EIT. Għalhekk, l-evitar tat-tassazzjoni doppja ma huwiex awtomatiku; jiġifieri d-dividendi huma parti mill-introjtu taxxabbli sakemm ma jkunux applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV “Inċentivi tat-taxxa” li jiddefinixxi l-kriterji ta’ eliġibbiltà għal tali eżenzjoni. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li l-Artikolu 26 tal-EIT iwassal għall-eżistenza ta’ dħul mitluf għall-GTĊ u ċaħdet din l-asserzjoni.

(593)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha deskritta fil-premessa (958) tar-Regolament provviżorju.

(c)   Benefiċċju

(594)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-benefiċċju kif previst fil-premessa (959) tar-Regolament provviżorju.

(d)   Speċifiċità

(595)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u l-Grupp SAIC argumentaw li l-Kummissjoni ma kinitx stabbiliet li l-allegat sussidju kien limitat għal ċerti intrapriżi. Huma argumentaw ukoll li dan l-allegat programm ma kienx speċifiku peress li l-kriterji għall-eliġibbiltà għall-programm huma oġġettivi u japplikaw orizzontalment fir-rigward tal-intrapriżi residenti kollha irrispettivament mill-industriji/prodotti jew mill-postijiet ġeografiċi involuti. Il-GTĊ u l-Grupp SAIC tennew li l-Kummissjoni tikkorrelata b’mod żbaljat l-Artikoli 25 u 26(2) tal-Liġi taċ-Ċina dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi iżda, kif ġie spjegat ukoll fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-GTĊ, l-Artikolu 26(2) jopera indipendentement mill-Artikolu 25. Il-Grupp SAIC oppona s-sejbiet imsemmija fil-premessa (960) tar-Regolament provviżorju fejn iddikjara li l-eżenzjoni tad-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kwalifikati kienet de facto speċifika u għalhekk l-iskema ta’ sussidju ma kinitx de jure speċifika. Huwa argumenta wkoll li l-Artikolu 83 tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi dwar it-Taxxa Korporattiva fuq l-Introjtu jiċċara li dan il-programm huwa miftuħ għall-intrapriżi kollha, sakemm dawn il-gwadanji jiġu minn intrapriża residenti permezz ta’ investiment dirett f’intrapriża residenti oħra. Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ tenna l-istess asserzjoni u indika li l-programm ma jissodisfax ir-rekwiżit ta’ speċifiċità tal-Artikolu 2.1 tal-Ftehim SCM minħabba li l-kumpaniji ma għandhomx bżonn jissodisfaw ir-rekwiżit tal-Artikolu 25 tal-EIT.

(596)

Il-Grupp SAIC asserixxa wkoll li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti kienet ikkonfermat li l-programm ta’ eżenzjonijiet tad-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kwalifikati huwa miftuħ għall-intrapriżi u għall-industriji kollha li jagħmlu gwadanji mill-investiment li ġejjin minn investiment f’intrapriżi residenti oħrajn u ma huwiex limitat b’mod espliċitu għal lista ta’ kumpaniji (99).

(597)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjonijiet tal-GTĊ u tal-Grupp SAIC u asseriet li l-Artikolu 26(2) tal-EIT huwa parti mill-Kapitolu IV “Preferenzi tat-Taxxa”, li jipprevedi għadd ta’ trattamenti tat-taxxa preferenzjali li huma eżenzjonijiet għar-regoli ġenerali tat-tassazzjoni. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (957), l-Artikolu 25 tal-EIT, li huwa introduzzjoni għall-Kapitolu IV “Politiki ta’ Taxxa Preferenzjali”, jipprevedi li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat”. Barra minn hekk, l-Artikolu 26(2) jispeċifika li l-eżenzjoni mit-taxxa hija applikabbli għal introjtu minn investimenti ta’ ekwità bejn “intrapriżi residenti eliġibbli”, li jidher li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal ċerti intrapriżi residenti biss. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li tali politika ta’ taxxa preferenzjali hija limitata għal ċerti industriji, li huma appoġġati u mħeġġa speċifikament mill-Istat, bħall-industrija tal-BEVs u, għalhekk, hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-kopja Ingliża tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu (il-formola A107010, il-linja 3) sottomessa minn diversi Gruppi inklużi fil-kampjun li tgħid “(II) Dividendi, bonusijiet u introjtu ieħor minn investimenti ta’ ekwità bejn intrapriżi residenti kwalifikati hija eżentata mit-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi (4 + 8+6 + 7+5)” fil-verżjoni Ċiniża tad-dikjarazzjoni tat-taxxa, f’dan ir-rigward.

(598)

F’dak li għandu x’jaqsam mar-referenza għall-Qorti tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti, il-Kummissjoni rrifjutat tali ċaħda minħabba li tali ġuriżdizzjoni ma hijiex parti mill-ordni ġuridiku tal-UE. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li wara din il-pubblikazzjoni, l-US DOC għadu jsib l-Artikolu 26(2) tal-Liġi dwar l-Introjtu tal-Intrapriżi speċifiku kemm de jure kif ukoll de facto (100).

(599)

Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda u l-konklużjonijiet misluta fil-premessa (960) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(e)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(600)

Ir-rata ta’ sussidju tal-Grupp SAIC u tal-Grupp Geely dwar l-eżenzjoni tad-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kwalifikati ġiet aġġornata bħala konsegwenza tal-korrezzjoni deskritta fil-premessi (652) u (654) ta’ dan ir-Regolament rispettivament.

(601)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi (961) u (962) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

Eżenzjoni tad-dividendi bejn intrapriżi residenti kwalifikati

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Il-Grupp Geely

0,16  %

Il-Grupp SAIC

1,06  %

3.8.4.   Deprezzament aċċellerat tat-tagħmir użat mill-intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata

(602)

Fin-nuqqas ta’ kummenti relatati ma’ din l-iskema, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (963) sa (967) ġew ikkonfermati.

3.8.5.   It-tnaqqis tad-dħul mit-trasferiment tat-teknoloġija

(603)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja f’kumment ġenerali dwar it-tnaqqis tad-dħul mit-trasferiment tat-teknoloġija, il-GTĊ indika li l-Kummissjoni ma pprovdietx lill-GTĊ bl-opportunità li jissottometti kwalunkwe informazzjoni jew kumment dwar dan il-programm matul il-fażijiet ta’ investigazzjoni u verifika tal-proċedura.

(604)

Madankollu, il-Kummissjoni ma tqisx dan it-tnaqqis bħala skema ġdida ta’ sussidju. Huwa wieħed mill-eżempji ta’ tnaqqis fit-taxxa previsti fil-Liġi tal-EIT għall-intrapriżi tat-teknoloġija avvanzata u ġdida. It-tnaqqis kollu fit-taxxa skont il-liġijiet tal-EIT kien parti mill-proċess ta’ investigazzjoni peress li kien kopert min-Notifika tal-Bidu u mid-Dokument ta’ Bidu u mill-memorandum.

(a)   bażi legali, sejbiet tal-investigazzjoni u benefiċċju

(605)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (969) sa (971) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(b)   Speċifiċità

(606)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ asserixxa li l-Kummissjoni ma speċifikatx il-bażi li fuqha tqis li dan is-sussidju huwa speċifiku bħall-Artikoli 4(2)(a) u 4(4)(a) tar-Regolament bażiku invokat, u stabbiliet kriterji ta’ speċifiċità kompletament distinti.

(607)

Il-GTĊ indika ulterjorment li dan is-sussidju ma jistax jitqies bħala sussidju għall-esportazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 3.1(a) tal-Ftehim SCM peress li ma huwiex kontinġenti fuq l-esportazzjoni tal-oġġetti li qegħdin jiġu investigati, u marbut magħha.

(608)

Barra minn hekk, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni ma kienet ipprovdiet l-ebda evidenza li t-tnaqqis inkwistjoni kien limitat għal intrapriżi speċifiċi jew għal ċerti industriji. Wara d-divulgazzjoni finali, huwa qal ukoll li dan il-programm la kien de jure u lanqas de facto speċifiku peress li l-intrapriżi involuti fit-trasferiment tat-teknoloġiji fl-ekonomija Ċiniża kollha huma eleġibbli.

(609)

Il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni ma kinitx uriet li t-tnaqqis fid-dħul mit-trasferiment tat-teknoloġija kien kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u li kienet naqset milli tindirizza l-kummenti tal-GTĊ li l-iskema ma hijiex kontinġenti fuq u marbuta mal-esportazzjoni tal-merkanzija li qiegħda tiġi investigata fil-prim’istanza. Barra minn hekk, il-GTĊ argumenta li l-Artikolu 3.1(a) tal-Ftehim SCM ma jkoprix servizzi, jiġifieri teknoloġija, li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim SCM.

(610)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni qieset dan it-tnaqqis speċifiku abbażi tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li dan it-tnaqqis huwa espliċitament limitat għall-intrapriżi involuti fit-trasferiment tat-teknoloġiji.

(611)

Barra minn hekk, l-Avviż Nru 212 rispettiv tal-2009 (101) ma jipprevedix kriterji oġġettivi ta’ eliġibbiltà stabbiliti b’mod ċar mil-liġi u li jistgħu jiġu vverifikati li jkunu newtrali, ekonomiċi fin-natura u orizzontali fl-applikazzjoni. L-Avviż jirreferi għal kriterji diskrezzjonali addizzjonali ta’ eliġibbiltà bħal:

it-teknoloġija trasferita trid tkun fl-ambitu (mhux speċifikat) tat-teknoloġiji, u dan għandu jiġi deċiż mill-Ministeru għall-Finanzi u mill-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni,

“rikonoxximent tat-trasferiment” mitlub mill-awtoritajiet tax-xjenza u tat-teknoloġija (mhux speċifikati) ta’ livell provinċjali u ogħla,

“rikonoxximent tat-trasferiment barra mill-pajjiż” mitlub mill-awtoritajiet kummerċjali (mhux speċifikati) ta’ livell provinċjali u ogħla,

kriterji oħrajn stipulati mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Kunsill tal-Istat.

(612)

Il-Kummissjoni rreferiet ukoll għall-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku u għall-ispeċifiċità de jure peress li l-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi li bħal fil-każ tal-kumpaniji fejn it-tnaqqis fit-taxxa inkwistjoni kien ikkumpensat, il-benefiċċju kien kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-kumpaniji.

(613)

Il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (968) tar-Regolament provviżorju billi stabbiliet li t-tpaċija tat-taxxa għat-trasferiment tat-teknoloġija kienet tintitola lil kumpaniji għal trattament tat-taxxa preferenzjali għall-attivitajiet ta’ esportazzjoni tagħhom. Tali fatt huwa bbażat ukoll fuq l-informazzjoni kondiviża mill-kumpanija inkwistjoni, jiġifieri “It-tnaqqis fit-teknoloġija ta’ trasferiment huwa għat-teknoloġija ttrasferita barra mill-pajjiż.”, kif ġie rrapportat fir-rapport tal-missjoni kondiviż ma’ din il-kumpanija u li ma ġiex ikkontestat. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(614)

Abbażi ta’ dan, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda u l-konklużjonijiet misluta fil-premessa (972) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(c)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(615)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely indika żball possibbli fil-kalkolu tar-rata ta’ sussidju li jikkonċerna dan it-tnaqqis. B’mod speċifiku, il-kumpanija asseriet li l-benefiċċju jenħtieġ li jiġi kkalkolat għall-perjodu ta’ investigazzjoni, u mhux għas-sena finanzjarja 2022.

(616)

Kif sar għal skemi oħrajn tat-taxxa fuq l-introjtu, il-Kummissjoni, fil-kalkolu tal-benefiċċji kollha tad-dħul mit-taxxa, ibbażat fuq id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu tal-2022 peress li l-benefiċċju derivat minn tali programmi naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni u d-dokumenti relatati mas-sena 2022 kienu dawk l-aktar reċenti disponibbli għall-Grupp Geely sa tmiem il-proċess ta’ verifika. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda u l-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (973) sa (974) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

It-tnaqqis tad-dħul mit-trasferiment tat-teknoloġija

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Il-Grupp Geely

0,05  %

3.8.6.   L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-konsum tal-batteriji

(a)   bażi legali

(617)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-bażi legali, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (976) sa (978) ġew ikkonfermati.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(618)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni, il-konklużjoni misluta fil-premessa (979) ġiet ikkonfermata.

(c)   Benefiċċju

(619)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ allega li l-Kummissjoni ma stabbilietx l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1.1(a)(1)(ii) tal-Ftehim SCM, u li ma ntilef l-ebda dħul minħabba l-fatt li hija norma ġenerali li ma tiġix applikata taxxa fuq il-konsum fuq firxa wiesgħa ta’ prodotti fiċ-Ċina. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wara d-divulgazzjoni finali, meta l-GTĊ semma r-Rapport tal-Korp tal-Appell dwar US - FSC, il-punt 90, li jiddikjara li l-bażi għat-tqabbil ta’ dak li kieku kien ikun dovut “trid tkun ir-regoli tat-taxxa applikati mill-Membru inkwistjoni”. Il-GTĊ spjega li f’dan il-kuntest, peress li subsett żgħir biss ta’ prodotti ta’ lussu u li jniġġsu huma soġġetti għat-taxxa fuq il-konsum skont ir-regoli tat-taxxa taċ-Ċina, u għalhekk il-batteriji huma esklużi, ma hemm l-ebda obbligu tat-taxxa fl-ewwel wieħed, u għalhekk l-ebda eżenzjoni mit-taxxa.

(620)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn id-dikjarazzjonijiet. L-asserzjoni tal-GTĊ li “hija n-norma ġenerali” li t-taxxa fuq il-konsum ma tiġix imposta fuq firxa wiesgħa ta’ prodotti kienet ġenerali u mhux issostanzjata. B’kuntrast għal dan, kif ġie spjegat fil-premessa (976) tar-Regolament provviżorju, il-programm għandu l-bażi tiegħu fuq regoli speċifiċi dwar il-batteriji u l-kisjiet. Il-GTĊ naqas milli juri li l-istess eżenzjoni mit-taxxa tingħata abbażi ta’ kriterji oġġettivi, u ma ssottometta l-ebda evidenza biex jikkorrobora d-dikjarazzjonijiet tiegħu. Fi kwalunkwe każ, il-fatt li t-taxxa fuq il-konsum fiċ-Ċina tinkludi biss prodotti ta’ lussu u li jniġġsu ma jmurx kontra l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-bażi legali għal din l-eżenzjoni tipprovdi b’mod espliċitu l-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-konsum fuq xi tipi ta’ batteriji, iżda dan ma japplikax għat-tipi kollha, peress li teskludi minnha l-batteriji primarji tal-litju u l-batteriji tal-jon tal-litju (il-premessa (977) tar-Regolament provviżorju). Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien hemm bosta evidenza li turi li dan is-sussidju huwa speċifiku. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(621)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni, il-konklużjoni misluta fil-premessa (980) ġiet ikkonfermata.

(d)   Speċifiċità

(622)

Minħabba l-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-premessa (619) ta’ dan ir-Regolament, il-GTĊ argumenta li ma setax ikun hemm speċifiċità skont it-tifsira tal-Artikolu 2.1 tal-Ftehim SCM. Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ qal ukoll li, għar-raġunijiet elenkati fil-premessa (619) ta’ dan ir-Regolament, ma jista’ jkun hemm l-ebda speċifiċità, u li l-Kummissjoni ma wrietx li dan is-sussidju jiġi pprovdut biss lil grupp limitat biżżejjed ta’ intrapriżi jew industriji.

(623)

Il-Kummissjoni qieset li l-bażi legali tal-programm kopert fit-Taqsima 3.8(6)(a) turi li l-batteriji huma soġġetti għal taxxa fuq il-konsum ta’ 4 %, iżda l-batteriji primarji tal-litju u l-batteriji tal-joni tal-litju huma eżentati mill-ġbir tat-taxxa fuq il-konsum, u jissodisfaw kemm il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1.1(a)(1)(ii) kif ukoll fl-Artikolu 2.1 tal-Ftehim SCM. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset dan is-sussidju bħala speċifiku.

(624)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri, il-konklużjoni misluta fil-premessa (981) ġiet ikkonfermata.

(e)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(625)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-BYD Group argumenta li l-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju darbtejn għal xi xiri bejn il-kumpaniji ta’ pakketti ta’ batteriji. L-asserzjoni ġiet aċċettata u l-kalkoli nbidlu bix-xieraq.

(626)

Ir-rata ta’ sussidju riveduta stabbilita għal din l-iskema speċifika kienet ta’ 1,33 % għall-Grupp BYD.

(627)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri, il-konklużjonijiet misluta fil-premessi minn (982) sa (983) ġew ikkonfermati.

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-konsum tal-batteriji

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Il-Grupp BYD

1,33  %

3.8.7.   Tnaqqis fit-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“EIT”) għall-industriji ewlenin

(628)

L-eżaminazzjoni individwali ta’ Tesla (Shanghai) wriet li jeżisti tnaqqis fl-EIT għall-industriji ewlenin, li jikkostitwixxi sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ.

(a)   bażi legali

(629)

Il-bażi legali ta’ dan il-programm hija t-tħabbira tal-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa tal-Uffiċċju Muniċipali tal-Finanzi ta’ Shanghai tal-Kummissjoni Muniċipali Ekonomika u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni ta’ Shanghai, (Nru 70 tal-2020).

(630)

It-tħabbira tispeċifika b’mod ċar li r-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi hija riżervata għal intrapriżi industrijali ewlenin.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(631)

Wara l-eżaminazzjoni individwali ta’ Tesla (Shanghai), il-Kummissjoni sabet li Tesla (Shanghai) ikkwalifikat bħala intrapriża industrijali ewlenija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u kellha rata mnaqqsa ta’ EIT ta’ 15 %.

(c)   Benefiċċju

(632)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa.

(633)

Tesla (Shanghai) asseriet li l-programm li jagħti rata tat-taxxa preferenzjali ta’ 15 % lil Tesla (Shanghai) issa ġie tterminat u li, għalhekk, ma jistax jiġi kkumpensat. Il-bażi legali sottostanti, u d-dikjarazzjoni tat-taxxa trimestrali tal-pagament antiċipat mill-ewwel trimestru tal-2023 u mill-ewwel trimestru tal-2024 ġew sottomessi bħala evidenza ta’ sostenn.

(634)

Il-Kummissjoni tenfasizza li, filwaqt li d-dikjarazzjoni trimestrali dwar it-taxxa fuq il-pagament antiċipat mill-ewwel trimestru tal-2024 turi li l-kumpanija hija soġġetta għal rata tat-taxxa ta’ 25 %, id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa trimestrali ma humiex definittivi u huma relatati biss mal-prepagamenti. Għalhekk, dan ma jippreġudikax il-fatt li Tesla (Shanghai) tista’ terġa’ tingħata, fi stadju aktar tard u fuq bażi retroattiva, ir-rata tat-taxxa preferenzjali ta’ 15 %. Fil-fatt, l-evidenza sottomessa għall-għoti ta’ rata tat-taxxa preferenzjali ta’ 15 % lil Tesla (Shanghai) ġiet datata d-19 ta’ Jannar 2021, iżda kienet applikabbli b’mod retroattiv għal Tesla (Shanghai) mill-1 ta’ Jannar 2020 (102). Għalhekk, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li Tesla (Shanghai) tista’ sussegwentement tingħata r-rata tat-taxxa preferenzjali ta’ 15 % b’applikazzjoni retroattiva. Minħabba n-nuqqas ta’ evidenza konklużiva li Tesla (Shanghai) ma terġax tkun eliġibbli għal din ir-rata tat-taxxa preferenzjali, l-asserzjoni ġiet miċħuda. Barra minn hekk, ir-rata tat-taxxa preferenzjali ta’ 15 % ingħatat f’konformità mad-dispożizzjonijiet inklużi fl-“Avviż tal-MIIT u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar il-Politiki tat-Taxxa Korporattiva fuq l-Introjtu għall-Industriji Ewlenin fiż-Żona l-Ġdida ta’ Lingang taż-Żona Pilota ta’ Kummerċ Ħieles taċ-Ċina (Shanghai)” (103) u f’konformità mar-rekwiżiti tal-“Miżuri Amministrattivi għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki tal-Politiki Preferenzjali tal-Introjtu għall-Industriji Ewlenin fiż-Żona l-Ġdida ta’ Lingang taż-Żona Pilota ta’ Kummerċ Ħieles taċ-Ċina (Shanghai)” (104). Ma hemm l-ebda evidenza li turi li Tesla (Shanghai) ma għadhiex tikkwalifika bħala industrija ewlenija fiż-Żona ta’ Lingang u li għalhekk ma tkunx eliġibbli għal ċikli sussegwenti ta’ politiki fiskali preferenzjali.

(635)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tesla Shanghai sostniet li l-analiżi tal-Kummissjoni mwettqa fil-premessa (460) tad-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali kienet bla bażi, peress li r-rata tat-taxxa preferenzjali ta’ 15 % ingħatat f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-“Avviż tal-MIIT u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar il-Politiki tat-Taxxa Korporattiva fuq l-Introjtu għall-Industriji Ewlenin fiż-Żona l-Ġdida ta’ Lingang taż-Żona Pilota ta’ Kummerċ Ħieles taċ-Ċina (Shanghai)”, li jiddikjaraw li l-intrapriżi legali kwalifikati huma soġġetti għal rata tat-taxxa preferenzjali ta’ 15 % għal 5 snin mid-data tal-istabbiliment. Peress li Tesla Shanghai ġiet stabbilita fl-2018, ir-rata tat-taxxa preferenzjali kienet applikabbli sal-2023. Fid-dawl ta’ dan, il-kumpanija sostniet li kien hemm evidenza konklużiva li l-kumpanija ma kinitx se terġa’ tkun eliġibbli għar-rata tat-taxxa preferenzjali skont l-iskema ta’ tnaqqis tal-EIT.

(636)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet u enfasizzat li l-kumpanija ma ssottomettiet l-ebda evidenza li turi li ma kinitx se terġa’ tibbenefika, fi kwalunkwe forma, minn politiki fiskali preferenzjali. Kif intwera matul l-investigazzjoni, il-kumpaniji differenti fil-kampjun ibbenefikaw minn skemi differenti tat-taxxa preferenzjali, bħat-tnaqqis tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“EIT”, Enterprise Income Tax) għall-Intrapriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (HNTEs, High and New Technology Enterprises) għall-BYD. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li fl-investigazzjonijiet tal-passat, sabet li qegħdin jiġu estiżi ulterjorment każijiet ta’ skemi tat-taxxa simili (105). Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(637)

Barra minn hekk, Tesla Shanghai żiedet li, jekk din l-iskema tiġi kkumpensata, il-kalkolu jenħtieġ li jibbaża fuq id-dikjarazzjoni tat-taxxa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, minflok fuq id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-2022. Tesla Shanghai enfasizzat li, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kienu sootomessi d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa qabel il-ħlas għall-ewwel tliet trimestri tal-2023 f’evidenza preċedenti, u għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża dik l-informazzjoni biex tikkalkula l-benefiċċju.

(638)

Il-Kummissjoni enfasizzat li, kif ġie spjegat fil-premessa (442) tad-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali, fil-kalkolu tal-benefiċċji kollha tad-dħul mit-taxxa, il-Kummissjoni bbażat fuq id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu tal-2022, peress li l-benefiċċju derivat minn tali programmi jaqa’ fil-perjodu ta’ investigazzjoni (li jinkludi l-aħħar trimestru tal-2022). Dan sar ukoll għal skemi oħrajn tat-taxxa. Approċċ differenti kien iwassal ukoll għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u Tesla Shanghai, li ngħatat eżami individwali, u li ż-żjara ta’ verifika tagħha saret xhur wara ż-żjarat ta’ verifika tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li ż-żjarat ta’ verifika tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun saru qabel il-verifika f’Tesla Shanghai, u għalhekk id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa definittivi tagħhom għall-2023 kienu għadhom ma humiex disponibbli. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(d)   Speċifiċità

(639)

Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal ċerti intrapriżi ewlenin biss li jkunu qegħdin joperaw f’ċertu qasam stabbilit mill-Istat. Tesla (Shanghai) ġiet identifikata b’mod ċar fil-lista ta’ kumpaniji eliġibbli.

(640)

Għalhekk, il-leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal sussidju għal ċertu settur u reġjun ġeografiku.

(e)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(641)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorji ġie kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa u t-taxxa totali pagabbli skont ir-rata mnaqqsa tat-taxxa.

(642)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema speċifika kienet ta’ 0,66 % għal Tesla (Shanghai).

It-tnaqqis fl-EIT għall-industriji ewlenin

Isem il-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Tesla (Shanghai) (eżaminazzjoni individwali)

0,66  %

3.8.8.   Is-sussidjar fir-rigward ta’ kumpaniji li ma jikkooperawx (il-Grupp SAIC)

(643)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC ma qabilx mal-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għall-kumpaniji tar-riċerka u l-iżvilupp li ma pprovdewx risposti għall-kwestjonarju kif imsemmi fil-premessi minn (985) sa (988) tar-Regolament provviżorju. Huwa argumenta li l-applikazzjoni tal-fatti disponibbli kien jenħtieġ li tkun ibbażata fuq kumpanija tar-riċerka u l-iżvilupp tal-Grupp SAIC. B’mod partikolari, huwa argumenta li l-kumpanija vverifikata tal-Grupp SAIC ma kinitx ibbenefikat mill-istess skemi ta’ sussidju bħall-kumpaniji tal-Grupp Geely li l-Kummissjoni użat bħala fatti disponibbli. Huwa argumenta wkoll li l-kumpanija tal-Grupp SAIC li pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju rrapportat kif xieraq l-ammont ta’ programmi ta’ għotja bbażati fuq il-kontijiet tagħha.

(644)

Fir-rigward tal-fornitur tal-input li naqas milli jipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju, il-Grupp SAIC argumenta wkoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li ssegwi approċċ simili għall-kumpaniji tar-riċerka u l-iżvilupp kif stabbilit fil-premessa (989) tar-Regolament provviżorju, jiġifieri li taġġusta l-ammonti tas-sussidju (i) għall-finanzjament preferenzjali; (ii) għall-programmi ta’ għotjiet; u (iii) għall-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni anqas minn adegwata.

(645)

Kif diġà ntqal fil-premessa (988) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni setgħet tivverifika biss parzjalment l-informazzjoni sottomessa mill-kumpanija relatata tar-riċerka u l-iżvilupp li pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li din l-informazzjoni ma kinitx affidabbli biex tintuża bħala bażi għall-applikazzjoni tal-fatti disponibbli fir-rigward tal-kumpaniji l-oħrajn tar-riċerka u l-iżvilupp. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża fuq l-ammont ta’ sussidjar stabbilit għall-kumpaniji verifikati tar-riċerka u l-iżvilupp fi ħdan il-Grupp Geely bħala fatti raġonevoli disponibbli. B’hekk, hija qieset li jekk wieħed jibbaża fuq l-informazzjoni parzjalment verifikata ta’ kumpanija waħda biss tar-riċerka u l-iżvilupp fil-Grupp SAIC mingħajr ma jkollu informazzjoni dwar il-kumpaniji tar-riċerka u l-iżvilupp li ma pprovdewx tweġiba għall-kwestjonarju, dan ma jkunx rappreżentattiv biex jiġi stabbilit l-ammont ta’ sussidjar. Il-Grupp SAIC ma weriex kif l-użu ta’ dawk il-fatti jkun manifestament mhux xieraq. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. Minħabba dawn l-istess raġunijiet, il-Kummissjoni ċaħdet ukoll id-dikjarazzjoni tal-Grupp SAIC rigward dan il-fornitur tal-input.

(646)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha kif ippreżentati fil-premessi minn (985) sa (989) tar-Regolament provviżorju.

(647)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema speċifika kienet ta’ 0,62 % għall-Grupp SAIC.

3.9.   Skemi oħrajn

(648)

Fin-nuqqas ta’ elementi ġodda rigward il-programmi elenkati fil-premessa (990) tar-Regolament provviżorju, u bħala kwistjoni ta’ ekonomija amministrattiva, il-Kummissjoni ma qisitx li huwa xieraq li tikkonkludi dwar il-kumpensabbiltà ta’ dawn il-programmi. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-eżaminazzjoni tal-Kummissjoni ta’ dawk il-miżuri fl-okkażjoni ta’ rieżamijiet futuri.

3.10.   Konklużjoni dwar is-sussidjar

3.10.1.   Metodu ta’ allokazzjoni

(649)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp SAIC asserixxa li l-Kummissjoni kienet iddevjat mill-prattika stabbilita tagħha meta allokat 100 % tal-allegati skemi ta’ sussidju pprovduti mill-kumpaniji azzjonarji/finanzjarji u minn ċerti entitajiet ta’ bejgħ domestiku biex tikkalkula l-ammont totali tal-benefiċċju.

(650)

Il-Grupp SAIC iddikjara li l-awtorità investigattiva kellha r-responsabbiltà li twettaq valutazzjonijiet pass-through akkurati u realistiċi biex tiżgura, f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament bażiku, li “jista’ jkun impost dazju kumpensatorju għat-tpaċija ta’ kwalunkwe sussidju mogħti, direttament jew indirettament, għall-manifattura, il-produzzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasport ta’ kwalunkwe prodott li r-rilaxx tiegħu għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jikkawża dannu”. Tabilħaqq, kwalunkwe sussidju mogħti għall-manifattura, għall-produzzjoni, għall-esportazzjoni jew għat-trasport ta’ kwalunkwe prodott li ma ġiex rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-UE ma jistax jiġi kkumpensat. Dan kien jirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi liema parti minn allegat sussidju kienet ta’ benefiċċju għall-prodott esportat u liema parti mill-allegat sussidju kienet ta’ benefiċċju għal prodotti oħrajn, u li turi wkoll li r-riċevitur tas-sussidju (fejn huwa differenti mill-produttur esportatur) għadda l-benefiċċju lill-produttur esportatur matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (106). Il-Grupp SAIC stqarr b’mod partikolari li l-ammont mgħoddi jenħtieġ li jkun limitat għall-perċentwal tal-parteċipazzjoni azzjonarja li finalment għandu l-Grupp SAIC. Konsegwentement, il-Grupp SAIC asserixxa li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lil:

Il-manifatturi ta’ impriżi konġunti (“JV”) ma setgħux jiġu ttrasferiti awtomatikament għall-esportazzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari, dawk il-potenzi mhux Ċiniżi fis-settur awtomobilistiku. Barra minn hekk, dawn il-manifatturi tal-JV ipproduċew u biegħu l-PUI fis-suq domestiku biss u, għalhekk, wieħed jista’ jassumi li s-sussidji riċevuti minn dawn il-manifatturi tal-JV ma humiex awtomatikament ittrasferiti fil-Grupp SAIC.

In-negozjanti domestiċi ma setgħux jingħaddew għas-suq tal-esportazzjoni b’mod awtomatiku, meta jitqies li ma hemm l-ebda trikkib bejn dawn iż-żewġ ktajjen tal-bejgħ. Kwalunkwe sussidju riċevut min-negozjant domestiku kien għall-bejgħ ta’ dawn il-kumpaniji fis-suq domestiku.

Il-Konsumaturi Domestiċi għax-xiri tal-BEVs fis-suq domestiku ma setgħux jingħaddew għas-suq tal-esportazzjoni peress li l-esportazzjonijiet tal-BEVs ma tqisux f’din l-iskema kollha. Għalhekk, kwalunkwe sussidju riċevut taħt din l-iskema ma setax jingħadda b’mod awtomatiku mis-suq tal-esportazzjoni tal-UE.

(651)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp SAIC tenna li l-analiżi dwar l-impriżi konġunti u l-valutazzjonijiet tal-kumpaniji relatati jenħtieġ li tiġi evalwata mill-ġdid. Qal ukoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li l-ewwel tiddetermina x’inhi l-“informazzjoni nieqsa” u tapplika l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tal-BASR. F’dan ir-rigward, il-Grupp SAIC talab li jsir eżami tal-livell ta’ nuqqasijiet fuq bażi ta’ kumpanija b’kumpanija. Imbagħad, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddetermina l-ammont ta’ benefiċċju mgħoddi.

(652)

Il-Kummissjoni kkonfermat il-valutazzjoni tagħha li saret fl-istadju provviżorju. L-ewwel nett, kif issemma fil-premessa (337) u (338) tar-Regolament provviżorju u kif intwera fl-ittra mibgħuta lill-Grupp SAIC fl-ittra tal-15 ta’ Frar 2024 (107), il-Kummissjoni pprovdiet valutazzjoni ta’ kumpanija b’kumpanija tal-informazzjoni li kienet nieqsa u tat lill-Grupp SAIC l-opportunità li jipprovdi l-informazzjoni nieqsa. Madankollu, il-Grupp SAIC qagħad lura milli jipprovdi tali informazzjoni nieqsa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li, fid-dawl tar-relazzjoni fost il-kumpaniji fi ħdan il-Grupp SAIC, ma kinitx meħtieġa analiżi “pass through”; minflok, il-Kummissjoni kellha bżonn tuża metodu ta’ allokazzjoni kif suppost fir-rigward tas-sussidji minħabba li l-flus huma funġibbli u jistgħu jiġu ttrasferiti minn entità relatata għal oħra irrispettivament mis-suq fejn ikun qiegħed isir il-bejgħ. Barra minn hekk, fil-kalkolu tal-perċentwal ta’ sussidjar allokat għall-prodott ikkonċernat (skema ta’ allokazzjoni), il-Kummissjoni fil-fatt diġà eżaminat is-sitwazzjoni individwali ta’ kull kumpanija fil-grupp. Għall-kumpaniji li jipprovdu servizzi finanzjarji fi ħdan il-Grupp SAIC, il-Kummissjoni qieset l-attivitajiet ta’ dawn il-kumpaniji finanzjarji fi ħdan il-grupp. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet domestiċi, il-Kummissjoni qieset il-fatturat rilevanti korrispondenti li kien jinkludi wkoll il-fatturat ta’ kumpaniji li joperaw esklużivament fis-suq domestiku Ċiniż. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(653)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni kkoreġiet il-fatturat tal-Grupp SAIC użat għall-allokazzjoni xierqa tas-sussidji li nstabu sabiex tikkalkula l-ammont ta’ sussidjar tal-Grupp. Id-dettalji ġew ipprovduti fid-divulgazzjoni speċifika tal-20 ta’ Awwissu 2024 lill-kumpanija.

(654)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni kkoreġiet ulterjorment il-fatturat tal-Grupp SAIC billi inkludiet il-fatturat iġġenerat minn fergħat oħrajn f’waħda mill-kumpaniji esportaturi. Id-dettalji ġew ipprovduti fid-divulgazzjoni speċifika tad-9 ta’ Settembru 2024 lill-kumpanija.

(655)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni kkoreġiet il-valur tal-bejgħ tal-Grupp Geely lill-Unjoni użat għall-allokazzjoni xierqa tas-sussidji li nstabu sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidjar tal-Grupp. Id-dettalji ġew ipprovduti fid-divulgazzjoni speċifika lill-kumpanija.

(656)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely implika li l-fatturat tal-fornituri, tal-kumpaniji tar-riċerka u l-iżvilupp, tal-kumpaniji tal-bejgħ u tal-kumpaniji ta’ finanzjament jenħtieġ li jiġi inkluż fil-fatturat totali biex jiġi stabbilit l-ammont totali tal-benefiċċju.

(657)

Il-Kummissjoni, kif ġie spjegat fid-divulgazzjoni provviżorja, innotat li bħala l-ewwel pass, l-ammont ikkalkolat ta’ sussidjar għal kull kumpanija relatata kien ġie allokat għall-prodott ikkonċernat abbażi tal-kategorija tal-kumpanija jew tal-ispeċifiċità tal-linja ta’ sussidju. Konsegwentement, ġie applikat il-proporzjon tal-fatturat għas-subassemblaturi, għall-kumpaniji tar-riċerka u l-iżvilupp u għall-kumpaniji tal-bejgħ. Fit-tieni pass, il-benefiċċju għall-Grupp Geely ġie espress f’termini tal-fatturat tal-BEVs tal-produtturi esportaturi/domestiċi fil-Grupp Geely—speċifikament, il-fatturat tal-BEVs lil klijenti mhux relatati mibjugħa permezz ta’ entitajiet relatati tal-Grupp Geely. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

3.10.2.   Dazju applikabbli għal kumpaniji oħrajn li kkooperaw

(658)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u l-GWM indikaw li r-rata tad-dazju applikabbli għal kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw żdiedet wara d-divulgazzjoni provviżorja, filwaqt li r-rati tad-dazju għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun naqsu.

(659)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni nnotat li l-kalkolu tar-rata tad-dazju medja ponderata applikabbli għal kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ma kienx korrett peress li ma qiesx il-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun kif xieraq għal ċerti skemi. Konsegwentement, il-Kummissjoni lestiet korrezzjoni teknika li wasslet għal żieda fid-dazju applikabbli għal kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw (kumpaniji oħrajn li kkooperaw).

(660)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ talab lill-Kummissjoni tiddivulga l-bażi fattwali sottostanti għar-rata ta’ sussidju stabbilita għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun meta jitqies li l-fatti disponibbli ġew applikati għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidjar għas-SAIC.

(661)

F’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju totali għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ġie kkalkulat abbażi tal-ammont medju ponderat totali ta’ sussidji kumpensatorji stabbiliti għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun bl-esklużjoni ta’ ammonti negliġibbli kif ukoll l-ammonti ta’ sussidji stabbiliti fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-Kummissjoni ma injoratx is-sejbiet parzjalment ibbażati fuq il-fatti disponibbli biex tiddetermina dawk l-ammonti. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tqis li l-fatti disponibbli użati f’dawk il-każijiet ma affettwawx sostanzjalment l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ sussidjar b’mod raġonevoli, sabiex l-esportaturi li ma kinux mitluba jikkooperaw fl-investigazzjoni ma jiġux preġudikati bl-użu ta’ dan l-approċċ (108). B’mod partikolari, il-Kummissjoni osservat li l-istrumenti finanzjarji bħall-ABS jew il-bonds li bbażat fuqhom biex tikkalkula l-benefiċċju derivat minn tali skemi ntużaw b’mod wiesa’ mill-industrija tal-BEV b’mod ġenerali u mhux eċċezzjonali. Li kieku l-produtturi esportaturi rrapportaw tali informazzjoni lill-Kummissjoni meta kkooperaw bis-sħiħ, il-Kummissjoni kienet tittratta l-informazzjoni b’mod simili f’termini ta’ kalkolu tal-marġni ta’ sussidju.

(662)

Dan ifisser li biex tiġi kkalkulata r-rata ta’ sussidju għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, ir-rati ta’ sussidju stabbiliti għall-forniment ta’ batteriji għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata, u s-sussidjar fir-rigward ta’ kumpaniji li ma kkooperawx għall-Grupp SAIC, u l-għotjiet diretti pprovduti lill-Grupp Geely u lill-Grupp SAIC ma ġewx ikkunsidrati.

(663)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kumpanija 24, il-GTĊ u l-VDA argumentaw li r-rata ta’ sussidju medja ponderata stabbilita għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun jenħtieġ li tinkludi wkoll ir-rata ta’ sussidju ta’ Tesla (Shanghai), minħabba li kienet l-akbar produttur esportatur tal-BEVs Ċiniżi matul u wara l-PI. Skont il-GTĊ, l-inklużjoni tar-rata ta’ sussidju ta’ Tesla (Shanghai) fil-kalkolu tar-rata tad-dazju tas-sussidju medja ponderata għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ma tkunx inkonsistenti mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku.

(664)

Il-Kumpanija 24 argumentat b’mod partikolari li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku ma jeskludux li l-fatt li produttur esportatur ma jintgħażilx inizjalment jista’ sussegwentement jifforma parti mill-kampjun. Din il-parti argumentat li l-kampjunar jiġi applikat biex l-investigazzjoni tiġi limitata għal għadd raġonevoli ta’ partijiet, prodotti jew tranżazzjonijiet jew għall-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Skont din il-parti, meta jingħata eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi s-sejbiet tagħha fir-rigward tal-akbar volum possibbli ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu jiġu investigati fiż-żmien disponibbli u b’hekk tinkludi lil Tesla (Shanghai) fil-kalkolu tal-marġni tas-sussidju medju ponderat.

(665)

Il-Kummissjoni ma kkontestatx il-fatt li Tesla (Shanghai) kienet wieħed mill-akbar produtturi esportaturi. Madankollu, kif huwa stabbilit fil-premessi (57) u (59) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset l-għażla tagħha tal-kampjun ta’ tliet gruppi esportaturi differenti bħala l-akbar volum rappreżentattiv li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, li għalih ma eżaminatx biss iċ-ċifri assoluti tal-produzzjoni, tal-bejgħ, u tal-esportazzjonijiet, iżda qieset għadd ta’ elementi addizzjonali biex tivvaluta r-rappreżentattività tal-kampjun, inklużi l-varjetà ta’ mudelli ta’ BEV mibjugħa f’segmenti tas-suq differenti, ir-rappreżentattività tal-kumpaniji/gruppi f’termini ta’ eliġibbiltà potenzjali tal-iskemi inklużi fil-Memorandum dwar is-suffiċjenza ta’ evidenza, u l-kapaċità ta’ produzzjoni ġenerali inkluża l-kapaċità ta’ riżerva abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-formola ta’ kampjunar. Minn dan isegwi li għall-kuntrarju ta’ dak li asserixxa l-GTĊ, il-kampjun fl-investigazzjonijiet dwar is-sussidji b’mod ġenerali u f’din l-investigazzjoni speċifika huwa bbażat ukoll fuq fatturi oħrajn għajr il-volumi tal-produzzjoni jew tal-esportazzjoni bħar-rappreżentattività tas-sussidjar u mhux (biss jew prinċipalment) fuq il-volumi. Din l-investigazzjoni kkonfermat li Tesla (Shanghai) hija kumpanija unika li ma hijiex rappreżentattiva tal-livell ta’ sussidjar ta’ produtturi oħrajn tal-BEV fiċ-Ċina.

(666)

Fir-rigward tal-asserzjoni speċifika tal-Kumpanija 24, il-Kummissjoni qieset li l-Artikolu 27(1) jipprevedi li l-kampjunar jista’ jiġi applikat meta l-għadd ta’ esportaturi jkun kbir, li kien il-każ abbażi tal-għadd ta’ risposti li waslu meta ntgħażel il-kampjun. Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessi (57) u (59) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset l-għażla tagħha tal-kampjun ta’ tliet gruppi esportaturi differenti bħala l-akbar volum rappreżentattiv li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-fatt li Tesla (Shanghai), l-unika kumpanija li talbet dan, ingħatat eżami individwali skont l-Artikolu 27(3), minħabba li l-eżami tagħha ma kienx meqjus bħala ta’ piż mhux xieraq, ma jibdilx il-konklużjoni li l-kampjunar kien rappreżentattiv. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(3) ma jipprevedux l-inklużjoni fil-kampjun ta’ kumpaniji li ngħataw eżami individwali.

(667)

Abbażi ta’ dan, din qieset li l-kampjun kien ukoll l-aktar wieħed rappreżentattiv li għandu jintuża biex jiġi kkalkulat id-dazju għall-partijiet li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, f’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku u ċaħdet l-asserzjoni.

3.10.3.   Kalkolu tar-rati ta’ sussidju

(668)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku billi eżaminat kull sussidju jew programm ta’ sussidju, u għamlet total ta’ dawn iċ-ċifri biex tikkalkula ammont totali ta’ sussidjar għal kull grupp ta’ produtturi esportaturi għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Biex tikkalkula s-sussidjar ġenerali ta’ hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkulat il-perċentwal ta’ sussidjar, li huwa l-ammont ta’ sussidju bħala perċentwal tal-fatturat totali tal-kumpanija. Imbagħad, dan il-perċentwal intuża biex jiġi kkalkulat is-sussidju allokat għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Imbagħad ġie kkalkulat l-ammont ta’ sussidju għal kull biċċa tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u r-rati ta’ hawn taħt ġew ikkalkulati bħala perċentwal tal-valur tal-Kostijiet, tal-Assigurazzjoni u tal-Merkanzija (“CIF”) tal-istess esportazzjonijiet għal kull biċċa.

(669)

F’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju totali għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ġie kkalkulat abbażi tal-ammont medju ponderat totali ta’ sussidji kumpensatorji stabbiliti għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun bl-esklużjoni ta’ ammonti negliġibbli kif ukoll l-ammonti ta’ sussidji stabbiliti fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-Kummissjoni ma inkludietx l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji fil-kalkolu medju ponderat għal dawk l-iskemi u l-kumpaniji fejn is-sejbiet kienu parzjalment ibbażati fuq il-fatti disponibbli biex jiġu ddeterminati dawk l-ammonti, kif ġie stabbilit fil-premessa (661) ta’ dan ir-Regolament.

(670)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ talab lill-Kummissjoni tiddivulga l-bażi sottostanti għar-rata ta’ sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni spjegat il-kalkolu tagħha tal-medja ponderata fil-premessa (661) ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni pprovdiet ukoll verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kalkolu sottostanti. F’konformità mal-Artikolu 29(4), il-Kummissjoni użat meded għall-valuri CIF sabiex tipproteġi l-kunfidenzjalità tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(671)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazji kumpensatorji definittivi, espressi fuq il-prezz CIF tal-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Kumpanija

Rata ta’ sussidju

Il-Grupp BYD:

BYD Auto Company Limited

BYD Auto Industry Company Limited

Changsha BYD Auto Company Limited

Changsha Xingchao Auto Company Limited

Changzhou BYD Auto Company Limited

Fuzhou BYD Industrial Company Limited

Hefei BYD Auto Company Limited

Jinan BYD Auto Company Limited

17,0  %

Il-Grupp Geely:

Asia Euro Automobile Manufacture (Taizhou) Company Limited

Chongqing Lifan Passenger Vehicle Co., Ltd.

Fengsheng Automobile (Jiangsu) Co., Ltd.

Shanxi New Energy Automobile Industry Co., Ltd.

Zhejiang Geely Automobile Company Limited

Zhejiang Haoqing Automobile Manufacturing Company Limited

Zhongjia Automobile Manufacturing (Chengdu) Co., Ltd.

18,8  %

Il-Grupp SAIC:

SAIC MAXUS Automotive Company Limited

SAIC Motor Corporation Limited

Nanjing Automobile (Group) Corporation

35,3  %

Tesla (Shanghai) (eżaminazzjoni individwali)

7,8  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

20,7  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

35,3  %

4.   DANNU

(672)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja waslu kummenti dwar id-dannu mingħand is-CCCME, il-GTĊ, il-Grupp Geely, il-Kumpanija 18, il-Kumpanija 24 u l-VDA.

(673)

Wara d-divulgazzjoni finali, waslu kummenti dwar id-dannu mis-CCCME, mill-GTĊ, u mis-CAAM.

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(674)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovdiet biżżejjed dettalji dwar id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni. B’mod partikolari, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li 12-il grupp issemmew fid-Dokument ta’ Bidu filwaqt li 10 gruppi ssemmew fil-premessa (995) tar-Regolament provviżorju li tiddikjara li ma kienx ċar jekk xi grupp kienx ġie eskluż mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Grupp Geely iddikjara wkoll li fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, lil hinn mid-dikjarazzjoni li kienet tikkonsisti minn 10 produtturi.

(675)

Il-Kummissjoni b’dan iċċarat li mit-12-il grupp imsemmija fid-Dokument ta’ Bidu, il-Kummissjoni fil-premessa (995) tar-Regolament provviżorju għamlet referenza għal “madwar 10 gruppi” wara informazzjoni disponibbli għall-pubbliku li l-kumpanija Fisker falliet fil-bidu tal-2024 (109). Barra minn hekk, ma nġabar l-ebda dettall addizzjonali dwar il-Grupp Bollore matul l-investigazzjoni biex jiġi kkonfermat jekk il-Grupp Bollore kienx tabilħaqq qiegħed jimmanifattura BEVs fl-Unjoni.

(676)

Il-Kummissjoni ċċarat ulterjorment li kif ġie spjegat fil-premessa (999) tar-Regolament provviżorju, meta ddefiniet l-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma ffukatx fuq il-marki jew fuq il-gruppi tal-fabbrikanti tat-tagħmir oriġinali (“OEM”), iżda fuq l-oriġini tal-produzzjoni tal-BEVs, bħala produzzjoni tal-BEVs li sseħħ fl-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni inkludiet il-produzzjoni kollha tal-Unjoni ta’ BEVs (jiġifieri BEVs maħluqa jew immanifatturati fl-Unjoni) fl-analiżijiet tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni tagħha. Minn dan jirriżulta li l-ebda grupp ma ġie eskluż mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(677)

Il-Grupp Geely argumenta wkoll li peress li l-Kummissjoni ddefiniet l-industrija tal-Unjoni abbażi tal-post tal-produzzjoni u mhux tan-nazzjonalità tal-marka jew tal-gruppi, hija fixklet l-analiżi tad-dannu peress li naqset milli tqis ir-rwol tal-importazzjonijiet Ċiniżi attribwibbli lill-produtturi tal-Unjoni u lil Tesla.

(678)

L-analiżi tad-dannu ffukat fuq il-BEVs prodotti fl-Unjoni u għalhekk l-indikaturi tad-dannu huma bbażati fuq il-BEVs prodotti fl-Unjoni u mhux fuq il-BEVs importati miċ-Ċina mill-produtturi tal-Unjoni peress li f’dak il-każ il-produtturi tal-Unjoni jaġixxu bħala negozjanti u mhux produtturi. Madankollu, il-Kummissjoni vvalutat l-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-premessi (998), (1132) sa (1136), u fit-Taqsima 6.2.9 tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(679)

Is-CCCME u l-GTĊ argumentaw ulterjorment li ma kienx ċar xi jfissru t-termini “produttur OEM” u “tranżizzjoni mill-ICE għall-BEVs” fil-kuntest tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u li l-proporzjon u r-rilevanza tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni fi tranżizzjoni ma ġewx spjegati fir-Regolament provviżorju.

(680)

Fil-premessa (995) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-biċċa l-kbira tal-10 gruppi ta’ produtturi tal-BEVs kienu OEMs ta’ vetturi b’magna tal-kombustjoni interna (“ICE”) li kienu qegħdin jaqilbu għall-produzzjoni ta’ BEVs wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2019/631 u dan jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vannijiet. Filwaqt li ma huwiex ċar x’tip ta’ spjegazzjonijiet addizzjonali kienu qegħdin jitolbu s-CCCME u l-GTĊ f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni spjegat ulterjorment li l-biċċa l-kbira tal-10 gruppi ta’ produtturi tal-BEVs tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta’ Tesla u e.Go Mobile, kienu produtturi ta’ vetturi ICE li skont ir-Regolament (UE) 2019/631 kienu qegħdin jissostitwixxu l-produzzjoni ta’ vetturi ICE bil-produzzjoni ta’ BEVs. Il-Kummissjoni rreferiet għal dan il-proċess ta’ tranżizzjoni sabiex tagħti kuntest u sfond għall-analiżi tad-dannu peress li t-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni minn vetturi ICE għal BEVs tirrappreżenta fattur rilevanti f’dan il-każ li jaffettwa għadd ta’ indikaturi relatati mal-istat tal-industrija kif ġie spjegat fil-premessa (996) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, fit-Tabella 1 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni indikat il-firxa tat-tranżizzjoni ddefinita bħala BEVs reġistrati bħala perċentwal tar-reġistrazzjonijiet kollha tal-vetturi tal-passiġġieri li żdiedu minn 5,4 % fl-2020 għal 14,6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(681)

Minkejja l-ispjegazzjonijiet ipprovduti fil-premessi (675) u (676) ta’ dan ir-Regolament, wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ tennew l-asserzjoni tagħhom li l-Kummissjoni ma pprovdietx spjegazzjonijiet suffiċjenti dwar kwistjonijiet ta’ fatti u ta’ liġi u determinazzjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li l-informazzjoni kollha dwar il-kompożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet inżammet kunfidenzjali b’mod illegali abbażi tal-anonimità mogħtija lill-produtturi tal-industrija tal-Unjoni u li l-informazzjoni li ġejja ma kinitx magħrufa: (i) l-għadd ta’ produtturi - u mhux biss il-gruppi - li jiffurmaw l-industrija tal-Unjoni, meta jitqies li kienu biss il-produtturi individwali li ġew inklużi fil-kampjun u d-definizzjoni tal-parti relatata ma ġietx applikata għall-produtturi tal-BEV tal-Unjoni għall-kampjunar u għall-valutazzjoni ta’ indikaturi ekonomiċi ewlenin bħall-prezzijiet tal-bejgħ, (ii) il-livell ta’ kooperazzjoni tal-industrija tal-Unjoni; (iii) ir-rilevanza tal-produtturi tal-OEM fil-kuntest tal-industrija tal-Unjoni u xi tfisser, u (iv) il-grad ta’ tranżizzjoni tad-diversi produtturi tal-Unjoni mill-produzzjoni ta’ vetturi ICE għal BEVs li ma jistgħux jinkisbu mill-perċentwal ta’ BEVs mibjugħa fis-suq tal-Unjoni.

(682)

Il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ kienu qed iħawwdu bejn il-kompożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-kompożizzjoni tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ma żammitx il-kompożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni bħala waħda kunfidenzjali. Fid-Dokument tal-Bidu, il-Kummissjoni pprovdiet il-lista tal-gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni u ġew ipprovduti spjegazzjonijiet addizzjonali fil-premessi (675) u (676) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni żammet l-identità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kunfidenzjali minħabba l-anonimità mogħtija lill-produtturi tal-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessi minn (12) sa (14) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, peress li l-Kummissjoni pprovdiet l-għadd u l-ismijiet tal-gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni, ma kellhiex għalfejn tispjega kemm hemm entitajiet produtturi inklużi f’kull grupp. Barra minn hekk, il-livell ta’ kooperazzjoni fl-investigazzjoni ma għandux x’jaqsam mad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-Kummissjoni spjegat fil-premessa (45) tar-Regolament provviżorju li l-livell ta’ kooperazzjoni f’investigazzjoni huwa meħtieġ għall-eżerċizzju permanenti biss u peress li l-investigazzjoni kurrenti nbdiet ex officio, il-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn tiddivulga l-livell ta’ kooperazzjoni. Barra minn hekk, ir-rilevanza tal-produtturi tal-OEM fil-kuntest tal-industrija tal-Unjoni u l-grad ta’ tranżizzjoni tal-produtturi tal-karozzi tal-Unjoni diġà ġew spjegati fil-premessa (680) ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(683)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ argumentaw ukoll li d-data ta’ Prodcom dehret mhux affidabbli, mhux verifikabbli u orjentata lejn ir-riżultati peress li (i) ma ġietx irrapportata għal kull Stat Membru jew għal kull kumpanija, (ii) dehret li kienet tinkludi l-vetturi bil-mutur kollha bi propulsjoni elettrika (bħal kwadriċikli jew vetturi li jġorru aktar minn disa’ passiġġieri) u mhux biss BEVs soġġetti għall-investigazzjoni, (iii) dehret li kienet stmata minflok ammonti reali u (iv) il-Kummissjoni ma spjegatx kif ivvalutat l-oriġini tal-BEVs. Barra minn hekk, is-CCCME asseriet li l-Kummissjoni ma spjegatx liema regoli ta’ oriġini applikat biex taċċerta l-oriġini tal-BEVs immanifatturati fl-Unjoni. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ asserew li ma kienx ċar kif il-Kummissjoni kellha d-data tal-perjodu ta’ investigazzjoni minn Prodcom peress li din id-data ma kinitx disponibbli għall-partijiet interessati u d-data ta’ Prodcom kienet disponibbli biss għal snin kalendarji.

(684)

Il-Kummissjoni użat id-data rrapportata minn Prodcom biex tistabbilixxi l-volum tal-produzzjoni peress li dan kien l-aħjar sors disponibbli għall-pubbliku għal tali informazzjoni. Filwaqt li d-data rrapportata minn Prodcom kienet ġiet arrotondata minn Prodcom sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe sors ieħor disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda għażla ħlief li tuża d-data ta’ Prodcom. Il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ, minbarra li kkritikaw l-affidabbiltà tad-data, ma ssottomettewx sorsi jew ċifri alternattivi. Barra minn hekk, sabiex tiżgura l-affidabbiltà tad-data ta’ Prodcom, il-Kummissjoni vverifikat iċ-ċifri mal-persunal ta’ Prodcom tal-Eurostat (110). Il-Eurostat ipprovda assigurazzjonijiet relatati mal-akkuratezza tad-data għall-produzzjoni totali fl-Unjoni filwaqt li qies li d-data għal xi Stati Membri ma ġietx ippubblikata minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Barra minn hekk, id-data ta’ Prodcom ġiet ukoll kontroverifikata ma’ sorsi disponibbli oħrajn kif iddikjarat fil-premessa (997) tar-Regolament provviżorju, bħat-tweġibiet għall-kampjunar u d-data disponibbli għall-pubbliku fuq siti web tal-gruppi ta’ produzzjoni. Fir-rigward tad-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni ddikjarat fin-nota f’qiegħ il-paġna 421 tar-Regolament provviżorju li d-data dwar il-produzzjoni għall-2023 se tkun disponibbli għall-pubbliku fl-1 ta’ Lulju 2024. Prodcom (111) għamlet disponibbli d-data dwar il-produzzjoni għall-2023 li tammonta għal 1 720 329 unità. Billi d-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinitx disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni kkalkolat il-volum tal-produzzjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni billi użat data ta’ 3 xhur għall-2022 u ta’ 9 xhur għall-2023. Ir-riżultat huwa 1 590 247 BEV li huwa qrib ħafna tad-data rrapportata fit-Tabella 4 tar-Regolament provviżorju (1 626 263 BEV).

(685)

Barra minn hekk, l-ebda aġġustament ma tqis meħtieġ biex jiġu koperti prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-investigazzjoni bħal kwadriċikli u vetturi li jġorru aktar minn disa’ passiġġieri, minħabba li (i) id-data dwar il-kwantità tal-produzzjoni użata minn Prodcom irrikonċiljat mad-data dwar il-produzzjoni rrapportata fit-tweġibiet għall-kampjunar u fis-sorsi disponibbli għall-pubbliku u (ii) il-vetturi elettriċi li jġorru aktar minn disa’ passiġġieri kif ukoll il-vetturi elettriċi ddisinjati għall-ivvjaġġar fuq il-borra, il-vetturi tal-golf u vetturi simili, huma rrapportati taħt kodiċijiet differenti (29103000 u 29105200). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda data li tissuġġerixxi li l-produzzjoni ta’ tali prodotti barra mill-ambitu kienet sinifikanti biżżejjed biex tiġġustifika aġġustament, u s-CCCME u l-GTĊ lanqas ma ppreżentaw tali data. Barra minn hekk, ġie nnotat li l-Kummissjoni ma waslet għall-ebda konklużjoni speċifikament abbażi tal-volum tal-produzzjoni peress li fil-premessa (1167) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li kienet teżisti theddida ta’ dannu u mhux dannu materjali filwaqt li s-suq tal-Unjoni kien qiegħed jaqleb minn vetturi ICE għal BEVs kif ġie spjegat fil-premessa (996) tar-Regolament provviżorju, u l-punt sa fejn ġiet stabbilita t-tranżizzjoni kien ibbażat fuq il-volum ta’ BEVs irreġistrati u mhux prodotti. Minbarra dan, fil-premessa (999) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni speċifikat li l-produzzjoni tal-Unjoni kienet tinkludi l-BEVs li saru eżistenti jew li nħadmu fl-Unjoni. Ir-regoli tal-oriġini jkunu relevanti meta, pereżempju, BEV tiġi assemblata f’pajjiż terz b’parts miċ-Ċina. Fl-aħħar nett, kien evidenti b’mod ċar li d-data tal-produzzjoni rrapportata minn Prodcom kienet oġġettiva u ma kinitx orjentata lejn ir-riżultat kif asserew is-CCCME u l-GTĊ. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(686)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ tennew l-asserzjoni tagħhom li d-data dwar il-produzzjoni rrapportata minn Prodcom ma setgħetx tiġi vverifikata. Is-CCCME ddikjarat ukoll li minflok, il-Kummissjoni kellha tikseb din l-informazzjoni mill-industrija tal-Unjoni, mill-ACEA jew minn assoċjazzjonijiet nazzjonali oħrajn.

(687)

Is-CCCME u l-GTĊ ma spjegawx għaliex id-data dwar il-produzzjoni miksuba minn kwalunkwe sors alternattiv tkun verifikabbli jew inkella aktar affidabbli mid-data uffiċjali miksuba minn Prodcom, li tinġabar u titqassam irrispettivament mill-investigazzjoni. Barra minn hekk, l-allegazzjoni li d-data ta’ Prodcom hija “orjentata lejn ir-riżultati” hija kompletament mhux sostanzjata u inaċċettabbli, anke mingħajr ma jitqies li d-data li ntużat għall-analiżi tad-dannu ġiet prodotta qabel ma bdiet l-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tabilħaqq talbet data dwar il-produzzjoni fil-formola tal-kampjunar għall-produtturi tal-Unjoni u s-CCCME u l-GTĊ kienu konxji ta’ dan. Barra minn hekk, l-informazzjoni rrapportata mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw intużat kemm jista’ jkun kif ġie spjegat fil-premessa (997) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, mhux il-produtturi kollha tal-Unjoni tal-BEVs huma membri tal-ACEA u, għalhekk, l-ACEA ma setgħetx tissottometti data sħiħa dwar il-produzzjoni. Fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali l-oħrajn, il-Kummissjoni qieset li huwa żejjed li titlob tali informazzjoni minn kull assoċjazzjoni meta kellha aċċess għad-data ta’ Prodcom. Hija fakkret ukoll, għall-finijiet ta’ kompletezza, li d-data dwar il-produzzjoni rrapportata minn Prodcom intużat qabel f’investigazzjonijiet oħrajn (112). Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(688)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni kienet għadha ma spjegatx kif kisbet data ta’ Prodcom trimestrali peress li l-partijiet interessati ma kellhomx aċċess għal tali data.

(689)

Din l-asserzjoni hija fattwalment żbaljata. Fil-premessa (684) ta’ dan ir-Regolament ġie spjegat b’mod ċar li peress li d-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinitx disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni kkalkolat il-volum tal-produzzjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni billi użat data ta’ 3 xhur għall-2022 u data ta’ 9 xhur għall-2023. Ir-riżultat kien 1 590 247 BEV li huwa qrib ħafna tad-data rrapportata fit-Tabella 4 tar-Regolament provviżorju (1 626 263 BEV). Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(690)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-argument tal-Kummissjoni li s-sejba ta’ theddida ta’ dannu tagħha ma kinitx ibbażata fuq il-produzzjoni u li d-diskussjoni tal-produzzjoni hija legalment irrilevanti, ma huwiex korrett u huwa inkoerenti peress li (i) id-definizzjoni tal-industrija domestika kienet il-bażi għat-theddida ta’ dannu u għall-analiżi tal-kawżalità, għalhekk kienet element ewlieni tal-investigazzjoni, (ii) il-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kontra l-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni kienet element ewlieni tad-determinazzjoni tal-Kummissjoni tar-rappreżentattività tal-kampjun tal-industrija tal-Unjoni u (iii) diversi sejbiet intermedjarji dwar id-determinazzjoni tat-theddida ta’ dannu (bħal dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, il-kalkolu tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-impjieg), kienu bbażati fuq id-data dwar il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni jew derivati minnha. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu tal-Kummissjoni kienet tikkonċerna wkoll direttament il-produzzjoni li nstabet fil-perjodu ta’ investigazzjoni peress li l-Kummissjoni ddikjarat li l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV kienu qegħdin jipperikolaw il-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(691)

Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, il-Kummissjoni ma ddikjaratx li s-sejba tagħha ta’ theddida ta’ dannu ma kinitx ibbażata fuq il-produzzjoni u li d-diskussjoni tal-produzzjoni kienet legalment irrilevanti. Fil-fatt, fil-premessa (685) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni stqarret li ma siltet l-ebda konklużjoni speċifikament abbażi tal-volum tal-produzzjoni, peress li kkonkludiet fil-premessa (1167) tar-Regolament provviżorju li kienet teżisti theddida ta’ dannu u mhux dannu materjali waqt li s-suq tal-Unjoni kien qiegħed jagħmel tranżizzjoni minn vetturi ICE għal BEVs, u l-grad tat-tranżizzjoni ġie stabbilit abbażi tal-volum ta’ BEVs irreġistrati u mhux prodotti. Dan ifisser li jekk il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kinitx 1,2 jew 1,3 miljun ta’ BEVs fil-perjodu ta’ investigazzjoni, dan l-aspett ma kellux impatt materjali fuq il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni, inkluż fuq l-elementi speċifiċi enfasizzati mis-CCCME. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(692)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li (i) il-Kummissjoni ma vvalutatx jekk xi produtturi tal-Unjoni jeħtiġux li jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u li xi gruppi fil-fatt jenħtieġ li jiġu esklużi minħabba l-fatt li dawn il-gruppi kellhom kumpaniji fiċ-Ċina li esportaw il-BEVs lejn is-suq tal-Unjoni, (ii) xi produtturi tal-Unjoni mhux biss kienu relatati mal-produtturi esportaturi Ċiniżi, imma kienu jibbażaw ukoll fuq il-BEV Ċiniżi, (iii) il-fatt li l-Kummissjoni ma eskludietx mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni lil ċerti gruppi li kienu qegħdin jimportaw BEVs miċ-Ċina, wassal għal distorsjoni materjali tal-istabbiliment tat-theddida ta’ dannu, (iv) il-gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni li jimportaw BEVs miċ-Ċina bbenefikaw mill-allegat sussidjar fiċ-Ċina li l-Kummissjoni kienet qiegħda tindirizza fl-investigazzjoni kurrenti. Is-CCCME u l-GTĊ asserew ulterjorment li l-Kummissjoni ma vvalutatx il-perċentwal irrappreżentat mill-awtoimportazzjonijiet tal-BEVs fuq il-bejgħ totali tal-BEVs għal kull produttur tal-Unjoni kkonċernat minkejja li dan ġeneralment kien it-test aċċettat u applikat mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta’ jekk għandux jiġi inkluż produttur tal-Unjoni b’importazzjonijiet fid-definizzjoni tal-industrija domestika kif użat fl-investigazzjonijiet tal-Aċidu xaħmi mill-Indoneżja (113) jew tal-Bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka. Is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw ulterjorment li fl-investigazzjoni OFC miċ-Ċina (114), il-Kummissjoni eskludiet żewġ produtturi tal-Unjoni mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fid-dawl tal-kwantitajiet sinifikanti ta’ importazzjonijiet minn dawn il-kumpaniji miċ-Ċina, u r-relazzjoni tagħhom mal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(693)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. Fil-premessa (998) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li tliet gruppi ta’ produtturi (BMW, Renault u Mercedes-Benz) importaw il-prodott ikkonċernat miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat, prinċipalment mudell wieħed ta’ BEVs miċ-Ċina kull wieħed, u b’hekk ikkomplementaw il-portafoll tagħhom ta’ BEVs li mmanifatturaw fl-Unjoni u biegħu fis-suq tal-Unjoni. Dawn il-produtturi importaw kwantità ta’ madwar [4,7 – 5,7] % tal-konsum tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni kif ġie spjegat fit-Tabella 12 tar-Regolament provviżorju. Dan il-volum ta’ importazzjonijiet għal tliet gruppi tal-Unjoni jenħtieġ li jitqiegħed fil-kuntest tal-ammont totali ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina. Barra minn hekk, il-Kummissjoni spjegat li Tesla importat kwantitajiet sinifikanti ta’ BEVs miċ-Ċina u l-volumi ġew irrapportati wkoll bħala perċentwal tal-konsum tal-Unjoni fit-Tabella 12 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, fil-premessa (999) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li meta ddefiniet l-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma ffukatx fuq il-marki jew fuq il-gruppi OEM, iżda fuq l-oriġini tal-produzzjoni tal-BEVs u għalhekk, il-Kummissjoni inkludiet il-produzzjoni kollha ta’ BEVs fl-Unjoni (jiġifieri l-BEVs maħluqa jew immanifatturati fl-Unjoni) fl-analiżijiet tagħha tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni. Is-CCCME u l-GTĊ ma speċifikawx liema produtturi tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u għal liema raġunijiet. Fil-fatt, is-suq tal-BEVs sar globalizzat sal-punt li l-esklużjoni ta’ grupp ta’ produtturi tal-Unjoni abbażi tal-fatt li l-importazzjonijiet saru minn kumpaniji oħrajn tal-grupp ma kinitx ikkunsidrata xierqa f’dan il-każ. Lanqas ma ġie skopert xi fatt sal-punt li l-esklużjoni ta’ kwalunkwe grupp ta’ produzzjoni partikolari kienet iġġustifikata. Ta’ min jinnota li kwalunkwe impatt fuq l-analiżi tad-dannu ta’ grupp li jimporta BEVs miċ-Ċina jkun fuq il-mikroindikaturi. Madankollu, peress li f’dan il-każ il-Kummissjoni kkampjunat l-entitajiet ta’ produzzjoni, il-mikroindikaturi kollha huma bbażati fuq il-BEVs prodotti u mibjugħa fl-Unjoni. Barra minn hekk, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, peress li l-produtturi tal-Unjoni huma parti minn gruppi kbar ta’ kumpaniji, il-BEVs huma importati miċ-Ċina minn entitajiet differenti mill-entità tal-produzzjoni inkluża fil-kampjun. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ma spjegawx kif il-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu kienet distorta peress li fil-premessi minn (1136) sa (1138) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li aktarx li se jkun hemm żieda fl-ishma mis-suq prinċipalment minn marki Ċiniżi fil-futur prevedibbli. Il-fatt jekk Tesla ġietx inkluża jew eskluża mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma kellux impatt materjali fuq il-konklużjoni tal-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu. Dan minħabba l-fatt li l-importazzjonijiet minn Tesla (Shanghai) miċ-Ċina ma kinux mistennija li jiżdiedu b’mod sinifikanti peress li l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ riżerva ta’ Tesla (Shanghai) kienet baxxa ħafna, jekk kien hemm, kif ġie spjegat fil-premessa (1137) tar-Regolament provviżorju. F’dak li għandu x’jaqsam mas-sussidjar tal-produtturi tal-Unjoni, is-CCCME u l-GTĊ ma spjegawx kif dan il-fatt kien rilevanti għad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, ġie nnotat li l-miżuri kumpensatorji ġew imposti fuq il-BEVs kollha importati miċ-Ċina, inklużi dawk importati mill-gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(694)

Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, fil-każ Bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kummissjoni ma vvalutatx il-perċentwal tal-prodott importat ikkonċernat fuq il-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat għal kull produttur tal-Unjoni. F’dik l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddikjarat li tliet kumpaniji li jappartjenu għall-istess grupp instabu li kienu relatati ma’ produtturi esportaturi fl-Istati Uniti u l-grupp kien ukoll qiegħed jimporta kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat mill-esportaturi relatati tiegħu fl-Istati Uniti. Għalhekk, dawk il-kumpaniji ġew esklużi mid-definizzjoni tal-produzzjoni tal-Unjoni. Fl-Aċidu xaħmi mill-Indoneżja, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni bħal din peress li l-importazzjonijiet tal-aċidu xaħmi saru mill-entità tal-produzzjoni tal-Unjoni. Kif ġie spjegat fil-premessa (692) ta’ dan ir-Regolament, dan ma huwiex il-każ fl-investigazzjoni kurrenti. Il-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni huma parti minn gruppi kbar ta’ produtturi b’diversi entitajiet u l-BEVs huma importati u mibjugħin minn entitajiet differenti minn dawk li jipproduċu l-BEVs fl-Unjoni. Il-fatt li f’investigazzjonijiet preċedenti xi produtturi tal-Unjoni li jimportaw il-prodott taħt investigazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat ġew esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma jfissirx li l-Kummissjoni trid teskludi lil tali produtturi awtomatikament mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni anke f’din l-investigazzjoni. Tali valutazzjoni ssir fuq bażi ta’ każ b’każ u billi jiġu kkunsidrati l-elementi fattwali ta’ kull investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(695)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ tennew l-asserzjoni tagħhom li l-Kummissjoni kellha teskludi lill-produtturi tal-Unjoni li importaw il-BEVs miċ-Ċina fi kwantitajiet sinifikanti mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni bħal Tesla, BMW u Renault. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li d-distinzjoni artifiċjali tal-Kummissjoni bejn l-entitajiet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-gruppi ta’ produtturi tal-BEV tal-Unjoni u d-dikjarazzjoni mhux ċara, li skontha, l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet saru minn entitajiet differenti fi gruppi ta’ produtturi speċifiċi u allegatament mhux mill-entitajiet inklużi fil-kampjun, hija irrilevanti, mhux oġġettiva u inkoerenti. Is-CCCME rrefera f’dan ir-rigward għall-premessa (833) ta’ dan ir-Regolament, li tgħid li fid-dawl tal-anonimità mogħtija lill-produtturi tal-Unjoni u l-għadd żgħir ta’ gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni li importaw BEVs miċ-Ċina matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddivulga jekk il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun importawx BEVs miċ-Ċina matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw ulterjorment li l-Kummissjoni stess ikklassifikat il-bejgħ tal-BEV għal kull grupp ta’ produtturi tal-Unjoni fid-data ta’ reġistrazzjoni tal-EEA tagħha wkoll.

(696)

Il-Kummissjoni sostniet il-fehmiet tagħha kif huma spjegati fil-premessa (693) tar-Regolament illi s-suq tal-BEVs sar globalizzat sal-punt li l-esklużjoni ta’ grupp ta’ produtturi tal-Unjoni abbażi tal-fatt li l-importazzjonijiet saru minn kumpaniji oħrajn tal-grupp ma kinitx ikkunsidrata xierqa f’dan il-każ. Lanqas ma ġie skopert xi fatt sal-punt li l-esklużjoni ta’ kwalunkwe grupp ta’ produzzjoni partikolari kienet iġġustifikata. Barra minn hekk, id-distinzjoni bejn l-entitajiet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-gruppi ta’ produtturi tal-BEV tal-Unjoni ma kinitx artifiċjali. Hija l-prattika tal-Kummissjoni li tieħu kampjun tal-produtturi tal-Unjoni fil-livell tal-entità u mhux fil-livell tal-grupp. Dan huwa b’kuntrast għall-kampjun tal-esportaturi fejn il-Kummissjoni tieħu kampjuni tal-esportaturi fil-livell tal-grupp minħabba r-riskju ta’ ċirkomvenzjoni tal-esportazzjonijiet permezz tal-entità bid-dazju aktar baxx. Fl-aħħar nett, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tas-CCCME, il-Kummissjoni ma kklassifikatx il-bejgħ tal-BEV għal kull grupp ta’ produtturi tal-Unjoni fid-data ta’ reġistrazzjoni tagħha tal-EEA. Din l-informazzjoni ġiet irrapportata mill-EEA. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(697)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-produtturi tal-Unjoni li importaw BEVs sinifikanti miċ-Ċina jenħtieġ li jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, peress li dawn l-importazzjonijiet - li ma kinux temporanji, kienu xprunaw l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV fl-Unjoni u kienu jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-importazzjonijiet miċ-Ċina - kienu bbażati fuq l-istrateġija kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni u r-relazzjonijiet fit-tul tagħhom mal-produtturi Ċiniżi tal-BEV. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li l-inklużjoni tagħhom fl-industrija tal-Unjoni xxekkel id-data ekonomika li tappartjeni għall-industrija tal-Unjoni, u l-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu, minħabba li d-determinazzjoni tal-volum u tas-sehem mis-suq dejjem akbar tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV hija l-pedament tas-sejbiet tal-Kummissjoni ta’: (i) il-probabbiltà ta’ żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-BEV miċ-Ċina fil-futur prevedibbli u (ii) l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV li jipperikolaw il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, is-sehem mis-suq, u l-profittabbiltà fil-perjodu ta’ investigazzjoni u żieda fl-effetti negattivi fuq it-tranżizzjoni tal-BEV tal-industrija tal-Unjoni fil-futur prevedibbli. Is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw ulterjorment li mingħajr l-inklużjoni tal-awtoimportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni, ma setax isir il-każ ta’ żieda qawwija u ta’ sehem għoli mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV u b’mod partikolari tal-importazzjonijiet tal-BEV minn marki Ċiniżi. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ma qisitx il-fatt li l-awtoimportazzjonijiet kienu parti sinifikanti mill-istrateġija ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ ta’ diversi gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni għall-portafoll tal-bejgħ tal-BEV tagħhom fl-Unjoni u kellhom impatt fuq il-produzzjoni, il-bejgħ, is-sehem mis-suq kif ukoll il-prezzijiet fl-Unjoni ta’ dawn il-produtturi tal-karozzi u t-tranżizzjoni tagħhom mill-produzzjoni ta’ ICE għal BEV fl-Unjoni. Il-Kummissjoni qieset l-awtoimportazzjonijiet biss bħala prodotti nnegozjati.

(698)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. Kif ġie spjegat fit-Taqsima 5 tar-Regolament provviżorju u fit-Taqsima 5 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni kkonkludiet li fl-investigazzjoni kurrenti kien hemm theddida ta’ dannu u ta’ dannu mhux materjali. F’investigazzjoni li turi dannu materjali, il-kampjunar ta’ produttur tal-Unjoni li importa l-prodott ikkonċernat mill-pajjiż ikkonċernat, jista’ jkollu impatt fuq il-valutazzjoni tad-dannu u tali valutazzjoni ssir fuq bażi ta’ każ b’każ. Madankollu, dan ma huwiex il-każ fl-investigazzjoni kurrenti li wriet theddida ta’ dannu.

(699)

Barra minn hekk, is-sejbiet tat-theddida ta’ dannu ma kinux ibbażati fuq iż-żieda futura fl-importazzjonijiet li jsiru mill-produtturi tal-Unjoni, jekk ikun hemm, iżda fuq iż-żieda imminenti fl-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi kif ġie spjegat fit-Taqsima 5 tar-Regolament provviżorju. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata wkoll mid-data ta’ wara l-PI li wriet li l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi laħqu 14,1 % fit-tieni trimestru tal-2024 (ara t-Tabella 12 ta’ dan ir-Regolament) meta mqabbla ma’ 1,9 % fl-2020. Barra minn hekk, il-produtturi Ċiniżi tal-BEVs għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti li jistgħu jużaw biex jimmanifatturaw il-BEVs biex jiġu esportati lejn is-suq tal-Unjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet ta’ Tesla miċ-Ċina ma humiex se jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-futur imminenti minħabba l-kapaċità ta’ riżerva baxxa tagħha jekk ikun hemm u minħabba l-impjant ta’ produzzjoni fil-Ġermanja. Kif kien spjegat fil-premessa (1136) tar-Regolament provviżorju, b’kuntrast mal-għadd kbir ta’ avviżi li saru mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jagħmlu tranżizzjoni għall-produzzjoni tal-BEVs ma ħabbru l-ebda pjan maġġuri biex jimportaw il-BEVs miċ-Ċina. Il-parti l-kbira tagħhom għandhom mudell jew marka tal-BEV waħda li tiġi importata miċ-Ċina. Pereżempju, il-grupp Renault jimporta miċ-Ċina biss il-mudell Dacia Spring li huwa differenti mill-mudelli tal-BEV manifatturati fl-Unjoni bħal Renault Scenic, Renault Megane, Renault 5, Renault Zoe, u Renault Kangoo. Il-prezz tal-bejgħ ta’ Dacia Spring ma għandux impatt fuq il-prezz tal-mudelli l-oħrajn ta’ Renault manifatturati fl-Unjoni peress li dawk il-mudelli tal-BEV ma jikkompetux ma’ Dacia Spring. Li kieku l-mudell Renault Spring ġie manifatturat fl-Unjoni u mhux fiċ-Ċina, dan kien iżid il-volum tal-produzzjoni tal-grupp Renault u għalhekk tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, volum ogħla ta’ produzzjoni fl-Unjoni ma kienx jinvalida s-sejbiet ta’ theddida ta’ dannu tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, li kieku Dacia Spring ġiet immanifatturata fl-Unjoni, ma jistax jiġi stmat x’kien ikun l-impatt tal-kostijiet, tal-prezzijiet tal-bejgħ u tal-profittabbiltà, peress li anke li kieku l-ispiża tal-produzzjoni ta’ unità kienet tkun aktar baxxa għall-mudelli ta’ Renault minħabba volum ogħla ta’ produzzjoni u għalhekk tkopri parti akbar mill-kostijiet fissi, huwa improbabbli li l-prezz tal-bejgħ ta’ Dacia Spring manifatturat fl-Unjoni jkun baxx daqs il-prezz tal-bejgħ ta’ Dacia Spring manifatturata fiċ-Ċina. Għalhekk, jekk wieħed jassumi li l-Kummissjoni kienet tieħu kampjun ta’ entità li mmanifatturat id-Dacia Spring fl-Unjoni, għar-raġuni spjegata hawn fuq, ma jistax jiġi konkluż li s-sejbiet tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienu jkunu differenti b’mod sinifikanti. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(700)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-importazzjonijiet mill-gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni ta’ produzzjoni Ċiniża kienu mistennija li jiżdiedu fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni u kkwotaw eżempji bħala evidenza ta’ għaliex dan jista’ jkun il-każ.

(701)

Il-Kummissjoni qieset l-eżempji msemmija mis-CCCME u mill-GTĊ fil-premessa (1136) tar-Regolament provviżorju u fil-premessi (1138) u (1139) tar-Regolament provviżorju u kkonkludiet li aktarx li fil-futur prevedibbli jkun hemm żieda fl-ishma mis-suq prinċipalment minn marki Ċiniżi. F’dan ir-rigward, is-CCCME u l-GTĊ ma ressqu l-ebda informazzjoni ġdida. Fil-fatt, id-data ta’ wara l-PI (kif definita fil-premessa (939) ta’ dan ir-Regolament) turi b’mod ċar żieda fis-sehem mis-suq mill-marki Ċiniżi kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(702)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li (i) il-Kummissjoni ma kinitx spjegat x’kienet fissret bit-tranżizzjoni tal-industrija tal-Unjoni meta wieħed iqis li l-industrija tal-Unjoni baqgħet impenjata għall-produzzjoni ta’ vetturi ICE, kif ukoll, fost l-oħrajn, vetturi ibridi mmanifatturati u kienet qiegħda tinvesti wkoll f’teknoloġiji ġodda oħrajn, (ii) il-Kummissjoni rreferiet għat-tranżizzjoni mingħajr data u evidenza fattwali meta l-produtturi tal-Unjoni ma huma xejn qrib li jaqilbu kompletament mill-produzzjoni tal-vetturi elettriċi għall-BEVs, (iii) ma kien hemm l-ebda evidenza fir-Regolament provviżorju li l-industrija tal-Unjoni kienet “qiegħda tagħmel tranżizzjoni” u kienet “għadha qiegħda tiżviluppa u għadha ma mmaturatx” u li l-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tkompli tinvesti ma kienx evidenza li l-industrija kienet qiegħda tagħmel tranżizzjoni, (iv) il-produtturi tal-Unjoni kienu diġà għamlu t-tranżizzjoni peress li kienu ilhom jesportaw volumi kbar ta’ BEVs għal ħafna snin u kellhom l-akbar sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni, li ma kienx ikollhom kieku kienu għadhom qegħdin jagħmlu t-tranżizzjoni, (v) il-qalba għall-produzzjoni tal-BEVs ma kinitx tranżizzjoni iżda espansjoni jew diversifikazzjoni tan-negozju, li kienet tikkostitwixxi għażla ta’ negozju li la l-Ftehim SCM u lanqas ir-Regolament bażiku ma jipprovdu regoli speċjali jew eċċezzjonijiet b’tali mod li jista’ jiġi attribwit kwalunkwe aspett li jikkonċerna kostijiet akbar, profittabbiltà baxxa eċċ. għall-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ BEVs.

(703)

Dawn l-asserzjonijiet huma mingħajr mertu. Fil-premessa (996) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li s-suq tal-Unjoni kien qiegħed jaqleb minn vetturi ICE għal BEVs, u dan kien jirrappreżenta fattur rilevanti f’dan il-każ li affettwa għadd ta’ indikaturi relatati mal-istat tal-industrija. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, fil-premessa (1194) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li s-suq tal-BEVs tal-Unjoni u mhux il-produtturi tal-Unjoni kienu għadhom qegħdin jiżviluppaw u għadhom ma mmaturawx. Barra minn hekk, fit-Tabella 1 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni wriet li fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-BEVs kienu jirrappreżentaw 14,6 % tas-suq tal-vetturi tal-passiġġieri tal-Unjoni. Fil-premessa (995) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat ulterjorment li l-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni kienu OEMs ta’ vetturi ICE li kienu qegħdin jaqilbu għall-produzzjoni ta’ BEVs wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2019/631 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vannijiet. Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni huma l-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni, jiġifieri l-BEVs, u mhux il-produtturi ta’ vetturi b’mod ġenerali. Il-qafas regolatorju kurrenti fl-Unjoni jirrikjedi b’mod effettiv li l-produtturi tal-Unjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri jieqfu jbigħu vetturi ICE fis-suq tal-Unjoni sal-2035 kif ġie spjegat fil-premessi minn (1222) sa (1223) tar-Regolament provviżorju. Fil-premessa (1224) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat ukoll li l-miri tas-CO2 jistgħu jintlaħqu permezz ta’ proporzjon dejjem akbar ta’ vetturi elettriċi fil-flotta. Għalhekk, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ aktar BEVs fis-suq tal-Unjoni huma aktar minn sempliċement espansjoni tan-negozju jew diversifikazzjoni għall-produtturi tal-Unjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri, fil-fatt huma obbligu legali. Barra minn hekk, il-fatt li l-produtturi tal-Unjoni kienu ilhom jesportaw volumi allegatament kbar ta’ BEVs għal ħafna snin u kellhom l-akbar sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni kien irrilevanti fil-kuntest tat-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni minn vetturi ICE għal BEVs. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(704)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-valur tal-investimenti msemmi mill-Kummissjoni fil-premessa (1092) tar-Regolament provviżorju u s-sors ipprovdut ma semmewx dan l-ammont.

(705)

Il-Kummissjoni ma sostnitx li dan in-numru ġie vverifikat. Fil-premessa (1092) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat b’mod ċar li l-investimenti marbuta mat-tranżizzjoni għall-elettrifikazzjoni kienu stmati li jilħqu madwar EUR 170 biljun bejn l-2022 u l-2030 u pprovdiet is-sors fin-nota f’qiegħ il-paġna 432 u f’format PDF bħall-Anness 15 tad-Dokument ta’ Bidu. Is-sors ipprovdut wera l-investimenti ta’ diversi produtturi tal-vetturi, mhux biss il-produtturi tal-Unjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri. Għalhekk, il-Kummissjoni ġabret fil-qosor l-investimenti rrapportati għall-produtturi tal-Unjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri, bl-esklużjoni tal-investimenti destinati b’mod ċar għal żoni ġeografiċi barra mill-Unjoni (bħall-investiment ta’ USD 1,7 biljun minn BMW biex tikkonverti l-impjant tagħha ta’ South Carolina, jew l-investiment ta’ USD 7,1 biljun tal-Grupp Volkswagen fl-Amerka ta’ Fuq u l-investiment ta’ USD 17,5-il biljun fiċ-Ċina). L-approċċ meħud kien wieħed konservattiv peress li qies biss l-investimenti diretti b’mod espliċitu lejn l-Unjoni, fejn saret distinzjoni. Għalhekk, pereżempju, il-Kummissjoni qieset biss USD 20 biljun mill-investimenti ta’ USD 57 biljun fuq il-batteriji mill-Grupp VW, USD 1 biljun biss mill-investimenti ta’ USD 3,75 biljun fuq il-vetturi elettriċi minn Volvo, u xejn mill-investiment globali ta’ USD 500 biljun minn Tesla, peress li ma kienx possibbli li tiġi identifikata ż-żona ġeografika li għaliha kienu destinati l-investimenti. Fi kwalunkwe każ, għall-finijiet ta’ kjarifika, il-kalkolu preċiż ġie ddivulgat fil-fajl miftuħ fil-jum tad-divulgazzjoni finali (115). Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(706)

Għalhekk, il-Kummissjoni sostniet li r-Regolament provviżorju tagħha identifika b’mod korrett il-gruppi ta’ produzzjoni kollha tal-Unjoni u uża l-aktar sorsi ta’ data xierqa biex tiġi kkalkolata l-produzzjoni tal-Unjoni, li jfisser li l-analiżijiet tad-dannu u tal-kawżalità tagħha kienu kollha bbażati fuq definizzjoni soda tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, is-sejbiet fil-premessi minn (995) sa (999) ġew ikkonfermati.

4.2.   Id-determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(707)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 18 asseriet li fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-karatteristiċi tas-suq tal-lokazzjoni.

(708)

Il-Kummissjoni ċċarat li fir-rigward tal-volum tal-bejgħ, l-investigazzjoni kopriet il-bejgħ kollu tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, fir-rigward tal-prezzijiet, jekk il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu qegħdin ibigħu BEVs abbażi ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni, tali bejgħ ma setax jiġi inkluż fl-analiżi tal-prezzijiet minħabba li kien ifixkel l-analiżi tal-prezz medju fid-dawl tal-fatt li l-prezz ta’ karozza mibjugħa abbażi ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni kien differenti b’mod sinifikanti mill-prezz ta’ karozza mibjugħa abbażi ta’ ftehim ta’ bejgħ normali. Barra minn hekk, il-volum ta’ tali bejgħ ippreżentat mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun instab li kien żgħir ħafna (anqas minn 1 % tal-bejgħ totali fil-perjodu ta’ investigazzjoni) peress li b’mod ġenerali, il-produtturi tal-Unjoni ma humiex involuti direttament fil-bejgħ abbażi ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni, iżda qegħdin jużaw parti terza f’dan ir-rigward.

(709)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha indikata fil-premessa (1000) tar-Regolament provviżorju.

4.3.   Konsum fl-Unjoni

(710)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, għall-kalkolu tal-konsum apparenti, is-CCCME u l-GTĊ asserew li (i) ma kienx ċar għaliex id-data tal-EEA ntużat flimkien mad-data ta’ S&P Global Mobility u d-data doganali tal-Istati Membri u kif it-tliet settijiet ta’ data differenti ġew aġġustati/imħallta/aggregati minħabba li, filwaqt li d-data tal-EEA u ta’ S&P Global Mobility kienet ibbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet, id-data tal-importazzjoni tal-Istati Membri kienet ibbażata fuq l-iżdoganar pur tal-merkanzija tal-BEVs u ma tistax tiġi korrelatata u setgħet, pereżempju, tirriżulta f’għadd doppju ta’ importazzjonijiet, (ii) ma kien hemm l-ebda spjegazzjoni tas-settijiet tad-data u l-metodoloġija li abbażi tagħha d-data tal-EEA ġiet assimilata u stabbilita, (iii) il-Kummissjoni ma ddivulgatx id-dettalji tas-sett tad-data ta’ S&P Mobility li użat u (iv) il-Kummissjoni ma ddivulgatx il-bażi li fuqha l-volumi ta’ importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs ibbażati fuq ir-reġistrazzjonijiet kienu derivati minn taħlita ta’ data tal-EEA u ta’ S&P Global Mobility.

(711)

Il-konsum apparenti ġie kkalkolat bħala l-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet totali ta’ BEVs. Fil-premessa (1002) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-konsum apparenti qies (i) il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kif irrapportat mill-EEA għall-2020, għall-2021 u għall-2022, u kif irrapportat minn S&P Global Mobility għall-perjodu ta’ investigazzjoni peress li l-EEA kienet għadha ma għamlitx din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku saż-żmien meta ġie ppubblikat ir-Regolament provviżorju, u (ii) l-importazzjonijiet mid-data doganali tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni ma ħalltitx id-data rrapportata mill-EEA mad-data ta’ S&P Global Mobility. Barra minn hekk, fil-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju (jiġifieri l-4 ta’ Lulju 2024), il-Kummissjoni żiedet mal-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni (116) l-estrazzjoni tad-data mill-EEA bil-kalkoli kollha magħmula sabiex jiġi identifikat il-bejgħ ta’ BEVs tal-industrija tal-Unjoni u tal-produtturi esportaturi Ċiniżi mill-bejgħ totali ta’ BEVs fis-suq tal-Unjoni fl-2020, fl-2021 u fl-2022. Il-Kummissjoni ma setgħetx tiddivulga d-data ta’ S&P Global Mobility peress li kienet bid-drittijiet tal-awtur. Madankollu, is-CCCME dehret li kellha aċċess għal din id-data jew għal data simili peress li użatha fil-verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjoni tagħha.

(712)

Barra minn hekk, peress li l-EEA għamlet disponibbli għall-pubbliku d-data għall-2023, il-Kummissjoni rrevediet id-data tal-konsum apparenti għall-perjodu ta’ investigazzjoni billi użat id-data mill-EEA għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif ġie spjegat fit-Tabella 1 sabiex tkun tista’ tiddivulga d-data sottostanti, li kienet saret disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni (117) fil-jum tad-divulgazzjoni.

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (biċċiet)

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Konsum apparenti tal-Unjoni

1 652 107

Indiċi (2020 = 100)

300

Sors:

Data doganali tal-EEA u tal-Istati Membri

(713)

Ta’ min jinnota li kien hemm differenza insinifikanti bejn il-konsum apparenti totali tal-Unjoni li juża bħala sors għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni d-data ta’ S&P Global Mobility (1 649 486 BEV kif iddikjarat fit-Tabella 1 tar-Regolament provviżorju) meta mqabbel mad-data tal-EEA (differenza ta’ 0,16 %).

(714)

Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (1002) tar-Regolament provviżorju, id-data doganali nġabret minn tmien Stati Membri b’volumi kbar ta’ importazzjonijiet u l-akbar portijiet marittimi reġjonali: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja. Il-Kummissjoni eżaminat din id-data f’livell granulari u dan ippermetta lill-Kummissjoni tissepara l-importazzjonijiet ta’ BEVs u l-importazzjonijiet ta’ oġġetti oħrajn bħal kwadriċikli, skuters elettriċi għall-mobbiltà eċċ. li ġew importati wkoll permezz tal-kodiċi NM 8703 80 10 iżda li ma kinux prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kienx ċar għaliex is-CCCME u l-GTĊ asserew li d-data mid-dwana tal-Istati Membri tista’ tirriżulta f’għadd doppju ta’ importazzjonijiet. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(715)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li ma setgħux jifhmu kif il-Kummissjoni ffiltrat ’l isfel ir-reġistrazzjonijiet finali għall-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV u qassmithom f’importazzjonijiet tal-BEV tal-marka Ċiniża u f’awtoimportazzjonijiet. Is-CCCME u l-GTĊ asserew ulterjorment li d-data fuq is-sit web tal-EEA (i) ma tipprovdix l-oriġini tal-vetturi u (ii) ma tippermettix direttament klassifikazzjoni bejn il-prodotti kkonċernati u dawk li ma humiex prodotti kkonċernati, u l-Kummissjoni ma spjegatx kif stabbiliet l-oriġini tal-BEVs. Is-CCCME u l-GTĊ asserew li jidher li aktarx kien hemm xi prodotti mhux ikkonċernati inklużi fir-reġistrazzjonijiet tal-BEV ikkalkulati mill-Kummissjoni fit-tabelli miżjuda fil-fajl mhux kunfidenzjali. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li d-data dwar ir-reġistrazzjonijiet tal-2023 għandha kategorija “UE/Ċina” u ma kienx ċar kif din kellha tinftiehem u fuq liema bażi saret stima tal-importazzjonijiet ta’ Tesla tal-Mudell Y għat-tliet trimestri tal-2023 miċ-Ċina.

(716)

Il-Kummissjoni ċċarat li kienet niżżlet mis-sit web tal-EEA r-reġistrazzjoni ta’ BEVs fil-kategorija M1 li huma għall-karozzi tal-passiġġieri. Il-vetturi kummerċjali huma kkategorizzati bħala N1. Għalhekk, l-informazzjoni miżjuda fil-fajl mhux kunfidenzjali kienet biss għall-BEVs tal-passiġġieri kif irrapportat mill-EEA. Ċerti mudelli tal-BEVs għandhom verżjoni tal-passiġġieri u verżjoni kummerċjali, madankollu, il-Kummissjoni użat biss il-BEVs tal-passiġġieri kif irrapportat mill-EEA. Għalhekk, 10 mis-17-il mudell imsemmija mis-CCCME kienu jeżistu bħala vetturi tal-passiġġieri kif ukoll bħala vetturi kummerċjali. Is-seba’ mudelli li jifdal (li minnhom wieħed biss ġie manifatturat fiċ-Ċina) kienu tabilħaqq vetturi kummerċjali, madankollu l-volum tagħhom kien baxx ħafna u ma kellu l-ebda impatt fuq il-kalkolu tas-sehem mis-suq.

(717)

Fir-rigward tal-oriġini tal-BEVs, tali informazzjoni tabilħaqq ma kinitx disponibbli fuq il-bażi tad-data tal-EEA. Għalhekk, il-Kummissjoni identifikat l-oriġini ta’ kull mudell tal-BEV abbażi ta’ informazzjoni pubblika (billi fittxet fuq l-Internet fuq diversi siti web fejn ġie manifatturat kull mudell tal-BEV). Tali kompitu kien possibbli billi, bl-eċċezzjoni tal-Mudell Y għal Tesla, il-BEVs irreġistrati matul il-perjodu kkunsidrat ġew manifatturati jew fl-Unjoni, fiċ-Ċina jew f’pajjiżi terzi. Fid-data rrapportata fil-fajl mhux kunfidenzjali, il-Kummissjoni kklassifikat il-Mudell Y bħala li għandu l-oriġini UE/Ċina. Imbagħad abbażi tar-risposta għall-kwestjonarju ta’ Tesla (Shanghai), il-Kummissjoni setgħet tidentifika l-volum tal-Mudell Y prodott fiċ-Ċina u rreġistrat fl-Unjoni fit-tliet trimestri tal-2023.

(718)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME argumentat li kien għadu mhux ċar u ma ġiex spjegat mill-Kummissjoni għaliex ikkalkulat il-konsum reali abbażi tad-data tal-ACEA u mhux abbażi tad-data tal-EEA li min-naħa tagħha kienet il-bażi għall-kalkolu tar-reġistrazzjoni tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, u r-reġistrazzjoni tal-bejgħ tal-BEV Ċiniżi fis-suq. Għalhekk, għall-kalkolu tal-ishma mis-suq ibbażati fuq il-konsum reali għall-produtturi Ċiniżi u tal-UE, il-Kummissjoni xorta tuża żewġ settijiet ta’ data differenti għan-numeratur u għad-denominatur. Barra minn hekk, għall-finijiet tad-diżaggregazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV fit-Tabella 12a tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni użat id-data tal-EEA għan-numeratur u għad-denominatur.

(719)

Il-Kummissjoni użat l-ACEA bħala sors għall-konsum attwali tal-Unjoni peress li l-ACEA għamlet din l-informazzjoni pubblika b’mod regolari kull xahar, filwaqt li kien biss f’Lulju tal-2024 li l-EEA ppubblikat id-data għall-2023. Madankollu, hemm biss differenza żgħira bejn il-konsum reali rrapportat mill-ACEA u mill-EEA u għalhekk ma hemm l-ebda impatt materjali fuq l-ishma mis-suq li rriżultaw, kif jista’ jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.

Tabella 1.1

Il-konsum attwali tal-Unjoni – Tqabbil tad-data tal-ACEA u tal-EEA

Konsum attwali tal-Unjoni

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni

Abbażi tal-ACEA

538 734

877 985

1 123 444

1 519 082

Abbażi tal-EEA

539 653

882 731

1 136 406

1 529 365

Differenza

0,2  %

0,5  %

1,2  %

0,7  %

(720)

Għall-fini tal-kalkolu tad-diżaggregazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV irrapportati fit-Tabella 12a tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni użat bħala denominatur il-konsum reali rrapportat mill-EEA peress li d-data għan-numeratur ġiet ukoll mill-bażi tad-data tal-EEA u hekk, id-data kollha għall-kalkolu tal-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġiet minn bażi tad-data waħda.

(721)

Għalhekk, il-konklużjonijiet indikati fil-premessi minn (1001) sa (1009) tar-Regolament provviżorju kif rivedut u kif ġie spjegat fil-premessa (711) ta’ dan ir-Regolament ġew ikkonfermati.

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(722)

Ir-reviżjoni insinifikanti tal-konsum apparenti, kif ġie spjegat fil-premessi minn (711) sa (713) ta’ dan ir-Regolament, ma kellhiex impatt fuq is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi li baqa’ 25,0 %, l-istess bħal fit-Tabella 2a tar-Regolament provviżorju.

(723)

Bħal fil-każ tad-data għall-konsum apparenti tal-Unjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni kif ġie spjegat fil-premessa (710) ta’ dan ir-Regolament, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddivulga d-data sottostanti wara l-kalkoli rispettivi, il-Kummissjoni rrevediet id-data tal-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina u l-ishma mis-suq tagħha abbażi ta’ reġistrazzjonijiet wara l-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat bl-użu tal-EEA bħala sors minflok ta’ S&P Global Mobility li tintuża fit-Tabella 2b tar-Regolament provviżorju.

Tabella 2

Volum tal-importazzjoni f’biċċiet u sehem mis-suq

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Reġistrazzjonijiet wara l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (biċċiet)

345 888

Indiċi (100 = 2020)

1 827

Sehem mis-suq

22,8  %

Indiċi (100 = 2020)

649

Sors:

EEA

(724)

Ta’ min jinnota li kien hemm differenza insinifikanti bejn ir-reġistrazzjonijiet totali ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina li jużaw bħala sors għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni S&P Global Mobility (346 345 BEV kif iddikjarat fit-Tabella 2b tar-Regolament provviżorju) meta mqabbel mal-EEA (differenza ta’ 0,13 %).

(725)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni gerfxet il-kalkolu tal-ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs u l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi peress li huma bbażati fuq denominaturi differenti u ma jistgħux jiġu rrikonċiljati. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li l-Kummissjoni kkalkolat is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs abbażi tal-konsum reali iżda dak għall-pajjiżi terzi abbażi tal-konsum apparenti u li kieku kellhom jiġu miżjuda l-ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs u l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi, dawn jaqbżu l-100 % f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat.

(726)

Dawn l-asserzjonijiet huma fattwalment żbaljati. L-ewwel nett, fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkalkolat żewġ ishma mis-suq għall-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs u għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, wieħed ibbażat fuq il-konsum apparenti, u ieħor ibbażat fuq il-konsum reali (ara t-Tabelli 2a, 2b u 5 tar-Regolament provviżorju). Għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni kkalkolat is-sehem mis-suq abbażi tal-konsum apparenti biss (ara t-Tabella 17 fir-Regolament provviżorju) peress li l-valutazzjoni tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bħala fattur magħruf ieħor taħt analiżi tal-kawżalità ma kinitx tirrikjedi sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet abbażi tal-konsum reali. Barra minn hekk, ma kienx ċar x’kalkoli twettqu mis-CCCME u mill-GTĊ, iżda għall-kuntrarju tal-asserzjoni tal-GTĊ, is-somma tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs (ara t-Tabella 2a tar-Regolament provviżorju), tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (ara t-Tabella 5 tar-Regolament provviżorju) u tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (ara t-Tabella 17 tar-Regolament provviżorju) hija ugwali għal 100 % f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(727)

Wara r-regolament provviżorju, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li s-sehem mis-suq (reġistrazzjonijiet) ta’ importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs ma ġiex ikkalkolat abbażi tal-konsum apparenti bl-istess mod kif sar għall-industrija tal-Unjoni. Huma asserew ulterjorment li fit-Tabella 2a tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ħadet id-data tal-importazzjoni doganali bħala n-numeratur u mhux ir-reġistrazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs.

(728)

Il-Kummissjoni ma kkalkolatx is-sehem mis-suq tar-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs abbażi tal-konsum apparenti peress li l-konsum apparenti huwa s-somma tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet kif irrapportati mid-dwana tal-Istati Membri. Tali sehem mis-suq ma jagħmilx sens ekonomiku. Ta’ min jinnota li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-fatt jikkonsisti fir-reġistrazzjonijiet tal-BEVs mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni filwaqt li l-volum tal-importazzjoni huwa differenti mill-volum tar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet peress li mhux l-importazzjonijiet kollha jinbiegħu fil-mument tal-importazzjoni, xi importazzjonijiet jinżammu fl-istokk biex jinbiegħu f’data aktar tard. L-aspett tal-istokkijiet tal-importazzjonijiet ġie spjegat fil-premessa (1017) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(729)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni ddikjarat b’mod żbaljat li l-argument tas-CCCME dwar l-ishma mis-suq ta’ pajjiżi terzi kien żbaljat anke jekk irrikonoxxiet li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi ġie vvalutat abbażi tal-konsum apparenti. Is-CCCME asseriet ulterjorment li (i) is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV ġie kkalkulat kemm fuq il-bażi tal-konsum apparenti kif ukoll fuq il-bażi tal-konsum reali, (ii) il-kalkolu tal-importazzjoni bbażat fuq il-konsum reali ma sarx għall-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi minkejja li l-Kummissjoni kellha d-data tal-EEA, u (iii) il-valutazzjoni tal-effetti tal-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV u l-iżvilupp probabbli tagħhom għall-analiżi tat-theddida ta’ dannu saret prinċipalment abbażi tas-sehem mis-suq ibbażat fuq il-konsum reali. Barra minn hekk, is-CCCME asseriet li l-Kummissjoni ddikjarat li l-ishma mis-suq ibbażati fuq il-konsum apparenti ma jagħmlu “l-ebda sens ekonomiku” u għalhekk dan kien japplika bl-istess mod għall-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.

(730)

Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tas-CCCME, il-Kummissjoni ma ddikjaratx li l-ishma tas-suq ibbażati fuq il-konsum apparenti ma kienu jagħmlu “l-ebda sens ekonomiku”. Fil-fatt, fil-premessa (728) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ddikjarat li ma kkalkolatx is-sehem mis-suq tar-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs abbażi tal-konsum apparenti peress li l-konsum apparenti huwa s-somma tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet kif irrapportati mid-dwana tal-Istati Membri u b’hekk dak is-sehem mis-suq ma kien jagħmel l-ebda sens ekonomiku. Għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni kkalkulat ukoll is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha wara r-reġistrazzjoni fit-Tabelli 17a u 17b ta’ dan ir-Regolament, għalkemm ma nsiltet l-ebda konklużjoni dwar din id-data.

(731)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni kkalkolat b’mod żbaljat is-sehem mis-suq fit-Tabella 2b tar-Regolament provviżorju billi ddividiet l-importazzjonijiet tal-BEVs bil-konsum reali tal-Unjoni, li kien ibbażat fuq id-data tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Vetturi (“ACEA”), u mhux mill-konsum apparenti tal-Unjoni li kien ibbażat fuq l-istess settijiet ta’ data bħall-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs, jiġifieri d-data tal-EEA u ta’ S&P Global Mobility.

(732)

Din l-asserzjoni hija wkoll fattwalment żbaljata. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, fit-Tabella 2b tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkalkolat is-sehem mis-suq tal-BEVs importati miċ-Ċina li fil-fatt inbiegħu u ġew irreġistrati u mhux tat-total tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs. Għalhekk, dan il-volum ġie diviż b’mod korrett bil-konsum reali tal-Unjoni, li kien ibbażat fuq id-data tal-ACEA. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(733)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ulterjorment li l-Kummissjoni rrapportat volumi differenti tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs mill-bidu tal-investigazzjoni. B’mod partikolari, is-CCCME u l-GTĊ argumentaw li r-Regolament tar-reġistrazzjoni rrapporta 479 720 BEV importati miċ-Ċina fil-perjodu ta’ investigazzjoni filwaqt li fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni rrapportat 412 425 BEV u għalhekk, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet kienet ibbażata fuq data li ma kinitx tikkostitwixxi evidenza pożittiva u, għalhekk, kienet illegali, u d-data fir-Regolament provviżorju kienet għadha mhux affidabbli u akkurata minbarra li ma kinitx verifikabbli.

(734)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. Hemm raġuni għaliex il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien differenti fiż-żewġ regolamenti. B’mod partikolari, fir-Regolament tar-reġistrazzjoni, il-Kummissjoni użat bħala sors ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina l-bażi tad-data tas-Sorveljanza. Din kienet l-unika bażi tad-data għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni li kellha disponibbli d-data tal-importazzjoni sa Jannar 2024 sa meta tħejja r-Regolament tar-reġistrazzjoni. Fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni użat bħala sors ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina d-data doganali tal-Istati Membri kif ġie spjegat fil-premessa (1002) tar-Regolament provviżorju. Fil-premessa (1002) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat ukoll li eżaminazzjoni aktar granulari ta’ din id-data ppermettiet li ssir distinzjoni bejn l-importazzjonijiet ta’ BEVs u l-importazzjonijiet ta’ oġġetti oħrajn bħal kwadriċikli, skuters elettriċi għall-mobilità eċċ., li kienu esklużi mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni u għalhekk jenħtieġ li ma jiġux inklużi fil-volum ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina. Fiż-żmien tar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni ma kellhiex id-data sħiħa mid-dwana tal-Istati Membri u lanqas ma ddeċidiet li teskludi l-kwadriċikli mill-ambitu tal-investigazzjoni. Din id-deċiżjoni saret biss fir-Regolament provviżorju. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma tistax tkun illegali peress li r-reġistrazzjoni hija sempliċement għodda disponibbli għall-Kummissjoni biex tordna lill-awtoritajiet doganali jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex sussegwentement ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ tali reġistrazzjoni. L-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku jipprovdi wkoll lill-Kummissjoni b’diskrezzjoni dwar meta din ir-reġistrazzjoni jenħtieġ li sseħħ, u dan jippermetti reġistrazzjoni fuq inizjattiva tal-Kummissjoni stess.

(735)

It-Tabella 3 ta’ hawn taħt turi l-volum tal-importazzjonijiet tal-BEVs miċ-Ċina abbażi ta’ tliet sorsi, jiġifieri l-bażi tad-data tas-Sorveljanza, il-bażi tad-data tal-Eurostat, u d-dwana tal-Istati Membri.

Tabella 3

Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina bbażat fuq sorsi differenti

Sors tad-data

Perjodu ta’ investigazzjoni

Il-bażi tad-data tas-Sorveljanza

479 720

Il-bażi tad-data tal-Eurostat

421 723

Dwana tal-Istati Membri

412 425

(736)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax tiddivulga d-data dettaljata tal-importazzjoni mid-dwana tal-Istati Membri peress li din id-data hija granulari ħafna u tinkludi informazzjoni kunfidenzjali, bħall-indikazzjoni tal-importazzjoni individwali. Madankollu, is-CCCME u l-GTĊ għandhom aċċess għad-data tal-Eurostat u jistgħu jivverifikaw li d-data użata mill-Kummissjoni għall-importazzjonijiet miċ-Ċina fir-Regolament provviżorju kienet inferjuri għad-data tal-importazzjoni rispettiva fil-Eurostat peress li d-data tal-Eurostat tinkludi wkoll kwadriċikli li ġew esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni fir-Regolament provviżorju. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(737)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li skont l-istatistika dwar l-esportazzjonijiet Ċiniżi mid-dwana taċ-Ċina, l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs lejn l-Unjoni kienu ħafna anqas bħala volum u, għalhekk, l-istatistika doganali tal-Unjoni kienet esaġerata.

(738)

Il-Kummissjoni ma setgħetx taċċetta din l-asserzjoni. Fit-Tabella 16 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni rrapportat ukoll il-volum tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat abbażi tal-bażi tad-data tal-GTA (li użat ukoll id-dwana Ċiniża bħala sors), li kien ogħla mill-volum tal-importazzjonijiet irrapportat mid-dwana tal-Istati Membri fit-Tabella 2a tar-Regolament provviżorju. Il-Kummissjoni użat bħala l-kodiċi tal-prodott 8703 80 meta kienet qiegħda tagħmel estrazzjoni tad-data mill-GTA li għandha x’taqsam ma’ “Karozzi bil-mutur u vetturi oħrajn bil-mutur prinċipalment maħsubin għat-trasport ta’ disa’ persuni jew anqas, inkluż is-sewwieq, inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq, b’mutur elettriku biss għall-propulsjoni (minbarra vetturi għall-ivvjaġġar fuq il-borra, vetturi tal-golf u vetturi simili tas-subintestatura 8703 10 )”. Barra minn hekk, data simili ħafna ġiet sottomessa mill-GTĊ fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju u għalhekk ma kienx ċar għaliex il-GTĊ kien qiegħed jikkontesta din id-data. Is-CCCME u l-GTĊ ma speċifikawx liema kodiċi tal-prodott użaw għall-estrazzjoni tad-data tal-esportazzjoni tal-BEVs Ċiniżi. Aktar dettalji dwar id-data tal-esportazzjoni ġew ipprovduti fil-premessa (1128) u fit-Tabella 16 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(739)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ ċċaraw li l-kodiċi tal-prodott Ċiniż użat biex jiġi rrapportat il-volum tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina tal-BEVs kien ta’ 8703 80 li kien l-istess bħal dak li ntuża mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ argumentaw li r-raġuni għad-differenza tidher li hija l-fatt li l-volum tal-esportazzjoni użat mill-Kummissjoni kien jinkludi esportazzjonijiet taħt modi kummerċjali oħrajn, pereżempju l-ipproċessar tal-kummerċ, il-merkanzija loġistika taż-żona ta’ monitoraġġ speċjali doganali, iż-żoni riżervati, eċċ., filwaqt li d-data sottomessa mis-CCCME u mill-GTĊ kienet tappartjeni biss għall-esportazzjonijiet taħt il-modalità kummerċjali ġenerali, li min-naħa tagħha kienet aktar korretta.

(740)

Is-CCCME u l-GTĊ ma ssottomettew l-ebda evidenza biex jappoġġaw l-asserzjonijiet tagħhom f’dan ir-rigward u ma spjegawx għaliex il-volum tal-esportazzjonijiet taħt il-modalità kummerċjali ġenerali kien aktar akkurat mill-esportazzjonijiet totali ta’ BEVs miċ-Ċina taħt ir-reġimi kollha. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fit-Tabella 16 ta’ dan ir-Regolament, hemm differenza sinifikanti bejn il-volum tal-esportazzjonijiet irrapportat mis-CCCME u mill-GTĊ u l-BEVs Ċiniżi rreġistrati, u għalhekk il-volum tal-esportazzjonijiet irrapportat mis-CCCME u mill-GTĊ huwa b’mod ċar sottovalutat. Għalhekk, din id-data ġiet miċħuda.

(741)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li kien ċar u magħruf li produtturi oħrajn tal-Unjoni minbarra Tesla, Mercedes Benz, Renault u BMW importaw ukoll BEVs miċ-Ċina.

(742)

Il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ma speċifikawx min kienu dawk il-produtturi l-oħrajn tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda bħala mhux sostanzjata.

(743)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ulterjorment li l-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni oġġettiva tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs peress li ma ssegregatx u ma eskludietx l-awtoimportazzjonijiet mill-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni (inklużi l-produtturi OEM tal-Unjoni, Tesla u produtturi oħrajn tal-Unjoni). Il-Kumpanija 24 asseriet li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni jenħtieġ li tiffoka fuq l-importazzjonijiet ta’ BEVs ta’ marki Ċiniżi peress li l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet ma sarux mill-BEVs ta’ marki Ċiniżi u f’dan il-każ ma jkun hemm l-ebda bażi fattwali għal sejba ta’ “vulnerabbiltà” jew ta’ “theddida ta’ dannu” imġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(744)

Kif ġie spjegat fil-premessa (1131) tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet sussidjati kollha ta’ BEVs li joriġinaw miċ-Ċina huma soġġetti għall-investigazzjoni kurrenti, irrispettivament mis-sjieda ta’ kumpanija speċifika. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina trid issir abbażi tal-volum totali tal-importazzjonijiet u mhux b’mod segregat jew billi jiġu esklużi l-importazzjonijiet magħmula mill-produtturi ta’ BEVs tal-Unjoni. Id-dazji kumpensatorji japplikaw għall-importazzjonijiet kollha ta’ BEVs miċ-Ċina, mhux biss dawk magħmula mill-esportaturi Ċiniżi. Il-Kummissjoni indirizzat l-awtoimportazzjonijiet bħala fattur ieħor li jikkawża theddida ta’ dannu fit-Taqsima 6.2.9 tar-Regolament provviżorju u fit-Taqsima 6.2.2.3 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, id-data ta’ wara l-PI turi li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-marki Ċiniżi żdied b’mod sinifikanti fit-tieni trimestru tal-2024, filwaqt li l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha miċ-Ċina naqsu kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(745)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ tennew l-asserzjoni tagħhom iddikjarata fil-premessa (743) ta’ dan ir-Regolament. Is-CCCME iddikjarat ulterjorment li (i) il-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu kienet ibbażata fuq l-importazzjonijiet tal-BEV ta’ marki Ċiniżi, u (ii) id-data tal-Kummissjoni turi li l-awtoimportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni żdiedu progressivament fil-perjodu kkunsidrat u jinkludu l-maġġoranza (kważi 70 %) tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi u s-sehem mis-suq tagħhom. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni fil-premessa (744) ta’ dan ir-Regolament ma kinux biżżejjed.

(746)

Il-Kummissjoni sostniet il-fehma tagħha kif hija ddikjarata fil-premessa (744) ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, il-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu ma kinitx ibbażata fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV biss iżda fuq l-importazzjonijiet kollha kif muri fit-Taqsima 5 tar-Regolament provviżorju. Tali valutazzjoni wriet, madankollu, li t-theddida ta’ dannu ġiet l-aktar mill-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV, kif ġie spjegat fil-premessa (1138) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(747)

Għalhekk, il-konklużjonijiet provviżorji tal-Kummissjoni kif iddikjarati fil-premessi minn (1010) sa (1017) tar-Regolament provviżorju kif rivedut mit-Tabella 2 ġew ikkonfermati.

4.4.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, it-twaqqigħ tal-prezz u t-trażżin tal-prezzijiet

(748)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni ma qisitx id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-prodott li jirriżultaw fil-klassifikazzjoni tal-BEVs f’mudelli u f’segmenti differenti tas-suq, li kollha kemm huma jaffettwaw il-prezzijiet tal-bejgħ tal-BEVs u l-komparabbiltà tagħhom. F’dan ir-rigward, is-CCCME u l-GTĊ tennew il-kummenti tagħhom li diġà għamlu fis-sottomissjonijiet preċedenti tagħhom li ġew spjegati fir-Regolament provviżorju (ara pereżempju l-premessi (139), (49), (55), in-nota f’qiegħ il-paġna 425 tar-Regolament provviżorju). Is-CCCME u l-GTĊ ma ressqu l-ebda evidenza ġdida b’appoġġ għal dawn l-asserzjonijiet.

(749)

Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ injoraw ukoll il-fatt li kif ġie spjegat fil-premessa (1022) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni użat sistema ta’ kategorizzazzjoni tal-prodotti bbażata fuq il-PCN li qieset il-karatteristiċi ewlenin tal-BEVs li għandhom impatt fuq il-prezz tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, u b’mod partikolari t-tul, il-firxa, il-potenza u t-tip ta’ trażmissjoni fuq ir-roti. Barra minn hekk, fl-istess premessa, il-Kummissjoni spjegat li filwaqt li l-BEVs kienu prodotti kumplessi, b’għadd kbir ħafna ta’ attributi u karatteristiċi distinti (anke l-vetturi li huma kkummerċjalizzati taħt isem ta’ mudell kummerċjali wieħed, jistgħu jiġu offruti f’firxa wiesgħa ta’ konfigurazzjonijiet, anke skont l-għażla mill-klijent ta’ attributi li huma offruti bħala għażla), dan ma jfissirx li dawn l-attributi distinti kollha kellhom impatt sinifikanti fuq il-prezz u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu meta jitqabblu l-prezzijiet. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-partijiet interessati ma kkummentawx dwar l-istruttura tal-PCN. Barra minn hekk, kif ġie spjegat ulterjorment fil-premessa (1023) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġew aġġustati għal-livell tan-negozjant biex jiġi żgurat li ma kien hemm l-ebda żbilanċ fir-rigward tal-livell tal-kummerċ.

(750)

Barra minn hekk, fir-rigward tas-segmenti tas-suq, il-Kummissjoni fakkret fil-premessi minn (1041) sa (1043) tar-Regolament provviżorju fejn din il-kwistjoni kienet diġà ġiet ivvalutata fid-dettall u ġiet miċħuda. Fil-qosor, il-Kummissjoni fakkret li ma kien hemm l-ebda segmentazzjoni aċċettata b’mod universali għall-karozzi tal-passiġġieri u nnotat li ma kienet teżisti l-ebda sistema ta’ klassifikazzjoni li tiddeskrivi segmenti f’din l-industrija bl-użu ta’ kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu. B’riżultat ta’ dan, ma kien hemm l-ebda linja ta’ diviżjoni ċara bejn l-allegati segmenti u l-kwistjoni ma kinitx tifforma parti mis-sistema ta’ tqabbil tal-prezzijiet tal-Kummissjoni. Informazzjoni addizzjonali dwar is-segmentazzjoni ngħatat ukoll fil-premessi (131), (141), (143), (167), (173) tar-Regolament provviżorju. F’dan ir-rigward, is-CCCME u l-GTĊ ma ressqu l-ebda evidenza ġdida. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ huma konxji mill-varjetà estensiva ta’ mudelli ta’ prodotti mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u li aktar minn 90 % ta’ dawn l-esportazzjonijiet tqabblu mal-mudelli tal-industrija tal-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessa (1044) tar-Regolament provviżorju. Il-fatt li ma kien hemm l-ebda esportazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi f’ċerti hekk imsejħa segmenti ma kienx rilevanti għal tqabbil ġust tal-prezzijiet, sakemm it-tipi esportati mibjugħin fis-suq tal-Unjoni tqabblu ma’ mudell tal-Unjoni ta’ karatteristiċi simili, kif kien il-każ f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, huwa ċar li ġie adottat approċċ estensiv għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-prodott mit-tqabbil tal-prezzijiet tal-Kummissjoni. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(751)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ argumentaw ukoll li l-argument tal-Kummissjoni li ma kien hemm l-ebda segment tas-suq aċċettat b’mod universali ma jistax iwassal għall-konklużjoni li l-BEVs kollha huma omoġenji, interkambjabbli u sostitwibbli. F’dan ir-rigward, is-CCCME u l-GTĊ għamlu referenza għad-data minn S&P Global Mobility u analiżi ekonomika mwettqa minn żewġ professuri mill-Katholieke Universiteit Leuven u mis-Centre of Economic Policy Research (CEPR) li ġiet sottomessa qabel l-impożizzjoni tad-dazji kumpensatorji provviżorji, u ġiet deskritta fil-premessa (1252) tar-Regolament provviżorju.

(752)

Bħal fil-każ tal-asserzjonijiet preċedenti, is-CCCME u l-GTĊ injoraw l-ispjegazzjonijiet dettaljati pprovduti f’dan ir-rigward mill-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju b’mod partikolari fil-premessi minn (1041) sa (1048) u ma ppreżentaw l-ebda evidenza ġdida b’appoġġ għall-asserzjoni tagħhom. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(753)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja l-VDA asseriet ukoll li elementi importanti tas-suq tal-vetturi tal-passiġġieri tal-Unjoni, inklużi s-segmenti tal-BEVs, ġew injorati mill-analiżi tal-Kummissjoni.

(754)

Il-Kummissjoni nnotat li l-VDA ma spjegatx liema elementi importanti, minbarra s-segmentazzjoni tas-suq tal-BEVs, allegatament ġew injorati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, fir-rigward tas-segmentazzjoni, il-Kummissjoni ma qisitx dan l-element fl-investigazzjoni tagħha. Is-segmentazzjoni ġiet ivvalutata fid-dettall fil-premessi minn (1041) sa (1043) tar-Regolament provviżorju u l-VDA ma spjegatx x’kien nieqes fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda bħala mhux sostanzjata.

(755)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li fil-premessa (1137) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-fatt li l-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni nfushom importaw mudelli affordabbli miċ-Ċina.

(756)

Din l-asserzjoni hija fattwalment żbaljata. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, it-test tal-premessa (1137) tar-Regolament provviżorju rrefera għall-importazzjonijiet ta’ Tesla miċ-Ċina li ma kinux mistennija li jiżdiedu b’mod sinifikanti peress li l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ riżerva ta’ Tesla kienet baxxa ħafna. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(757)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li r-referenza tal-Kummissjoni għall-użu tal-PCN fil-premessi minn (1043) sa (1044) tar-Regolament provviżorju kienet qarrieqa. F’dan ir-rigward, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li l-PCNs intużaw biss għal sena waħda tal-perjodu kkunsidrat, u għall-fini biss tal-valutazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz fil-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda mhux għat-trażżin tal-prezzijiet u l-valutazzjoni ġenerali tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs.

(758)

Il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ma spjegawx kif ir-referenza tal-Kummissjoni għall-użu tal-PCN fil-premessi minn (1043) sa (1044) tar-Regolament provviżorju kienet qarrieqa. Barra minn hekk, hija l-prattika tal-Kummissjoni li titlob lill-esportaturi inklużi fil-kampjun u lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun jissottomettu data dettaljata dwar il-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni fil-livell tal-PCN biss għall-perjodu ta’ investigazzjoni u mhux għall-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Dan huwa ovvju mill-kwestjonarji għall-esportaturi inklużi fil-kampjun u għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li jsiru disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni. Is-CCCME u l-GTĊ ma qajmux din il-kwistjoni fi stadju aktar bikri tal-investigazzjoni meta l-Kummissjoni potenzjalment setgħet talbet lill-esportaturi inklużi fil-kampjun u lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biex jissottomettu informazzjoni addizzjonali fil-livell tal-PCN. Ma huwiex ċar għaliex is-CCCME u l-GTĊ qajmu l-punt biss f’dan l-istadju tard tal-investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(759)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-PCNs ma kinux jirriflettu l-karatteristiċi u l-fatturi kollha tal-prodott li jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet.

(760)

Kif ġie spjegat fil-premessa (1022) tar-Regolament provviżorju, l-ebda parti interessata ma kkummentat dwar l-istruttura tal-PCN fil-bidu tal-investigazzjoni meta l-Kummissjoni setgħet irrevediet il-PCN jekk dan ikun iġġustifikat. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(761)

Wara d-divulgazzjonijiet provviżorji u definittivi, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda valutazzjoni tal-interkambjabbiltà u tas-sostitwibbiltà għall-BEVs f’dan il-każ. Is-CCCME iddikjarat ulterjorment li d-dipendenza tal-Kummissjoni fuq it-tqabbil tal-PCN għall-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinitx biżżejjed biex tistabbilixxi kompetizzjoni u sostitwibbiltà għoljin bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV u l-BEVs prodotti mill-Unjoni, fid-dawl tal-fatt li (i) il-Kummissjoni ddikjarat li l-BEVs huma “prodotti kumplessi, b’numru kbir ħafna ta’ attributi u karatteristiċi distinti”, (ii) it-taħlita tal-prodotti kemm tal-BEVs Ċiniżi kif ukoll tal-Unjoni nbidlet matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, (iii) il-Kummissjoni ddikjarat li l-awtoimportazzjonijiet kellhom jikkomplementaw il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni u kienu ta’ mudelli differenti minn dawk prodotti mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni.

(762)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. Fil-premessi minn (1043) sa (1049) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-BEVs jifformaw suq uniku u kontinwu ta’ prodotti interkambjabbli. Barra minn hekk, is-sejba tagħha li aktar minn 90 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi jistgħu jitqabblu mal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun uriet b’mod ċar l-interkambjabbiltà u s-sostitwibbiltà tal-BEVs prodotti mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, is-CCCME qiegħda tħawwad bejn it-tipi ta’ prodotti u l-prodott bħala tali. Billi BEV huwa prodott kumpless u hemm diversi mudelli ta’ BEVs, dan ma jfissirx li l-mudelli differenti tal-BEVs ma humiex interkambjabbli u sostitwibbli. Pereżempju, BEV b’awtonomija ta’ sewqan ta’ 300 km tista’ tinbidel u tiġi sostitwita b’BEV b’awtonomija ta’ sewqan ta’ 400 km. Kif ġie spjegat fil-premessa (1043) tar-Regolament provviżorju, il-varjetà ta’ tipi differenti ta’ BEVs jikkondividu l-istess karatteristiċi bażiċi u l-istess użu ewlieni, li huwa t-trasport ta’ għadd żgħir ta’ persuni minn punt għal ieħor. Huma wkoll soġġetti għall-istess regolamenti fir-rigward, pereżempju, tal-limiti tal-veloċità, tar-rekwiżiti tal-liċenzja, u ta’ partijiet min-network tat-toroq fejn jitħallew jiċċirkolaw. Il-fatt li t-taħlita tal-prodotti nbidlet fil-perjodu kkunsidrat kemm għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kif ukoll għall-produtturi tal-Unjoni ma għandu l-ebda impatt fuq l-interkambjabbiltà u fuq is-sostitwibbiltà tal-BEVs. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (1045) tar-Regolament provviżorju, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi esportaw medda wiesgħa ta’ mudelli tal-BEV bi prezzijiet li jvarjaw b’mod sinifikanti, li jikkompetu mal-mudelli tal-BEV prodotti mill-produtturi tal-Unjoni u qegħdin jippjanaw li jespandu l-portafoll tagħhom għas-suq tal-Unjoni saħansitra ulterjorment fil-futur qrib. Fl-aħħar nett, fil-premessa (1048) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kinux ristretti għal ċerti tipi speċifiċi ta’ BEVs. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(763)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li d-divulgazzjoni tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ipprovdut lill-produttur esportatur Ċiniż inkluż fil-kampjun uriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs u l-industrija tal-Unjoni jikkompetu biss f’segmenti ta’ prodotti u PCNs limitati rispettivament.

(764)

Din l-asserzjoni hija fattwalment żbaljata u qarrieqa. L-ewwel nett, kif ġie spjegat ripetutament fir-Regolament provviżorju, fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni ma qisitx l-eżistenza ta’ xi allegata segmentazzjoni tas-suq. Fil-fatt, il-PCNs użati jkopru l-karatteristiċi ewlenin li jaffettwaw il-prezzijiet tal-BEVs fi kwalunkwe xenarju ta’ segmentazzjoni. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (1031) tar-Regolament provviżorju, it-tqabbil bejn il-PCNs Ċiniżi u l-PCNs tal-Unjoni kien ogħla minn 90 % għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi f’termini ta’ volum. Meta wieħed iħares lejn in-numru ta’ PCNs li tqabblu mal-PCNs tal-industrija tal-Unjoni biex tiġi vvalutata l-kompetizzjoni bejn il-BEVs Ċiniżi u l-BEVs tal-Unjoni, dan ma jagħtix riżultati ġusti, peress li kull PCN jinbiegħ fi kwantitajiet differenti fis-suq tal-Unjoni. Pereżempju, jekk produttur esportatur Ċiniż wieħed ikun qiegħed ibigħ disa’ PCNs fis-suq tal-Unjoni u erbgħa biss minnhom tqabblu mal-PCNs tal-industrija tal-Unjoni, dan ma jfissirx li l-kompetizzjoni bejn il-produttur esportatur Ċiniż u l-produtturi tal-Unjoni hija f’livell baxx meta f’termini ta’ volum aktar minn 90 % tal-BEVs Ċiniżi esportati tqabblu mal-BEVs tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(765)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-analiżi tat-trażżin tal-prezzijiet tal-Kummissjoni kienet inkonsistenti mal-Artikoli 15.1 u 15.2 tal-Ftehim SCM minħabba li (i) il-prezzijiet Ċiniżi tal-importazzjonijiet ikkwotati mill-Kummissjoni kienu prezzijiet medji ta’ trasferiment u ma qisux id-differenzi fil-livell tal-kummerċ, id-differenzi fiżiċi u tekniċi bejn il-BEVs u t-taħlita tal-prodotti; (ii) il-Kummissjoni ma kinitx uriet li kienu l-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu rażżnu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni; (iii) il-Kummissjoni naqset milli tqis li bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ bi 38 %; (iv) il-Kummissjoni ma qisitx li saru xi importazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni nfushom; (v) l-importazzjonijiet tal-BEVs tal-marki Ċiniżi kienu limitati għas-segment C u, għalhekk, ma setgħux jieħdu l-bejgħ u s-sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi; (vi) il-Kummissjoni ma qisitx l-impatt fuq il-prezzijiet fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet Ċiniżi; (vii) il-Kummissjoni ma qisitx il-fatturi magħrufa kollha fl-analiżi tagħha tat-trażżin tal-prezzijiet u b’mod partikolari fil-kuntest tat-tranżizzjoni minn vetturi ICE għal BEVs; (viii) il-Kummissjoni ma qisitx l-allegat nuqqas ta’ sovrappożizzjoni kompetittiva bejn il-BEVs ta’ marki Ċiniżi u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni; (ix) il-Kummissjoni ma qisitx l-impatt tal-kompetizzjoni interna bejn il-produtturi tal-Unjoni; (x) il-Kummissjoni ma qisitx sa liema punt in-negozjanti influwenzaw il-prezzijiet tas-suq; u (xi) il-Kummissjoni ma spjegatx kif xieraq id-dikjarazzjoni tagħha fil-premessa (1034) tar-Regolament provviżorju li l-prezz tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun kien 30 % anqas mill-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(766)

Fir-rigward tal-punt (i), il-Kummissjoni ma kkontestatx li l-prezzijiet fit-Tabella 3 tar-Regolament provviżorju kienu relatati mal-prezzijiet medji ta’ trasferiment f’livell CIF u li dawn il-prezzijiet kienu prezzijiet medji. Madankollu, dawn il-prezzijiet ma ntużawx fl-analiżi tat-trażżin tal-prezzijiet. Minflok, il-Kummissjoni użat l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessa (1033) tar-Regolament provviżorju, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u s-sehem mis-suq tagħhom u l-grad ta’ kompetizzjoni mal-BEVs Ċiniżi kif ġie spjegat fil-premessa (1035) tar-Regolament provviżorju.

(767)

Fir-rigward tal-punt (ii) li ġie mtenni wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni ma qablitx li ma kinitx uriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu rażżnu l-prezzijiet. L-analiżi tat-tqabbil tal-prezzijiet fil-premessa (1034) tar-Regolament provviżorju u l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz fil-premessi minn (1022) sa (1030) tar-Regolament provviżorju, flimkien maż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi (imsemmija fil-premessa (1035) tar-Regolament provviżorju) stabbilew b’mod ċar li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu fattur ewlieni fit-trażżin tal-prezzijiet li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(768)

Fir-rigward tal-punt (iii), il-Kummissjoni spjegat fil-premessa (1076) tar-Regolament provviżorju li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għal kull biċċa żdiedu bi 38 % u dan kien minħabba l-bidliet fit-taħlita ta’ mudelli mibjugħin mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat, speċjalment meta wieħed iżomm f’moħħu li s-suq tal-Unjoni kien qiegħed jgħaddi b’mod gradwali minn vetturi ICE għal BEVs u matul il-perjodu kkunsidrat kienu qegħdin jiġu varati u mibjugħin mudelli ġodda mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, kif ġie spjegat fil-premessa (1033) tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biżżejjed biex tkopri l-kostijiet tagħha.

(769)

Fir-rigward tal-punt (iv) relatat mal-importazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni kienet kompletament trasparenti dwar dan it-tip ta’ importazzjonijiet fir-Regolament provviżorju. Madankollu, l-importazzjonijiet kollha ta’ BEVs miċ-Ċina kienu rilevanti għall-analiżi tat-trażżin tal-prezzijiet minħabba li l-importazzjonijiet kollha tqiesu li huma ssussidjati. Il-Kummissjoni ffukat biss fuq l-importazzjonijiet li saru mit-tliet gruppi Ċiniżi inklużi fil-kampjun fl-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz tagħha minħabba li dawn kienu l-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(770)

Fir-rigward tal-punt (v), li ġie mtenni wkoll wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu limitati fl-ambitu u fil-volum. Fil-fatt, it-tliet esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun esportaw 17-il PCN matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Iż-żieda sostanzjali fis-sehem mis-suq Ċiniż stabbilita fit-Tabelli 2a u 2b tar-Regolament provviżorju ma ġietx irreġistrata f’hekk imsejjaħ “segment” wieħed tas-suq. Is-17-il PCN inkwistjoni jikkonċernaw il-BEVs b’tul ta’ mill-anqas 4 200 mm, awtonomija ta’ mill-anqas 300 km, il-firxa sħiħa ta’ potenza u trazzjoni fuq ir-roti stabbilita fil-PCN.

(771)

Fir-rigward tal-punt (vi), il-Kummissjoni ma qablitx li t-trażżin tal-prezzijiet kienet isseħħ fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet Ċiniżi. Jidher ċar li s-suq tal-Unjoni kien ikun differenti ħafna kieku ma kinux preżenti kwantitajiet kbar ta’ importazzjonijiet Ċiniżi sussidjati fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni. Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ kompetizzjoni Ċiniża inġusta, huwa ċar li l-industrija tal-Unjoni kienet tbigħ ħafna aktar BEVs fis-suq tal-Unjoni u kienet tnaqqas il-kostijiet unitarji billi tieħu vantaġġ minn kapaċità ħafna aħjar li tifrex il-kostijiet fissi tagħha fuq aktar bejgħ. Dan kien jippermetti lill-produtturi tal-Unjoni jistabbilixxu prezzijiet f’livelli aktar profittabbli fil-kuntest tat-tranżizzjoni tas-suq minn vetturi ICE għal BEVs.

(772)

Fir-rigward tal-punt (vii), il-Kummissjoni ma qablitx li l-analiżi tat-trażżin tal-prezzijiet tagħha kienet żbaljata minħabba li naqset milli tikkummenta dwar il-fatturi rilevanti kollha. Fil-fatt, il-fatturi kollha identifikati matul l-investigazzjoni ġew ivvalutati. It-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni minn vetturi ICE għal BEVs ifformat parti ewlenija mis-sejbiet tal-Kummissjoni relatati mad-dannu, mal-kawżalità u mal-interess tal-Unjoni. L-impatt tat-trażżin tal-prezzijiet fuq it-tranżizzjoni ngħata rwol ewlieni fil-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fit-Taqsima 4.5.4 tar-Regolament provviżorju.

(773)

Fir-rigward tal-punt (viii), li ġie mtenni wkoll wara d-divulgazzjoni finali, l-investigazzjoni ma żvelatx li kien hemm xi nuqqas sinifikanti ta’ sovrappożizzjoni kompetittiva bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessa (1044) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni nnotat grad għoli ta’ tqabbil bejn it-tipi ta’ prodotti importati u dawk mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni.

(774)

Fir-rigward tal-punt (ix) li jirreferi għall-kompetizzjoni interna bejn il-produtturi tal-Unjoni, il-fehma tal-Kummissjoni hija li għalkemm tali kompetizzjoni hija b’saħħitha, hija kompetizzjoni ġusta li żviluppat għall-benefiċċju tal-konsumaturi tal-Unjoni. B’kuntrast ma’ dan, l-importazzjonijiet sussidjati ppenetraw is-suq tal-Unjoni billi ħadu vantaġġ mis-sussidjar qawwi pprovdut mill-GTĊ.

(775)

Fir-rigward tal-punt (x), ir-rwol tan-negozjanti fis-suq ġie deskritt fil-premessi minn (1024) sa (1027) tar-Regolament provviżorju. In-negozjanti jistgħu jinfluwenzaw il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kemm għall-BEVs importati kif ukoll għal dawk prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, din l-influwenza kienet limitata għal skontijiet li setgħu jiġu offruti lill-klijenti tagħhom fl-ambitu tal-marġni ġenerali tagħhom. Għalhekk, din l-influwenza fuq il-prezzijiet kienet strettament limitata kemm għall-BEVs importati kif ukoll għal dawk prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta wieħed iżomm f’moħħu li l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz twettaq fil-livell tan-negozjant, il-prezzijiet min-negozjanti sal-konsumaturi finali ma kinux rilevanti għall-kalkolu.

(776)

Fir-rigward tal-punt (xi), dan il-kalkolu twettaq fuq bażi ta’ tip b’tip għall-perjodu ta’ investigazzjoni u għalhekk kien simili għat-twaqqigħ tal-prezz, ħlief li l-prezzijiet reali tal-Unjoni ġew sostitwiti mill-kostijiet unitarji tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Dan il-marġni (30 %) kien ferm ogħla mill-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz (12,7 %) billi qies ukoll it-telf finanzjarju li sar mill-industrija tal-Unjoni li nġabar fil-qosor fit-Tabella 10 tar-Regolament provviżorju (10,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni) u d-denominatur użat għall-kalkolu kien il-prezz tal-importazzjoni CIF. Il-marġni kkalkolat wera sa liema punt l-importazzjonijiet Ċiniżi qegħdin jheddu li jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni permezz ta’ pressjoni fuq il-prezzijiet.

(777)

Għalhekk, l-asserzjonijiet fil-premessa (765) ta’ dan ir-Regolament ġew miċħuda.

(778)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 24 asseriet li l-Kummissjoni żbaljat meta assumiet fl-analiżi tagħha tat-trażżin tal-prezzijiet li l-produtturi tal-Unjoni kellhom il-pjan li jipprezzaw il-mudelli tagħhom bi prezz sħiħ flimkien mal-profitt. Il-Kumpanija 24 iddikjarat ukoll li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni se titjieb hekk kif il-volum tal-produzzjoni jiżdied u l-produtturi jibdew jibbenefikaw minn ekonomiji ta’ skala.

(779)

Il-Kummissjoni qablet mad-dikjarazzjoni tal-Kumpanija 24 li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni se titjieb hekk kif il-volum tal-produzzjoni jiżdied u l-produtturi jibdew jibbenefikaw minn ekonomiji ta’ skala kif ġie spjegat fil-premessa (1194) tar-Regolament provviżorju. Madankollu, kif iddikjarat fil-premessa (1195) tar-Regolament provviżorju, it-Tabelli 2a u 2b tar-Regolament provviżorju wrew li l-industrija tal-BEVs tal-Unjoni kienet qiegħda titlef is-sehem mis-suq b’rata mhux sostenibbli. Il-valutazzjoni li saret fit-Taqsima 5 tar-Regolament provviżorju indikat ulterjorment li dan it-telf mis-sehem mis-suq se jkompli matul il-perjodu sa tmiem l-2026. Għalhekk, jekk l-industrija tal-Unjoni tkompli titlef is-sehem mis-suq b’mod sinifikanti, din ma tkunx tista’ tilħaq ekonomiji ta’ skala. Fir-rigward tal-istrateġija tal-ipprezzar, filwaqt li għal ċerti mudelli ta’ BEVs, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tistabbilixxi prezzijiet bil-prezz sħiħ flimkien mal-profitt fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina mibjugħin fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz, dan ma jfissirx li l-BEVs Ċiniżi sussidjati ma kinux qegħdin iwasslu għas-soppressjoni tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni meta fil-perjodu ta’ investigazzjoni, it-telf finanzjarju mġarrab mill-industrija tal-Unjoni beda jiżdied meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien l-akbar. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(780)

Il-Kumpanija 24 asseriet ukoll li ma kien hemm l-ebda rabta kawżali apparenti bejn il-preżenza tal-mudelli Ċiniżi tal-BEVs fis-suq tal-Unjoni u l-livell tal-prezz tal-produtturi tal-Unjoni peress li (i) meta żdiedu l-importazzjonijiet miċ-Ċina, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat bi 38 % li kien aktar miż-żieda fil-kost tal-produzzjoni li żdied b’24 %, (ii) l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs ma seta’ jkollhom l-ebda impatt fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni peress li kellhom sehem mis-suq ta’ 7,3 % biss fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta mqabbel mas-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni ta’ 60-65 %, (iii) il-pressjoni tal-prezzijiet eżerċitata mill-vetturi ICE u ibridi f’kompetizzjoni, (iv) l-effett tal-programmi ta’ sussidjar tal-Istati Membri għax-xiri ta’ BEVs.

(781)

Fir-rigward tal-punt (i), ir-raġunijiet għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew indirizzati fil-premessa (1076) tar-Regolament provviżorju fejn ġie ċċarat li dan l-iżvilupp kien affettwat minn bidliet fit-taħlita ta’ mudelli mibjugħin mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat, speċjalment meta wieħed iżomm f’moħħu li s-suq tal-Unjoni kien qiegħed jaqleb gradwalment minn vetturi ICE għal BEVs u matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni kienu qegħdin jiġu varati u kienu qegħdin jinbiegħu mudelli ġodda. Barra minn hekk, ir-raġunijiet għaż-żidiet fil-kostijiet għall-industrija tal-Unjoni ġew spjegati wkoll fil-premessa (1078) tar-Regolament provviżorju fejn ġie ddikjarat li dan l-iżvilupp kien affettwat ukoll minn bidliet fit-taħlita ta’ mudelli li kienu qegħdin jiġu prodotti. Barra minn hekk, il-kost unitarju kien xprunat ukoll miż-żieda fil-kost tal-komponenti, speċjalment il-batteriji minħabba ż-żieda fil-kostijiet għall-materja prima inklużi l-kobalt, in-nikil u l-litju. Il-kost ta’ komponenti oħrajn żdied ukoll speċjalment dawk affettwati mill-kriżi tal-enerġija bħall-azzar u metalli oħrajn. Fattur li kellu impatt ’l isfel fuq il-kostijiet unitarji kien iż-żieda fil-volum tal-produzzjoni u l-bejgħ kif muri fit-Tabella 4 u fit-Tabella 5 tar-Regolament provviżorju, peress li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jxerrdu l-kostijiet fissi fuq kwantitajiet ogħla ta’ BEVs.

(782)

Fir-rigward tal-punt (ii), il-fatt li l-BEVs tal-marki Ċiniżi għandhom sehem mis-suq ta’ 7,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni huwa irrilevanti f’dan ir-rigward. Qiegħed jiġi mfakkar li fil-kalkoli tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz, it-tqabbil bejn il-PCNs Ċiniżi u l-PCNs tal-Unjoni kien ogħla minn 90 % għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi kif ġie spjegat fil-premessa (1031) tar-Regolament provviżorju u għalhekk dawk Ċiniżi, filwaqt li t-tqabbil bejn il-PCNs tal-Unjoni u l-PCNs Ċiniżi kien bejn 61 % u 83 % kif ġie spjegat fil-premessa (57) ta’ dan ir-Regolament.

(783)

Fir-rigward tal-punt (iii) li jirreferi għall-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-vetturi ICE u ibridi f’kompetizzjoni, il-Kummissjoni nnotat li din kienet tennija tal-asserzjoni ddikjarata fil-premessa (1040) tar-Regolament provviżorju li ġiet indirizzata fil-premessa (1041) tar-Regolament provviżorju u li ma ġewx ipprovduti elementi ġodda mill-Kumpanija 24 f’dan ir-rigward.

(784)

Fir-rigward tal-punt (iv), il-programmi ta’ sussidjar tal-Istati Membri għax-xiri tal-BEVs b’mod ġenerali qegħdin jaffettwaw lill-BEVs Ċiniżi kif ukoll u mhux biss lill-BEVs prodotti mill-industrija tal-Unjoni.

(785)

Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(786)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni ddikjarat li peress li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-BEVs miċ-Ċina kienu prezzijiet ta’ trasferiment, hija kkonfermat is-sejbiet tagħha li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjoni b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat ma kienx sinifikanti.

(787)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din id-dikjarazzjoni. Il-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu prezzijiet ta’ trasferiment ma kienx ifisser li t-tnaqqis fil-prezz tal-importazzjoni ta’ 10 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma kienx sinifikanti. Dan huwa fil-fatt il-prezz li daħlu bih l-importazzjonijiet fl-Unjoni, huwa l-prezz CIF li abbażi tiegħu l-importaturi jikkalkulaw u jħallsu d-dazji doganali u d-dazji kumpensatorji. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(788)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li mingħajr valutazzjoni tal-bidliet fit-taħlita tal-prodotti tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, ma setgħetx issir sejba ta’ trażżin tal-prezz fiċ-ċirkostanzi partikolari tas-suq fi tranżizzjoni.

(789)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit legali li t-trażżin tal-prezz jenħtieġ li jsir fil-livell tal-PCN peress li l-ġurisprudenza tad-WTO ma tirrikjedix dak. F’dan il-każ, il-Kummissjoni wettqet analiżi komprensiva tat-trażżin tal-prezz. Il-Kummissjoni użat l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessa (1033) tar-Regolament provviżorju, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-grad ta’ kompetizzjoni mal-BEVs Ċiniżi kif ġie spjegat fil-premessa (1035) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (1034) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni għamlet ukoll tqabbil fil-livell tat-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u stabbiliet li l-produtturi esportaturi biegħu bħala medja 30 % orħos mill-kost medju ponderat tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-aħħar nett, fil-premessa (1035) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet Ċiniżi rażżnu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni irrispettivament mit-tip ta’ prodott u li l-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom impatt negattiv fuq it-tipi kollha ta’ mudelli, inklużi dawk għaljin. Konsegwentement, għall-kuntrarju tal-asserzjoni li saret, il-Kummissjoni qieset it-taħlita tal-prodotti fl-analiżi tagħha tat-trażżin tal-prezz u kkonkludiet ukoll li t-trażżin tal-prezz ġie eżerċitat fuq it-tipi kollha ta’ mudelli. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(790)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li fl-analiżi tat-trażżin tal-prezz, il-Kummissjoni ma vvalutatx ix-xejriet fil-prezzijiet domestiċi, u l-interazzjoni tagħhom mal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV matul il-perjodu kkunsidrat billi (i) fl-2020, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs kien baxx ħafna u ma setax ikkawża trażżin tal-prezz, (ii) bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, il-maġġoranza tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs f’kull sena saru mill-produtturi tal-Unjoni nfushom u għalhekk kien kontraintuwittiv għall-Kummissjoni li targumenta li l-produtturi tal-Unjoni jitilfu s-sehem mis-suq għalihom infushom u jikkawżaw trażżin tal-prezz għall-produzzjoni tal-Unjoni tagħhom, (iii) il-Kummissjoni ma stabbilitx li l-bqija tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV li kienu jappartjenu għall-marki Ċiniżi kienu kkawżaw trażżin tal-prezz fil-perjodu bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, (iv) meta titqies il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni stess fl-Unjoni u l-awtoimportazzjonijiet tagħha, l-industrija tal-Unjoni ma tilfitx sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat iżda kisbet suq, u dan ma setax jiġi rrikonċiljat man-narrattiva li l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV kienu qegħdin jikkawżaw trażżin tal-prezz, (v) il-Kummissjoni ma qisitx l-evidenza dwar l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEV fuq bażi ta’ sena b’sena, u injorat ix-xejriet ta’ intervent li kienu konfliġġenti mal-ipoteżijiet u mal-konklużjonijiet tagħha billi b’mod ġenerali: (a) kien hemm korrelazzjoni inversa bejn it-telf mis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u l-profittabbiltà tagħha, u (b) kien hemm korrelazzjoni inversa bejn il-volumi tal-importazzjoni tal-BEV Ċiniżi u ż-żidiet fil-prezzijiet u l-profittabbiltà tal-industrija tal-BEV tal-Unjoni; u (vi) anke fl-analiżi tagħha minn punt tat-tmiem għal ieħor, il-Kummissjoni injorat: (a) iż-żieda sinifikanti fil-volum tal-bejgħ minn sena għal sena mill-industrija tal-Unjoni u l-fatt li l-industrija tal-Unjoni kważi rduppjat il-bejgħ tagħha bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni; (b) għall-produzzjoni tagħhom tal-Unjoni, il-produtturi tal-BEV tal-Unjoni tilfu biss sehem mis-suq ta’ ħames punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat li kkontradixxa d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-industrija tal-Unjoni tilfet “sehem mis-suq b’rata mhux sostenibbli”, u (c) il-produtturi tal-BEV tal-Unjoni naqqsu t-telf bi 52 % matul l-istess perjodu u dawn l-iżviluppi kollha ma jistgħux jiġu attribwiti għall-bidla fit-taħlita tal-prodotti li ma nġabret l-ebda data għaliha.

(791)

Din l-asserzjoni hija mingħajr mertu. Fir-rigward tal-punt (i), is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ogħla mill-minimis u għalhekk dawn l-importazzjonijiet setgħu kkawżaw trażżin sinifikanti tal-prezz. B’referenza għall-punti (ii) u (iii), kif ġie spjegat fil-premessa (769) ta’ dan ir-Regolament, l-importazzjonijiet kollha ta’ BEV miċ-Ċina kienu rilevanti għall-analiżi tat-trażżin tal-prezz minħabba li l-importazzjonijiet kollha tqiesu li kienu ssussidjati u l-Kummissjoni ffukat biss fuq l-importazzjonijiet li saru mit-tliet gruppi Ċiniżi inklużi fil-kampjun fl-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz tagħha minħabba li dawn kienu l-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Fir-rigward tal-punt (iv), l-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-industrija tal-Unjoni ma jistgħux jiġu aggregati mal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni sabiex jiġi kkalkulat is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward tal-punti (v) u (vi), il-fatt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li t-telf finanzjarju tagħha naqas fil-perjodu bejn l-2020 u l-2022, jew li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li t-telf tal-industrija tal-Unjoni naqas fil-perjodu bejn l-2020 u l-2022, ma huwiex rilevanti għall-analiżi tat-trażżin tal-prezz peress li l-Kummissjoni ma kkonkludietx li f’dan il-każ kien hemm dannu materjali, iżda theddida ta’ dannu. Peress li s-suq tal-Unjoni jinsab fi tranżizzjoni, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu fil-perjodu kkunsidrat u din iż-żieda kellha effett pożittiv fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni sal-2022. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-effetti pożittivi fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni bdew jitreġġgħu lura u t-telf finanzjarju beda jiżdied. Ta’ min jinnota li fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-importazzjonijiet miċ-Ċina kellhom l-ogħla sehem mis-suq. L-industrija tal-BEVs tal-Unjoni hija industrija intensiva fil-kapital u jeħtieġ li tkun tista’ tipproduċi u tbigħ volumi suffiċjenti ta’ BEVs sabiex tkun tista’ tkopri l-kostijiet fissi għoljin tagħha. L-importazzjonijiet sussidjati bi prezz baxx miċ-Ċina, jekk ikomplu jiżdiedu, mhux se jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tilħaq dawn l-ekonomiji ta’ skala, tkopri parti akbar mill-kost fiss tagħha, tnaqqas il-kost unitarju tal-produzzjoni tagħha għall-BEVs u b’hekk issir profittabbli. L-importazzjonijiet miċ-Ċina rnexxielhom iżidu s-sehem mis-suq tagħhom peress li huma bi prezz baxx u għalhekk jeżerċitaw trażżin tal-prezz sinifikanti fis-suq tal-Unjoni li ma tistax tbigħ biżżejjed volumi ta’ BEVs. Telf fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ta’ 9 punti perċentwali bbażat fuq il-konsum apparenti jew ta’ 5,2 punti perċentwali bbażat fuq il-konsum reali fil-perjodu kkunsidrat huwa sinifikanti meta wieħed iqis li s-suq tal-Unjoni huwa fi tranżizzjoni minn vetturi ICE għal BEVs u li l-investimenti għoljin li l-industrija tal-Unjoni teħtieġ tagħmel sabiex iżżid il-produzzjoni tal-BEVs huma f’konformità mal-iżviluppi tas-suq tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(792)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni ma pprovdietx spjegazzjonijiet motivati u adegwati dwar ir-rwol u r-rilevanza tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ 12,7 % u l-valutazzjoni tal-prezzijiet tal-BEVs Ċiniżi hija 30 % inqas mill-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, fid-determinazzjoni tat-trażżin tal-prezz.

(793)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. Il-Kummissjoni nnotat li t-twaqqigħ tal-prezz u t-trażżin tal-prezz huma standards alternattivi tal-analiżi tal-effetti tal-prezzijiet skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku. It-twaqqigħ tal-prezz huwa kkalkolat għall-perjodu ta’ investigazzjoni filwaqt li t-trażżin tal-prezz huwa kkalkolat għall-perjodu kkunsidrat kollu. Il-Kummissjoni ma użatx it-twaqqigħ tal-prezz biex turi t-trażżin tal-prezz, madankollu t-twaqqigħ tal-prezz sinifikanti li nstab fil-perjodu ta’ investigazzjoni kkonferma li t-trażżin tal-prezz osservat matul il-perjodu kkonċernat kien ikkawżat mill-importazzjonijiet issussidjati Ċiniżi bi prezz baxx. Għalhekk, fil-premessa (1034) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni sabet li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezz tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun kien 30 % inqas mill-kost medju ponderat tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, fil-premessa (776) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni spjegat li l-kalkolu twettaq fuq bażi ta’ tip b’tip għall-perjodu ta’ investigazzjoni u għalhekk kien simili għat-twaqqigħ tal-prezz, ħlief li l-prezzijiet reali tal-Unjoni ġew sostitwiti mill-kostijiet unitarji tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Dan il-marġni (30 %) kien ferm ogħla mill-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz (12,7 %) billi qies ukoll it-telf finanzjarju li sar mill-industrija tal-Unjoni li nġabar fil-qosor fit-Tabella 10 tar-Regolament provviżorju (10,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni) u d-denominatur użat għall-kalkolu kien il-prezz tal-importazzjoni CIF. Il-marġni kkalkolat wera sa liema punt l-importazzjonijiet Ċiniżi qegħdin jheddu li jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni permezz ta’ pressjoni fuq il-prezzijiet. Barra minn hekk, fil-premessa (1035) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li fattur ewlieni f’dan it-trażżin tal-prezz kien li r-reġistrazzjonijiet wara l-importazzjoni tal-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi setgħu jiżdiedu fil-volum b’1 729 % u jilħqu sehem mis-suq ta’ 22,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbla mal-2020 kif muri fit-Tabella 2b tar-Regolament provviżorju u li dan il-bejgħ kien prinċipalment għad-detriment tal-produtturi tal-Unjoni li kienu qegħdin jitilfu s-sehem mis-suq. Barra minn hekk, fl-istess premessa tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li t-trażżin tal-prezz ġie spjegat ukoll mill-evidenza li l-importazzjonijiet Ċiniżi jikkompetu mal-bejgħ tal-Unjoni irrispettivament mit-tip ta’ prodott. anke jekk l-Unjoni żżid il-bejgħ tagħha ta’ mudelli aktar għaljin, dawk ukoll jikkompetu ma’ tip ta’ BEVs Ċiniżi u li dan ikkontribwixxa biex l-industrija tal-Unjoni tagħmel telf b’żewġ ċifri kif muri fit-Tabella 10 tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(794)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ rreferew għal (i) id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ bi 38 % minħabba d-differenza fit-taħlita tal-prodotti, u (ii) id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (961) ta’ dan ir-Regolament (li peress li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda taħdem fuq ordnijiet u ħadet madwar 6 xhur biex twassal il-BEVs lill-konsumatur u fil-fatt irreġistrat il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fir-reġistru tar-rekords kontabilistiċi tal-industrija tal-Unjoni, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fi trimestru wieħed ma kinitx direttament ir-riżultat tal-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-BEVs issussidjati Ċiniżi mibjugħa fis suq tal-Unjoni f’dak it-trimestru), biex jikkontestaw is-sejbiet tat-trażżin tal-prezz. Skont is-CCCME u l-GTĊ, peress li l-kost tal-produzzjoni f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat huwa rreġistrat fir-rekords kontabilistiċi tal-produtturi tal-Unjoni relatati ma’ taħlita ta’ prodotti differenti minn dawk mibjugħa fis-suq tal-Unjoni matul l-istess perjodu u għalhekk, it-telf ma huwiex relatat mal-istess taħlita ta’ prodotti u ma jistax ikun rappreżentattiv ta’ kwalunkwe trażżin tal-prezz.

(795)

Dawn l-asserzjonijiet huma mingħajr mertu. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, il-kost tal-produzzjoni f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat kif irreġistrat fir-rekords kontabilistiċi tal-produtturi tal-Unjoni ma huwiex relatat ma’ taħlita ta’ prodotti differenti minn dawk mibjugħa fis-suq tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Id-distakk ta’ 6 xhur li l-Kummissjoni kienet qiegħda tirreferi għalih fil-premessa (961) ta’ dan ir-Regolament, kien bejn id-data li fiha ssir l-ordni minn klijent u d-data tal-bejgħ attwali tal-BEV lill-klijent. Il-bejgħ tal-BEV jiġi rreġistrat fir-rekords kontabilistiċi meta l-BEV fil-fatt tkun nbiegħet lill-klijent u mhux meta tkun ġiet ordnata. Il-produtturi għandhom rekords differenti għal ordnijiet imsejħa “ktieb tal-bejgħ”, li huma differenti mir-reġistru tal-bejgħ bħala tali. Il-kost tal-produzzjoni ta’ BEV jiġi rreġistrat fir-rekords kontabilistiċi matul il-perjodu ta’ żmien li fih tiġi prodotta l-BEV u abbażi tal-prinċipju tad-dovuti tar-regoli kontabilistiċi, il-perjodu tal-kost tal-produzzjoni ta’ BEV irid jitqabbel mal-perjodu meta tinbiegħ il-BEV. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(796)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li fil-kuntest tat-trażżin tal-prezz, awtorità hija obbligata tikkunsidra ż-żidiet fil-prezzijiet “li kieku kienu jseħħu” fin-nuqqas tal-importazzjonijiet allegatament sussidjati (118) u, għalhekk, trid neċessarjament twettaq analiżi kontrofattwali (119). Barra minn hekk, is-CCCME iddikjarat li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (771) ta’ dan ir-Regolament li l-prezzijiet kienu jiżdiedu iżda għall-importazzjonijiet Ċiniżi kienet sempliċi suppożizzjoni li ma kinitx ibbażata fuq xi kunsiderazzjoni, kwantitattiva jew kwalitattiva, ta’ jekk il-kundizzjonijiet tas-suq kinux tali li, fin-nuqqas tal-effett tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi, il-prezzijiet kellhom jiżdiedu f’konformità mal-kostijiet li jiżdiedu. F’dan ir-rigward, is-CCCME argumentat li l-awtoimportazzjonijiet tal-BEVs tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’mod esponenzjali matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm kompetizzjoni kbira intra-UE u minn pajjiżi terzi fis-suq tal-BEVs, u l-perċezzjoni tal-konsumaturi li l-BEVs prodotti fl-Unjoni huma inqas affordabbli fl-Unjoni kienet sinifikanti, u għalhekk, kien hemm diversi fatturi li jillimitaw il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jżidu l-prezzijiet. Barra minn hekk, is-CCCME iddikjarat li l-Kummissjoni ma wettqitx l-investigazzjoni rilevanti dwar jekk iż-żieda enormi fil-kostijiet tal-produzzjoni setgħetx tingħadda lill-konsumaturi u, jekk iva, sa liema punt meta jitqies b’mod partikolari l-fatt li s-suq tal-Unjoni tal-BEVs kien fi tranżizzjoni u t-taħlita tal-prodott kienet qiegħda tinbidel b’mod kostanti kemm min-naħa taċ-Ċina kif ukoll min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni.

(797)

Fil-premessa (771) ta’ dan ir-Regolament, li s-CCCME u l-GTĊ semmew fl-asserzjoni tagħhom, il-Kummissjoni ma ddikjaratx li l-prezzijiet kienu se jiżdiedu fin-nuqqas tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Fil-fatt, il-Kummissjoni ddikjarat li s-suq tal-Unjoni kien ikun differenti ħafna kieku ma kinux preżenti kwantitajiet kbar ta’ importazzjonijiet Ċiniżi sussidjati fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ulterjorment li fin-nuqqas ta’ kompetizzjoni Ċiniża inġusta, kien ċar li l-industrija tal-Unjoni kienet tbigħ ħafna aktar BEVs fis-suq tal-Unjoni u kienet tnaqqas il-kostijiet unitarji billi tieħu vantaġġ minn kapaċità ħafna aħjar li tifrex il-kostijiet fissi tagħha fuq aktar bejgħ. Dan kien jippermetti lill-produtturi tal-Unjoni jistabbilixxu prezzijiet f’livelli aktar profittabbli fil-kuntest tat-tranżizzjoni tas-suq minn vetturi ICE għal BEVs. Huwa mfakkar li l-industrija tal-Unjoni hija industrija intensiva fil-kapital u għalhekk għandha kostijiet fissi għoljin u jeħtieġ li tilħaq ekonomiji ta’ skala biex tkopri aħjar il-kostijiet fissi tagħha. Volum akbar ta’ produzzjoni jissarraf f’kopertura aħjar tal-kostijiet fissi u, għalhekk, kostijiet unitarji aktar baxxi. Kostijiet unitarji aktar baxxi tfisser żieda fil-profittabbiltà. L-impatt tal-importazzjonijiet ta’ BEVs miċ-Ċina tal-industrija tal-Unjoni diġà ġie vvalutat fil-premessa (769) ta’ dan ir-Regolament u dak tal-kompetizzjoni intra-UE u ta’ pajjiżi terzi ġie vvalutat ukoll fil-premessa (774) ta’ dan ir-Regolament u fit-Taqsima 6.2.1 tar-Regolament provviżorju u fit-Taqsima 6.2.2.1 ta’ dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, is-CCCME dehret li injorat is-sejbiet tal-Kummissjoni. Fl-aħħar, ma kienx ċar liema żieda enormi fil-kostijiet tal-produzzjoni semmew is-CCCME u l-GTĊ fl-asserzjoni tagħhom. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(798)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni ma qisitx jekk it-trażżin tal-prezz kienx sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 15.2, u għalhekk, aġixxiet ukoll b’mod inkonsistenti mal-Artikolu 15.1 u mat-tieni sentenza tal-Artikolu 15.2 tal-Ftehim SCM. Barra minn hekk, is-CCCME sostniet li t-trażżin tal-prezz, jekk kien hemm, ma kienx sinifikanti peress li fost fatturi oħrajn, matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu b’EUR 7 457/biċċa filwaqt li l-prezzijiet tagħhom żdiedu b’EUR 9 156/biċċa.

(799)

Fil-premessa (1033) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-bejgħ u tal-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ unità fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat fit-Tabella 7 tar-Regolament provviżorju wera evidenza ta’ trażżin tal-prezz sinifikanti. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tkopri l-kostijiet tagħha. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf finanzjarju fuq il-bejgħ tal-BEVs matul il-perjodu kkunsidrat. It-telf imġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien sinifikanti u għalkemm kien qiegħed jonqos fil-perjodu mill-2020 sal-2022, it-telf beda jiżdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, fil-premessa (1034) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li l-prezz tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun kien 30 % inqas mill-kost medju ponderat tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u dan juri l-pressjoni fuq il-prezzijiet sinifikanti. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(800)

Wara d-divulgazzjoni finali, f’diversi okkażjonijiet, is-CCCME iddikjarat li fir-Regolament provviżorju u fid-dokument ta’ divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni pprovdiet spjegazzjonijiet ex post.

(801)

Din l-asserzjoni ma hijiex ċara u hija mingħajr mertu. Fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat is-sejbiet provviżorji tagħha filwaqt li fid-dokument ta’ divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li qajmu l-partijiet interessati kif ukoll ikkomplementat is-sejbiet provviżorji tagħha. Għalhekk, din l-asserzjoni hija miċħuda.

(802)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz tal-Kummissjoni kienet inkonsistenti mal-Artikoli 15.1 u 15.2 tal-Ftehim SCM. B’mod aktar speċifiku, is-CCCME u l-GTĊ ikkritikaw l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz tal-Kummissjoni minħabba li (i) il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ġie kkalkolat biss għall-perjodu ta’ investigazzjoni li ma kienx biżżejjed; (ii) il-kampjun orjentat lejn ir-riżultati ta’ tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi ma kienx rappreżentattiv għall-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz u l-bejgħ tal-esportazzjoni ta’ Tesla jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz li kien l-akbar esportatur Ċiniż u ngħata eżaminazzjoni individwali u għalhekk id-data tiegħu ġiet ivverifikata mill-Kummissjoni; (iii) il-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ abbażi tal-PCN ma kienx rappreżentattiv minħabba li ħamsa biss minn 17-il PCN tal-produtturi esportaturi Ċiniżi tqabblu bis-sħiħ mal-PCNs tal-industrija tal-Unjoni; (iv) il-Kummissjoni ma żgurat l-ebda komparabbiltà tal-prezzijiet u ma għamlet l-ebda aġġustament għal fatturi li jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet bħas-segmentazzjoni tas-suq; (v) il-Kummissjoni ma aġġustatx il-prezzijiet biex tikkunsidra l-valur tal-marka; (vi) il-Kummissjoni ma spjegatx kif skont fuq il-bejgħ ta’ flotta kbira jista’ jitqabbel mal-bejgħ tan-negozjanti; (vii) il-Kummissjoni ma qisitx il-kanali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi msemmija fid-Dokument ta’ Bidu, (viii) il-Kummissjoni ma spjegatx u ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-livell tan-negozjant kien il-livell korrett ta’ kummerċ u ma kinitx ċara kif il-bejgħ lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lin-negozjanti relatati tqies li sar b’distakkament u mhux prezz ta’ trasferiment u kif ġew stabbiliti l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni lin-negozjanti, u (ix) il-Kummissjoni ma qisitx kif suppost l-iskontijiet tan-negozjanti lill-konsumaturi finali.

(803)

Fir-rigward tal-punt (i) ta’ hawn fuq, li ġie mtenni wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz għall-perjodu ta’ investigazzjoni biss minħabba li, skont il-politika normali tal-Kummissjoni u kompatibbli b’mod ċar mar-regoli tad-WTO dwar it-tqabbil tal-prezzijiet, dan l-approċċ naqqas il-piż fuq il-kumpaniji li kkooperaw għal livelli maniġġevoli, filwaqt li xorta waħda żgura li t-twaqqigħ tal-prezz jiġi eżaminat għal perjodu twil biżżejjed biex ir-riżultati jsiru sinifikanti. Dan huwa f’kuntrast ma’ aspetti oħrajn relatati mal-prezzijiet tal-eżaminazzjoni tad-dannu, bħat-tnaqqis/it-trażżin tal-prezzijiet u eżaminazzjoni tax-xejriet tal-prezzijiet li normalment jitwettqu fuq perjodu ta’ 4 snin. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (1022) tar-Regolament provviżorju, il-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz isir fuq livell tal-PCN u fil-kwestjonarji għall-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni talbet lil dawn il-partijiet jipprovdu d-data dwar il-bejgħ abbażi tal-PCNs biss għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, kien ċar mill-bidu tal-investigazzjoni li l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz, li jsir abbażi tal-PCN, se jitwettaq mill-Kummissjoni biss għall-perjodu ta’ investigazzjoni. La s-CCCME u lanqas il-GTĊ u lanqas xi parti interessata oħra ma kkummentaw dwar il-kwestjonarju u asserew li l-Kummissjoni jenħtieġ li titlob lill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biex jirrapportaw id-data dwar il-bejgħ fil-livell tal-PCN għall-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni.

(804)

Fir-rigward tal-punt (ii), li ġie mtenni wara d-divulgazzjoni finali, kif diġà ġie spjegat fil-premessi minn (48) sa (76) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset il-kampjunar tal-produtturi esportaturi Ċiniżi bħala rappreżentattiv. Tabilħaqq, kif ġie spjegat fil-premessi (29) u (30) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tat eżaminazzjoni individwali lil Tesla. Madankollu, ma hemm l-ebda obbligu legali li fil-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz jitqies il-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ kumpaniji soġġetti għal eżaminazzjoni individwali. L-uniku għan ta’ eżaminazzjoni individwali huwa li tiġi stabbilita rata ta’ dazju speċifika għal kumpanija li tikkoopera li oriġinarjament ma kinitx inkluża fil-kampjun. L-għan ma huwiex li d-data ta’ dik il-kumpanija eżaminata individwalment tiġi integrata fl-analiżi ġenerali tad-dannu b’mod retrospettiv u ma hemm l-ebda obbligu legali li jsir dan. Dan l-ewwel nett ikun qiegħed itellef l-iskop tal-kampjunar. Il-Kummissjoni fakkret li l-kalkoli tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz f’dan il-każ kienu jirrikjedu analiżi kumplessa li tinvolvi l-ġbir ta’ data li tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tiġi stabbilita rata ta’ sussidju. F’dan il-każ, il-Kummissjoni vverifikat biss is-sussidjar riċevut fiċ-Ċina minn Tesla. Barra minn hekk, it-tqabbil tal-prezzijiet ta’ esportaturi individwali mal-prezzijiet (reali jew fil-mira) tal-industrija tal-Unjoni huwa meħtieġ biss biex jiġi stabbilit il-marġni tad-dannu li jservi bħala bażi tal-livell ta’ dazju. F’dan il-każ, dan ma japplikax peress li l-livell ta’ dazju huwa bbażat fuq l-ammont ta’ sussidju. Il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz stabbilit għall-kampjun jitqies rappreżentattiv għall-kumpaniji li kkooperaw fiċ-Ċina kollha u b’mod partikolari ta’ dawk il-kumpaniji Ċiniżi li għandhom kapaċità żejda sinifikanti. Il-fatt li l-marġni tat-twaqqigħ ġie kkalkolat għal xi kumpaniji li ngħataw eżaminazzjoni individwali f’investigazzjonijiet preċedenti huwa irrilevanti speċjalment peress li sar f’każijiet anti-dumping fejn kien meħtieġ li jiġi vverifikat jekk l-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri setgħetx twassal għal rata tad-dazju aktar baxxa mill-marġni tad-dumping stabbilit għall-kumpanija soġġetta għal eżaminazzjoni individwali. Barra minn hekk, f’għadd ta’ każijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod espliċitu li fl-analiżi tal-prezzijiet tagħha ma tqisx il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz tal-kumpaniji soġġetti għal eżaminazzjoni individwali bħall-investigazzjoni tal-Qfieli miċ-Ċina (120).

(805)

Fir-rigward tal-punt (iii), kif ġie spjegat fil-premessa (763) ta’ dan ir-Regolament, it-tqabbil bejn il-PCNs Ċiniżi u l-PCNs tal-produttur tal-Unjoni kien ogħla minn 90 % għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi f’termini ta’ volum. Meta wieħed iħares lejn in-numru ta’ PCNs Ċiniżi li tqabblu mal-PCNs tal-industrija tal-Unjoni biex tiġi vvalutata l-kompetittività bejn il-BEVs Ċiniżi u l-BEVs tal-Unjoni, dan ma jagħtix riżultati ġusti, peress li kull PCN jinbiegħ fi kwantitajiet differenti fis-suq tal-Unjoni. Il-volum tal-bejgħ huwa l-aktar metodu importanti biex tiġi stabbilita r-rappreżentattività f’dan ir-rigward.

(806)

Fir-rigward tal-punt (iv), li ġie mtenni wara d-divulgazzjoni finali, kif ġie spjegat fil-premessa (759) ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-segmenti tas-suq, il-Kummissjoni fakkret fil-premessi minn (1041) sa (1043) tar-Regolament provviżorju fejn din il-kwistjoni kienet diġà ġiet ivvalutata fid-dettall u ġiet miċħuda. Fil-qosor, il-Kummissjoni fakkret li ma kien hemm l-ebda segmentazzjoni aċċettata b’mod universali għall-karozzi tal-passiġġieri u nnotat li ma kienet teżisti l-ebda sistema ta’ klassifikazzjoni li tiddeskrivi segmenti f’din l-industrija bl-użu ta’ kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu. B’riżultat ta’ dan, ma kien hemm l-ebda linja ta’ diviżjoni ċara bejn l-allegati segmenti u l-kwistjoni ma kinitx tifforma parti mit-tqabbil tal-prezzijiet tal-Kummissjoni. Informazzjoni addizzjonali dwar is-segmentazzjoni ngħatat ukoll fil-premessi (131), (141), (143), (167), (173) tar-Regolament provviżorju. Is-CCCME u l-GTĊ ma ressqu l-ebda evidenza ġdida f’dan ir-rigward minbarra li kkritikaw lill-Kummissjoni talli ma użatx is-segmentazzjoni fil-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz, li sar fil-livell tal-PCN u l-ebda parti interessata ma kkummentat dwar il-PCN kif ġie spjegat fil-premessa (1022) tar-Regolament provviżorju. Meta stabbiliet is-sistema PCN tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn li jiġi inkluż is-segment tal-prodott bħala kriterju fis-sistema PCN, peress li dan il-kriterju kien diġà kopert minn kriterji oħrajn, u kien ikun diffiċli ħafna li jiġi żgurat li l-partijiet kollha rreġistraw segment tas-suq b’mod standardizzat.

(807)

Fir-rigward tal-punt (v), li ġie mtenni wkoll wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME pprovdiet (i) studju minn żewġ professuri mill-KU Leuven u mis-CERP li, fost affarijiet oħra, fir-rigward tal-marki jqabbel fil-qosor il-prezzijiet bejn il-produtturi tal-Unjoni, (ii) artiklu mħejji mis-sit web motor1.com u (iii) studju mħejji minn Deloitte “2024 Deloitte Global Automotive Consumer Study” li, bażikament, fir-rigward tal-marki, jiffoka fuq il-konsumaturi li jaqilbu minn marka għal oħra meta jixtru l-vettura li jmiss tagħhom. Madankollu, dawn l-istudji ma jwettqu l-ebda analiżi tad-differenzi fil-marki bejn il-bejgħ tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ta’ BEVs fis-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni u l-bejgħ ekwivalenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u ma jispjegawx kif il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis dan il-fattur fit-tqabbil tal-prezzijiet tagħha. Għalhekk, il-kummenti magħmula mis-CCCME u mill-GTĊ, inklużi l-istudji mehmuża, huma ripetizzjoni tal-kwistjoni diġà kkunsidrata mill-Kummissjoni fil-premessi (1036) u (1037) tar-Regolament provviżorju.

(808)

Fir-rigward tal-punt (vi), fil-premessa (1027), il-punt (iii) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-bejgħ ta’ flotot kbar huwa speċifiku għal ċerti kategoriji ta’ klijenti kbar bħal kumpaniji tal-kiri, entitajiet governattivi u kumpaniji privati kbar u li dawn kienu jikkonsistu f’bejgħ f’volum kemm għall-produtturi tal-Unjoni kif ukoll għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u tqiesu li huma simili għal-livell ta’ negozjant peress li ġie applikat skont għall-volum tal-bejgħ.

(809)

Fir-rigward tal-punt (vii), fil-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni qieset il-kanali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-kanali tal-bejgħ imsemmija fid-Dokument ta’ Bidu kienu l-kanali tal-bejgħ ta’ diversi produtturi esportaturi Ċiniżi u ma jistgħux jitqiesu fil-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz jekk ma ntużawx mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun. Is-CCCME u l-GTĊ ma spjegawx ulterjorment kif il-kanali tal-bejgħ ta’ kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun setgħu jitqiesu fil-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun.

(810)

Fir-rigward tal-punt (viii) fil-premessa (1024) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-Kummissjoni stabbiliet li l-livell tan-negozjant (prezz għan-negozjant) kien il-punt ċentrali fejn seħħet il-kompetizzjoni, u fejn twettqet il-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ. Il-Kummissjoni spjegat ulterjorment li l-bejgħ lin-negozjant jew permezz tal-aġent jew lill-kontijiet ewlenin irrappreżenta madwar 95 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni u madwar 78 % tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Barra minn hekk, ma kienet meħtieġa l-ebda distinzjoni bejn negozjanti relatati u dawk mhux relatati peress li l-investigazzjoni kkonfermat li l-prezzijiet lin-negozjanti kollha saru b’distakkament. Matul il-verifika fuq il-post, l-industrija tal-Unjoni spjegat li d-diskriminazzjoni bejn in-negozjanti relatati u dawk mhux relatati ma kinitx fl-interess ekonomiku tagħhom, u, barra minn hekk, għandha mnejn tqajjem kwistjonijiet ta’ konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, meta possibbli, qabblet il-prezzijiet lil negozjant relatat mal-prezz lil negozjant mhux relatat u ma identifikatx differenzi sinifikanti. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kalkolu tal-prezzijiet lin-negozjant tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, fil-premessa (1027) tar-Regolament provviżorju għal kull mudell ta’ bejgħ, il-Kummissjoni spjegat kif ġie stabbilit il-prezz lin-negozjant.

(811)

Fir-rigward tal-punt (ix) peress li l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz twettaq fil-livell tal-prezzijiet lin-negozjant, l-iskontijiet mogħtija min-negozjanti lill-konsumatur kienu irrilevanti għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz.

(812)

Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet tas-CCCME u tal-GTĊ dwar il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ġew miċħuda.

(813)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA asseriet li d-differenzi fil-prezz dejjem jistgħu jiġu attribwiti għal varjetà ta’ fatturi, u għalhekk mhux neċessarjament iridu jkunu sinjal ta’ sussidji. B’mod partikolari, il-VDA ddikjarat li anke għal prodotti bħal Big Mac, li huwa kompletament l-istess prodott madwar id-dinja, hemm differenzi fil-prezzijiet f’reġjuni differenti (ara l-Big Mac Index). Għalhekk, għal prodott bħall-BEVs, li jiġi f’ħafna mudelli differenti u fejn huwa diffiċli li ssib wieħed komparabbli fuq skala globali, id-differenzi fil-prezz saħansitra għandhom anqas sinifikat fir-rigward tal-allegat sussidjar.

(814)

Din l-asserzjoni hija mingħajr mertu. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tal-VDA, fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni ma hijiex qiegħda tqabbel il-prezzijiet tal-istess prodott fi swieq differenti. Fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni qiegħda tqabbel il-prezz tal-industrija tal-Unjoni mal-prezzijiet tal-produttur esportatur Ċiniż għall-BEVs fis-suq tal-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessa (1022) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(815)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA argumentat ukoll li fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni li l-industrija tal-Unjoni kellha pożizzjoni b’saħħitha f’termini ta’ networks ta’ dealership u servizzi ta’ wara l-bejgħ.

(816)

Din l-asserzjoni hija fattwalment żbaljata peress li l-VDA interpretat ħażin l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-premessa (1166) tar-Regolament provviżorju. Fil-fatt, il-Kummissjoni ma ċaħditx l-asserzjoni li l-industrija tal-Unjoni kellha pożizzjoni b’saħħitha f’termini ta’ networks ta’ distribuzzjoni u tas-servizzi ta’ wara l-bejgħ. Fil-premessa (1166) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonfutat l-asserzjoni tal-Kumpanija 24 li ddikjarat li b’kuntrast għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni kienet tgawdi pożizzjoni b’saħħitha fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tan-networks ta’ distribuzzjoni u tas-servizzi ta’ wara l-bejgħ li jiffaċilitaw il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessa (1165) tar-Regolament provviżorju. Il-Kummissjoni kkonfutat l-asserzjoni tal-Kumpanija 24 billi ddikjarat li l-esportaturi Ċiniżi kienu fil-proċess li jibnu networks ta’ distribuzzjoni kif ukoll ħadu vantaġġ mill-bejgħ online li kien diġà wera li huwa strateġija ta’ suċċess għal Tesla. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(817)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 24 asseriet ukoll li fil-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ir-rikonoxximent tal-marka, il-pożizzjonament fis-suq u n-networks tan-negozjanti tal-produtturi tal-BEVs kif ukoll il-valur tal-bejgħ mill-ġdid tal-BEVs bl-istess mod kif tagħmel għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi.

(818)

Il-Kummissjoni nnotat li l-Kumpanija 24 ma pprovdiet l-ebda estimu tal-valur tas-suq għal dawn id-differenzi. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda bħala mhux sostanzjata.

(819)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 18 ma qablitx mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (1037) tar-Regolament provviżorju li l-valur tal-marka tal-vetturi ICE ma setax jiġi preżunt bħala ttrasferit awtomatikament lill-BEVs u ddikjarat li kien possibbli li jiżdied primjum fuq il-prezz għall-BEVs.

(820)

Il-Kummissjoni nnotat li l-Kumpanija 18 ma kkwantifikatx dan il-primjum fuq il-prezz. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda bħala mhux sostanzjata.

(821)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li ma setgħux jikkummentaw dwar l-istruttura tal-PCN li ma kinitx tinkludi s-segment tas-suq peress li kien biss wara d-divulgazzjoni provviżorja li l-Kummissjoni ddivulgat li ma kinitx se twettaq analiżi tas-segmentazzjoni filwaqt li l-Kummissjoni talbet l-informazzjoni dwar is-segmenti tas-suq lill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni ma stabbilietx il-korrelazzjoni bejn il-PCNs u s-segmenti, u ma kien hemm l-ebda evidenza fil-fajl tal-każ li l-Kummissjoni qieset ukoll il-valutazzjoni tas-segmenti u l-komparabbiltà tagħhom mal-PCNs jew li tiżgura li l-PCNs iqisu d-differenzi fil-prezzijiet ibbażati fuq il-mudell u s-segmenti. Sabiex jappoġġaw l-argumenti tagħhom, is-CCCME u l-GTĊ ipprovdew lista ta’ mudelli ta’ BEVs u asserew li filwaqt li kienu koperti mill-istess PCN, il-prezz tal-bejgħ tagħhom varja b’mod sinifikanti.

(822)

Fil-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi kif ukoll għall-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar is-segment tas-suq li l-produtturi kienu jqisu li jappartjenu għalih il-BEVs tagħhom. Din l-informazzjoni ntalbet separatament mill-informazzjoni fuq il-bażi tal-PCN. Barra minn hekk, minbarra l-informazzjoni dwar is-segmentazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni dwar is-sit tal-produzzjoni, id-data tat-tnedija, it-tip ta’ karrozzerija, l-effiċjenza, l-iċċarġjar veloċi, il-kapaċità tal-batterija, in-numru ta’ sits. Din l-informazzjoni ntalbet sabiex il-Kummissjoni tifhem it-tip ta’ BEVs mibjugħa mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Madankollu, għalkemm il-Kummissjoni talbet din l-informazzjoni addizzjonali, dan ma kienx ifisser li kienet se tqisha fil-valutazzjoni tad-dannu u tal-prezz tagħha jekk qieset li ma kinitx meħtieġa. Kif huwa spjegat fil-premessa (806) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ma qisitx li kienet meħtieġa analiżi tas-segmentazzjoni. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (1022) tar-Regolament provviżorju, il-PCN qies il-karatteristiċi ewlenin tal-BEVs li għandhom impatt fuq il-prezz tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, u b’mod partikolari t-tul, l-awtonomija, il-potenza u t-tip ta’ trażmissjoni fuq ir-roti. Barra minn hekk, fin-nota f’qiegħ il-paġna 425 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li t-tul tal-BEV kien assoċjat mill-qrib mas-segmenti definiti fl-aktar kategoriji ta’ karozzi użati b’mod komuni (jiġifieri abbażi tal-ittri A, B, C, eċċ.). Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ ma pprovdew l-ebda evidenza li turi l-kontra ta’ dan, f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, kif huwa spjegat fil-premessa (1042) tar-Regolament provviżorju, ma kien hemm l-ebda segmentazzjoni aċċettata b’mod universali għall-karozzi tal-passiġġieri u l-ebda linja ta’ diviżjoni ċara bejn is-segmenti allegati, li spiss tirriżulta fi klassifikazzjonijiet differenti tas-segmenti ta’ mudell wieħed. Pereżempju, waħda mill-aktar BEVs popolari importati miċ-Ċina, l-MG4 Hatchback, hija kklassifikata fis-segment C minn S&P Global Mobility, EV-database (121) u minn SAIC fuq is-sit web MG Motor Europe. (122) Madankollu, fir-risposta għall-kwestjonarju, SAIC irrapportat segment differenti għal dan il-mudell. Bħala eżempju ieħor, Polestar 2 hija kklassifikata fis-segment D mill-EV-database, madankollu kemm il-Grupp Geely (fir-risposta tiegħu għall-kwestjonarju) kif ukoll S&P Global Mobility irrapportaw dan il-mudell taħt segment differenti. Dawn l-eżempji, li jappartjenu għal xi wħud BEVs tal-ogħla volum importati miċ-Ċina, juru li ma hemm l-ebda kriterju ċar u oġġettiv, li jikkorrispondi għal karatteristiċi tekniċi osservabbli jew li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintużaw biex il-BEVs jiġu kklassifikati f’segmenti. Għalhekk, l-użu ta’ tali segmentazzjoni ma kienx iwassal għal analiżi preċiża u sinifikanti tal-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-fatt, anke jekk kien possibbli li l-BEVs jiġu kklassifikati f’segmenti b’mod oġġettiv u mhux ambigwu (quod non), tali klassifikazzjoni tkun xorta waħda żejda minħabba l-inklużjoni fl-istruttura tal-PCN ta’ karatteristiċi li huma marbuta ħafna ma’ kwalunkwe segmentazzjoni plawżibbli.

(823)

Fir-rigward tal-eżempji ta’ mudelli pprovduti mis-CCCME u mill-GTĊ, il-Kummissjoni l-ewwel innotat bħala rimarka ġenerali li l-għan ta’ PCN ma huwiex li jservi bħala previżjoni preċiża tal-prezz ta’ kull mudell. L-għan tiegħu huwa pjuttost li jkopri l-karatteristiċi ewlenin li jaffettwaw il-prezz, u b’hekk jippermetti tqabbil tal-prezzijiet sinifikanti u konklużjonijiet affidabbli meta dawn il-paraguni jiġu aggregati fil-livell xieraq, bħal f’kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. Fi kwalunkwe każ, l-eżempji ta’ mudelli fil-lista pprovduta mis-CCCME u mill-GTĊ mhux talli ma jixħtux dubju fuq l-adegwatezza tal-istruttura tal-PCN, iżda fil-fatt huma argument sod favur tiegħu. Il-lista kienet tinkludi l-mudelli u l-prezzijiet tal-BYD li ġejjin: 1) Dolphin Active 44,9 kWh (EUR 29 000); 2) Dolphin Boost 44,9 kWh (EUR 31 000); 3) Dolphin 60,4 kWh (EUR 34 200); u 4) Atto 3 (EUR 38 500). Is-CCCME iddikjarat li minkejja li għandhom prezzijiet differenti b’mod sinifikanti, il-mudelli kollha għandhom l-istess PCN.

(824)

Id-dikjarazzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ hija evidentement skorretta. Fil-fatt, skont l-istruttura tal-PCN użata għall-investigazzjoni, dawn l-erba’ mudelli huma kklassifikati taħt tliet PCNs differenti, skont id-differenzi tagħhom fl-awtonomija u fil-potenza(123) B’mod speċifiku, il-PCNs korrispondenti huma kif ġej: 1) Dolphin Active 44,9 kWh PCN L3R2P1W2; 2) Dolphin Boost 44,9 kWh PCN L3R2P2W2; 3) Dolphin 60,4 kWh PCN L3R3P2W2; u 4) Atto 3 PCN L3R3P2W2. Huwa faċli li wieħed jara li l-mudelli l-aktar għaljin huma dawk li għandhom PCNs li jikkorrispondu għal karatteristiċi tekniċi superjuri (jiġifieri aktar tul, awtonomija jew potenza jew b’ingranaġġ fuq ir-roti kollha), peress li dan ikun mistenni minn struttura tal-PCN li tkun adattata għall-iskop tagħha. Ta’ min jinnota wkoll b’mod partikolari li, minkejja l-varjazzjoni sinifikanti fil-prezzijiet, il-mudelli elenkati kollha huma kklassifikati mill-manifattur tagħhom fl-uniku u l-istess segment, jiġifieri s-segment C. (124) Dan juri li l-Kummissjoni segwiet l-approċċ it-tajjeb fl-istruttura tal-PCN, u li tqabbil tal-prezzijiet li jiddependi fuq is-segmenti, anke jekk dawn ikunu jistgħu jiġu definiti b’mod ċar u oġġettiv (quod non), ikun ferm inadegwat u mhux xieraq. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-asserzjonijiet tas-CCCME u tal-GTĊ ġew miċħuda.

(825)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ma kien hemm l-ebda segment tas-suq aċċettat b’mod universali (i) ma wriet l-ebda valutazzjoni mill-Kummissjoni u kienet dikjarazzjoni mhux sostanzjata magħmula ex post, (ii) marret kontra l-loġika industrijali u l-kwestjonarju tagħha stess, u (iii) ma tistax twassal għall-konklużjoni li evidenza kbira li tiġġustifika analiżi segmentata tista’ tiġi injorata. Is-CCCME argumentat ukoll li dan kien minħabba li, skont il-loġika tal-Kummissjoni, peress li l-PCNs ukoll ma kinux aċċettati b’mod universali u tabilħaqq inħolqu mill-Kummissjoni għal dan il-każ, l-użu tal-PCNs stess lanqas ma jista’ jkun deċiżiv. Is-CCCME iddikjarat li hija wriet li l-Kummissjoni u pubblikazzjonijiet ewlenin tas-suq bħal S&P Global Mobility l-istudju ta’ Transport & Environment u l-produtturi tal-Unjoni jużaw l-istess segmenti tas-suq kif ġie nnotat fil-kwestjonarju tal-Kummissjoni.

(826)

Dawn l-asserzjonijiet huma mingħajr mertu. Fir-rigward tal-punt (i), il-Kummissjoni ma tistax tagħti prova ta’ xi ħaġa li ma teżistix. Minbarra l-informazzjoni ppreżentata fid-Dokument tal-Bidu, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda karatteristika teknika oġġettiva bbażata fuq kull segment, bħal A, B, C eċċ jew dħul, primjum, lussu, ġew definiti, u s-CCCME lanqas ma ppreżentat xi evidenza bħal din. Fil-fatt, is-CCCME talbet lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni tal-valutazzjoni tagħha li ma kinitx taf xi tfisser. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta talba bħal din. Il-Kummissjoni spjegat li ma kien hemm l-ebda segment tas-suq aċċettat b’mod universali fil-premessa (1042) tar-Regolament provviżorju b’risposta għal asserzjonijiet minn partijiet interessati rigward is-segmentazzjoni. Għalhekk, l-asserzjoni tas-CCCME li tali dikjarazzjoni saret ex post hija irrilevanti. Fir-rigward tal-punt (ii), il-Kummissjoni tonqos milli tara kif il-fatt li ma hemm l-ebda segment tas-suq aċċettat b’mod universali jikser il-loġika u l-kwestjonarju tal-Kummissjoni. Fir-rigward tal-punt (iii), kif huwa spjegat fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kinitx meħtieġa analiżi tas-segmentazzjoni f’dan il-każ. Barra minn hekk, il-PCN ġie ddefinit mill-Kummissjoni abbażi ta’ kriterji oġġettivi li ġew iddivulgati lill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kwestjonarju. Kif huwa spjegat fil-premessa (1022) tar-Regolament provviżorju, il-PCN jintuża mill-Kummissjoni bl-għan li jsir tqabbil ġust bejn il-prodotti importati u l-prodotti simili prodotti mill-industrija tal-Unjoni, jiġifieri fil-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz. Il-PCN ma għandux għalfejn jiġi aċċettat b’mod universali kif asseriet is-CCCME. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(827)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li f’suq li għaddej minn tranżizzjoni, l-analiżi tal-effetti fuq il-prezzijiet ma tistax tkun ibbażata biss fuq id-data dwar il-PCN u l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz li jappartjeni għal sena waħda biss tal-perjodu kkunsidrat.

(828)

L-asserzjoni hija fattwalment żbaljata. Il-Kummissjoni ma vvalutatx biss il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz iżda wkoll it-trażżin tal-prezz għall-perjodu kollu kkunsidrat. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(829)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni ma investigatx jew ma ġabritx evidenza dwar jekk il-valur tal-marka kellux effett fuq il-komparabbiltà tal-prezzijiet iżda sempliċiment invertiet l-oneru tal-provi u poġġietu fuq is-CCCME.

(830)

Din l-asserzjoni hija mingħajr mertu. Fil-premessa (1037) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat b’mod estensiv il-valutazzjoni tagħha tal-impatt tal-valur tal-marka. Il-Kummissjoni ma invertietx l-oneru tal-provi fuq is-CCCME iżda nnotat li s-CCCME ma spjegatx kif il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-valur tal-marka għat-tqabbil tal-prezzijiet. Il-partijiet ma jistgħux sempliċiment jitolbu lill-Kummissjoni twettaq it-tipi kollha ta’ valutazzjonijiet u ma jipprovdux il-fehmiet tagħhom dwar kif jenħtieġ li jsiru tali valutazzjonijiet. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(831)

Għalhekk, il-konklużjonijiet indikati fil-premessi minn (1018) sa (1049) tar-Regolament provviżorju kif riveduti mill-premessa (57) ta’ dan ir-Regolament, ġew ikkonfermati.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(832)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ affermaw li l-Kummissjoni ma vvalutatx l-impatt tal-awtoimportazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari, fost l-oħrajn, fir-rigward tal-produzzjoni, tal-użu tal-kapaċità, tal-volumi u tal-prezzijiet tal-bejgħ, tas-sehem mis-suq u tal-profittabbiltà. Is-CCCME u l-GTĊ asserew ulterjorment li ma kienx magħruf jekk xi wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienx qiegħed jimporta BEVs miċ-Ċina fil-perjodu kkunsidrat.

(833)

Fid-dawl tal-anonimità mogħtija lill-produtturi tal-Unjoni u l-għadd żgħir ta’ gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni li importaw BEVs miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat, il-Kummissjoni ma tistax tiddivulga jekk il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun importawx BEVs miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat. Id-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni tkun tfisser id-divulgazzjoni ta’ jekk ġewx inklużi fil-kampjun il-BMW, il-Mercedes, ir-Renault jew it-Tesla. Madankollu, kif ġie spjegat fil-premessa (22) ta’ dan ir-Regolament, il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni sar fil-livell tal-entità tal-produzzjoni u mhux tal-grupp, filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni huma parti minn gruppi akbar ta’ kumpaniji u l-importazzjonijiet ta’ BEVs miċ-Ċina mhux neċessarjament saru mill-entitajiet produtturi. Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu huma bbażati biss fuq il-BEVs prodotti u mibjugħin fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-industrija tal-Unjoni bħala fattur li jikkawża theddida ta’ dannu għall-industrija tal-BEVs tal-Unjoni ġew ivvalutati fil-premessa (1213) tar-Regolament provviżorju u fil-premessi minn (1216) sa (1223) ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

4.5.1.   Informazzjoni ġenerali

(834)

Ma wasal l-ebda kumment dwar din il-parti tar-Regolament provviżorju.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

(835)

Kif ġie spjegat fil-premessa (683) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni rrevediet il-volum tal-produzzjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni abbażi tad-data rrapportata minn Prodcom għall-2023 li saret disponibbli għall-pubbliku. Minn dan jirriżulta li anke d-data għall-kapaċità ta’ produzzjoni trid tiġi riveduta, kif muri fit-Tabella 4 ta’ hawn taħt.

Tabella 4

Produzzjoni u kapaċità ta’ produzzjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-produzzjoni (biċċiet)

1 590 247

Indiċi (2020 = 100)

292

Kapaċità ta’ produzzjoni (biċċiet)

4 607 682

Indiċi (2020 = 100)

280

Sors:

Prodcom (ara l-premessa (683) ta’ dan ir-Regolament)

(836)

Il-Kummissjoni nnotat li kien hemm tnaqqis żgħir ta’ 2,2 % fil-kapaċità ta’ produzzjoni fit-tabella ta’ hawn fuq meta mqabbla mal-kapaċità ta’ produzzjoni ddikjarata fit-Tabella 4 tar-Regolament provviżorju.

(837)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li d-data pprovduta fir-Regolament provviżorju fir-rigward tal-produzzjoni, tal-kapaċità ta’ produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità ma kinitx affidabbli u ma kinitx tikkostitwixxi evidenza pożittiva li ssodisfat l-istandards legali meħtieġa.

(838)

B’mod partikolari, is-CCCME u l-GTĊ asserew li (i) il-volumi tal-produzzjoni stmati ma kinux affidabbli peress li kienu bbażati fuq id-data ta’ Prodcom u tennew l-asserzjonijiet tagħhom imsemmija fil-premessa (680) ta’ dan ir-Regolament li d-data ta’ Prodcom għandha ambitu usa’ mill-prodott taħt investigazzjoni, (ii) il-volum tal-produzzjoni ta’ Prodcom affettwa wkoll indikaturi oħrajn tad-dannu bħall-kapaċità ta’ produzzjoni, l-użu tal-kapaċità u l-produttività li ġew stmati abbażi tal-volum tal-produzzjoni, (iii) peress li l-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’pass aktar mgħaġġel mill-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, dan wera li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda sejra tajjeb u ma kinitx affettwata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina, li kien evidenzjat ulterjorment minn avviżi ta’ varar ġdid ta’ BEVs mill-produtturi tal-Unjoni.

(839)

Fir-rigward tal-affidabbiltà u tal-akkuratezza tad-data ta’ Prodcom, il-Kummissjoni indirizzat dawn l-asserzjonijiet fil-premessi minn (683) sa (689) ta’ dan ir-Regolament fejn ikkonkludiet li d-data ta’ Prodcom kienet affidabbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li s-sempliċi tqabbil bejn iż-żieda fil-produzzjoni totali u ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni ma ppermettiex li tinstilet konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, peress li dan injora għadd kbir ta’ fatturi u indikaturi oħrajn, inkluża l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet, l-ishma mis-suq u l-profittabbiltà. Għalhekk, dan it-tqabbil ma tefax dubju fuq is-sejbiet dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Dawn is-sejbiet lanqas ma ġew ikkontestati mill-fatt li l-produtturi tal-Unjoni komplew ivaraw mudelli ġodda ta’ BEVs fl-isforz tagħhom biex jissodisfaw id-domanda u jikkompetu fis-suq tal-Unjoni, minkejja l-isfidi li jiffaċċjaw mill-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(840)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ tennew li l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’pass aktar mgħaġġel mill-konsum tal-Unjoni, u li l-Kummissjoni naqset milli tispjega x’riedet tfisser fid-dikjarazzjoni fil-premessa (839) ta’ dan ir-Regolament li l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma għandhiex tinjora l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, l-ishma mis-suq u l-profittabbiltà, liema analiżi wettqet f’dan ir-rigward jew kif affettwat il-kwistjoni fattwali f’dan il-każ.

(841)

Il-Kummissjoni fakkret li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-valutazzjoni tad-dannu ma setgħux jiġu derivati biss minn tqabbil tal-evoluzzjoni tal-produzzjoni u l-evoluzzjoni tal-konsum iżda kellhom iqisu t-totalità tal-indikaturi rilevanti. Dawn il-fatturi ġew analizzati fid-dettall fit-Taqsima 4.5 tar-Regolament provviżorju, li kienet tinkludi wkoll il-konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li ma kinitx qiegħda ġġarrab dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(842)

Barra minn hekk, Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-użu stmat tal-kapaċità ma kienx affidabbli peress li (i) kien ibbażat biss fuq informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, (ii) kien ibbażat fuq estrapolazzjoni bl-użu tal-produzzjoni totali rrapportata minn Prodcom u l-użu tal-kapaċità kkalkolat għall-produtturi inklużi fil-kampjun u din l-estrapolazzjoni tassumi li l-kapaċità ta’ produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità jkunu l-istess għall-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tenniet din l-asserzjoni wara d-divulgazzjoni finali.

(843)

Kif ġie spjegat fil-premessi minn (26) sa (45) tar-Regolament provviżorju, il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-data pprovduta minn dawn il-produtturi ġiet ivverifikata matul l-investigazzjoni. Għalhekk, l-użu tal-kapaċità kkalkolat għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun huwa l-aktar stima affidabbli għall-użu medju tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni. Minn dan jirriżulta li anke l-kalkolu tal-kapaċità ta’ produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni abbażi tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u l-użu medju tal-kapaċità ma pprovda l-aktar stima affidabbli għall-kapaċità ta’ produzzjoni tal-Unjoni. Għall-kuntrarju ta’ dak li ssuġġerew is-CCCME u l-GTĊ, din il-metodoloġija ma assumietx li l-produtturi kollha tal-Unjoni għandhom l-istess użu tal-kapaċità. Aktar minn hekk, din ma tassumix li l-produtturi kollha tal-Unjoni għandhom l-istess kapaċità ta’ produzzjoni. Fl-aħħar nett, is-CCCME u l-GTĊ ma ssottomettewx sors aħjar ta’ data għall-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(844)

Barra minn hekk, Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ qajmu dubji dwar is-sejba tal-Kummissjoni li l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ BEVs tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedet bir-riallokazzjoni tal-linji tal-produzzjoni mill-produzzjoni ta’ ICE għal BEV, u qajmu wkoll dubji dwar il-kapaċità jew l-inċentivi tal-produtturi tal-Unjoni biex jespandu din ir-riallokazzjoni sabiex jissodisfaw domanda ġdida għall-BEVs. Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li jekk l-istimi tal-Kummissjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità kienu korretti, dan ikun ifisser li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda ġġarrab kapaċità żejda u kostijiet għoljin relatati u ma jkollha l-ebda inċentiv biex tibdel aktar produzzjoni minn vetturi ICE (li bħalissa huma aktar profittabbli) għal BEVs, jew biex tkompli timporta BEVs miċ-Ċina.

(845)

Iż-żieda fil-kapaċità permezz tar-riallokazzjoni tal-linji ta’ produzzjoni eżistenti minn vetturi ICE għal BEVs ġiet ikkonfermata fil-kuntest taż-żjarat ta’ verifika tal-Kummissjoni lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni nnotat li tali riallokazzjoni ma affettwatx il-volum u l-profittabbiltà tan-negozju ta’ ICE, peress li kkonċernat prinċipalment il-kapaċità mhux użata li tiżviluppa f’konformità mat-tnaqqis fid-domanda għall-vetturi ICE. B’riżultat ta’ dan, l-argument tas-CCCME u tal-GTĊ li l-produtturi tal-Unjoni ma jkollhomx inċentivi biex jallokaw mill-ġdid aktar linji ta’ produzzjoni minn vetturi ICE għall-BEVs huwa miċħud mill-fatti stabbiliti mill-investigazzjoni. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ kapaċità ta’ riżerva sinifikanti tal-produtturi tal-Unjoni ma tipprekludihomx milli jimportaw BEVs miċ-Ċina, sabiex ikunu jistgħu jikkompetu mal-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina. Il-kapaċità ta’ riżerva kbira tal-industrija tal-Unjoni hija konformi mat-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni minn vetturi ICE għal BEVs. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(846)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li (i) fit-Tabella 4 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni rreferiet għal xi siti web ta’ produtturi tal-Unjoni mhux speċifikati u għad-data relattiva tagħhom, kif ġiet rikonċiljata mal-metodoloġija spjegata fil-premessa (1057) tar-Regolament provviżorju u kif l-informazzjoni minn dawk is-siti web ikkontribwiet għall-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni u (ii) ma kienx magħruf għaliex il-Kummissjoni ma bbażatx ruħha fuq id-data fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kapaċità ta’ produzzjoni pprovduta mill-produtturi ta’ BEV tal-Unjoni fil-forom ta’ kampjunar tagħhom biex tikkalkula l-produzzjoni totali, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni – dan il-punt ġie mtenni wkoll mis-CCCME wara d-divulgazzjoni finali.

(847)

Il-Kummissjoni ma setgħetx tispeċifika s-siti web tal-produtturi tal-Unjoni li użat biex tagħmel kontroverifika tad-data dwar il-produzzjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni peress li dan ikun ifisser id-divulgazzjoni ta’ liema kumpaniji ppreżentaw formola ta’ kampjunar. Fir-rigward tal-punt (ii), il-Kummissjoni nnotat li dan ikun ifisser id-divulgazzjoni tal-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fl-istadju tal-kampjunar li mbagħad jiżvela l-identità tal-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni u għalhekk il-Kummissjoni tkun qiegħda tikser l-anonimità mogħtija lill-produtturi tal-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessi (12) u (13) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(848)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li għall-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (i) il-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza b’appoġġ għad-dikjarazzjoni tagħha fil-premessa (1058) tar-Regolament provviżorju li xi produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin jikkonvertu linji ta’ produzzjoni ta’ vetturi ICE f’linji ta’ produzzjoni tal-BEVs u għalhekk dawn il-linji ta’ produzzjoni kienu ddedikati kompletament għall-produzzjoni tal-BEVs, (ii) li l-punt sa fejn il-produtturi kienu qegħdin jikkonvertu l-kapaċità ma kienx magħruf ukoll – dan il-punt ġie mtenni wkoll mis-CCCME u mill-GTĊ wara d-divulgazzjoni finali u (iii) il-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda bażi għas-suppożizzjoni tagħha fil-premessa (1060) tar-Regolament provviżorju li tista’ tiġi allokata aktar kapaċità mill-produzzjoni tal-vetturi ICE għall-produzzjoni tal-BEVs fil-futur qarib, meta skont informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, il-biċċa l-kbira tal-produtturi ta’ BEVs tal-Unjoni se jkomplu jipproduċu ICEs, ibridi, eċċ., potenzjalment għal ħafna snin oħra u lil hinn mill-2035. B’mod partikolari, is-CCCME u l-GTĊ semmew rapport minn Transport & Environment, li ddikjara li l-istrateġija tal-Unjoni għall-produtturi tal-BEVs kienet li “jiġi limitat il-bejgħ ta’ vetturi elettriċi sakemm ikun meħtieġ mir-Regolament, filwaqt li sadanittant tingħata prijorità lill-profitti mill-ICEs u minn mudelli ta’ vetturi elettriċi kbar u għaljin” (125).

(849)

Fir-rigward tal-punt (i), din l-informazzjoni ġiet ipprovduta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-verifika fuq il-post. Fir-rigward tal-punt (ii) li jirreferi għall-grad sa fejn il-produtturi kienu qegħdin jikkonvertu l-kapaċità wkoll ma kienx magħruf kif huwa spjegat fil-premessa (702) ta’ dan ir-Regolament, is-suq tal-Unjoni kien qiegħed jagħmel tranżizzjoni mill-produzzjoni ta’ vetturi ICE għal BEVs. L-għan tal-investigazzjoni huwa l-produtturi ta’ BEVs u mhux il-produtturi ta’ vetturi ICE u BEVs u l-Kummissjoni investigat il-BEVs u mhux il-vetturi ICE. Fir-rigward tal-punt (iii) kif ġie spjegat fil-premessa (1223) tar-Regolament provviżorju, skont ir-Regolament (UE) 2019/631, li aktar tard ġie emendat bir-Regolament (UE) 2023/851, l-industrija tal-Unjoni trid iżżid il-bejgħ tagħha ta’ BEVs u tnaqqas il-bejgħ tagħhom ta’ vetturi ICE fis-suq tal-Unjoni. Dan ifisser li l-produzzjoni tal-BEVs se tiżdied u l-produzzjoni ta’ vetturi ICE għall-bejgħ lis-suq tal-Unjoni se tonqos. Tabilħaqq, l-industrija tal-Unjoni tista’ tkompli tipproduċi vetturi ICE wara l-2035 iżda mhux għall-bejgħ fl-Unjoni, għall-esportazzjonijiet biss, li huwa irrilevanti peress li l-mira ewlenija tal-industrija tal-Unjoni hija s-suq tal-Unjoni u mhux il-pajjiżi terzi. Is-silta kkwotata mis-CCCME u mill-GTĊ mir-rapport ippubblikat minn Transport & Environment tirreferi għal fażi ta’ staġnar bejn ir-raba’ trimestru tal-2021 u r-raba’ trimestru tal-2024. Madankollu, mill-2025 hemm fażi ta’ tkabbir li hija kkawżata mir-Regolament (UE) 2019/631 kif emendat mir-Regolament (UE) 2023/851 li għamlet il-miri tas-CO2 aktar stretti mill-2025 kif ġie spjegat fil-premessa (1223) tar-Regolament provviżorju.

(850)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-istima mill-Kummissjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ BEV tal-industrija tal-Unjoni u l-konklużjoni tagħha li l-produtturi tal-Unjoni għandhom kapaċità suffiċjenti biex jissodisfaw id-domanda futura ma kinux korretti, minħabba li ma qisux l-allegati restrizzjonijiet fil-materja prima. Sabiex tappoġġa l-asserzjonijiet tagħha, is-CCCME u l-GTĊ ikkwotaw rapporti, kummenti u pubblikazzjonijiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mill-ACEA. Is-CCCME u l-GTĊ irreferew ukoll għal rapporti dwar żminijiet twal għall-konsenja għall-BEVs prodotti mill-produtturi tal-Unjoni, u dan jissuġġerixxi li d-dewmien jirriżulta minn tali restrizzjonijiet.

(851)

Il-Kummissjoni qieset li s-CCCME u l-GTĊ naqsu milli juru li l-aċċess għall-materja prima jimponi restrizzjoni sinifikanti u reali fuq il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ BEVs tal-Unjoni u nnotat li s-CCCME u l-GTĊ lanqas biss ippruvaw jikkwantifikaw din ir-restrizzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li s-siltiet tar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri msemmi mis-CCCME u mill-GTĊ jikkonċernaw il-produzzjoni tal-batteriji tal-UE aktar milli l-produzzjoni ta’ BEVs, u li l-industrija tal-BEVs tal-Unjoni ma hijiex limitata għall-użu ta’ batteriji prodotti fl-Unjoni. Barra minn hekk, ir-rapporti tal-ACEA u l-kummenti tar-rappreżentanti tal-ACEA dwar il-materja prima jirreferu għal kwistjonijiet ta’ kompetittività tal-kostijiet aktar milli għal kwistjonijiet ta’ kapaċità ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, iż-żminijiet itwal għall-konsenja li huma osservati f’perjodi ta’ żmien limitati u għal produtturi speċifiċi ma jikkostitwux evidenza ta’ restrizzjonijiet sinifikanti jew dejjiema fuq il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-BEVs tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(852)

Fl-aħħar nett, Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-evoluzzjoni tal-produzzjoni, tal-kapaċità ta’ produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità jiċħdu l-konklużjoni tal-Kummissjoni ddikjarata fil-premessa (1102) tar-Regolament provviżorju rigward is-sitwazzjoni li qiegħda tmur għall-agħar tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(853)

Il-Kummissjoni fakkret li dawn il-konklużjonijiet huma meħuda mill-indikaturi tad-dannu kollha, inklużi dawk li marru għall-agħar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, bħall-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investimenti, il-fluss tal-flus u l-ishma mis-suq. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(854)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li ma kinitx preċiża d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin jagħmlu tranżizzjoni peress li kienu qegħdin jużaw biss il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-vetturi ICE mhux użati għall-produzzjoni tal-BEVs li ma taffettwax il-volum tal-vetturi ICE prodotti.

(855)

Din l-asserzjoni hija fattwalment żbaljata. Il-Kummissjoni ma għamlitx tali dikjarazzjoni. Fil-fatt fil-premessa (1058) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li l-investigazzjoni żvelat li xi produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin jikkonvertu l-linji ta’ produzzjoni ta’ vetturi ICE għal linji ta’ produzzjoni tal-BEVs u għalhekk dawk il-linji ta’ produzzjoni kienu ddedikati għalkollox għall-produzzjoni tal-BEVs, jew kienu qegħdin jipproduċu l-BEVs fl-impjanti tal-assemblaġġ tagħhom flimkien mal-vetturi ICE li jużaw essenzjalment l-istess proċess ta’ produzzjoni sabiex jisfruttaw l-assi, il-proċessi u l-kompetenzi u jipprovdu flessibbiltà tal-volum. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(856)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li r-rata ta’ konverżjoni tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni kienet kwistjoni fattwali ewlenija, u l-fatt li l-Kummissjoni ma vvalutatx dan jindika li l-kalkoli tal-Kummissjoni tal-kapaċità u tal-użu tal-kapaċità, kif ukoll l-asserzjoni tagħha ta’ tranżizzjoni minn vetturi ICE għal BEVs ma kinux ibbażati fuq evidenza, iżda fuq suppożizzjonijiet teoretiċi. Sabiex tappoġġa l-argumenti tagħha, is-CCCME iddikjarat ukoll li d-data ta’ wara l-PI fit-Tabella 6 ta’ dan ir-Regolament uriet li fl-ewwel u fit-tieni trimestri tal-2024, it-tranżizzjoni għall-elettrifikazzjoni ma kinitx żdiedet u l-perċentwal irrappreżentat mill-BEVs fil-bejgħ kollu tal-vetturi tal-passiġġieri kien ferm aktar baxx mill-medja ta’ 14,6 % għall-perjodu ta’ investigazzjoni.

(857)

Il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ma spjegawx kif il-fatt li r-rata ta’ konverżjoni tal-manifatturi tal-karozzi tal-Unjoni mill-produzzjoni ta’ vetturi ICE għall-BEVs ma kinitx magħrufa qajjem dubji dwar is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, u dwar il-proposta li l-produtturi tal-Unjoni qegħdin jagħmlu tranżizzjoni mill-produzzjoni ta’ ICEs għal BEVs. Kif huwa spjegat fil-premessa (855) ta’ dan ir-Regolament, kien hemm diversi modi li bihom il-produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin jibnu l-kapaċità tal-produzzjoni għall-BEVs. Barra minn hekk, is-CCCME dehret li fixklet it-tranżizzjoni tas-suq tal-passiġġieri tal-Unjoni minn vetturi ICE għal BEVs li ġiet ipprovduta fit-Tabella 1 tar-Regolament provviżorju u fit-Tabella 6 ta’ dan ir-Regolament, mat-tranżizzjoni tal-produtturi tal-vetturi tal-Unjoni mill-produzzjoni ta’ vetturi ICE għal BEVs. It-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni bl-ebda mod ma tista’ tikkontesta s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni stabbiliti għall-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(858)

Il-konklużjonijiet provviżorji ddikjarati fil-premessi minn (1055) sa (1060) tar-Regolament provviżorju kif riveduti mill-premessa (835) ta’ dan ir-Regolament ġew ikkonfermati.

4.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(859)

Bħal fil-każ tad-data għall-konsum apparenti tal-Unjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni kif ġie spjegat fil-premessa (711) ta’ dan ir-Regolament u d-data tal-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina u l-ishma mis-suq tagħha bbażati fuq ir-reġistrazzjonijiet wara l-importazzjoni kif ġie spjegat fil-premessa (723) ta’ dan ir-Regolament, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddivulga d-data sottostanti għall-kalkoli rispettivi, il-Kummissjoni rrevediet id-data tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-ishma mis-suq tagħhom abbażi tal-konsum apparenti u attwali, bl-użu tal-EEA bħala sors minflok S&P Global Mobility li użat fit-Tabella 5 tar-Regolament provviżorju.

Tabella 5

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Il-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni (reġistrazzjonijiet) f’biċċiet

990 289

Indiċi (2020 = 100)

261

Sehem mis-suq (ta’ konsum apparenti)

59,9  %

Indiċi (2020 = 100)

87

Sehem mis-suq (ta’ konsum reali - reġistrazzjonijiet)

65,2  %

Indiċi (2020 = 100)

93

Sors:

EEA

(860)

Il-Kummissjoni nnotat li meta titqabbel id-data fit-Tabella 5 tar-Regolament provviżorju għall-perjodu ta’ investigazzjoni li użat l-S&P Global Mobility bħala sors bid-data rispettiva fit-Tabella 5 hawn fuq li użat l-EEA bħala sors, kien hemm differenza żgħira ħafna fil-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni (0,3 %), l-ebda bidla għas-sehem mis-suq ibbażata fuq il-konsum apparenti u bidla ta’ 0,2 punti perċentwali fis-sehem mis-suq attwali abbażi tal-konsum reali.

(861)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li (i) il-volumi tal-bejgħ u l-ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li jinkludu l-awtoimportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni miċ-Ċina – saret ukoll asserzjoni simili mill-VDA - din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll mis-CCCME u mill-GTĊ wara d-divulgazzjoni finali, (ii) il-Kummissjoni injorat il-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet orjentata lejn l-esportazzjoni u li l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat li wera li l-industrija tal-Unjoni ffukat fuq iż-żieda fl-esportazzjonijiet aktar milli fuq il-bejgħ domestiku u s-sehem mis-suq u l-marka Ċiniża u l-importazzjonijiet ta’ BEVs tal-pajjiżi terzi żdiedu biss biex jimlew il-lakuna – din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll mis-CCCME u mill-GTĊ wara d-divulgazzjoni finali u (iii) il-Kummissjoni lanqas ma evalwat l-impatt possibbli tat-terminazzjoni tas-sussidji fuq ix-xiri għal EVs fl-Istati Membri tal-UE bħall-Ġermanja.

(862)

Il-Kummissjoni spjegat fil-premessa (165) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (833) ta’ dan ir-Regolament li l-indikaturi tad-dannu, li jinkludu l-bejgħ u l-ishma mis-suq, huma bbażati biss fuq il-BEVs prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni, u biex għall-awtoimportazzjonijiet l-industrija tal-Unjoni taġixxi bħala negozjant, mhux bħala produttur. Għalhekk, l-inklużjoni tal-hekk imsejħa awtoimportazzjonijiet fil-kalkolu tal-bejgħ tal-Unjoni u tal-ishma mis-suq ma tkunx korretta. L-impatt ta’ dawn l-importazzjonijiet ġie vvalutat fil-premessa (1213) tar-Regolament provviżorju u fil-premessi (1216) u (1223) ta’ dan ir-Regolament.

(863)

Rigward l-argumenti dwar l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kien ogħla b’mod sinifikanti mill-bejgħ tal-esportazzjonijiet tagħha, li juri li s-suq tal-Unjoni jibqa’ l-aktar suq importanti għall-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx ristretta fil-kapaċità, l-esportazzjonijiet ma setgħux kellhom rwol fit-tnaqqis tas-sehem tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(864)

Rigward it-terminazzjoni tas-sussidji tax-xiri għall-BEVs, b’mod partikolari għall-Ġermanja, il-Kummissjoni nnotat li dawn is-sussidji ma kinux jiddistingwu bejn il-BEVs prodotti fl-Unjoni u f’postijiet oħra, u li t-terminazzjoni daħlet fis-seħħ wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, huwa diffiċli li wieħed jara kif il-Kummissjoni jenħtieġ li kellha tqishom fl-analiżi tagħha.

(865)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-asserzjonijiet.

(866)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li s-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi jipperikolaw il-kapaċità tal-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni li jipproduċu u jbigħu aktar mill-produzzjoni tal-Unjoni hija żbaljata minħabba li (i) il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ssuġġerew li l-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni setgħu jbigħu dak li pproduċew, (ii) iż-żieda fl-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kienet ħafna drabi aktar mit-telf tal-bejgħ imġarrab minħabba t-telf tas-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni; (iii) il-produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin jittrasferixxu l-produzzjoni lejn pajjiżi terzi u importaw BEVs minn dawk il-pajjiżi terzi, u (iv) aktar milli jippruvaw jiksbu skala, il-produtturi tal-Unjoni jnaqqsu l-produzzjoni ta’ mudelli speċifiċi tal-BEV u dehru li qegħdin jiffukaw fuq il-vetturi ibridi (b’referenza għall-eżempju ta’ Stellantis, li qiegħda tippjana li twaqqaf il-produzzjoni ta’ BEV waħda u tniedi bosta vetturi ibridi ġodda).

(867)

Fir-rigward tal-punt (i), il-Kummissjoni fakkret li fil-premessa (1084) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-industrija tal-Unjoni pproduċiet prinċipalment fuq ordnijiet. Għalhekk, il-fatt li l-produzzjoni kollha tagħha tinbiegħ ma huwiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-kompetizzjoni tal-industrija tal-Unjoni mal-importazzjonijiet sussidjati ta’ BEVs Ċiniżi bi prezzijiet baxxi.

(868)

Fir-rigward tal-punt (ii), il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME ma ddikjaratx liema konklużjonijiet jenħtieġ li jittieħdu mill-kalkoli tagħha dwar ir-relazzjoni bejn iż-żieda attwali fl-esportazzjonijiet u tnaqqis teoretiku fil-bejgħ tal-Unjoni, u għaliex. Fi kwalunkwe każ, dawn il-kalkoli huma konsistenti mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li x-xejriet negattivi fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma humiex dovuti għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni tagħha. Fil-fatt, żieda fil-bejgħ tal-esportazzjonijiet tgħin lill-industrija tal-Unjoni tipproduċi aktar u tkopri porzjon akbar tal-kostijiet fissi tagħha u għalhekk tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ unità għall-BEVs.

(869)

Fir-rigward tal-punt (iii), ma jistax jiġi eskluż li l-produtturi tal-Unjoni qegħdin jittrasferixxu l-produzzjoni lejn iċ-Ċina u pajjiżi terzi oħrajn peress li ma hemmx kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni.

(870)

Fir-rigward tal-punt (iv), is-CCCME ma pprovdietx evidenza li turi li kien hemm tnaqqis sistematiku tal-mudelli tal-BEVs mill-produtturi tal-Unjoni b’bidla fl-enfasi fuq l-ibridi, u semmiet biss eżempju wieħed f’dan ir-rigward. Iżda anke jekk din il-proposta kienet ġeneralment vera, ma setax jiġi eskluż li din id-deċiżjoni kienet ikkawżata mill-kompetizzjoni inġusta li l-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni qegħdin jiffaċċjaw mill-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi.

(871)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-asserzjonijiet u l-argumenti tas-CCCME u l-ĠTĊ ġew miċħuda.

(872)

Il-konklużjonijiet provviżorji ddikjarati fil-premessi minn (1061) sa (1064) tar-Regolament provviżorju kif riveduti mill-premessa (859) ta’ dan ir-Regolament ġew ikkonfermati.

4.5.2.3.   Tkabbir

(873)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi minn (1065) sa (1067) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(874)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li d-data pprovduta fir-Regolament provviżorju dwar l-impjiegi u l-produttività ma tikkostitwix evidenza pożittiva minħabba li hija bbażata fuq id-data tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw ukoll li ma kienx ċar għaliex l-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’aktar minn 190 % fil-perjodu kkunsidrat peress li l-industrija tal-Unjoni sempliċiment kienet qed taqleb il-linji ta’ produzzjoni ICE għall-produzzjoni BEV u l-impjiegi dehru li żdiedu f’konformità mal-kapaċità tal-produzzjoni iżda peress li kienet qed tintuża biss 35 % tal-kapaċità tal-produzzjoni, ma kienx ċar għaliex kien hemm bżonn li l-industrija tal-Unjoni żżid drastikament l-impjiegi peress li żieda bħal din kienet twassal biss għal kostijiet tal-produzzjoni aktar għoljin u ż-żieda fil-produttività kienet ħafna aktar baxxa u mhux konformi ma’ dik ta’ industrija effettiva.

(875)

Kif ġie spjegat fil-premessi minn (26) sa (45) tar-Regolament provviżorju, il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien kampjun rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni u d-data tal-produtturi tal-Unjoni ġiet ivverifikata. Għalhekk, il-kalkolu tal-impjiegi u tal-produttività tal-industrija tal-Unjoni abbażi ta’ din id-data jipprovdi l-aktar data affidabbli għal dawn l-indikaturi. Il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ma ppreżentaw l-ebda data aktar preċiża f’dan ir-rigward.

(876)

Fir-rigward taż-żieda fl-impjiegi, il-Kummissjoni nnotat kif ġie spjegat fil-premessa (1070) tar-Regolament provviżorju, li l-impjiegi segwew ix-xejra fil-produzzjoni b’mod wiesa’. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li l-ambitu tad-data dwar l-impjiegi pprovduta jinkludi biss l-attivitajiet relatati mal-BEVs tal-produtturi tal-Unjoni, u li din id-data ma tinkludix persunal impjegat minn dawn il-produtturi f’attivitajiet oħra, bħall-produzzjoni ta’ vetturi ICE. Fid-dawl ta’ dan, kif ġie spjegat fil-premessa (1071) tar-Regolament provviżorju, iż-żieda fl-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni tal-BEVs tista’ tiġi spjegata faċilment bir-riallokazzjoni tal-persunal eżistenti mill-produzzjoni tal-vetturi ICE għall-produzzjoni tal-BEVs. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li s-CCCME u l-GTĊ ma speċifikawx kemm jenħtieġ li jkollha impjiegi industrija effiċjenti. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(877)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-ispjegazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni fil-premessa (875) ta’ dan ir-Regolament dwar ir-rata għolja ta’ żieda fl-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx adegwata peress li d-data ma kinitx tagħmel sens ekonomiku, ma kinitx probabbli li tkun rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni u ma kinitx konformi mal-eżami oġġettiv tal-obbligu ta’ evidenza pożittiva li ma kienx eżerċizzju fejn wieħed jimmarka l-kaxxi.

(878)

Is-CCCME u l-GTĊ naqsu milli jispjegaw għaliex fil-fehma tagħhom id-data dwar l-impjiegi ma kinitx tagħmel sens ekonomiku. Kif huwa spjegat fil-premessa (876) ta’ dan ir-Regolament, l-impjiegi segwew ix-xejra fil-produzzjoni b’mod wiesa’. Barra minn hekk, is-CCCME ma spjegatx għaliex id-data aktarx li ma kinitx se tkun rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(879)

Għalhekk, ġew ikkonfermati l-konklużjonijiet fil-premessi minn (1068) sa (1072) tar-Regolament provviżorju.

4.5.2.5.   Id-daqs tal-ammont tas-sussidju u l-irkupru mis-sussidjar fl-imgħoddi

(880)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi minn (1073) sa (1074) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(881)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li d-data pprovduta fir-Regolament provviżorju dwar il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet ma tikkostitwix evidenza pożittiva peress li (i) il-kampjun tal-Unjoni ma kienx oġġettiv, (ii) il-Kummissjoni ma wettqitx analiżi abbażi tas-segmenti.

(882)

L-asserzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-kampjun tal-industrija tal-Unjoni diġà ġiet diskussa fil-premessi minn (26) sa (45) tar-Regolament provviżorju filwaqt li l-argument ta’ segmentazzjoni ġie diskuss u miċħud ukoll fil-premessa (749) ta’ dan ir-Regolament.

(883)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-BEVs Ċiniżi ma setax ikollhom impatt fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni peress li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu qed jogħlew b’mod parallel maż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina li kienu fil-biċċa l-kbira awtoimportazzjonijiet u kienu akkumpanjati minn żieda fil-volum tal-bejgħ tagħha.

(884)

Kif ġie spjegat fil-premessa (1076) tar-Regolament provviżorju, iż-żieda fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienet affettwata minn bidliet fit-taħlita ta’ mudelli mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat, speċjalment meta wieħed iżomm f’moħħu li s-suq tal-Unjoni qiegħed jagħmel tranżizzjoni gradwali minn vetturi ICE għal BEVs u kienu qegħdin jitnedew u jinbiegħu mudelli ġodda matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tas-suġġeriment tas-CCCME u tal-GTĊ, il-fatt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-prezzijiet tal-Unjoni t-tnejn li huma kienu qed jogħlew matul l-istess perjodu ma jimplikax li dawn l-importazzjonijiet ma kellhomx impatt fuq il-prezzijiet. Dan għaliex minħabba l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina li waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tistabbilixxi prezzijiet lill-klijenti f’livelli profittabbli kif ġie spjegat fil-premessa (1100) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(885)

Is-CCCME u l-GTĊ ikkontestaw id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju li normalment iż-żidiet fil-prezzijiet iwasslu għal tnaqqis fil-kwantitajiet tal-bejgħ.

(886)

Il-Kummissjoni nnotat li d-dikjarazzjoni sempliċiment kienet tirrifletti prinċipju bażiku fit-teorija ekonomika, magħruf bħala l-liġi tad-domanda, li hija sostnuta minn evidenza empirika raġonevoli. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li filwaqt li kien hemm eċċezzjonijiet għal din il-liġi (126), dawn ma jkunux jikkonċernaw il-maġġoranza l-kbira tal-BEVs li jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ċċarat li s-suppożizzjoni inerenti f’din il-liġi kienet li l-fatturi rilevanti l-oħrajn kollha ma nbidlux (il-prinċipju ceteris paribus), inkluż b’mod partikolari d-domanda tal-klijenti. Fil-każ tas-suq tal-BEVs tal-Unjoni, kien ċar li matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm żieda konsiderevoli fid-domanda għall-BEVs, li ppermettiet li l-prezzijiet u l-kwantitajiet jiżdiedu simultanjament. Dan ma xeħitx dubju fuq il-prinċipju bażiku li, f’mument partikolari, u bl-affarijiet l-oħra kollha jkunu ugwali, żieda fil-prezzijiet twassal għal tnaqqis fil-kwantitajiet tal-bejgħ. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(887)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni spjegat iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ 38 % matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-bidla fit-taħlita tal-prodotti u prinċipju tat-teorija ekonomika li kien ta’ kunflitt mal-evidenza rreġistrata peress li (i) il-Kummissjoni ġabret data dwar il-PCN jew it-taħlita tal-prodotti mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biss għall-perjodu ta’ investigazzjoni u ma kien hemm l-ebda evidenza li ġabret jew li kellha tali data granulari dwar it-taħlita tal-prodotti matul il-perjodu tal-2020-2022 u (ii) anke jekk wieħed jassumi li kien hemm differenza fit-taħlita tal-mudelli mibjugħa, iż-żieda assoluta fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-unità ma tistax tiġi injorata u kienet EUR 1 699/unità ogħla miż-żieda fil-kost tal-produzzjoni medju matul l-istess perjodu u ma ċaħditx il-fatt li għall-mudelli differenti mibjugħa, il-produtturi tal-Unjoni setgħu iżidu l-prezzijiet u l-volumi tal-bejgħ. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-prinċipju bażiku tat-teorija ekonomika li semmiet il-Kummissjoni ma applikax fil-konfigurazzjoni tal-fatti li jappartjenu għall-perjodu ta’ investigazzjoni f’dan il-każ peress li kien perfettament possibbli, u saħansitra probabbli ħafna, li s-suppożizzjoni ta’ ceteris paribus ġiet miksura matul dak il-perjodu. Is-CCCME iddikjarat ukoll li jekk mill-ewwel sena sas-sena ta’ warajha, id-domanda tiżdied, il-bidla fl-ekwilibriju tkun tul il-kurva tal-provvista, mhux il-kurva tad-domanda, u żieda fil-prezz tista’ tikkoinċidi tajjeb ma’ żieda fil-kwantità mibjugħa.

(888)

Il-Kummissjoni ma kellhiex bżonn tiġbor id-data tal-PCN jew id-data tat-taħlita tal-prodotti mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biex tikkonkludi li matul il-perjodu 2020 – 2022 l-industrija tal-Unjoni nediet mudell ġdid tal-BEVs fis-suq peress li tali informazzjoni kienet disponibbli għall-pubbliku kif huwa indikat fin-nota f’qiegħ il-paġna 431 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, il-fatt li matul il-perjodu kkunsidrat il-prezz tal-bejgħ medju ponderat għal kull unità żdied bi ftit aktar mill-kost unitarju medju ponderat (5 % meta mqabbel mal-prezz tal-bejgħ jew 4 % meta mqabbel mal-kostijiet unitarji tal-produzzjoni), ma jinvalidax il-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel telf sinifikanti u t-telf finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni beda jiżdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat ukoll li fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME ma kinitx tidher li qiegħda tikkontesta dak li ssostni l-liġi tad-domanda ġenerali, jiġifieri, li ż-żidiet fil-prezzijiet normalment iwasslu għal tnaqqis fil-kwantitajiet, f’konformità ma’ dak li ddikjarat il-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, is-CCCME tidher li taqbel li ż-żieda simultanja fil-prezzijiet u l-kwantitajiet li ġiet osservata matul il-perjodu kkunsidrat ma seħħitx minħabba li l-prezzijiet ma għandhom l-ebda effett fuq il-kwantitajiet, iżda minħabba li fatturi oħrajn, u b’mod partikolari ż-żieda fid-domanda, kellhom effett oppost saħansitra aktar b’saħħtu. Dan bl-ebda mod ma jinvalida r-relazzjoni bejn il-prezzijiet u l-kwantitajiet deskritti mil-liġi tad-domanda. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(889)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovdiet il-bażi u l-metodoloġija li skonthom il-kostijiet ġew allokati għall-produzzjoni tal-BEVs u ma kienet wettqet l-ebda valutazzjoni tar-razzjonalità tal-kostijiet u l-fatturi l-oħra li jaffettwaw il-prezzijiet.

(890)

Fil-premessa (1077) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-kost tal-produzzjoni kien il-kost sħiħ tal-produzzjoni tal-BEVs mibjugħa inklużi l-komponenti u l-materja prima, kostijiet oħra tal-manifattura u l-kostijiet ġenerali u amministrattivi tal-bejgħ (SG&A) inklużi l-ispejjeż tar-riċerka u żvilupp (R&Ż). Meta ċerti kostijiet kellhom jiġu allokati lill-BEVs, l-istruzzjonijiet ipprovduti fil-kwestjonarju ppubblikat għall-produtturi tal-Unjoni talbu lill-produtturi tal-Unjoni jallokaw kostijiet li huma komuni għal tipi differenti ta’ prodotti (inklużi prodotti għajr il-prodott li qed jiġi investigat) bl-użu tal-metodoloġija li normalment tintuża mis-sistema tal-kontabilità tal-kostijiet tagħhom, u jiġġustifikaw kwalunkwe devjazzjoni minn dak il-prinċipju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(891)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li kien hemm diskrepanzi fid-data tal-kostijiet lavorattivi ipprovduti fir-Regolament provviżorju u tal-kostijiet lavorattivi pprovduti fil-verżjoni miftuħa konsolidata tar-risposti għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni.

(892)

Il-Kummissjoni nnotat li hija naqset milli tidentifika kwalunkwe diskrepanza u li s-CCCME u l-GTĊ jidher li kkombinaw ix-xejra tal-kost tax-xogħol medju rrapportat fit-Tabella 8 tar-Regolament provviżorju max-xejra tal-kost tax-xogħol totali (li jiżdied ħafna aktar malajr minħabba ż-żieda fin-numru ta’ impjegati) irrapportat fil-verżjoni miftuħa konsolidata tat-tweġibiet għall-kwestjonarju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(893)

Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni kien imissha aġġustat il-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni ’l isfel sabiex tqis il-kostijiet għoljin minħabba l-fatt li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu fi tranżizzjoni. Is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni kienet irrikonoxxiet fir-Regolament provviżorju li l-kostijiet fissi tal-industrija tal-Unjoni huma għoljin u asserew li dawn il-kostijiet għoljin jenħtieġ li jiġu attribwiti għall-għażla konxja tal-industrija tal-Unjoni li tiffoka fuq mudelli primjum u lussużi ta’ BEVs, għall-kuntrarju tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(894)

Kif ġie spjegat fil-premessa (702) ta’ dan ir-Regolament, is-suq tal-Unjoni kien qed iwettaq tranżizzjoni mill-produzzjoni ta’ vetturi ICE għal BEVs u l-produtturi tal-Unjoni għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni huma produtturi ta’ BEVs u mhux tat-tipi ta’ vetturi kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li, bl-affarijiet l-oħra jkunu ugwali, il-kumpaniji li qed jaqilbu bejn prodotti li għandhom karatteristiċi komuni sinifikanti fil-komponenti u l-proċessi tal-produzzjoni ġeneralment igawdu minn vantaġġi ta’ kostijiet fil-produzzjoni tal-prodott il-ġdid fuq il-kumpaniji f’żona ġdida li jibdew mill-bidu. Bħala eżempju, l-industrija tal-Unjoni setgħet tuża l-impjanti ta’ produzzjoni eżistenti tagħha għall-vetturi ICE. Fir-rigward tal-kumment li r-Regolament provviżorju jikkwalifika bħala għoljin il-kostijiet fissi tal-industrija tal-Unjoni, u li dawn il-kostijiet għoljin jenħtieġ li jiġu attribwiti għall-għażla konxja tal-industrija tal-Unjoni li tiffoka fuq il-karozzi primjum u lussużi, il-Kummissjoni għamlet diversi osservazzjonijiet. L-ewwel nett, il-kumment irrappreżenta ħażin il-premessa (1078) tar-Regolament provviżorju li sempliċiment innotat li l-industrija tal-BEVs, bħall-industriji l-kbar kollha madwar id-dinja, għandha kostijiet fissi għoljin. Dik id-dikjarazzjoni ma tirreferix speċifikament għall-industrija tal-BEVs tal-Unjoni u ċertament mhux meta mqabbla mal-industrija tal-BEVs ta’ pajjiżi terzi, inkluża ċ-Ċina. It-tieni, għall-kuntrarju ta’ dak li jissuġġerixxu dawn il-partijiet, hija tipikament il-produzzjoni tal-prodotti tas-suq tal-massa li jkollha kostijiet fissi relattivament għoljin (impjanti akbar, aktar tagħmir eċċ.), filwaqt li l-prodotti lussużi normalment isiru b’kostijiet fissi relattivament limitati u b’kostijiet varjabbli għoljin (eż. minħabba materjali għaljin u/jew xogħol intensiv u b’livell għoli ta’ ħiliet). Fi kwalunkwe każ, id-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni ffukat fuq il-BEVs primjum u lussużi hija rrifjutata mil-livell għoli ta’ tqabbil bejn il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet Ċiniżi (diskussi fil-premessi minn (1044) sa (1048) tar-Regolament provviżorju). Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(895)

Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni (i) ma vvalutatx l-impatt tal-kostijiet tal-materja prima fuq il-prezzijiet u l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jgħaddu dawn il-kostijiet lill-konsumaturi, (ii) qieset il-kostijiet fissi għoljin tal-industrija tal-Unjoni minħabba kapaċità żejda u r-rata għolja ta’ okkupazzjoni – din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll mis-CCCME u mill-GTĊ wara d-divulgazzjoni finali, (iii) tikkunsidra l-impatt tal-kompetizzjoni intraindustrijali fuq il-prezzijiet – din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll mis-CCCME wara d-divulgazzjoni finali. F’dan ir-rigward, is-CCCME u l-GTĊ qalu wkoll li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza tad-dikjarazzjoni tagħha li l-kompetizzjoni kienet b’saħħitha u ġusta.

(896)

Il-Kummissjoni nnotat li ma hemm l-ebda rekwiżit, la fir-Regolament bażiku u lanqas fil-Ftehim SCM, għal valutazzjoni dettaljata jew kwantifikazzjoni tal-impatt tal-fatturi differenti li jaffettwaw il-prezzijiet. Dawn il-fatturi, inklużi l-kostijiet tal-materja prima (li huma tipikament kostijiet varjabbli) u l-kostijiet fissi ġew identifikati u analizzati biżżejjed fil-premessi minn (1077) sa (1080) tar-Regolament provviżorju. Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni, kif ġie spjegat fil-premessa (773) ta’ dan ir-Regolament, il-fehma tal-Kummissjoni hija li għalkemm tali kompetizzjoni hija b’saħħitha, hija kompetizzjoni ġusta li żviluppat għall-benefiċċju tal-konsumaturi tal-Unjoni. L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li tmur kontra dan. Huwa mfakkar li l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’mill-inqas 12,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’kuntrast ma’ dan, l-importazzjonijiet sussidjati ppenetraw is-suq tal-Unjoni billi ħadu vantaġġ mis-sussidjar qawwi pprovdut mill-GTĊ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li l-importazzjonijiet tal-BEVs miċ-Ċina u minn pajjiżi oħrajn ma jistgħux jitqiesu bħala parti mill-kompetizzjoni tal-industrija intra-Unjoni, anke meta dawn l-importazzjonijiet isiru minn gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni. Ta’ min jinnota wkoll li l-kostijiet tal-materja prima u l-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni ġew indirizzati taħt il-kawżalità fil-premessi (1206) u (1224) sa (1225) ta’ dan ir-Regolament rispettivament. L-allegata kapaċità żejda tal-industrija tal-Unjoni ġiet indirizzata fil-premessa (845) ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(897)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li (i) l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tiffaċċja kostijiet ta’ input għoljin u l-Kummissjoni ma kienet ipprovdiet l-ebda evidenza biex tiċħad dan u (ii) it-tentattiv tal-Kummissjoni li targumenta li l-kostijiet fissi tal-industrija tal-Unjoni ma kinux għoljin kien nieqes mill-evidenza, kien f’kunflitt ma’ sejbiet oħrajn tal-investigazzjoni u jikkontesta t-teorija ta’ tranżizzjoni kollha tal-Kummissjoni.

(898)

Għall-kuntrarju ta’ dak li ssuġġerew is-CCCME u l-GTĊ, il-Kummissjoni ma argumentatx li l-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u speċifikament il-kostijiet tal-input u l-kostijiet fissi, ma kinux għoljin. Fil-fatt, fil-premessa (1078) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li l-industrija tal-BEVs hija industrija intensiva fil-kapital b’kostijiet fissi għoljin. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(899)

Għalhekk, ġew ikkonfermati l-konklużjonijiet fil-premessi minn (1075) sa (1080) tar-Regolament provviżorju.

4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(900)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li (i) ma kienx ċar kif il-kostijiet lavorattivi ġew allokati għall-kost tal-produzzjoni tal-BEVs u tennew l-asserzjoni tagħhom iddikjarata fil-premessa (890) ta’ dan ir-Regolament u (ii) il-Kummissjoni ma spjegatx fir-Regolament provviżorju għaliex il-kostijiet lavorattivi żdiedu fil-perjodu kkunsidrat li kien ogħla mir-rati ta’ inflazzjoni fl-Unjoni u aktar mir-rata ta’ żieda fis-salarji fl-Unjoni.

(901)

Fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kostijiet lavorattivi lill-BEVs, il-Kummissjoni fakkret li fil-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni huma mitluba jirrapportaw il-kost totali ta’ kwalunkwe xogħol, li jista’ jiġi identifikat jew assoċjat mal-prodott li qed jiġi investigat. Barra minn hekk, jekk il-produtturi tal-Unjoni jkollhom bżonn jallokaw kostijiet li jkunu komuni għal tipi differenti ta’ prodotti (inklużi prodotti għajr il-prodott li qed jiġi investigat) huma jintalbu jużaw il-metodoloġija normalment użata mis-sistema tal-kontabilità tal-kostijiet tagħhom, u jiġġustifikaw kwalunkwe devjazzjoni minn dak il-prinċipju. F’dan il-każ, ċerti kostijiet tax-xogħol ġew allokati lill-BEVs abbażi tal-volum tal-produzzjoni. Barra minn hekk, rigward l-asserzjoni msemmija fil-premessa (890) ta’ dan ir-Regolament, din l-asserzjoni ġiet diskussa u miċħuda fil-premessa (891) ta’ dan ir-Regolament.

(902)

Fir-rigward tal-asserzjoni dwar iż-żieda fil-kostijiet lavorattivi pprovduta fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ qabblu ż-żieda fil-kostijiet lavorattivi fuq perjodu ta’ 3 snin tal-industrija tal-Unjoni mar-rata tal-inflazzjoni minn sena għall-oħra fiż-żona tal-euro jew iż-żieda fil-kostijiet lavorattivi għal sena mal-oħra li ma kinitx korretta. Tali tqabbil jenħtieġ li jsir mar-rata ta’ tkabbir annwali komposta (127) matul il-perjodu kkunsidrat li kienet ta’ madwar 8 % li ma kinitx konformi mal-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi ġenerali fl-Unjoni, filwaqt li jitqies li, kif ġie spjegat fir-rapport ikkwotat mis-CCCME u mill-GTĊ, din l-evoluzzjoni wriet varjazzjoni sinifikanti fis-setturi u fil-pajjiżi, b’xi pajjiżi li jilħqu livelli ta’ tkabbir nominali fil-pagi ta’ 13 %-19 % fit-tieni trimestru tal-2023. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li għall-kuntrarju ta’ dak li qed jasserixxu s-CCCME u l-GTĊ, l-affidabbiltà tad-data dwar il-kost lavorattiv ipprovduta fir-Regolament provviżorju ma ġietx iddubitata.

(903)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-asserzjonijiet.

(904)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni setgħet tikkritika lis-CCCME u lill-GTĊ minħabba nuqqas ta’ ftehim dwar il-kostijiet lavorattivi, iżda l-kwistjoni fattwali sottostanti kienet li l-kostijiet lavorattivi żdiedu b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat, b’żieda ta’ 13 % bejn l-2022 u l-PI u dawn iż-żidiet għoljin ma setgħux jiġu ġġustifikati mir-rati annwali ta’ tkabbir komposti nnotati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li skont il-Eurostat, ir-rata ta’ tkabbir annwali komposta għall-kostijiet tax-xogħol għall-industrija tal-manifattura fl-Unjoni kienet ta’ 3 % li kienet aktar baxxa mit-8 % osservata mill-Kummissjoni.

(905)

Il-Kummissjoni ma kkritikatx lis-CCCME u lill-GTĊ minħabba nuqqas ta’ fehim dwar il-kostijiet tax-xogħol. Hija sempliċiment indikat l-iżball li s-CCCME u l-GTĊ għamlu b’risposta għall-asserzjoni tas-CCCME u l-GTĊ imsemmija fil-premessa (891) ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li r-rata annwali ta’ tkabbir komposta tas-settur tal-manifattura fl-Unjoni kienet ta’ 4,3 % matul il-perjodu kkunsidrat, (128) aktar milli ta’ 3 % kif asserew is-CCCME u l-GTĊ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-industrija tal-BEVs hija industrija ġdida, xprunata mill-innovazzjoni u mit-teknoloġija, u għalhekk tirrikjedi xogħol b’ħiliet ogħla li jimplika kost ogħla, meta mqabbel mal-industrija medja tas-settur tal-manifattura, inkluż pereżempju l-azzar u s-sustanzi kimiċi. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(906)

Għalhekk, ġew ikkonfermati l-konklużjonijiet fil-premessi minn (1081) sa (1082) tar-Regolament provviżorju.

4.5.3.3.   Inventarji

(907)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li kif iddikjarat il-Kummissjoni fil-premessa (1085) tar-Regolament provviżorju, li l-istokkijiet żdiedu b’riflessjoni taż-żieda fil-produzzjoni, dan ikkonferma li l-importazzjonijiet tal-BEVs miċ-Ċina ma kinux il-forza spjegattiva taż-żieda.

(908)

Il-Kummissjoni ma kkontestatx il-fatt li kif iddikjarat fil-premessa (1085) tar-Regolament provviżorju, l-istokkijiet tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b’239 % matul il-perjodu kkunsidrat li jirriflettu ż-żieda fil-produzzjoni matul dan il-perjodu.

(909)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1083) sa (1085) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.3.4.   Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(910)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom li r-Regolament provviżorju ma spjegax kif il-kostijiet ġew allokati lill-BEVs u jekk sarux xi aġġustamenti u asserew li dan impedixxa lill-partijiet interessati milli jikkummentaw dwar l-affidabbiltà tad-data dwar il-profittabbiltà.

(911)

Il-kwistjoni tal-allokazzjoni tal-kostijiet lill-BEVs u l-ħtieġa għal aġġustamenti ġiet indirizzata fil-premessi (886) u (901) ta’ dan ir-Regolament.

(912)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-profittabbiltà negattiva tal-industrija tal-Unjoni ġew ikkontestati mill-informazzjoni tas-suq pubbliku u mir-rapporti u mid-dikjarazzjonijiet ikkwotati magħmula minn Stellantis, BMW, Renault u SEAT (attribwita b’mod skorrett lil Renault).

(913)

Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun huma parti minn gruppi kbar ta’ kumpaniji u tirrapporta r-riżultati finanzjarji tagħhom konsolidati fil-livell tal-grupp, b’ambitu tal-prodott u ġeografiku wiesa’ ħafna. Għalhekk, il-profittabbiltà ta’ dawn il-gruppi ma hijiex l-istess bħall-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. It-tieni, il-Kummissjoni nnotat li l-partijiet differenti tar-rapporti finanzjarji u tas-suq ta’ xi produtturi tal-Unjoni użati mis-CCCME u mill-GTĊ f’dan ir-rigward ma jirreferux għall-profittabbiltà tal-BEVs fl-Unjoni. Għalhekk, is-CCCME u l-GTĊ irrappreżentaw ħażin dawn ir-rapporti, u l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(914)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li fiċ-ċaħda tal-argumenti tagħhom fil-premessa (913) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qalbet bejn il-kumpaniji u l-gruppi tal-produtturi, u x’aktarx inkludiet fil-kampjun l-entitajiet bi prestazzjoni baxxa fil-gruppi ta’ produtturi tal-BEVs tal-Unjoni kkonċernati.

(915)

Dawn l-asserzjonijiet huma mingħajr mertu. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, il-Kummissjoni ma qalbitx bejn il-kumpaniji u l-gruppi tal-produtturi. Il-Kummissjoni sempliċiment iddikjarat li l-artiklu tal-istampa msemmi mis-CCCME u mill-GTĊ tkellem dwar il-profittabbiltà fil-livell tal-grupp u ma kienx limitat għall-BEVs, filwaqt li l-kampjunar sar fil-livell tal-entitajiet produtturi u kien ikopri biss il-profittabbiltà tal-BEVs. Barra minn hekk, fir-rigward tal-asserzjoni li l-Kummissjoni inkludiet fil-kampjun l-entitajiet bi prestazzjoni baxxa fl-Unjoni, tali asserzjoni hija sempliċiment spekulattiva. Huwa mfakkar li l-investigazzjoni nbdiet ex officio u fid-Dokument tal-Bidu l-Kummissjoni kellha informazzjoni limitata ħafna dwar il-profittabbiltà tal-industrija tal-BEVs. Barra minn hekk, il-Kummissjoni lanqas biss talbet informazzjoni dwar il-marġni ta’ profitt fil-formola ta’ kampjunar għall-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(916)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kinux il-forza spjegattiva tat-telf finanzjarju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat peress li (i) l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel it-telf anke fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat meta l-importazzjonijiet tal-BEVs miċ-Ċina u b’mod partikolari l-importazzjonijiet tal-BEVs tal-marka Ċiniża kienu negliġibbli, (ii) it-telf tal-industrija tal-Unjoni tal-BEVs naqas bi 52 % matul il-perjodu kkunsidrat u (iii) ix-xejra ta’ profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni mxiet fid-direzzjoni opposta mix-xejra tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi, li żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat.

(917)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Kif ġie spjegat fil-premessa (1088) tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Unjoni kienet tabilħaqq qed tagħmel it-telf matul il-perjodu kkunsidrat u dan it-telf naqas b’mod ġenerali matul dak il-perjodu. Madankollu, it-telf imġarrab mill-industrija tal-Unjoni beda jiżdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta setgħu jiġu osservati l-ogħla volumi ta’ importazzjonijiet Ċiniżi u l-ogħla tnaqqis fis-sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessa (1102) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(918)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li wara d-divulgazzjoni provviżorja huma argumentaw li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel telf anke fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat meta l-importazzjonijiet tal-BEVs miċ-Ċina, u b’mod partikolari l-importazzjonijiet tal-BEVs tal-marka Ċiniża, kienu negliġibbli u li l-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni.

(919)

Din l-asserzjoni hija fattwalment żbaljata. Il-Kummissjoni ma qalitx li ma qablitx mal-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel telf fl-2020 meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien ta’ 3,9 % abbażi tal-konsum apparenti tal-Unjoni jew 3,5 % abbażi tal-konsum attwali tal-Unjoni. Fil-fatt, kif huwa ddikjarat fil-premessa (916) ta’ dan ir-Regolament, is-CCCME fil-fatt asseriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kellhomx forza spjegattiva fuq it-telf finanzjarju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni, kif huwa spjegat fil-premessa (917) ta’ dan ir-Regolament.

(920)

Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-analiżi ta’ sena waħda tal-Kummissjoni ma qisitx diversi fatturi ewlenin li wera li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn iż-żieda fit-telf finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi, u din marret kontra s-sejbiet l-oħrajn tal-Kummissjoni u d-data tal-PI trimestrali pprovduta mill-Kummissjoni. L-allegati fatti li fuqhom is-CCCME u l-GTĊ ibbażaw l-asserzjonijiet tagħhom kienu jinkludu (i) il-fatt li l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi żdiedu biss b’mod marġinali bejn l-2022 u l-PI, jiġifieri b’madwar 1 %, u mis-sehem mis-suq ta’ 22,8 % tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi, żewġ terzi kienu jappartjenu għall-awtoimportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni, (ii) il-fatt li l-ogħla tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ma sarx fil-perjodu ta’ investigazzjoni iżda fl-2021, u bejn l-2020-2021, l-industrija tal-Unjoni naqqset it-telf b’51 % minkejja li ġarrbet l-ogħla telf fis-sehem mis-suq f’dak il-perjodu, jiġifieri minn 70,4 % għal 66,5 %, (iii) il-fatt li tqabbil tad-data trimestrali tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu jikkontradixxu ulterjorment id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni u wrew li ma kien hemm l-ebda rabta bejn l-ishma mis-suq tal-bejgħ tal-BEVs Ċiniżi u tal-Unjoni (b’mod partikolari fl-ewwel u fit-tieni trimestri tal-2023, il-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni kellhom sehem mis-suq ogħla ta’ 65,6 % u 66,5 % rispettivament u setgħu jżidu s-sehem mis-suq medju tagħhom meta mqabbel mas-sehem mis-suq medju fl-2022, jiġifieri 65 %, minkejja l-fatt li fl-ewwel trimestru tal-2023 is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi kien ta’ 24,5 %, jiġifieri ogħla mis-sehem mis-suq medju tagħhom fl-2022, u fl-ewwel trimestru tal-2023 (129) is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi naqas għal 22 % u laħaq is-sehem mis-suq medju bħal fl-2022, iżda fit-tielet trimestru tal-2023 l-industrija tal-Unjoni tilfet is-sehem mis-suq ukoll u kellha 64,6 % tas-sehem mis-suq), (iv) il-fatt li d-data trimestrali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, u l-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni wrew li r-raġuni vera tat-tnaqqis fil-profittabbiltà kienet iż-żieda fil-kost, u (v) id-determinazzjoni mill-Kummissjoni li ż-żieda fit-telf finanzjarju fil-perjodu ta’ investigazzjoni saret meta l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi kellhom l-ikbar sehem mis-suq kienet tikkontradixxi d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (961) ta’ dan ir-Regolament dwar iż-żmien li jgħaddi bejn l-ordni u l-kunsinna.

(921)

Fir-rigward tal-punt (i), il-Kummissjoni nnotat li l-kwantifikazzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ (1 %) kif ukoll il-kwalifika tagħhom (“marġinali”) taż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni kienu evidentement skorretti. Kif jidher mit-Tabella 2a tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi żdiedu minn 256 712 biċċa għal 412 425 biċċa, jiġifieri żieda ta’ 61 % li hija sinifikanti.

(922)

Fir-rigward tal-punt (ii), il-Kummissjoni kkonfermat li abbażi tal-konsum apparenti, l-ogħla tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn sena għall-oħra seħħ bejn l-2022 u l-PI, minn 64,3 % għal 59,9 % (it-Tabella 5 tar-Regolament provviżorju). Madankollu, fil-premessa (1102) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ma għamlitx punt bħal dan, jiġifieri tnaqqis fis-sehem mis-suq minn sena għall-oħra. Il-punt kien li fil-perjodu ta’ investigazzjoni s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien l-aktar baxx fil-perjodu kkunsidrat.

(923)

Fir-rigward tal-punt (iii), filwaqt li l-korrelazzjoni negattiva bejn is-sehem mis-suq trimestrali tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq trimestrali tal-importazzjonijiet Ċiniżi bbażat fuq il-konsum reali ma hijiex b’saħħitha, il-korrelazzjoni negattiva rispettiva bbażata fuq il-konsum apparenti hija b’saħħitha ħafna (130).

(924)

Fir-rigward tal-punti (iv) u (v), kif huwa spjegat fil-premessa (961) ta’ dan ir-Regolament, kien hemm dewmien ta’ 6 xhur bejn l-ordni tal-klijent u l-kunsinna tal-BEV lill-klijent u għalhekk il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2023 ma kinitx direttament ir-riżultat tal-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-BEVs issussidjati Ċiniżi mibjugħa fis-suq tal-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2023 iżda ġrat qabel dan. Barra minn hekk, kif huwa spjegat fil-premessa (975) ta’ dan ir-Regolament, l-akbar telf ġie rreġistrat mill-industrija tal-Unjoni fit-tielet trimestru tal-2023 (20,5 %) u kien korrelatat mas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-ewwel trimestru tal-2023 meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied għal 24,5 %. Għalhekk, ma kienx ċar għal liema kontradizzjoni kienet qiegħda tirreferi s-CCCME. Barra minn hekk, fir-rigward taż-żieda fil-kostijiet u t-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni spjegat fil-premessa (1078) tar-Regolament provviżorju r-raġunijiet għall-varjazzjonijiet fil-kost. Barra minn hekk, peress li l-industrija tal-Unjoni hija intensiva fil-kapital, il-kost unitarju tal-produzzjoni trimestrali huwa influwenzat ukoll mill-volum tal-produzzjoni. Aktar ma jkun għoli l-volum tal-produzzjoni aktar ikunu baxxi l-kostijiet unitarji tal-produzzjoni, jekk il-fatturi l-oħrajn kollha jibqgħu l-istess. Barra minn hekk, kif huwa spjegat fil-premessa (1003) tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Unjoni taħdem l-aktar fuq ordnijiet u għalhekk il-volum tal-produzzjoni huwa korrelatat mal-volum tal-ordnijiet. Jekk l-industrija tal-Unjoni ma jkollhiex biżżejjed ordnijiet minħabba l-kompetizzjoni inġusta mill-importazzjonijiet sussidjati bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina, il-volum tat-tnaqqis fil-produzzjoni u l-kost unitarju tal-produzzjoni jiżdiedu (bil-fatturi l-oħrajn kollha jibqgħu l-istess).

(925)

Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(926)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni ddikjarat fir-Regolament provviżorju li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet imfixkla miż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi fil-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda ma qisitx li l-investimenti, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu l-ogħla fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(927)

Din l-asserzjoni hija fattwalment żbaljata. L-ewwel nett, l-investimenti ma kinux l-ogħla fil-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda kienu l-ogħla fl-2020. It-tieni, fil-premessa (1102) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni tabilħaqq iddikjarat li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet imfixkla miż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni abbażi tat-totalità tal-valutazzjoni tad-dannu kif ġie spjegat b’mod ċar fil-premessi minn (1095) sa (1102) tar-Regolament provviżorju.

(928)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew li fil-premessa (1078) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li t-telf finanzjarju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kien ikkawżat miż-żieda fil-kostijiet tal-batteriji, fil-kostijiet ta’ komponenti oħrajn, fil-kostijiet tal-elettriku għoljin u dik il-kapaċità żejda rriżultat f’kostijiet tal-produzzjoni ogħla.

(929)

Din l-asserzjoni hija fattwalment żbaljata. Fil-premessa (1078) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat il-komponenti tal-kostijiet li żiedu u dawk li naqqsu l-kost tal-produzzjoni għall-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(930)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-investimenti li saru, u l-investimenti futuri impenjati mill-industrija tal-Unjoni kienu sinjal ċar ta’ industrija kunfidenti, b’saħħitha u li qed tiffjorixxi, li kienet l-oppost kompletament ta’ industrija li kienet qed iġġarrab theddida ta’ dannu.

(931)

F’suq bi prodotti kumplessi ħafna, teknoloġija li qed tinbidel malajr u kompetizzjoni ħarxa (inkluż minn importazzjonijiet sussidjati), li jinżamm livell xieraq ta’ investiment huwa kwistjoni ta’ sopravivenza. Għalhekk, matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi tal-Unjoni ma kellhom l-ebda għażla oħra ħlief li jinvestu, sabiex iżommu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq. Madankollu, dawn l-investimenti se jieqfu fil-futur minħabba l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina bi twaqqigħ tal-prezz mibjugħa fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(932)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (931) ta’ dan ir-Regolament li l-investimenti se jieqfu fil-futur minħabba l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina kienet purament spekulattiva u ġiet miċħuda minn għadd ta’ avviżi u rapporti ta’ Ġunju u Lulju 2024 rigward investimenti ġodda minn BMW (impjanti tal-batteriji ġodda), Renault (produzzjoni ta’ Twingo ġdida), Volkswagen (produzzjoni tal-batteriji bi sħubija ma’ QuantumScape u investiment f’impriża konġunta ma’ Rivian) u Stellantis (produzzjoni tal-batteriji ma’ CATL).

(933)

Il-Kummissjoni nnotat li industrija li tibqa’ mhux profittabbli eventwalment se jkollha tieqaf tinvesti u li din il-proposta ma tistax titqies bħala waħda kontroversjali jew spekulattiva. Kif uriet l-investigazzjoni, iż-żieda rapida tal-importazzjonijiet Ċiniżi tellfet lill-industrija tal-BEVs tal-Unjoni mill-perkors tagħha lejn il-profittabbiltà. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li tlieta mill-ħames avviżi u rapporti pprovduti mis-CCCME jikkonċernaw il-batteriji, aktar milli l-produzzjoni tal-BEVs. L-uniku avviż li jikkonċerna l-produzzjoni tal-BEVs tal-Unjoni huwa l-avviż dwar il-produzzjoni tat-Twingo l-ġdida. Il-produzzjoni ta’ din il-BEV se ssir f’impjant eżistenti (Novo Mesto fis-Slovenja), li diġà huwa proprjetà ta’ Renault u li diġà qiegħed jopera, wara li pproduċa l-mudell elettriku ta’ Twingo, u l-mudelli konvenzjonali ta’ Twingo u Clio. Għalhekk, il-produzzjoni x’aktarx li tkun tirrikjedi biss investiment inkrementali. L-avviż ta’ Volkswagen dwar il-produzzjoni ta’ batteriji bbażati fuq it-teknoloġija QuantumScape diġà skada minħabba avviż ġdid dwar it-tnaqqis sinifikanti tal-parti tal-UE f’dan l-investiment. (131) Fir-rigward tal-avviż tagħha għal impriża konġunta ma’ Rivian, ma hemm l-ebda indikazzjoni li din tikkonċerna l-produzzjoni tal-BEVs fl-Unjoni. Fil-fatt, ir-rapporti dwar is-suq reċenti jirreferu għall-pjanijiet ta’ Volkswagen biex tagħlaq għadd ta’ impjanti ta’ produzzjoni storiċi fil-Ġermanja, “hekk kif tipprova tissimplifika l-infiq biex tibqa’ għaddejja fit-tranżizzjoni għall-karozzi elettriċi”. (132) Fl-aħħar, huwa evidenti ħafna li s-suġġett ewlieni tar-rapport dwar is-sħubija ta’ Stellantis ma’ CATL huwa l-fatt li ACC, il-produttur tal-batteriji li huwa proprjetà ta’ Stellantis u Mercedes, “waqqfet ix-xogħol fil-fabbriki fil-Ġermanja u fl-Italja”. (133) Bħala kwistjoni ta’ sfond u spjegazzjoni għal din il-pawża, ir-rapport isemmi li “il-manifatturi Ewropej jinsabu taħt pressjoni miż-żieda fl-esportazzjonijiet mill-kumpaniji Ċiniżi”. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li dawn l-avviżi u r-rapporti mhux biss ma jiċħdux, iżda pjuttost jikkonfermaw is-sejbiet tagħha dwar it-tnaqqis fir-ritmu, u jekk il-kompetizzjoni inġusta mill-BEVs Ċiniżi sussidjati titħalla tkompli, se jsir realità l-waqfien eventwali tal-investimenti tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni.

(934)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li kien loġiku li r-redditu tal-investimenti kien negattiv peress li jieħu ż-żmien biex l-investimenti jsiru profittabbli. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ argumentaw li (i) ir-redditu tal-investimenti kien ukoll negattiv fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat (u sa grad ferm ogħla meta mqabbel mat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni) u (ii) ix-xejra ta’ titjib ġenerali ta’ dan il-fattur matul il-perjodu kkunsidrat wriet li l-marka Ċiniża tal-BEVs ma kinitx qed tħalli impatt fuq it-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni u ma kinitx il-forza spjegattiva għas-sitwazzjoni li allegatament qed tiddeterjora tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni.

(935)

Il-Kummissjoni nnotat li fl-2020, li kien il-punt tat-tluq tal-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà u r-redditu tal-investimenti kienu eċċezzjonalment baxxi, minħabba li l-industrija tal-Unjoni kienet fl-istadji bikrin ħafna tal-iżvilupp tagħha meta t-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni kienet biss ta’ 5,4 % kif ġie spjegat fit-Tabella 1 tar-Regolament provviżorju. It-titjib ġenerali ta’ xi indikaturi matul il-perjodu kkunsidrat huwa fil-biċċa l-kbira riżultat ta’ dan il-punt tat-tluq baxx ħafna użat fit-tqabbil. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li kif ġie spjegat fil-premessa (1102) tar-Regolament provviżorju, iż-żieda kbira fl-importazzjonijiet Ċiniżi seħħet lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat, fl-istess ħin meta dawn l-indikaturi waqfu jitjiebu u bdew jiddeterjoraw, u dan juri relazzjoni kawżali ċara. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(936)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-kapital ma kinitx ivvalutata kif xieraq mill-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju, ma kinitx oġġettiva u kienet tikkontradixxi sejbiet oħra fir-Regolament provviżorju. B’mod partikolari, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li minbarra l-fatt li t-telf matul il-perjodu kkunsidrat naqas, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-kapital baqgħet għolja u l-industrija tal-Unjoni kompliet tinvesti fil-produzzjoni tal-BEVs kif ġie spjegat fil-premessi (1091) u (1092) tar-Regolament provviżorju.

(937)

L-ewwel nett, kif ġie spjegat fil-premessa (930) ta’ dan ir-Regolament f’suq bi prodotti kumplessi ħafna, b’teknoloġija li tinbidel malajr u b’kompetizzjoni ħarxa (inkluż minn importazzjonijiet sussidjati), iż-żamma ta’ livell ta’ investiment xieraq hija kruċjali. Għalhekk, matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi tal-Unjoni ma kellhom l-ebda għażla oħra ħlief li jinvestu, sabiex iżommu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq u jkomplu bil-proċess tagħhom ta’ elettrifikazzjoni sħiħa. It-tieni, kif ġie spjegat fil-premessa (1094) tar-Regolament provviżorju, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jiġbru l-fondi meħtieġa għal dawn l-investimenti mill-profitti miksuba mill-gruppi prinċipali tagħhom, u li ġew minn attivitajiet oħra, inkluż b’mod partikolari n-negozju tal-vetturi ICE. It-tielet, il-Kummissjoni fakkret li l-konklużjoni tagħha dwar il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-kapital kienet tirreferi għall-futur, aktar milli għall-perjodu kkunsidrat kif iddikjarat fil-premessa (1094) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(938)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1086) sa (1094) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.4.   Żviluppi fil-perjodu tal-investigazzjoni u fil-perjodu ta’ wara l-investigazzjoni

(939)

Il-Kummissjoni kompliet l-analiżi prospettiva tagħha wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, billi ġabret data għar-raba’ trimestru tal-2023 (T4 2023) u l-ewwel trimestru tal-2024 (T1 2024) dwar l-importazzjonijiet (volum u prezzijiet) tal-BEVs miċ-Ċina u s-sehem mis-suq tagħhom (“data ta’ wara l-PI”). Il-Kummissjoni bagħtet ukoll mistoqsijiet addizzjonali lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għad-data għall-aħħar trimestru tal-2023 (T4 2023) u għall-ewwel trimestru tal-2024 (T1 2024). Id-data sħiħa għall-ewwel trimestru tal-2024 ma kinitx disponibbli.

Il-konsum u l-importazzjonijiet miċ-Ċina

(940)

Kif ġie spjegat fit-Tabella 2a tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem mis-suq tiegħu żdiedu b’mod sinifikanti minn 21 243 għal 412 425 biċċa u minn 3,9 % għal 25,0 % rispettivament bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fit-Tabella 2b tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat abbażi tal-għadd ta’ reġistrazzjonijiet żdiedu wkoll b’mod sinifikanti minn 18 934 għal 346 345 biċċa u minn 3,5 % għal 22,8 % rispettivament bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni.

(941)

Il-Kummissjoni ġabret data dwar l-importazzjoni ta’ wara l-PI għall-aħħar trimestru tal-2023 u għall-ewwel trimestru tal-2024. Il-Kummissjoni użat ukoll data għat-tieni trimestru tal-2024 (2024 T2) meta din kienet disponibbli. Id-data trimestrali għall-perjodu ta’ investigazzjoni hija murija wkoll hawn taħt sabiex dan il-perjodu jiġi eżaminat aktar mill-qrib u sabiex jingħata kuntest għad-data ta’ wara l-PI.

(942)

Ħarsa trimestrali lejn il-konsum tal-Unjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni u żewġ trimestri ta’ wara l-PI żviluppat kif ġej:

Tabella 6

Il-konsum tal-Unjoni (biċċiet)

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Wara l-PI

2022 T4

2023 T1

2023 T2

2023 T3

2023 T4

2024 T1

2024 T2

Konsum apparenti tal-Unjoni

425 259

373 488

433 276

420 084

432 023

359 881

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

88

102

99

102

85

Mhux Applikabbli

Konsum Attwali tal-Unjoni (reġistrazzjonijiet ta’ BEVs) (134)

406 890

320 987

382 599

408 606

426 429

332 999

379 638

Indiċi

100

79

94

100

105

82

93

BEVs irreġistrati bħala % tar-reġistrazzjonijiet kollha tal-vetturi tal-passiġġieri

16,5

12,1

13,7

16,3

16,4

12,0

13,0

Sors:

Data tal-ACEA, EEA, S&P Global Mobility, u Doganali tal-Istati Membri

(943)

Il-konsum apparenti tal-Unjoni varja fis-sitt trimestri analizzati. Il-konsum apparenti fir-raba’ trimestru tal-2023 kien kemxejn ogħla mill-medja trimestrali tal-perjodu ta’ investigazzjoni (413 027 biċċa) u mbagħad naqas bi 15 % meta mqabbel mal-ewwel trimestru tal-perjodu ta’ investigazzjoni (ir-raba’ trimestru tal-2022).

(944)

Il-konsum reali varja wkoll fis-seba’ trimestri analizzati. Bl-eċċezzjoni tal-ewwel trimestru tal-2024, il-konsum apparenti fl-aħħar trimestru tal-2023 u t-tieni trimestru tal-2024 kien ogħla mill-medja trimestrali tal-perjodu ta’ investigazzjoni (379 771 biċċa).

(945)

Abbażi tad-data trimestrali, il-Kummissjoni nnotat li jidher li hemm xejra partikolari fid-data kemm għall-konsum apparenti kif ukoll għal dak attwali li hija konsistenti fit-trimestri rispettivi tal-PI u ta’ wara l-PI. It-Tabella 6 turi li kemm il-konsum apparenti kif ukoll dak attwali huwa l-aktar baxx fl-ewwel trimestru tas-sena u mbagħad dan jiżdied b’mod kostanti fit-trimestri ta’ wara. Barra minn hekk, il-konsum fl-ewwel trimestru huwa inqas mill-konsum fl-aħħar trimestru tas-sena ta’ qabel.

(946)

Ħarsa trimestrali lejn l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat abbażi tad-data doganali tal-Istati Membri żviluppat kif ġej:

Tabella 7a

Volum tal-importazzjoni f’biċċiet u sehem mis-suq

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Wara l-PI

2022 T4

2023 T1

2023 T2

2023 T3

2023 T4

2024 T1

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (biċċiet)

109 065

98 423

116 115

88 822

109 711

93 751

Indiċi

100

90

106

81

101

86

Sehem mis-suq

25,6  %

26,4  %

26,8  %

21,1  %

25,4  %

26,1  %

Indiċi

100

103

104

82

99

102

Sors:

Data Doganali tal-Istati Membri.

(947)

Fuq bażi trimestrali, kif muri fit-Tabella 7a ta’ dan ir-Regolament, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina varja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Peress li l-investigazzjoni bdiet fl-4 ta’ Ottubru 2023 u l-bastimenti li jittrasportaw il-BEVs miċ-Ċina jeħtieġu madwar 4-6 ġimgħat biex jaslu fl-Unjoni, ma kien hemm l-ebda tnaqqis ċar fl-importazzjonijiet miċ-Ċina fl-aħħar trimestru tal-2023 b’riżultat tal-bidu tal-investigazzjoni. Madankollu, kien hemm tnaqqis fil-volum tal-importazzjonijiet fl-ewwel trimestru tal-2024, peress li deher li l-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fl-ewwel trimestru tas-sena huwa ġeneralment aktar baxx milli fl-aħħar trimestru tal-2023 (ara 2023 T1 u 2023 T4 meta mqabbel ma’ 2022 T4 u 2023 T4 rispettivament), it-tnaqqis fil-volum tal-importazzjonijiet għall-ewwel trimestru tal-2024 seta’ kien biss temporanju. Ta’ min wieħed ifakkar ukoll li matul il-perjodu ta’ Novembru 2023 u Marzu 2024, il-Houthis attakkaw diversi bastimenti fil-Baħar l-Aħmar (135) li kellu impatt fuq il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fir-raba’ trimestru tal-2023 kien ogħla mill-medja trimestrali tal-perjodu ta’ investigazzjoni (103 106 biċċiet) filwaqt li l-ewwel trimestru tal-2024 kien aktar baxx u baqa’ sinifikanti f’termini assoluti.

(948)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina varja wkoll fuq bażi trimestrali. Madankollu, l-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu għoljin fiż-żewġ trimestri ta’ wara l-PI, li kienu ogħla mis-sehem mis-suq totali fil-perjodu ta’ investigazzjoni ddikjarat bħala 25,0 % fil-premessa (722) ta’ dan ir-Regolament.

(949)

Ħarsa trimestrali lejn l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat abbażi tan-numru ta’ reġistrazzjonijiet żviluppat kif ġej:

Tabella 7b

Volum tal-importazzjoni f’biċċiet u sehem mis-suq

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Wara l-PI

2022 T4

2023 T1

2023 T2

2023 T3

2023 T4

2024 T1

2024 T2

Reġistrazzjonijiet wara l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (biċċiet)

92 597

78 749

84 695

89 847

108 198

83 567

103 348

Indiċi

100

85

91

97

117

90

112

Sehem mis-suq

22,8  %

24,5  %

22,1  %

22,0  %

25,4  %

25,1  %

27,2  %

Indiċi

100

108

97

97

111

110

120

Sors:

EEA u S&P Global Mobility

(950)

Ir-reġistrazzjonijiet wara l-importazzjoni miċ-Ċina varjaw ukoll f’termini ta’ ċifri assoluti u ta’ sehem mis-suq. Fl-aħħar trimestru tal-2023 u fit-tieni trimestru tal-2024, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina bbażat fuq ir-reġistrazzjoni kien ogħla mill-volum medju trimestrali tal-importazzjonijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni (86 472 biċċa) filwaqt li r-reġistrazzjonijiet wara l-importazzjoni miċ-Ċina kienu aktar baxxi fl-ewwel trimestru tal-2024 meta mqabbla mal-volum medju ta’ kull trimestru tal-importazzjonijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(951)

Is-sehem mis-suq fit-tliet trimestri ta’ wara l-PI kien ogħla mis-sehem mis-suq fi kwalunkwe trimestru tal-perjodu ta’ investigazzjoni u s-sehem mis-suq totali fil-perjodu ta’ investigazzjoni (22,6 % kif iddikjarat fit-Tabella 2 ta’ dan ir-Regolament), li laħaq 27,2 % fit-tieni trimestru tal-2024. Barra minn hekk, meta wieħed iqabbel l-ishma mis-suq fl-istess trimestru ta’ snin differenti, jidher li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina abbażi tar-reġistrazzjoni qed jiżdied b’mod kostanti (pereżempju s-sehem mis-suq fir-raba’ trimestru tal-2023 żdied meta mqabbel mar-raba’ trimestru tal-2022 T4 minn 22,8 % għal 25,4 %, is-sehem mis-suq fl-ewwel trimestru tal-2024 żdied meta mqabbel mal-ewwel trimestru tal-2023 minn 24,5 % għal 25,1 % u s-sehem mis-suq fit-tieni trimestru tal-2024 żdied meta mqabbel mat-tieni trimestru tal-2023 minn 22,1 % għal 27,2 %).

(952)

Għalhekk kien ċar li kemm l-importazzjonijiet miċ-Ċina kif ukoll ir-reġistrazzjonijiet komplew b’mod robust, minkejja l-bidu ta’ din l-investigazzjoni antisussidji fl-4 ta’ Ottubru 2023.

(953)

Il-kwantitajiet ta’ importazzjoni fir-raba’ trimestru tal-2023 u fl-ewwel trimestru tal-2024 kienu ogħla mir-reġistrazzjonijiet li juru li l-kumulazzjoni ta’ riżerva fl-Unjoni identifikata fil-premessa (1017) tar-Regolament provviżorju żdiedet.

(954)

Ħarsa trimestrali lejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat abbażi tad-data doganali tal-Istati Membri żviluppat kif ġej:

Tabella 8

Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/biċċa)

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Wara l-PI

2022 T4

2023 T1

2023 T2

2023 T3

2023 T4

2024 T1

Iċ-Ċina

26 345

25 869

24 770

23 887

24 144

24 150

Indiċi

100

98

94

91

92

92

Sors:

Data Doganali tal-Istati Membri

(955)

Il-prezz CIF tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqas bi 8 % matul l-erba’ trimestri tal-perjodu ta’ investigazzjoni u baqa’ f’dan il-livell imnaqqas fil-perjodu ta’ wara l-PI. Kif imsemmi fir-Regolament provviżorju, jenħtieġ li wieħed joqgħod attent meta tiġi eżaminata xejra bħal din peress li tista’ tiġi influwenzata minn bidliet fit-taħlita ta’ mudelli importati.

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni

(956)

Ħarsa trimestrali lejn il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni hija ppreżentata hawn taħt fit-Tabella 9. Din id-data ġiet stabbilita abbażi ta’ reġistrazzjonijiet kif irrapportati mill-EEA għall-perjodu ta’ investigazzjoni u minn S&P Global Mobility (136) għad-data ta’ wara l-PI.

(957)

Abbażi ta’ dan, il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Wara l-PI

2022 T4

2023 T1

2023 T2

2023 T3

2023 T4

2024 T1

2024 T2

Il-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni (reġistrazzjonijiet) f’biċċiet

261 190

210 605

254 490

264 004

261 472

214 734

242 075

Indiċi

100

81

97

101

100

82

93

Sehem mis-suq (ta’ konsum apparenti)

61,4  %

56,4  %

58,7  %

62,8  %

60,5  %

59,7  %

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

92

96

102

99

97

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq (ta’ konsum reali - reġistrazzjonijiet)

64,2  %

65,6  %

66,5  %

64,6  %

61,3  %

64,5  %

63,8  %

Indiċi

100

102

101

97

94

105

99

Sors:

EEA u S&P Global Mobility

(958)

Fir-rigward tal-konsum apparenti, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’2,3 punti perċentwali fir-raba’ trimestru tal-2023 meta mqabbel mal-aħħar trimestru tal-perjodu ta’ investigazzjoni (it-tielet trimestru tal-2023) u kompla jonqos fl-ewwel trimestru tal-2024 u laħaq id–59,7 %. Meta wieħed iqabbel l-ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni abbażi tal-konsum apparenti fl-istess trimestru ta’ snin differenti, jidher li fir-raba’ trimestru tal-2023, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas għal 60,5 % minn 61,4 % fir-raba’ trimestru tal-2022, imbagħad żdied fl-ewwel trimestru tal-2023 minn 56,4 % għal 59,7 % fl-ewwel trimestru tal-2024. Iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-Unjoni fl-ewwel trimestru tal-industrija tal-Unjoni fl-ewwel trimestru tal-2024 meta mqabbel mal-ewwel trimestru tal-2023 trid titqies f’korrelazzjoni mat-tnaqqis temporanju fl-importazzjonijiet miċ-Ċina kif huwa spjegat fil-premessa (947) ta’ dan ir-Regolament.

(959)

Fir-rigward tal-konsum reali, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni varja fit-tliet trimestri ta’ wara l-PI, l-ewwel naqas bi 3,3 % punti perċentwali fl-erba’ trimestri tal-2023 meta mqabbel mal-aħħar trimestri tal-perjodu ta’ investigazzjoni (it-tielet trimestru tal-2023), imbagħad reġa’ żdied fl-ewwel trimestru tal-2024 għal livell simili bħal fl-aħħar trimestru tal-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad reġa’ naqas għal 63,8 % fit-tieni trimestru tal-2024. Meta wieħed iqabbel l-ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni abbażi tal-konsum reali fl-istess trimestru ta’ snin differenti, jidher tnaqqis kostanti (pereżempju fir-raba’ trimestru tal-2023, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas meta mqabbel mar-raba’ trimestru tal-2022 minn 64,2 % għal 61,3 %, fl-ewwel trimestru tal-2023 meta mqabbel mal-ewwel trimestru tal-2024 naqas ukoll minn 65,6 % għal 64,5 % u mit-tieni trimestru tal-2023 għat-tieni trimestru tal-2024 naqas ukoll minn 66,5 % għal 63,8 %).

Il-kost unitarju tal-produzzjoni, il-prezz tal-bejgħ unitarju u l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni

(960)

Kif ġie ddikjarat fil-premessa (939) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni bagħtet ukoll mistoqsijiet addizzjonali lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għad-data għall-aħħar trimestru tal-2023 u għall-ewwel trimestru tal-2024. Id-data trimestrali għall-perjodu ta’ investigazzjoni hija murija wkoll hawn taħt sabiex dan il-perjodu jiġi eżaminat aktar mill-qrib u sabiex jingħata kuntest għad-data tal-perjodu ta’ wara l-investigazzjoni. Dawn l-indikaturi mikroekonomiċi huma ppreżentati bħala medja ponderata tal-erba’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

Tabella 10

L-industrija tal-Unjoni matul u wara l-perjodu ta’ investigazzjoni

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Wara l-PI

2022 T4

2023 T1

2023 T2

2023 T3

2023 T4

2024 T1

Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq tal-Unjoni (EUR/biċċa)

33 322

33 214

34 151

33 488

32 588

30 818

Indiċi

100

100

102

100

98

92

Il-kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/biċċa)

38 612

34 452

39 269

43 564

36 176

35 574

Indiċi

100

89

102

113

94

92

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

–11,6

–2,5

–9,7

–20,5

–13,1

–10,8

Indiċi

100

22

84

178

113

93

(961)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2023 kienet taħt il-profittabbiltà medja tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li kienet –10,8 % kif muri fit-Tabella 10 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2023 u fl-ewwel trimestru tal-2024, għalkemm uriet titjib meta mqabbla mal-aħħar trimestru tal-2023, kienet ferm inqas mill-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2022 u l-ewwel trimestru tal-2023 rispettivament. Dan wera li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kompliet tiddeterjora u kienet mhedda b’mod ċar mill-influss enormi ta’ importazzjonijiet Ċiniżi sussidjati, li kompla jikkawża pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi nnotat li peress li l-industrija tal-Unjoni qed taħdem abbażi ta’ ordnijiet u tieħu madwar 6 xhur biex twassal il-BEVs lill-konsumatur u fil-fatt tirreġistra l-bejgħ fir-rekords kontabilistiċi tal-industrija tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2023 ma kinitx direttament ir-riżultat tal-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-BEVs issussidjati Ċiniżi mibjugħa fl-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2023 iżda qabel dan. Dan il-livell sinifikanti ta’ telf imġarrab mill-industrija tal-Unjoni għal tali perjodu twil ta’ żmien jipperikola ħafna l-possibbiltà li jitkompla l-livell meħtieġ ta’ investiment u eventwalment jintlaħaq il-livell adegwat ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikun hemm mudell ta’ negozju sostenibbli.

(962)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li fit-Tabella 6, 7b u 9 is-sors tad-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni kien l-EEA iżda għal wara l-PI is-sors tad-data kien S&P Global Mobility u għalhekk il-perjodu ta’ investigazzjoni u d-data trimestrali ta’ wara l-PI ma kinux ibbażati fuq sors u sett ta’ data konsistenti wieħed iżda settijiet ta’ data differenti u l-Kummissjoni ma spjegatx kif iż-żewġ metodoloġiji differenti ta’ rapportar tad-data jistgħu jitqabblu b’dan il-mod.

(963)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. Fil-premessa (128) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li S&P Global Mobility kienet pubblikazzjoni bi ħlas u għalhekk soġġetta għad-drittijiet tal-awtur u b’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddivulga data dettaljata minn S&P Global Mobility. Barra minn hekk, id-data għall-ewwel u t-tieni trimestri tal-2024 se ssir disponibbli għall-pubbliku mill-EEA biss f’nofs l-2025 (bl-istess mod li d-data għall-2023 saret pubblika f’nofs l-2024), wara li titlesta din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, fit-Tabella 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni issostitwiet is-sors tad-data ta’ S&P Global Mobility mal-EEA għall-perjodu ta’ investigazzjoni ladarba d-data rispettiva tal-EEA saret disponibbli għall-pubbliku kif huwa spjegat fil-premessi (712) u (723) ta’ dan ir-Regolament u wriet li ma kien hemm l-ebda differenza materjali bejn iż-żewġ sorsi għall-istess data (ara l-premessi (713) u (724) ta’ dan ir-Regolament). Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(964)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni (i) kien imissha ġabret data ta’ wara l-PI anke mill-produtturi esportaturi (bħall-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ, it-taħlita tal-prodotti u l-istokkijiet, il-produzzjoni domestika Ċiniża, il-bejgħ domestiku, l-esportazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi u data oħra fil-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu), (ii) kien imissha vvalutat id-distakk ta’ żmien bejn l-importazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi, (iii) ma tat l-ebda rilevanza lill-awtoimportazzjonijiet kontinwi tal-industrija tal-Unjoni ta’ wara l-PI, (iv) ma vvalutatx l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ta’ wara l-PI, (v) ma qisitx li l-bidliet regolatorji ta’ wara l-PI u l-impatt tagħhom fuq il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni setgħu jagħmlu impatt fuq il-bejgħ ta’ BEVs prodotti fl-Unjoni bħall-irtirar tas-sussidji tal-gvern fil-Ġermanja li kellu effett negattiv fuq il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, (vi) ma kkalkolatx il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ wara l-PI minkejja li l-mudelli mibjugħa mill-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi Ċiniżi qegħdin jevolvu b’mod kostanti. Barra minn hekk, is-CCCME għażlet diversi artikli mill-istampa dwar Renault, Volkswagen u BMW u enfasizzat dikjarazzjonijiet partikolari ta’ dan l-artikolu u mbagħad asseriet li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-industrija tal-Unjoni kienet affettwata b’mod negattiv mill-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi speċjalment fi tmiem il-PI ma kinitx qiegħda taqbel mal-fatti ppreżentati lilha u mas-sejbiet intermedji tagħha stess u kienet ibbażata fuq implikazzjonijiet evidenti u mhux eżami oġġettiv ta’ evidenza pożittiva kif meħtieġ mill-Artikoli 15.1 u 15.4 tal-Ftehim SCM.

(965)

L-għan tal-valutazzjoni tad-data ta’ wara l-PI ma huwiex li jiġi estiż il-perjodu ta’ investigazzjoni u li titwettaq l-istess analiżi kumplessa bħal dik li saret għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit legali ta’ din ix-xorta. Fil-fatt, impenn bħal dan huwa prattikament impossibbli peress li l-Kummissjoni għandha 4 xhur bejn l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji u l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi, li parti kbira minn dan il-ħin huwa kopert minn proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, inklużi approvazzjonijiet mill-Istati Membri. Fil-fatt, il-Kummissjoni tivvaluta d-data ta’ wara l-PI f’każ ta’ theddida ta’ dannu, li l-valutazzjoni tagħha hija prospettiva u trid turi li d-dannu materjali huwa imminenti, biex tara jekk is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bdietx titjieb, jew jekk id-dannu bediex jimmaterjalizza u għalhekk tiġbor il-miżuri provviżorji. Għalhekk, f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni talbet lill-industrija tal-Unjoni tissottometti informazzjoni għad-data ta’ wara l-PI għal xi indikaturi ewlenin bħall-prezzijiet, il-kostijiet u l-profittabbiltà. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġabret informazzjoni dwar il-volum tal-importazzjonijiet mill-Istati Membri u xtrat data għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jekk din ma kinitx disponibbli għall-pubbliku. Ma hemm l-ebda rekwiżit legali biex il-Kummissjoni tistabbilixxi trażżin tal-prezz ta’ wara l-PI, twaqqigħ tal-prezz u rabta bejn l-importazzjonijiet sussidjati bi prezz baxx miċ-Ċina u t-theddida ta’ dannu. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu ma għandhiex għalfejn terġa’ ssir wara l-PI. Minflok, id-data ta’ wara l-PI tintuża biex tikkonferma s-sejbiet dwar it-theddida ta’ dannu f’dan il-każ.

(966)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppreżentat id-diżaggregazzjoni tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi wara l-PI fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament u kkonkludiet fil-premessa (997) li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi l-oħrajn kollha żdied b’mod sinifikanti bit-tieni trimestru tal-2024 jilħaq l–14,1 %. Dan kien konformi mal-konklużjonijiet iddikjarati fil-premessa (1138) tar-Regolament provviżorju li fil-futur prevedibbli kien probabbli li jkun hemm żieda fl-ishma tas-suq prinċipalment minn ditti Ċiniżi. Barra minn hekk, kif huwa spjegat fil-premessa (961) ta’ dan ir-Regolament, it-telf finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni ma kienx qiegħed jonqos wara l-PI.

(967)

Fir-rigward tal-artikli tal-istampa enfasizzati mis-CCCME u mill-GTĊ, il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li s-CCCME għażlet xi dikjarazzjonijiet li wrew żidiet fl-attività tal-BEVs għal xi produtturi tal-Unjoni, hija injorat b’mod konvenjenti l-partijiet li indikaw sitwazzjoni finanzjarja inqas favorevoli għal produtturi oħrajn tal-Unjoni. Pereżempju, f’artiklu wieħed enfasizzat mis-CCCME, għalkemm ma kienx ċar għal-liema suq kienet qiegħda tirreferi l-valutazzjoni, issemma li l-bejgħ tal-BEVs tal-BMW żdied fl-ewwel nofs tal-2024 iżda, fl-istess ħin, issemma li l-BMW kienet l-“unika marka li tat spinta sinifikanti lill-kunsinni tal-vetturi elettriċi bil-batteriji, hekk kif Mercedes Benz u Porsche sabu diffikultajiet minħabba domanda baxxa” (137) u li “Mercedez Benz biegħet bejn wieħed u ieħor nofs l-ammont ta’ karozzi elettriċi bil-batteriji jiġifieri 93 400, tnaqqis ta’ 17 % minn sena ilu”. Fir-rigward ta’ Volkswagen, is-CCCME enfasizzat artiklu li jindika li “[f]l-ewwel nofs tas-sena, il-Grupp Volkswagen seta’ jilħaq il-livelli ta’ kunsinna tas-sena ta’ qabel f’ambjent tas-suq diffiċli. Il-bażi għal dan hija l-pożizzjoni b’saħħitha kontinwa tagħna fil-Punent tal-Ewropa”. Madankollu, fil-bidu ta’ Settembru 2024, Volkswagen ħabbret il-possibbiltà li tagħlaq il-fabbriki fil-Ġermanja “minħabba kompetizzjoni dejjem akbar mill-produtturi tal-vetturi elettriċi taċ-Ċina”. L-artiklu tal-istampa rrefera wkoll għal dikjarazzjoni tas-CEO ta’ Volkswagen li jgħid li “l-industrija tal-karozzi Ewropea tinsab f’sitwazzjoni impenjattiva u serja ħafna”, u li “L-ambjent ekonomiku sar saħansitra aktar iebes, u kompetituri ġodda qegħdin jidħlu fis-suq Ewropew”, “‘Il-BYD joħolqu theddida li qiegħda tikber għan-negozju tagħha fl-Ewropa” (138). Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(968)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-allegazzjoni tal-pressjoni fuq il-prezzijiet fit-trimestri preċedenti mill-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi kienet preżunzjoni u ma kinitx imsejsa fuq il-fatti minħabba li l-Kummissjoni ma kkalkolatx it-twaqqigħ tal-prezz jew it-trażżin tal-prezz għal kull trimestru għall-perjodu ta’ investigazzjoni.

(969)

Il-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn tikkalkula t-twaqqigħ tal-prezz għal kull trimestru fil-perjodu ta’ investigazzjoni u lanqas ma kellha għalfejn tistabbilixxi trażżin tal-prezz fuq bażi trimestrali u s-CCCME u l-GTĊ ma spjegawx x’kienet il-bażi legali għal tali obbligu allegat. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(970)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni ma talbitx id-data tal-industrija tal-Unjoni għat-tieni trimestru tal-2024 għalkemm użat tali data għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet u għalhekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ wara l-PI ma kinitx oġġettiva.

(971)

Il-Kummissjoni bagħtet it-talba biex id-data ta’ wara l-PI lill-produtturi tal-Unjoni tiġi inkluża fil-kampjun fil-jum tad-divulgazzjoni tas-sejbiet provviżorji (jiġifieri l-4 ta’ Lulju 2024) u talbet lill-produtturi tal-Unjoni jissottomettu d-data rispettiva sat-22 ta’ Lulju 2024 (139). Id-data għat-tieni trimestru tal-2024 ma ġietx iffinalizzata fil-kontijiet tal-produtturi tal-Unjoni sa dik l-iskadenza u għalhekk il-Kummissjoni ma setgħetx titlob dik id-data mill-produtturi tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, id-data ta’ 6 xhur ippermettiet lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta’ wara l-PI. L-Istati Membri kellhom l-istess restrizzjonijiet ta’ disponibbiltà għad-data bħall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, peress li l-Kummissjoni xtrat id-data mingħand S&P Global Mobility u din id-data ngħatat fil-ħin, il-Kummissjoni setgħet tużaha. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(972)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (953) ta’ dan ir-Regolament li l-kwantitajiet ta’ importazzjoni fir-raba’ trimestru tal-2023 u fl-ewwel trimestru tal-2024 kienu ogħla mir-reġistrazzjonijiet fl-istess perjodu hija indikattiva ta’ żieda fil-kumulazzjoni ta’ riżerva kienet skorretta minħabba li d-differenza bejn l-importazzjonijiet u r-reġistrazzjonijiet f’dak il-perjodu kienet minima.

(973)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Id-differenza bejn il-volum tal-importazzjonijiet u r-reġistrazzjoni kienet ta’ 1 513-il BEV fl-aħħar trimestru tal-2023 u ta’ 10 184 fl-ewwel trimestru tal-2024. Dawn il-volumi jenħtieġ li jiżdiedu mal-istokkijiet fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni li kien ta’ 66 000 BEV kif huwa spjegat fil-premessa (1017) tar-Regolament provviżorju. Dan juri li l-kumulazzjoni ta’ riżerva żdiedet wara l-PI u laħqet 78 327 BEV, żieda ta’ 19 % wara l-PI meta mqabbla mat-tmiem tal-PI. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(974)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (961) ta’ dan ir-Regolament li peress li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda taħdem abbażi tal-ordnijiet u kienet qiegħda tieħu madwar 6 xhur biex twassal il-BEVs lill-konsumatur u attwalment tirreġistra l-bejgħ fir-rekords kontabilistiċi tal-industrija tal-Unjoni, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2023 ma kinitx direttament ir-riżultat tal-pressjoni tal-prezzijiet eżerċitata mill-BEVs sussidjati Ċiniżi mibjugħa fis-suq tal-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2023 iżda qabel dan, li kien ifisser li (i) l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi fit-tieni trimestru tal-2023 b’sehem mis-suq ta’ 22,1 % kien ikollhom impatt fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fit-tielet trimestru tal-2023, li kien jirriżulta fit-tnaqqis tiegħu għal –20,5 %, (ii) fl-ewwel trimestru tal-2023, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi laħqu l–25,4 % iżda fl-ewwel trimestru tal-2024 it-telf tal-industrija tal-Unjoni naqas minn –20,5 % għal –13,1 % (iii) fit-tieni trimestru tal-2023 l-industrija tal-Unjoni naqqset it-telf tagħha għal –2,5 % minkejja l-fatt li l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi kellhom sehem mis-suq ta’ 22,8 % fl-ewwel trimestru tal-2023. Għalhekk, is-CCCME argumentat li dan qajjem dubji u ċaħħad is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-korrelazzjoni bejn iż-żieda tas-suq Ċiniż u t-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li twassal għal telf ogħla.

(975)

Din l-asserzjoni tinkludi diversi żbalji fattwali. Fir-rigward tal-punt (i) għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, id-dewmien ta’ 6 xhur imsemmi mill-Kummissjoni fil-premessa (961) ta’ dan ir-Regolament, kien ifisser li l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi fit-tieni trimestru tal-2023 b’sehem mis-suq ta’ 22,1 % kien se jkollu impatt fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fir-raba’ trimestru tal-2023 u mhux fit-tielet trimestru tal-2023, li rriżulta fit-tnaqqis tiegħu ta’ telf finanzjarju ta’ –13,1 %. Barra minn hekk, fir-rigward tal-punt (ii), fit-tielet trimestru tal-2023, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma kienx ta’ 25,4 % kif issuġġeriet is-CCCME, iżda ta’ 22,0 %, u d-dewmien ta’ 6 xhur kien ifisser li s-sehem mis-suq Ċiniż fit-tielet trimestru tal-2023 kien korrelatat mal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-ewwel trimestru tal-2024. Fir-rigward tal-punt (iii), it-telf tal-industrija tal-Unjoni ta’ 2,5 % ma kienx irreġistrat fit-tieni trimestru tal-2023 kif issuġġeriet is-CCCME iżda fl-ewwel trimestru tal-2023 u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-ewwel trimestru tal-2023 ma kienx ta’ 22,8 % iżda ta’ 24,5 %. Fil-fatt, l-ogħla telf ġie rreġistrat mill-industrija tal-Unjoni fit-tielet trimestru tal-2023 (20,5 %) u dan huwa korrelatat mas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-ewwel trimestru tal-2023 meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied għal 24,5 %. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda bħala waħda li hija fattwalment ħażina.

(976)

Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, il-GTĊ asserixxa li d-data tal-ewwel trimestru tal-2024 affermat li l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi ma kinux il-forza spjegattiva għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u ma joħolqux theddida ta’ dannu fil-futur. B’mod partikolari, il-GTĊ asserixxa li kif kien il-każ bid-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni, id-data għall-ewwel trimestru tal-2024 kkonfermat in-nuqqas ta’ kompetizzjoni u korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi minn naħa, u l-bejgħ u l-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni kif ukoll is-sitwazzjoni ekonomika, min-naħa l-oħra, hekk kif (i) it-telf tal-industrija tal-Unjoni naqas fl-ewwel trimestru tal-2024 meta mqabbel mat-tielet u r-raba’ trimestru tal-2023. Il-GTĊ argumenta wkoll li dan it-tnaqqis fit-telf jista’ jiġi realizzat mill-produtturi tal-Unjoni minkejja li, wara l-PI, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi żdied, u laħaq ftit aktar minn 25 %. Għalhekk, jekk ġietx applikata t-teorija tal-Kummissjoni dwar id-diskrepanza fiż-żmien jew le, id-data turi li fir-raba’ trimestru tal-2023, it-telf tal-industrija tal-Unjoni naqas għal –13,1 % minn –20,5 % fit-tielet trimestru tal-2023, anke jekk l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi żiedu s-sehem mis-suq minn 22 % fit-tielet trimestru tal-2023 għal 25,4 % fir-raba’ trimestru tal-2023. Bl-istess mod, fl-ewwel trimestru tal-2024, it-telf tal-industrija tal-Unjoni naqas għal –10,8 % minkejja li l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi żammew is-sehem mis-suq ta’ 25 % f’dak it-trimestru (ii) fl-ewwel trimestru tal-2024, it-telf tal-industrija tal-Unjoni kien (a) inqas minn dak fil-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni, u (b) eżattament fl-istess livell bħal fil-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri, –10,8 %, għalkemm l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi kellhom sehem mis-suq ogħla fl-ewwel trimestru tal-2024 milli fil-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni (+ 2,3 punti perċentwali) u fil-perjodu ta’ investigazzjoni kollu kemm hu (+ 3,1 punti perċentwali). Għalhekk, id-data ta’ wara l-PI kkunsidrata mad-data tal-perjodu ta’ investigazzjoni ma wriet l-ebda determinazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minn vetturi ICE għal BEVs bdiet tiġi mxekkla u li l-profittabbiltà tagħha marret għall-agħar fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta “setgħu jiġu osservati l-ogħla volumi ta’ importazzjonijiet Ċiniżi u l-ogħla tnaqqis fis-sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni”. Barra minn hekk, id-data ta’ wara l-PI indikat li t-telf tal-industrija tal-Unjoni fit-tielet trimestru tal-2023 kien anormali u x’aktarx kien affettwat minn fatturi speċifiċi relatati mal-kostijiet għal ċerti produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, iżda l-Kummissjoni ma investigatx din il-kwistjoni. Barra minn hekk, kif inhu evidenti, wara li laħqet il-quċċata fit-tielet trimestru tal-2023, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tnaqqas it-telf.

(977)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. L-ewwel nett, filwaqt li tabilħaqq it-telf finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni naqas fl-ewwel trimestru tal-2024 meta mqabbel mar-raba’ trimestru tal-2023 (għal –10,8 % minn –13,1 %), kif huwa spjegat fil-premessa (961) ta’ dan ir-Regolament, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2023 kienet taħt il-profittabbiltà medja tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li kienet ta’ –10,8 % kif muri fit-Tabella 10 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2023 u fl-ewwel trimestru tal-2024, għalkemm uriet titjib meta mqabbla mal-aħħar trimestru tal-2023, kienet ferm inqas mill-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-aħħar trimestru tal-2022 u l-ewwel trimestru tal-2023 rispettivament. Ta’ min jinnota li kif huwa spjegat fil-premessa (945) ta’ dan ir-Regolament, bħal fil-każ kemm tal-konsum apparenti kif ukoll dak attwali, abbażi tad-data trimestrali, deher li kien hemm xejra partikolari fid-data li hija konsistenti fit-trimestri rispettivi tal-PI u ta’ wara l-PI (il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali titjieb fl-ewwel trimestru tas-sena meta mqabbla mal-aħħar trimestru tas-sena preċedenti).

(978)

It-tieni, fir-rigward tal-korrelazzjoni bejn it-telf finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi, kif huwa spjegat fil-premessa (961) ta’ dan ir-Regolament, hemm dewmien ta’ 6 xhur bejn id-data tal-ordni tal-BEV u l-kunsinna tal-BEV, u għalhekk, għall-kuntrarju tal-korrelazzjoni ssuġġerita mill-GTĊ fil-premessa (976) ta’ dan ir-Regolament, it-telf finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni wara l-PI kien korrelatat mas-sehem mis-suq tal-ishma tas-suq Ċiniż fit-tieni u fit-tielet trimestri tal-2023 (jiġifieri t-telf finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni naqas fl-ewwel trimestru tal-2024 meta mqabbel mar-raba’ trimestru tal-2023 għal –10,8 % minn –13,1 % meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas minn 22,1 % għal 22,0 % abbażi tal-konsum reali mit-tieni trimestru sat-tielet trimestru tal-2023).

(979)

It-tielet nett, it-telf finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni fit-tielet trimestru tal-2023 ma kienx anormali kif issuġġerixxa l-GTĊ. Dan it-telf sinifikanti kien korrelatat mas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-ewwel trimestru tal-2023 li kien għoli ħafna (24,5 % ibbażat fuq il-konsum reali). Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tal-GTĊ, il-Kummissjoni investigat u vverifikat din id-data peress li s-sors tagħha hija r-risposta għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Kummissjoni wettqet żjarat ta’ verifika għand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kif huwa spjegat fil-premessa (80) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, tabilħaqq fir-raba’ trimestru tal-2023, it-telf finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni naqas għal –13,1 % minn –20,5 % fit-tielet trimestru tal-2023, kif ukoll is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi abbażi tal-konsum reali naqas minn 24,5 % fl-ewwel trimestru tal-2023 għal 22,1 % fit-tieni trimestru tal-2023.

(980)

Barra minn hekk, il-GTĊ asserixxa li d-data tal-industrija tal-Unjoni dwar il-profittabbiltà tal-kost u l-prezz fl-ewwel trimestru tal-2024 ikkorroborat il-punti msemmija mill-GTĊ li (i) fattur ewlieni li jħalli impatt negattiv fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni huwa l-kostijiet tal-produzzjoni għoljin (b’mod partikolari l-kostijiet varjabbli u tax-xogħol għoljin) u (ii) l-effett ta’ dan il-fattur fuq l-industrija tal-Unjoni ma ġiex evalwat kif xieraq mill-Kummissjoni fil-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u l-kawżalità. Il-GTĊ iddikjara li, kif kien il-każ bid-data tal-perjodu ta’ investigazzjoni, id-data ta’ wara l-PI wriet li t-telf tal-industrija tal-Unjoni kien korrelatat u kien ivarja skont il-kost tal-produzzjoni tagħhom. Fir-raba’ trimestru tal-2023, minkejja l-bidliet fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, it-telf tagħha naqas b’mod sinifikanti minħabba li l-kostijiet tal-produzzjoni naqsu bi 17 %. Bl-istess mod, fl-ewwel trimestru tal-2024, it-telf kompla jonqos hekk kif il-kostijiet komplew jonqsu.

(981)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Fil-premessa (1078) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni għal kull biċċa żdied b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat u li dan l-iżvilupp kien affettwat ukoll minn bidliet fit-taħlita ta’ mudelli li qegħdin jiġu prodotti. Barra minn hekk, il-kost unitarju kien xprunat ukoll miż-żieda fil-kost tal-komponenti, speċjalment il-batteriji minħabba ż-żieda fil-kostijiet għall-materja prima inklużi l-kobalt, in-nikil u l-litju. Il-kost ta’ komponenti oħrajn żdied ukoll speċjalment dawk affettwati mill-kriżi tal-enerġija bħall-azzar u metalli oħrajn. Fattur li kellu impatt ’l isfel fuq il-kostijiet unitarji kien iż-żieda fil-volum tal-produzzjoni u l-bejgħ kif muri fit-Tabella 4 u fit-Tabella 5 tar-Regolament provviżorju, peress li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jxerrdu l-kostijiet fissi fuq kwantitajiet ogħla ta’ BEVs. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-industrija tal-BEVs kienet industrija intensiva fil-kapital b’kostijiet fissi għoljin u għalhekk volum għoli ta’ produzzjoni jwassal għal tnaqqis fil-kost unitarju tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-kost tal-produzzjoni naqas fir-raba’ trimestru tal-2023 u fl-ewwel trimestru tal-2024 meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas ukoll fl-istess perjodu. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(982)

Barra minn hekk, il-GTĊ asserixxa li d-data tal-industrija tal-Unjoni ta’ wara l-PI poġġiet ukoll f’dubju t-teorija tal-Kummissjoni li t-tranżizzjoni u l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni jiddependu biss fuq il-kapaċità ta’ din tal-aħħar li żżid il-bejgħ biex tilħaq ekonomiji ta’ skala, tnaqqas il-kostijiet, u li dan jista’ jiġi pperikolat mill-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi. Kemm fit-trimestri ta’ wara l-PI, kif ukoll fl-ewwel trimestru tal-2023, it-titjib fis-sitwazzjoni (tat-telf) tal-industrija tal-Unjoni seħħ fil-kuntest ta’ domanda u bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li jvarjaw.

(983)

Din l-asserzjoni hija mingħajr mertu. Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien affettwat miż-żieda fis-sehem mis-suq tal-bejgħ tal-BEVs Ċiniżi. Id-domanda tal-BEVs affettwat kemm il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-bejgħ tal-BEVs Ċiniżi. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

4.5.5.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija

(984)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 24 qablet mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (1037) tar-Regolament provviżorju li l-esperjenza twila u estensiva fil-manifattura ta’ vetturi ICE ma tistax tiġi ttrasferita lill-BEVs awtomatikament.

(985)

Barra minn hekk, il-Kumpanija 24 sostniet li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-industrija tal-Unjoni kienet f’pożizzjoni vulnerabbli kienet żbaljata (i) meta wieħed iħares lejn l-evoluzzjoni pożittiva tal-indikaturi tad-dannu, (ii) peress li l-karatterizzazzjoni tal-Kummissjoni tal-evoluzzjoni tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet żbaljata minħabba li t-titjib tal-profittabbiltà matul l-2020 u l-2022 kien sinifikanti u dan seħħ meta l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu, (iii) hekk kif inkisbu aktar bejgħ u effiċjenzi, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kompliet titjieb, (iv) ir-Regolament provviżorju ma indikax li din is-sitwazzjoni se tmur għall-agħar, (v) meta wieħed iqis li l-industrija tal-Unjoni kienet intensiva fl-użu tal-kapital u kienet qed topera f’suq li kien fil-bidu tat-tranżizzjoni tiegħu minn vetturi ICE għal BEVs, (vi) anke fin-nuqqas tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx se tkun profittabbli u f’dan ir-rigward jissemma’ artikolu tal-istampa li indika li l-kumpanija Ford fl-Istati Uniti kienet qed tagħmel telf filwaqt li fl-Istati Uniti ma kienx hemm importazzjonijiet ta’ BEVs miċ-Ċina, (vii) is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni kien bejn 60 % u 65 % ibbażat fuq il-konsum u 90 % ibbażat fuq ir-reġistrazzjoni kif iddikjarat fit-Tabella 5 tar-Regolament provviżorju, (viii) skont it-Tabella 2a u 2b tar-Regolament provviżorju l-produtturi Ċiniżi żammew sehem mis-suq limitat ta’ 3-5 %.

(986)

Fir-rigward tal-punti (i) u (ii), il-Kummissjoni ma kkonkludietx li l-industrija tal-Unjoni kienet f’pożizzjoni vulnerabbli fuq il-bażi ta’ tali data. Fil-fatt, fil-premessi minn (1100) sa (1102) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bdiet tiġi mxekkla lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat u b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, meta setgħu jiġu osservati l-ogħla volumi ta’ importazzjonijiet Ċiniżi u l-ogħla tnaqqis fis-sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni. Minkejja x-xejriet ta’ titjib f’xi indikaturi matul il-perjodu kkunsidrat, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi finanzjarji kienu għadhom negattivi u saħansitra bdew jiddeterjoraw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, inklużi l-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment, u l-fluss tal-flus, filwaqt li l-ishma mis-suq naqsu b’mod konsistenti matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqu l-aktar punt baxx fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tal-punt (iii), is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni diġà kienet bdiet tiddeterjora fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tal-punt (iv), l-analiżi fit-Taqsima 5 uriet li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni se tmur għall-agħar hekk kif l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina bi twaqqigħ tal-prezz se jiżdiedu fil-futur prevedibbli. Fir-rigward tal-punt (v), peress li l-industrija tal-Unjoni hija tabilħaqq intensiva fil-kapital, huwa essenzjali li l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ żżomm volumi ta’ bejgħ u ishma mis-suq suffiċjenti sabiex tilħaq ekonomiji ta’ skala biex tirkupra l-kost tagħha u tiġġenera biżżejjed profittabbiltà għall-investimenti meħtieġa. Fir-rigward tal-punt (vi), anke jekk l-industrija tal-Unjoni ma kinitx se ssir profittabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni fin-nuqqas tal-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina bi twaqqigħ tal-prezz, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx tiddeterjora kif ġara fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-aħħar, il-punti (vii) u (viii) huma fattwalment żbaljati. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tal-Kumpanija 24, fit-Tabella 5 tar-Regolament provviżorju, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni bbażat fuq il-konsum apparenti naqas minn 68,9 % għal 59,9 % matul il-perjodu kkunsidrat u abbażi tal-konsum reali (reġistrazzjonijiet) minn 70,4 % għal 65,0 % matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, skont it-Tabella 2a u 2b tar-Regolament provviżorju, is-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi Ċiniżi żdied minn 3,9 % għal 25,0 % u minn 3,5 % għal 22,8 % rispettivament matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(987)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CAAM asseriet li minn perspettiva statistika, il-volum tad-data (importazzjonijiet, volum tal-bejgħ, ishma mis-suq) ma kienx biżżejjed, u x-xejriet ma kinux evidenti. Bħala tali, l-asserzjoni ta’ dannu, it-theddida ta’ dannu, u l-kawżalità ma humiex kredibbli. Is-CAAM argumentat ukoll li l-Unjoni kienet għaddejja minn fażi ta’ tranżizzjoni, b’fehmiet diverġenti fost l-Istati Membri tagħha dwar il-pass ta’ din it-tranżizzjoni. B’riżultat ta’ dan, l-isforzi ta’ tranżizzjoni kienu erratiċi u volatili, li wasslu għal provvista instabbli u mhux kompluta. Għalhekk, l-importazzjonijiet servew bħala suppliment temporanju. Dawn l-importazzjonijiet supplimentari x’aktarx li ma jurux tkabbir sostnut.

(988)

Din l-asserzjoni kienet ġenerika ħafna u ma kinitx issostanzjata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indirizzat il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u s-sehem mis-suq tagħhom fit-Tabelli 2a u 2b tar-Regolament provviżorju kif ukoll fit-Tabelli 7a u 7b ta’ dan ir-Regolament, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq tagħha fit-Tabella 5 tar-Regolament provviżorju, kif ukoll fit-Tabella 9 ta’ dan ir-Regolament, u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha fit-Tabella 17 tar-Regolament provviżorju u t-Tabelli 17a u 17b ta’ dan ir-Regolament. Ix-xejra ta’ din id-data ġiet ivvalutata matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn ix-xejriet instabu li huma pjuttost ċari kif huwa spjegat fil-premessi minn (1012) sa (1017), minn (1063) sa (1064), minn (1178) sa (1181) tar-Regolament provviżorju, u fil-premessi minn (947) sa (953), minn (958) sa (959), minn (1179) sa (1199) ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(989)

Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod definittiv li l-industrija tal-Unjoni kienet affettwata b’mod negattiv mill-importazzjonijiet mir-RPĊ, speċjalment fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif konkluż fit-Taqsima 4.5.4 tar-Regolament provviżorju.

(990)

Għalhekk, il-Kummissjoni pproċediet bl-analiżi ta’ theddida ta’ dannu materjali f’konformità mal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku.

5.   THEDDIDA TA’ DANNU

5.1.   Introduzzjoni

(991)

Kif ġie spjegat fil-premessa (939) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni kompliet l-analiżi prospettiva tagħha wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, billi ġabret data mir-raba’ trimestru tal-2023 u mill-ewwel trimestru tal-2024, b’mod partikolari relatata mal-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun meta mqabbla mal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Il-Kummissjoni mbagħad analizzat jekk din id-data addizzjonali kinitx tikkonferma jew tinvalida s-sejbiet abbażi tad-data mill-perjodu ta’ investigazzjoni.

(992)

Fit-Taqsima 5.3, il-Kummissjoni tindirizza l-kummenti kollha li rċeviet wara l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji provviżorji li kienu għadhom pertinenti wara r-rieżamijiet u l-analiżi addizzjonali mwettqa matul l-istadju definittiv.

5.2.   Valutazzjoni definittiva

5.2.1.   Aġġornament tad-data ta’ wara l-PI dwar l-importazzjonijiet Ċiniżi

(993)

Bħal fil-każ ta’ konsum apparenti, l-importazzjonijiet miċ-Ċina wara r-reġistrazzjoni u s-sehem mis-suq tagħhom kif ġie spjegat fil-premessi (710) u (722) ta’ dan ir-Regolament, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddivulga d-data sottostanti wara l-kalkoli rispettivi, il-Kummissjoni rrevediet id-data għad-diżaggregazzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kif irrapportat fit-Tabelli 12a u 12b tar-Regolament provviżorju (kollu jew trimestrali) u bl-użu tal-EEA bħala sors minflok S&P Global Mobility.

Tabella 11

Diżaggregazzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn produtturi esportaturi Ċiniżi relatati mal-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jaqilbu għall-produzzjoni tal-BEVs

5,5  %

Tesla

9,8  %

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi l-oħra kollha

7,3  %

Sors:

EEA

(994)

Importazzjonijiet Ċiniżi fuq bażi trimestrali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni abbażi tal-EEA evolvew kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt.

Tabella 12

Diżaggregazzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq bażi trimestrali

 

2022 T4

2023 T1

2023 T2

2023 T3

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn produtturi esportaturi Ċiniżi relatati mal-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jaqilbu għall-produzzjoni tal-BEVs

5,5  %

5,5  %

4,7  %

6,3  %

Tesla

10,9  %

12,5  %

9,1  %

7,0  %

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi l-oħra kollha

6,8  %

5,7  %

7,9  %

8,5  %

Sors:

EEA

(995)

Bħal fil-każ ta’ konsum apparenti, l-importazzjonijiet miċ-Ċina wara r-reġistrazzjoni u s-sehem mis-suq tagħhom, kien hemm differenza żgħira fid-diżaggregazzjoni tad-data tal-importazzjonijiet miċ-Ċina li jużaw bħala sors S&P Global Mobility (ara t-Tabella 12b tar-Regolament provviżorju) u l-EEA.

(996)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll it-tqassim tal-importazzjonijiet miċ-Ċina abbażi tar-reġistrazzjoni għat-tliet trimestri ta’ wara l-PI, kif muri fit-Tabella 13 hawn taħt.

Tabella 13

Diżaggregazzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq bażi trimestrali ta’ wara l-PI

 

2023 T4

2024 T1

2024 T2

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn produtturi esportaturi Ċiniżi relatati mal-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jaqilbu għall-produzzjoni tal-BEVs

6,2  %

[3,9  % –5,1  %] (*1)

[2,9  % –4,2  %]

Tesla

10,6  %

[8,7  % –10,0  %]

[8,0  % –9,5  %]

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi l-oħra kollha

8,6  %

10,4  %

14,1  %

Sors:

EEA u S&P Global Mobility

(997)

It-Tabella 13 hawn fuq turi li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi l-oħrajn kollha żdied b’mod sinifikanti fit-tieni trimestru tal-2024 u laħaq 14,1 %. Dan kien dovut għall-importazzjonijiet mill-Grupp Geely tal-marki Volvo u Polestar, kif ukoll għal żieda fis-sehem mis-suq ta’ BYD u SAIC.

(998)

It-Tabella 13 ta’ hawn fuq turi wkoll li wara l-PI, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi relatat mal-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jaqilbu għall-produzzjoni tal-BEVs u Tesla naqas filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħra kollha żdied b’mod sinifikanti. Dan jikkonferma l-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (1138) tar-Regolament provviżorju li ż-żieda fl-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi se tiġi prinċipalment minn marki Ċiniżi fil-futur prevedibbli.

(999)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li peress li l-Kummissjoni inkludiet fl-industrija tal-BEVs tal-Unjoni, irrispettivament mill-marki jew l-OEMs, il-kumpaniji li jipproduċu l-BEVs fl-Unjoni, il-produzzjoni tal-BEVs tal-Unjoni ta’ Volvo u l-entità/entitajiet ġew inklużi wkoll fil-produzzjoni u l-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni u għalhekk l-importazzjonijiet ta’ Volvo kellhom jiġu inklużi fl-importazzjonijiet tal-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet ta’ BEVs ta’ oriġini Ċiniża ta’ marki Ġappuniżi li joperaw fl-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni u wara, ma jistgħux jiġu inklużi bħala importazzjonijiet minn BEVs tal-marki Ċiniżi kif għamlet il-Kummissjoni.

(1000)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Bħal fil-każ tal-marka preċedenti Ewropea MG (li bħalissa hija proprjetà tal-grupp Ċiniż SAIC), Polestar u l-marka Volvo huma proprjetà tal-Grupp Geely Ċiniż. Il-marki Ewropej li huma manifatturati fiċ-Ċina u li ma kinux ikkunsidrati bħala marki Ċiniżi bħal Dacia Spring, BMW X2, Mini, Cupra huma proprjetà ta’ Renault, BMW u Volkswagen rispettivament, filwaqt li l-marka Smart hija 50 % proprjetà ta’ Mercedes Benz u 50 % proprjetà ta’ Geely. Fir-rigward tal-BEVs ta’ oriġini Ċiniża ta’ marki Ġappuniżi (għalkemm is-CCCME u l-GTĊ ma speċifikawx liema marki kienu dawk), għall-kuntrarju tas-CCCME u l-asserzjoni tal-GTĊ, dawn l-importazzjonijiet ma kinux ikkunsidrati bħala BEVs tal-marka Ċiniża.

(1001)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-allegazzjoni li l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi żiedu s-sehem mis-suq wara l-PI u b’mod partikolari fit-tieni trimestru tal-2024 ma kinitx oġġettiva peress li kienet temporanja u jenħtieġ li titqies fil-kuntest tal-impożizzjoni imminenti ta’ miżuri kumpensatorji kif ġie enfasizzat mill-Osservatorju Ewropew tal-Fjuwils Alternattivi tal-Kummissjoni Ewropea li ddikjara li: “is-suq tal-BEVs f’Ġunju kien ikkaratterizzat minn diversi fatturi influwenti. B’mod partikolari, is-suq wieġeb għall-bidliet li ġejjin fit-tariffi tal-importazzjoni għall-BEVs Made-in-China (MiC), li wasslu għal żieda temporanja fil-bejgħ. Mudelli bħall-MG4 u l-Volvo EX30 raw numri ta’ reġistrazzjonijiet li jiksru r-rekords hekk kif il-konsumaturi aġixxew malajr biex jiżguraw li jixtru l-vetturi qabel iż-żieda fit-tariffa” (140).

(1002)

Il-fatt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi żdied fit-tieni trimestru tal-2024 ma huwiex allegazzjoni, iżda fatt. Barra minn hekk, ir-raġunijiet enfasizzati mill-Osservatorju Ewropew tal-Fjuwils Alternattivi għaż-żieda fis-sehem mis-suq tal-BEVs Ċiniżi fil-fatt urew li s-sehem mis-suq tal-BEVs Ċiniżi se jkompli jiżdied mingħajr l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1003)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-importazzjonijiet mill-produtturi tal-OEM tal-UE naqsu wara l-PI ma kinitx ibbażata fuq valutazzjoni oġġettiva fir-raba’ trimestru tal-2023 peress li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tagħhom stess żdied u kien ta’ 6,2 % li kien għoli daqs it-tielet trimestru tal-2024 u fil-fatt kien ogħla mis-sehem mis-suq medju ta’ 5,5 % tal-awtoimportazzjonijiet ta’ dawn il-produtturi tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(1004)

Minbarra l-fatt li din l-asserzjoni kienet tinkludi żball klerikali, kienet ukoll parzjalment fattwalment żbaljata u mingħajr mertu fis-sustanza tagħha. L-ewwel nett, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-CCCME fl-asserzjoni tagħha kienet irreferiet għas-sehem mis-suq fit-tielet trimestru tal-2023 u mhux l-2024, peress li t-tielet trimestru tal-2024 ma kienx kopert mill-investigazzjoni. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-BEVs importati miċ-Ċina tal-OEMs tal-UE ma kienx ta’ 6,2 % fit-tielet trimestru tal-2023, iżda fil-fatt kien ta’ 6,3 % (ara t-Tabella 12 ta’ dan ir-Regolament). Madankollu, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs miċ-Ċina tal-OEMs tal-UE kien tabilħaqq ta’ 6,2 % fir-raba’ trimestru tal-2023, li kien ogħla mis-sehem mis-suq medju tal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ 5,5 %. Madankollu, fl-asserzjoni tagħha s-CCCME injorat il-fatt li fl-ewwel u fit-tieni trimestri tal-2024, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi tal-OEMs tal-UE naqas b’mod konsistenti taħt is-sehem mis-suq tal-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1005)

Is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni, meta kkunsidrat it-tnaqqis żgħir fis-sehem mis-suq tal-awtoimportazzjonijiet mill-produtturi tal-OEM tal-Unjoni fl-ewwel trimestru tal-2024 u fit-tieni trimestru tal-2024 (meta mqabbel mal-medja ta’ 5,5 % matul l-investigazzjoni), ma qisitx li dan it-tnaqqis fl-ishma mis-suq kien “forsi temporanju” u elenkat diversi raġunijiet f’dan ir-rigward.

(1006)

Il-Kummissjoni nnotat il-kontradizzjoni bejn l-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ fil-premessa (1003) ta’ dan ir-Regolament fejn is-CCCME u l-GTĊ akkużaw lill-Kummissjoni li ma kinitx oġġettiva fil-valutazzjoni tagħha li s-sehem mis-suq tal-BEVs Ċiniżi tal-OEMs tal-Unjoni naqas wara l-PI, u l-konferma mis-CCCME u l-GTĊ fl-asserzjoni tagħhom fil-premessa (1005) ta’ dan ir-Regolament li s-sehem mis-suq tal-BEVs Ċiniżi tal-OEMs tal-Unjoni fil-fatt naqsu wara l-PI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li anke s-CCCME ma kinitx ċerta minn dak li asseriet peress li ddikjarat li t-tnaqqis fis-sehem mis-suq kien “forsi temporanju”. B’hekk uriet li s-CCCME kienet konxja li kienet qiegħda tagħmel spekulazzjonijiet li t-tnaqqis fis-sehem mis-suq kien temporanju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1007)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li fir-rigward ta’ Tesla, is-sehem mis-suq tal-awtoimportazzjonijiet tagħha fir-raba’ trimestru tal-2023, l-ewwel u t-tieni trimestru tal-2024 kienu fl-istess medda bħas-sehem mis-suq medju tal-awtoimportazzjonijiet tagħha fil-perjodu ta’ investigazzjoni u ma wrewx tnaqqis effettiv. Barra minn hekk, is-CCCME sostniet li l-importazzjonijiet ta’ Tesla kienu ogħla fil-passat u jistgħu jiżdiedu sew meta jitqies li l-awtoimportazzjonijiet se jkunu soġġetti għal rata tad-dazju aktar baxxa ta’ 9 %.

(1008)

Kif muri fit-Tabella 11 ta’ dan ir-Regolament, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi magħmula minn Tesla fil-perjodu ta’ investigazzjoni kien ta’ 9,8 %; madankollu, l-ishma mis-suq fl-ewwel u fit-tieni trimestru tal-2024 kienu taħt is-sehem mis-suq medju fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Kif huwa ddikjarat fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddivulga l-ishma mis-suq eżatti tal-importazzjonijiet ta’ Tesla miċ-Ċina peress li din l-informazzjoni kienet protetta mid-drittijiet tal-awtur. Barra minn hekk, kien irrilevanti li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ta’ Tesla jistgħu jiżdiedu fil-futur peress li r-rata tad-dazju individwali tagħha kienet aktar baxxa minn dik tal-esportaturi Ċiniżi l-oħrajn peress li l-valutazzjoni għaż-żieda futura fis-sehem mis-suq trid issir fin-nuqqas ta’ dazji. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1009)

Fl-aħħar, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni ma weġbitx għall-evidenza pprovduta fil-kummenti dwar ir-Regolament provviżorju li, minbarra MG, l-ebda BEV Ċiniża oħra ma kienet fil-fatt f’kompetizzjoni mal-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni u l-produtturi tal-Unjoni ddominaw is-suq tal-BEVs tal-Unjoni. B’sostenn għal din l-asserzjoni, is-CCCME rreferiet għad-data tas-suq tal-BEVs ta’ Ġunju 2024 ippubblikata mill-Osservatorju Ewropew tal-Fjuwils Alternattivi tal-Kummissjoni li allegatament ikkonfermat li: (i) il-produtturi tal-Unjoni ma tilfux is-sehem mis-suq u, (ii) MG kienet l-unika BEV Ċiniża li kienet tikkompeti mal-produtturi tal-Unjoni (141). Barra minn hekk, is-CCCME iddikjarat li l-istess konklużjonijiet ġew ikkonfermati mir-rapport ta’ PwC - Strategy & Q2 2024 (142).

(1010)

Din l-asserzjoni hija mingħajr mertu peress li l-evidenza ta’ sostenn użata biex tissostanzja l-asserzjoni ma hijiex rilevanti. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni nnotat li d-data dwar is-suq ippubblikata mill-Osservatorju Ewropew tal-Fjuwils Alternattivi tal-Kummissjoni ma indirizzatx il-kompetizzjoni bejn il-BEVs tal-Unjoni u l-BEVs Ċiniżi u lanqas l-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq tal-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni kontra s-sehem mis-suq tal-BEVs Ċiniżi. Barra minn hekk, ma kienx ċar għaliex is-CCCME asseriet li r-rapport “PwC- Strategy & Q2 2024 report” jasal għal din il-konklużjoni fuq il-paġna 6 kif huwa ddikjarat fil-premessa (1009) ta’ dan ir-Regolament. Tabilħaqq, il-paġna 6 ta’ dan ir-rapport turi “Top-selling BEVs in H1 2024 (ranking change H1 2024 vs. Q1 2024)” fl-Ewropa, fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

5.2.2.   Elementi oħrajn: il-profittabbiltà u indikaturi ekonomiċi oħrajn

(1011)

Kif ġie spjegat fil-premessi (1088), (1101) u (1102) tar-Regolament provviżorju, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni bdiet tiddeterjora fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu fl-ogħla tagħhom.

(1012)

L-informazzjoni addizzjonali miġbura għad-data ta’ wara l-PI stabbiliet li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kompliet tiddeterjora kif ġie spjegat fil-premessa (961) filwaqt li s-sehem mis-suq kompla jonqos ukoll kif muri fil-premessa (959), filwaqt li s-sehem mis-suq tal-marki Ċiniżi kompla jiżdied wara l-PI u laħaq l–14,1 % fit-tieni trimestru tal-2024 kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament.

5.3.   Il-kummenti tal-partijiet interessati wara l-miżuri provviżorji

(1013)

Waslu kummenti dwar it-theddida ta’ dannu mingħand is-CCCME, il-GTĊ, il-Grupp Geely, NIO, il-Kumpanija 18 u l-VDA.

5.3.1.   In-natura tas-sussidju jew sussidji inkwistjoni u l-effetti kummerċjali li aktarx jirriżultaw minnhom

(1014)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi bbenefikaw minn sussidji kienet ibbażata fuq determinazzjoni inkonsistenti mad-WTO u għalhekk dik il-valutazzjoni xekklet kwalunkwe sejba tal-effetti kummerċjali li x’aktarx jirriżultaw mis-sussidjar allegat.

(1015)

Il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME ma elaboratx dwar l-asserzjoni tagħha li s-sejbiet dwar is-sussidjar magħmula mill-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju kienu inkonsistenti mad-WTO. Il-kummenti ppreżentati mill-GTĊ dwar id-determinazzjoni tas-sussidjar ġew indirizzati fit-Taqsima 3 hawn fuq. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda bħala mhux sostanzjata.

(1016)

Is-CCCME u l-GTĊ tennew ukoll xi wħud mill-kummenti tagħhom magħmula rigward it-twaqqigħ tal-prezz u t-trażżin tal-prezz li huma miġbura fil-qosor u indirizzati fid-dettall fil-premessi minn (765) sa (811) ta’ dan ir-Regolament. Is-CCCME u l-GTĊ ma ġabu l-ebda evidenza ġdida f’dan ir-rigward u għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1017)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1106) sa (1110) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

5.3.2.   Rata sinifikanti ta’ żieda fl-importazzjonijiet sussidjati fis-suq tal-Unjoni li tindika li x’aktarx hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet

(1018)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq data inkonsistenti u ma kellhiex paralleli fis-sens li, minn naħa waħda, għall-valutazzjoni tal-volum u tal-effetti tal-prezz tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi, tqiesu l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi kollha, iżda min-naħa l-oħra, il-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu kienet ibbażata biss fuq l-importazzjonijiet tal-BEVs bi sjieda Ċiniża/BEVs tal-marka Ċiniża kif ikkonfermat fil-premessi minn (1125) sa (1128), minn (1157) sa (1159) u (1213) tar-Regolament provviżorju. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll wara d-divulgazzjoni finali.

(1019)

Din l-asserzjoni hija mingħajr mertu. Fil-premessa (1131) tar-Regolament provviżorju, bi tweġiba għal dikjarazzjoni simili magħmula mis-CCCME u mill-GTĊ kif stabbilit fil-premessa (1130) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li l-importazzjonijiet sussidjati kollha tal-BEVs li joriġinaw miċ-Ċina kienu soġġetti għall-investigazzjoni kurrenti, irrispettivament mis-sjieda ta’ kumpanija speċifika. Minħabba li f’ċerti premessi tar-Regolament provviżorju l-Kummissjoni spjegat aspetti differenti ta’ importazzjonijiet tal-BEVs bi sjieda Ċiniża jew importazzjonijiet ta’ BEVs tal-marka Ċiniża, dan ma jfissirx li l-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu kienet ibbażata biss fuq l-importazzjonijiet tal-BEVs bi sjieda Ċiniża jew importazzjonijiet tal-BEVs tal-marka Ċiniża. Il-Kummissjoni eżaminat l-importazzjonijiet li jikkonċernaw il-marki Ċiniżi biex tkompli tikkonferma s-sejbiet tagħha dwar żieda probabbli ta’ importazzjonijiet sussidjati fis-suq tal-Unjoni, fid-dawl tan-natura tas-sussidjar inkwistjoni. Fi premessi oħra tar-Regolament provviżorju bħal (1136) u (1137), il-Kummissjoni spjegat elementi tal-importazzjonijiet futuri ta’ BEVs mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1020)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li jibqa’ inkontestabbli l-fatt li l-kampjun tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kien jikkonsisti biss minn produtturi tal-BEVs tal-marka Ċiniża, li jimplika li l-analiżi tal-effetti fuq il-prezzijiet saret biss abbażi tal-importazzjonijiet tal-BEVs ta’ marki Ċiniżi.

(1021)

Din l-asserzjoni hija fattwalment żbaljata. Geely, wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, esportat ukoll matul il-perjodu ta’ investigazzjoni l-marka Smart, li ma hijiex marka Ċiniża. Kif huwa spjegat fil-premessa (793) ta’ dan ir-Regolament għall-analiżi tal-effetti fuq il-prezzijiet, il-Kummissjoni wettqet żewġ analiżijiet differenti, jiġifieri (i) it-twaqqigħ tal-prezz ibbażat fuq l-importazzjoni ta’ BEVs mit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u (ii) it-trażżin tal-prezz għall-perjodu kollu kkunsidrat li kien jinkludi l-importazzjonijiet kollha ta’ BEVs Ċiniżi. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1022)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-volum tal-importazzjoni tal-BEVs tal-marka Ċiniża żdied b’mod effettiv biss bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni u ż-żieda fl-importazzjonijiet f’sena waħda tal-perjodu kkunsidrat la hija biżżejjed u lanqas ma hija bażi rappreżentattiva biex wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar iż-żieda sostanzjali futura fl-importazzjonijiet kif għamlet il-Kummissjoni għall-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu.

(1023)

Din l-asserzjoni hija wkoll mingħajr mertu. Fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ma kkonkludietx li l-importazzjonijiet miċ-Ċina se jiżdiedu abbażi tal-fatt li l-volum ta’ marki Ċiniżi żdied bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Fil-fatt, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina se jiżdiedu wara l-valutazzjoni ta’ diversi miżuri li jindikaw il-probabbiltà ta’ żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet fil-premessi minn (1113) sa (1118) tar-Regolament provviżorju, l-attraenza tal-industrija tal-Unjoni fil-premessi minn (1119) sa (1129) tar-Regolament provviżorju, l-evoluzzjoni probabbli tal-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni fil-premessi minn (1130) sa (1137) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, fil-premessa (1138) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li aktarx li jkun hemm żieda fl-ishma mis-suq prinċipalment minn marki Ċiniżi fil-futur prevedibbli billi vvalutat l-għadd kbir ta’ tħabbiriet magħmula mill-produtturi esportaturi Ċiniżi għat-tnedija ta’ mudelli ġodda tal-BEVs fis-suq tal-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessi minn (1126) u (1127) tar-Regolament provviżorju, filwaqt li l-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jagħmlu tranżizzjoni għall-produzzjoni tal-BEVs ma ħabbru l-ebda pjan maġġuri biex jimportaw BEVs miċ-Ċina u l-biċċa l-kbira tagħhom kellhom mudell wieħed jew marka waħda ta’ BEVs importata miċ-Ċina f’volumi iżgħar b’mod sinifikanti b’paragun mal-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-istokkijiet fl-Unjoni tal-BEVs Ċiniżi kif stabbilit fil-premessi minn (1157) sa (1159) tar-Regolament provviżorju huma indikatur rilevanti għall-pressjoni futura eżerċitata mill-BEVs Ċiniżi fuq l-industrija tal-Unjoni peress li dawn il-kwantitajiet huma maħsuba b’mod ċar prinċipalment għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

Rata ta’ żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina u s-sehem mis-suq tagħhom

(1024)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni vvalutat b’mod żbaljat ir-rata ta’ żieda fl-importazzjonijiet abbażi tad-data doganali tal-Istati Membri u mhux ta’ reġistrazzjonijiet li juru żieda iżgħar fil-volum tal-importazzjonijiet. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll wara d-divulgazzjoni finali.

(1025)

Is-CCCME u l-GTĊ ma spjegawx għaliex ir-rata ta’ żieda fl-importazzjonijiet jenħtieġ li tiġi vvalutata abbażi tar-reġistrazzjoni u mhux tal-importazzjonijiet attwali. Biex wieħed ifakkar, ir-reġistrazzjonijiet ikopru biss l-importazzjonijiet ta’ BEVs li nbiegħu u ġew irreġistrati, l-importazzjonijiet li ma nbiegħux ma humiex koperti mid-data li tirreferi għar-reġistrazzjoni. Barra minn hekk, it-test legali, kif stabbilit fl-Artikolu 8(8)(b) tar-Regolament bażiku, huwa r-“rata ta’ żieda fl-importazzjonijiet” u mhux tal-importazzjonijiet li reġgħu nbiegħu fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, l-importazzjonijiet totali ta’ BEVs miċ-Ċina li ġew irreġistrati żdiedu wkoll fil-perjodu kkunsidrat kif ġie spjegat fit-Tabella 2b tar-Regolament provviżorju, kemm f’termini ta’ volum kif ukoll f’termini ta’ ishma mis-suq. Iż-żidiet fit-termini tal-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet totali u tal-importazzjonijiet totali li ġew irreġistrati kif ġie spjegat fit-Tabelli 2a u 2b tar-Regolament provviżorju kienu simili. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1026)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni ma analizzatx iż-żidiet fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi separatament u li l-Kummissjoni għaqdet l-awtoimportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tal-BEVs u tal-marka Ċiniża matul l-analiżijiet tal-volum u tal-effetti tal-prezzijiet biex tagħmel każ għal żieda fil-volumi tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi hekk kif (i) l-awtoimportazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat baqgħu sostanzjalment inqas mill-awtoimportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, (ii) is-sehem mis-suq assolut u r-rata taż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs tal-marka Ċiniża kien aktar baxx b’mod sinifikanti minn dak tal-awtoimportazzjonijiet mill-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni u (iii) l-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi kienu ogħla b’mod konsistenti mill-importazzjonijiet tal-BEVs tal-marka Ċiniża fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u kellu d-doppju tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs tal-marka Ċiniża fil-perjodu tal-investigazzjoni. Il-VDA ddikjarat ukoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tħares lejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-livell ta’ manifattur individwali.

(1027)

L-asserzjoni ta’ hawn fuq tas-CCCME u tal-GTĊ kienet f’kontradizzjoni mal-asserzjoni tagħhom li saret qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, jiġifieri li sabiex jiġi vvalutat il-volum ta’ importazzjoni tal-BEVs Ċiniżi u l-probabbiltà li tali importazzjonijiet jiżdiedu fil-futur, jenħtieġ li jiġu vvalutati l-importazzjonijiet kollha tal-BEVs miċ-Ċina u b’mod partikolari l-awtoimportazzjonijiet mill-industrija tal-BEVs tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessa (1130) tar-Regolament provviżorju. Kif ġie spjegat fil-premessa (1131) tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet issussidjati kollha ta’ BEVs li joriġinaw miċ-Ċina kienu soġġetti għall-investigazzjoni kurrenti, irrispettivament mis-sjieda ta’ kumpanija speċifika. Għalhekk, jekk l-importazzjonijiet tal-BEVs tal-marka Ċiniża jew is-sehem mis-suq tagħhom kinux taħt l-awtoimportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni jew żdiedu biss bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni huwa irrilevanti. Barra minn hekk, ma kienx ċar sa liema punt l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li jitqiesu fid-determinazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet miċ-Ċina għall-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu. Għalhekk, fit-taqsimiet tad-dannu u tat-theddida ta’ dannu, il-Kummissjoni vvalutat l-importazzjonijiet ta’ BEVs miċ-Ċina kollha. Madankollu, l-allegat impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ġie analizzat fil-premessa (1191) ta’ dan ir-Regolament fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet wera xejra ta’ tnaqqis bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni wrew xejra ta’ żieda matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezz tal-importazzjoni medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PI. Abbażi ta’ dan, ma jidhirx li jikkontribwixxu għat-theddida ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata wkoll mid-data ta’ wara l-PI kif huwa spjegat fil-premessi minn (1178) sa (1186) ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, fil-premessa (1138) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li aktarx li jkun hemm żieda fl-ishma mis-suq prinċipalment minn marki Ċiniżi fil-futur prevedibbli bi tweġiba għal asserzjoni mressqa mis-CCCME u mill-GTĊ kif ġie spjegat fil-premessa (1130) tar-Regolament provviżorju u din il-konklużjoni ntlaħqet abbażi tal-valutazzjoni magħmula fil-premessi (1136) u (1137) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1028)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni sempliċiment ikkonkludiet li s-sehem mis-suq tal-marka Ċiniża tal-BEVs jiżdied fil-futur prevedibbli u għalhekk l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi kollha jiżdiedu, iżda l-Kummissjoni injorat is-sejba tagħha stess tat-tnaqqis fl-awtoimportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq tagħhom wara l-PI.

(1029)

Din l-asserzjoni hija wkoll fattwalment żbaljata. Fil-premessa (1138) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li aktarx li jkun hemm żieda fl-ishma mis-suq prinċipalment minn marki Ċiniżi fil-futur prevedibbli. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, il-Kummissjoni ma kkonkludietx li l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi kollha se jiżdiedu fil-futur prevedibbli. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1030)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1111) sa (1112) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

Miżuri li jindikaw il-probabbiltà ta’ żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet

(1031)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni taż-żieda probabbli fl-esportazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi lejn l-Unjoni minħabba l-politiki allegati tal-GTĊ ma kinitx ibbażata fuq evidenza pożittiva. B’mod partikolari, is-CCCME u l-GTĊ asserew li r-referenza għall-ħila tal-manifattura taċ-Ċina ma tistax tinftiehem bħala esportazzjonijiet, u ma kien hemm l-ebda evidenza/referenza għal żieda fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jew kwalunkwe mira tas-suq tal-Unjoni fi kwalunkwe wieħed mid-dokumenti li fuqhom ibbażat il-Kummissjoni. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ argumentaw li l-Kummissjoni tat importanza sinifikanti lid-dikjarazzjonijiet miċ-Ċina (jiġifieri tal-President taċ-Ċina) iżda injorat id-dikjarazzjonijiet mill-produtturi tal-industrija tal-Unjoni li kienu qed jikbru u ma ffaċċjaw l-ebda theddida ta’ dannu mill-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi u huma stess kienu qed jistabbilixxu/jespandu l-produzzjoni fiċ-Ċina. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll wara d-divulgazzjoni finali.

(1032)

L-ewwel nett, fil-premessa (1113) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm evidenza li l-politiki tal-GTĊ kienu mmirati lejn il-produzzjoni u speċifikament l-esportazzjonijiet tal-BEVs. Il-premessa (1115) tar-Regolament provviżorju tistabbilixxi s-sejba tal-Kummissjoni li n-NEVs (BEVs u PHEVs) kienu importanti ħafna għall-ekonomija Ċiniża u li fil-messaġġ tiegħu għas-Sena l-Ġdida għall-2024, il-President taċ-Ċina ddikjara li n-NEVs huma “xhieda ġdida tal-ħila tal-manifattura taċ-Ċina”. Għalhekk, ir-referenza għall-qawwa tal-manifattura taċ-Ċina rreferiet għall-produzzjoni u mhux għall-esportazzjonijiet. Fl-istess premessa (1115) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni tistabbilixxi s-sejbiet tagħha li l-manifatturi tal-BEVs Ċiniżi ma kinux sempliċiment ristretti għas-suq domestiku tagħhom peress li l-GTĊ kien qed iħeġġeġ lill-produtturi tal-BEVs Ċiniżi jesploraw swieq barra mill-pajjiż u appoġġawhom b’ħafna modi sabiex jespandu l-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom, inkluż billi jiżviluppaw sistemi sodi ta’ konsultazzjoni legali, ittestjar u ċertifikazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-Pjan 2021-2035 li jistabbilixxi ħames kompiti strateġiċi għall-industrija tan-NEV taċ-Ċina għall-15-il sena li ġejjin, u l-pjan tal-belt Ċiniża ta’ Shenzhen biex tagħti spinta lill-esportazzjonijiet tal-karozzi kif ġie spjegat fid-dettall fil-premessa (1116) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (428) tar-Regolament provviżorju, l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni ta’ EXIM bank jiddikjara li l-EXIM bank huwa ddedikat sabiex jappoġġa l-iżvilupp tal-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika barranija, l-investiment transfruntier, l-Inizjattiva One Belt, One Road, il-kooperazzjoni fil-kapaċità internazzjonali u l-manifattura tat-tagħmir. L-ambitu tan-negozju tiegħu jinkludi self fuq perjodu ta’ terminu qasir, medju u twil kif approvat u f’konformità mal-politiki tal-Istat dwar il-kummerċ barrani tal-Istat u l-ħruġ (“going out”), bħall-kreditu għall-esportazzjoni, il-kreditu għall-importazzjoni, is-self għall-inġinerija barranija mqabbda, is-self għal investiment barrani, is-self tal-gvern Ċiniż għall-għajnuna barranija u s-self lix-xerrejja tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, mis-swieq tal-esportazzjoni kollha disponibbli għall-esportaturi Ċiniżi, fil-premessi minn (1119) sa (1129) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat fid-dettall il-valutazzjoni tagħha għaliex is-suq tal-Unjoni kien l-aktar suq tal-esportazzjoni attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(1033)

Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet li saru mill-produtturi tal-Unjoni fl-istampa msemmija mis-CCCME u mill-GTĊ, tali dikjarazzjonijiet saru minn kumpaniji esposti għal ritaljazzjoni miċ-Ċina u tqies li ma kinux ugwali fir-rilevanza mad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-President taċ-Ċina li jirreferu għall-politika industrijali taċ-Ċina fir-rigward tal-BEVs. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1034)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-produzzjoni li qed tespandi tal-BEVs fiċ-Ċina ma kinitx evidenza ta’ żieda fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(1035)

Il-Kummissjoni ma waslitx għal tali konklużjoni fir-Regolament provviżorju. Il-fatt li l-produzzjoni fiċ-Ċina u l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni żdiedu kien ibbażat fuq il-fatti kif muri fit-Tabelli 14 u 16 tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1036)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li parti kbira miż-żieda fil-produzzjoni fiċ-Ċina kienet dovuta għall-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni li jipproduċu fiċ-Ċina. Is-CCCME u l-GTĊ tennew din l-asserzjoni wara d-divulgazzjoni finali u asserew ukoll li l-Kummissjoni ma setgħetx tistenna li l-partijiet interessati jipprovdu d-data tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fiċ-Ċina meta fil-fatt, il-Kummissjoni suppost kienet qiegħda taġixxi biex tipproteġi l-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni.

(1037)

Il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ma ppreżentaw l-ebda data konkreta dwar il-volum tal-produzzjoni tal-BEVs tal-produtturi tal-Unjoni fir-rigward tal-produzzjoni tal-produtturi Ċiniżi l-oħra. Barra minn hekk, is-CCCME, il-GTĊ jew kwalunkwe parti interessata oħra ma setgħux iressqu kull tip ta’ asserzjoni spekulattiva u jippretendu li l-Kummissjoni tiġbor l-informazzjoni f’dan ir-rigward. Is-CCCME jew kwalunkwe parti interessata oħra għandhom l-obbligu legali li jissottomettu evidenza ta’ sostenn għall-asserzjonijiet li jagħmlu. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda obbligu min-naħa tal-Kummissjoni li twettaq fuq l-inizjattiva tagħha stess investigazzjonijiet ulterjuri bbażati fuq asserzjonijiet spekulattivi u mhux dettaljati mill-partijiet interessati, aktar u aktar meta l-Kummissjoni diġà għandha data affidabbli biżżejjed, kif huwa l-każ fir-rigward ta’ miżuri li jindikaw il-probabbiltà ta’ żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda bħala mhux sostanzjata.

(1038)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi ma kinitx korretta u li dawn ikunu 42 % inqas mid-data pprovduta mill-Kummissjoni fit-Tabella 16 tar-Regolament provviżorju.

(1039)

Kif ġie spjegat fil-premessa (738) ta’ dan ir-Regolament, id-data fit-Tabella 16 tar-Regolament provviżorju, relatata mal-esportazzjonijiet tal-BEVs miċ-Ċina, kienet ibbażata fuq il-bażi tad-data tal-GTA bl-użu tal-kodiċi tal-prodott 8703 80 . Is-CCCME ma speċifikatx liema kodiċi tal-prodott użat biex toħroġ id-data Ċiniża dwar l-esportazzjoni tal-BEVs. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda bħala mhux sostanzjata.

(1040)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-bastimenti għat-trasport tal-karozzi miċ-Ċina ta’ BYD u Chery imsemmija mill-Kummissjoni fil-premessa (1117) tar-Regolament provviżorju ma jindikaw xejn dwar l-esportazzjonijiet potenzjali lejn l-Unjoni peress li (i) ma kinitx l-ewwel industrija li qed tixtri bastimenti biex jitnaqqsu l-kostijiet u jiġu ffaċilitati l-konġestjonijiet tat-trasport, (ii) kemm BYD kif ukoll Chery kienu qed jistabbilixxu l-produzzjoni fl-Unjoni u (iii) dawn il-bastimenti jistgħu ma jintużawx biex jesportaw il-BEVs miċ-Ċina lejn l-Unjoni iżda mill-Unjoni għall-bqija tad-dinja. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll wara d-divulgazzjoni finali.

(1041)

Fil-premessa (1117) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ma kinitx tirreferi biss għall-bastimenti ta’ BYD u Chery iżda wkoll għal kumpaniji Ċiniżi oħra. Fil-fatt, il-Kummissjoni ddikjarat li t-tarzni Ċiniżi jistgħu jwasslu ’l fuq minn 200 bastiment bejn l-2023 u l-2026 u li dan kien jammonta għad-doppju tan-numru ta’ bastimenti kkonsenjati mill-2015 sal-2022. Il-fatt li dawn il-kumpaniji kienu qed jordnaw numru tant kbir ta’ bastimenti wera b’mod ċar l-intenzjoni tagħhom li jesportaw. Barra minn hekk, il-fatt li BYD u Chery jistgħu jistabbilixxu l-produzzjoni fl-Unjoni ma fissirx li ċerti mudelli tal-BEVs mhux se jkomplu jiġu esportati miċ-Ċina u s-CCCME ma ppreżentat l-ebda evidenza li turi destinazzjonijiet potenzjali ta’ esportazzjoni f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rreferiet għas-sejbiet tagħha dwar l-attraenza tas-suq tal-Unjoni fil-premessi minn (1119) sa (1129) tar-Regolament provviżorju u l-premessi minn (1045) sa (1060) ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1042)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li ċerti produtturi Ċiniżi għandhom pjanijiet li jistabbilixxu l-produzzjoni fl-Unjoni u, għall-kuntrarju tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, dan ma kienx indikatur ta’ żieda fl-esportazzjonijiet iżda ta’ tnaqqis fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(1043)

Il-pjanijiet ta’ espansjoni tal-produtturi Ċiniżi f’pajjiżi ewlenin tal-Unjoni huma deskritti fil-premessi (1126) u (1127) tar-Regolament provviżorju, u jelenkaw l-avviżi ta’ ċerti produtturi esportaturi Ċiniżi għall-varar ta’ diversi mudelli ġodda ta’ BEVs fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll biex jespandu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni billi jidħlu fis-suq ta’ aktar Stati Membri fit-terminu qasir b’BEVs miċ-Ċina. Dan sar biex juri l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Ċiniżi iżda ma jistax jiddevja mis-sejbiet ta’ kapaċità żejda enormi tal-BEVs fiċ-Ċina, il-kapaċitajiet żejda għoljin tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-fatt ta’ żieda għolja fl-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kkonfermata mid-data miġbura tirreferi għall-iżviluppi ta’ wara l-PI kif stabbilit fit-Taqsima 5.2 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1044)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1113) sa (1118) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

L-attraenza u l-immirar tas-suq tal-Unjoni

(1045)

Il-Kummissjoni nnotat li minbarra l-pajjiżi msemmija fil-premessa (1121) tar-Regolament provviżorju, il-Kanada se timponi tariffa ta’ 100 % fuq l-importazzjonijiet tal-BEVs miċ-Ċina mill-1 ta’ Ottubru 2024 (143).

(1046)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni kellha tħares lejn iż-żieda fis-suq tal-BEVs f’pajjiżi terzi oħra u mhux biss lejn id-daqs ta’ dawn is-swieq matul il-perjodu kkunsidrat. F’dan ir-rigward, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li l-BEVs huma eventwalment il-futur kullimkien fid-dinja mhux biss fl-Unjoni. F’dan ir-rigward, is-CCCME u l-GTĊ innotaw b’mod partikolari li s-suq tal-BEVs fir-Renju Unit, fl-Awstralja, fil-Kanada u fil-Ġappun kien se jiżdied fil-futur. Is-CCCME u l-GTĊ argumentaw ukoll li l-Kummissjoni ma ħarsitx lejn is-suq tal-BEVs fl-Afrika, fil-Lvant Nofsani u f’ekonomiji emerġenti oħra. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wara d-divulgazzjoni finali.

(1047)

Il-Kummissjoni qablet li l-BEVs eventwalment huma l-futur f’ħafna postijiet tad-dinja, mhux biss fl-Unjoni, flimkien ma’ teknoloġiji oħra. Fit-Tabella 11 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ppreżentat l-akbar suq tal-BEVs fid-dinja u l-proporzjon tal-BEVs fis-suq totali tal-karozzi tal-passiġġieri. Abbażi ta’ din id-data, jista’ jiġi kkalkolat id-daqs tas-suq totali tal-karozzi tal-passiġġieri. Il-Kummissjoni ma qablitx li t-tkabbir ta’ suq partikolari kien aktar importanti mid-daqs ta’ dak l-istess suq u mill-proporzjon tal-BEVs fis-suq totali tal-karozzi tal-passiġġieri. Pereżempju, jekk id-daqs tas-suq tal-karozzi tal-passiġġieri jkun ta’ 10 000 vettura u s-suq tal-BEVs qed jikber bi 15 % fis-sena, dan ma jissarrafx f’domanda kbira ta’ BEVs meta s-suq tal-passiġġieri totali jkun żgħir. Id-daqs tas-suq totali tal-karozzi tal-passiġġieri, id-daqs tas-suq tal-BEVs u l-proporzjon tal-BEVs fis-suq totali tal-karozzi tal-passiġġieri juru l-potenzjal futur tas-suq tal-BEVs ladarba l-karozzi ICE jiġu ssostitwiti bil-BEVs u l-istat tat-tranżizzjoni tas-suq tal-karozzi tal-passiġġieri. Barra minn hekk, ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni lill-Kummissjoni dwar iż-żieda fis-suq tal-BEVs fil-pajjiżi terzi l-oħra u ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni bħal din mis-CCCME jew mill-GTĊ. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li s-CCCME pprovdiet biss xi informazzjoni aneddotali dwar iż-żieda fis-suq tal-vetturi elettriċi fir-Renju Unit, fl-Awstralja, fil-Kanada u fil-Ġappun, li ma setgħetx titqies bħala evidenza valida li abbażi tagħha setgħu jiġu żvalutati s-sejbiet tal-Kummissjoni. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1048)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li fir-rigward tal-aċċess għas-suq, il-Kummissjoni eżaminat is-swieq tal-Istati Uniti u tat-Turkija li ma kinux swieq ewlenin għall-BEVs Ċiniżi fil-passat, filwaqt li injorat swieq ewlenin oħra li qed jikbru għall-BEVs Ċiniżi madwar l-Asja bħat-Tajlandja u l-Filippini kif ukoll ir-Renju Unit, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Afrika u l-Amerika Latina fejn it-tariffi tal-importazzjoni huma baxxi. Barra minn hekk, is-CCCME asseriet li, fir-rigward tal-Indja, il-Kummissjoni injorat il-fatt li l-Indja introduċiet politika ġdida li tnaqqas it-tariffa tal-importazzjoni għal 15 % għall-kumpaniji li stabbilew produzzjoni fl-Indja fit-terminu qasir u li s-SAIC kienet stabbiliet impriża konġunta fl-Indja li turi li s-suq Indjan ma huwiex magħluq għall-esportazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi.

(1049)

Il-fatt li xi swieq ma kinux swieq ewlenin tal-esportazzjoni tal-BEVs Ċiniżi fil-passat ma jfissirx li ma jistgħux isiru hekk fil-futur. Barra minn hekk, filwaqt li xi wħud mis-swieq madwar l-Asja kif ukoll ir-Renju Unit, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Afrika u l-Amerika Latina ma għandhomx dazji għoljin fuq l-importazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ BEVs miċ-Ċina, dawn is-swieq huma żgħar meta mqabbla mas-suq tal-Unjoni u tal-Istati Uniti kif muri fit-Tabella 11 tar-Regolament provviżorju. Is-CCCME u l-GTĊ ma ppreżentaw l-ebda evidenza li turi li s-suq tal-BEVs fl-Emirati Għarab Magħquda u fl-Afrika kien aktar attraenti mis-suq tal-Unjoni għall-esportaturi Ċiniżi u ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni fil-fajl tal-investigazzjoni li tikkonferma tali dikjarazzjoni; għall-kuntrarju, l-investigazzjoni wriet li s-suq tal-Unjoni kien l-aktar attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Barra minn hekk, il-fatt li t-tariffi fl-Indja ma japplikawx għal SAIC tqies bħala insuffiċjenti f’dan ir-rigward, peress li tali tariffi xorta jistgħu japplikaw għal produtturi esportaturi Ċiniżi oħra. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1050)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-volumi tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-BEV tal-Unjoni u s-swieq tagħhom meta mqabbla ma’ dawk tal-produtturi tal-BEVs Ċiniżi ma wrewx li l-BEVs tal-marka Ċiniża kienu qed jimmiraw lejn is-suq tal-Unjoni. Is-CCCME asseriet ukoll li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qed tesporta l-BEVs lejn iċ-Ċina peress li kellha impjanti tal-manifattura fiċ-Ċina. Barra minn hekk, is-CCCME asseriet li anke l-produtturi tal-Unjoni kienu affettwati mit-tariffi fl-Indja, iżda li dawn kollha ma kinux ifissru li l-industrija tal-Unjoni ma esportatx lejn pajjiżi terzi oħra.

(1051)

Il-Kummissjoni naqset milli tifhem ir-rilevanza ta’ din l-asserzjoni. Il-fatt li l-produtturi tal-Unjoni qed jesportaw lejn pajjiżi oħra jew li l-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni qed jimportaw xi mudelli miċ-Ċina ma jitfax dubju fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Għalhekk, ġiet miċħuda bħala mhux ċara.

(1052)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li t-tqabbil tal-Kummissjoni tal-prezzijiet tal-BEVs Ċiniżi għal ċerti mudelli fis-suq Ċiniż u tal-Unjoni kien irrilevanti għall-projezzjonijiet ta’ żieda fl-importazzjonijiet peress li l-ebda wieħed miż-żewġ swieq ma kien l-istess. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni (i) kienet ibbażata fuq eżempji selettivi ta’ wara l-PI, (ii) ma kkunsidratx il-kostijiet aktar baxxi tat-trasport u tal-bejgħ fiċ-Ċina fost oħrajn, u (iii) il-kompetizzjoni fis-suq Ċiniż li kienet essenzjali għat-tkabbir ta’ kwalunkwe industrija.

(1053)

Il-fatt li xi wħud mill-eżempji rigward il-prezzijiet kienu minn perjodi wara l-perjodu ta’ investigazzjoni huwa irrilevanti peress li l-analiżi tat-theddida ta’ dannu hija analiżi prospettiva. Barra minn hekk, il-fatt li l-kostijiet tat-trasport u l-kostijiet tal-bejgħ huma aktar baxxi fiċ-Ċina jew li hemm kompetizzjoni għolja fis-suq Ċiniż ma jinvalidax is-sejba li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu aktar profittabbli fis-suq tal-Unjoni milli fis-suq domestiku tagħhom. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1054)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li s-suq Ċiniż kien qed jikber, u s-suq tal-Unjoni kien żgħir ħafna meta mqabbel mas-suq Ċiniż.

(1055)

Fil-premessi minn (1145) sa (1148) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni analizzat it-tkabbir tas-suq Ċiniż u kkonkludiet li l-kapaċità ta’ riżerva totali fiċ-Ċina taqbeż b’mod sinifikanti d-domanda fiċ-Ċina. Barra minn hekk, ma huwiex ċar kif il-fatt li s-suq tal-Unjoni kien iżgħar mis-suq Ċiniż jagħmel lis-suq tal-Unjoni inqas attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1056)

Barra minn hekk, Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni naqset milli tqis li l-BEVs ma jistgħux jiġu imposti fuq il-klijenti tal-Unjoni, jistgħu jinbiegħu biss fis-suq tal-Unjoni jekk il-klijenti jixtruhom u għalhekk, kienet id-domanda u r-rieda tal-klijenti tal-Unjoni li jixtru l-BEVs Ċiniżi u mhux il-prezzijiet li suppost huma aktar baxxi li jiddeterminaw li l-konsumatur jixtri l-BEVs Ċiniżi.

(1057)

Din l-asserzjoni hija mingħajr mertu. Il-prezz huwa wieħed mill-fatturi ewlenin għall-klijent meta jiddeċiedi li jixtri l-BEVs.

(1058)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li s-sempliċi fatt li l-kumpaniji Ċiniżi huma preżenti fis-suq tal-Unjoni ma kienx biżżejjed evidenza biex jiġi konkluż li l-esportazzjonijiet se jiżdiedu fil-futur. Is-CCCME iddikjarat ukoll li t-tħabbira ta’ ċerti kumpaniji Ċiniżi li jniedu mudelli ġodda tal-BEVs fl-Unjoni ma kinitx indikattiva ta’ żieda fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni minħabba li, kif ġie nnotat ukoll mill-Bord f’Dominican Republic – AD on Steel Bars (Costa Rica) (144), l-allegata “intenzjoni” tal-produtturi esportaturi li jesportaw u jiksbu sehem mis-suq ma kinitx biżżejjed biex tappoġġa l-konklużjoni li aktar esportazzjonijiet huma imminenti u probabbli.

(1059)

Il-Kummissjoni ma kkonkludietx li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu se jiżdiedu biss abbażi tat-tħabbira ta’ ċerti kumpaniji Ċiniżi li jniedu mudelli ġodda tal-BEVs fl-Unjoni. Din il-konklużjoni saret abbażi ta’ valutazzjoni ta’ (i) in-natura tas-sussidju jew tas-sussidji inkwistjoni u l-effetti kummerċjali li x’aktarx jirriżultaw minnhom, (ii) ir-rata sinifikanti ta’ żieda tal-importazzjonijiet sussidjati fis-suq tal-Unjoni li tindika l-probabbiltà ta’ żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet, (iii) il-kapaċità suffiċjenti disponibbli liberament min-naħa tal-esportatur jew żieda imminenti u sostanzjali f’tali kapaċità li tindika l-probabbiltà ta’ żieda sostanzjali fl-esportazzjonijiet sussidjati lejn l-Unjoni, li tiġi kkunsidrata d-disponibbiltà ta’ swieq ta’ esportazzjoni oħrajn biex jassorbu esportazzjonijiet addizzjonali, (iv) jekk l-importazzjonijiet hux qed jidħlu bi prezzijiet li, sa ċertu punt, inaqqsu l-prezzijiet jew jipprevjenu ż-żidiet fil-prezzijiet li kieku kien ikun hemm, u li probabbilment iżidu d-domanda għal aktar importazzjonijiet; u (v) il-livell ta’ inventarji kif ġie spjegat fil-premessi minn (1106) sa (1159) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1060)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1119) sa (1029) tar-Regolament provviżorju kif kompletati mill-premessa (1045) ta’ dan ir-Regolament, ġew ikkonfermati.

Evoluzzjoni probabbli tal-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni

(1061)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni naqset milli teżamina u tikkunsidra l-importazzjonijiet ta’ Tesla miċ-Ċina li hija parti mill-industrija tal-Unjoni u, għalhekk, naqset milli tikkunsidra l-importazzjonijiet kollha tal-industrija tal-Unjoni fil-valutazzjoni tagħha tal-evoluzzjoni probabbli tal-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni.

(1062)

Din l-asserzjoni hija fattwalment żbaljata. Fil-premessa (1137) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-importazzjonijiet ta’ Tesla miċ-Ċina ma kinux mistennija li jiżdiedu b’mod sinifikanti peress li l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ riżerva ta’ Tesla kienet baxxa ħafna, jekk kien hemm. Skont informazzjoni pubblika, Tesla beħsiebha żżid il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha fiċ-Ċina. Madankollu, jidher li Tesla għadha ma rċevietx l-approvazzjonijiet regolatorji meħtieġa u ma huwiex ċar jekk hijiex se tirċevihom (145). Is-CCCME ma ressqet l-ebda evidenza li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ma kinitx korretta u ma għamlet l-ebda kumment. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1063)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-importazzjonijiet tal-OEMs tal-Unjoni ma kinux se jiżdiedu ma kinitx appoġġata minn evidenza peress li (i) Volkswagen bdiet tipproduċi u tesporta mudell ġdid, il-Cupra Tavascan, lejn l-Unjoni minn Diċembru 2023 u dawn l-importazzjonijiet ma kinux ikkunsidrati fid-data tal-perjodu ta’ investigazzjoni, (ii) għalkemm il-Kummissjoni asseriet li l-BMW mhux se tesporta l-mudell iX3 tagħha mill-Unjoni lejn iċ-Ċina mill-2025, injorat il-fatt li l-BMW se tesporta l-Mini miċ-Ċina lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li fis-7 ta’ Lulju 2024, BMW iddikjarat pubblikament li kienet se titlob rieżami rapidu lill-UE biex tikseb tariffi tal-importazzjoni aktar baxxi għall-BEVs Ċiniżi tagħha li għandhom jiġu esportati lejn l-UE u għalhekk, is-CCCME u l-GTĊ kkonkludew li dan ma jkunx meħtieġ jekk il-volumi tal-esportazzjoni jkunu żgħar u ma jkunux se jiżdiedu.

(1064)

B’kuntrast ma’ dak li ġie ddikjarat mis-CCCME u mill-GTĊ, fil-premessa (1136) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-grupp BMW kien biħsiebu li jimporta miċ-Ċina l-marka MINI Cooper u li l-grupp Volkswagen kien se jimporta l-marka Cupra. L-importazzjonijiet tal-marka Cupra tal-grupp Volkswagen tabilħaqq ma setgħux jiġu inklużi fil-perjodu ta’ investigazzjoni peress li ma saret l-ebda importazzjoni bħal din matul dak il-perjodu. Barra minn hekk, l-asserzjoni li l-importazzjonijiet tal-BMW miċ-Ċina ma setgħux ikunu żgħar jekk il-BMW beħsiebha titlob rieżami rapidu hija purament spekulattiva. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1065)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda projezzjoni tax-xenarji mistennija taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi u tal-BEVs tal-marka Ċiniża u tas-suq tagħhom. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll wara d-divulgazzjoni finali.

(1066)

F’konformità mal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ma hijiex meħtieġa tagħmel projezzjonijiet tax-xenarji mistennija taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi u tal-BEVs tal-marka Ċiniża u s-sehem mis-suq tagħhom. Madankollu, fil-premessi minn (1130) sa (1138), il-Kummissjoni spjegat l-evoluzzjoni probabbli tal-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1067)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni ma vvalutatx l-importazzjonijiet tal-BEVs fil-kuntest tad-domanda dejjem tikber tal-Unjoni u t-tkabbir mistenni fil-futur. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll wara d-divulgazzjoni finali.

(1068)

Din l-asserzjoni hija wkoll fattwalment żbaljata. L-analiżi tal-Kummissjoni rigward l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi saret ukoll abbażi tal-ishma mis-suq li jqisu t-tkabbir fid-domanda. Pereżempju, fil-premessa (1128) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li Transport & Environment jistmaw li s-sehem mis-suq tal-marki Ċiniżi u tal-marki Ewropej mixtrija minn kumpaniji Ċiniżi se jilħaq sehem mis-suq ta’ 11 % fl-2024, 14 % fl-2025 u 20 % sal-2027. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1069)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA asseriet li l-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju li s-sehem mis-suq tal-marki Ċiniżi se jiżdied fil-futur prevedibbli kienet qarrieqa u injorat punti rilevanti. B’mod partikolari, il-VDA ddikjarat li (i) din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq il-premessi minn (1130) sa (1137) tar-Regolament provviżorju li fihom il-Kummissjoni wriet li l-importazzjonijiet ta’ marki Ċiniżi żdiedu, (ii) il-Kummissjoni injorat fil-valutazzjoni tagħha l-fatt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn OEMs Ewropej żdied b’fattur ta’ 18,3 bejn l-2020 u l-2022 skont it-Tabella 12a tar-Regolament provviżorju, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-OEMs Ċiniżi żdied biss b’fattur ta’ 2,7 fl-istess perjodu, (iii) għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (1137) tar-Regolament provviżorju li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ta’ Tesla miċ-Ċina naqas minħabba l-fatt li l-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina kienet baxxa, is-suq mis-sehem tal-importazzjonijiet ta’ Tesla naqas peress li Tesla fetħet impjant tal-produzzjoni fil-Ġermanja u għalhekk tforni lis-suq tal-Unjoni mill-Ġermanja, (iv) fil-premessa (1136) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat il-varar ippjanat ta’ mudelli ġodda u speċifiċi minn manifatturi tal-Unjoni fiċ-Ċina u kkonkludiet li dawn ma jwasslux għal żieda sinifikanti fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet relatati tal-Unjoni fit-terminu qasir ħafna u fil-futur qarib mingħajr ma jispjegaw kif il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni, filwaqt li fil-premessa (1138) tar-Regolament provviżorju saret il-valutazzjoni li l-OEMs Ċiniżi se jiksbu ishma mis-suq mingħajr ma semmiet mudelli speċifiċi u għalhekk tali konklużjonijiet ma setgħux jiġu derivati mid-data ppreżentata u għalhekk ġew imfassla b’mod arbitrarju.

(1070)

Il-punt (i) huwa fattwalment żbaljat. Il-premessi minn (1130) sa (1137) tar-Regolament provviżorju ma jispjegawx biss li s-sehem mis-suq tal-marki Ċiniżi żdied bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda wkoll għaliex is-sehem mis-suq tagħhom huwa mistenni li jiżdied fil-futur prevedibbli.

(1071)

Fir-rigward tal-punt (ii), il-Kummissjoni ma injoratx il-kobor taż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet magħmula mill-OEMs Ewropej meta mqabbla maż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn marki Ċiniżi. Madankollu, fir-rigward tal-futur prevedibbli, kif ġie spjegat fil-premessi minn (1136) sa (1138) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li x’aktarx kien se jkun hemm żieda fl-ishma mis-suq prinċipalment minn marki Ċiniżi. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata wkoll mid-data ta’ wara l-PI li wriet li l-importazzjonijiet tal-marki Ċiniżi żdiedu b’mod sinifikanti għal 14 % fit-tieni trimestru tal-2024, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-OEMs Ewropej naqsu kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament.

(1072)

Il-punt (iii) huwa wkoll fattwalment żbaljat. Fil-premessa (1137), il-Kummissjoni ddikjarat li l-importazzjonijiet ta’ Tesla miċ-Ċina ma kinux mistennija li jiżdiedu b’mod sinifikanti peress li l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ riżerva ta’ Tesla kienet baxxa ħafna, u mhux peress li naqset. Barra minn hekk, minkejja l-fabbrika tagħha fil-Ġermanja, Tesla tkompli timporta miċ-Ċina anke l-istess mudell tal-BEVs li hija timmanifattura fil-Ġermanja.

(1073)

Il-punt (iv) huwa wkoll fattwalment żbaljat. Il-mudelli tal-marki Ċiniżi ġew iddikjarati fil-premessi (1126) u (1127) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, fil-premessa (1136) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li b’kuntrast mal-għadd kbir ta’ avviżi magħmula mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jaqilbu għall-produzzjoni tal-BEVs ma ħabbru l-ebda pjan maġġuri biex jimportaw il-BEVs miċ-Ċina. Kif ġie spjegat fil-premessa (1071) ta’ dan ir-Regolament, din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata wkoll mid-data ta’ wara l-PI li wriet li l-importazzjonijiet tal-marki Ċiniżi żdiedu b’mod sinifikanti għal 14 % fit-tieni trimestru tal-2024, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-OEMs Ewropej naqsu kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament.

(1074)

Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1075)

Dwar il-kwistjoni ta’ Tesla u l-produzzjoni tagħha fil-Ġermanja, wara d-divulgazzjoni finali, il-VDA iddikjarat li l-previżjoni ta’ Transport & Environment wriet li s-sehem mis-suq ta’ Tesla tal-BEVs prodotti fiċ-Ċina naqas fl-2023 bħala riżultat tal-produzzjoni ta’ Tesla fil-Ġermanja. Fid-dawl ta’ dan, il-VDA argumentat li l-aġġustamenti fin-network tal-produzzjoni internazzjonali tal-manifatturi għandhom effetti fuq il-flussi internazzjonali tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni tal-prodotti tagħhom u li r-risposta tal-Kummissjoni injorat dan il-punt.

(1076)

Il-Kummissjoni ma kkontestatx il-fatt li l-aġġustamenti fin-network tal-produzzjoni internazzjonali tal-manifatturi kellhom effetti fuq il-flussi internazzjonali tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni tal-prodotti tagħhom. Barra minn hekk, il-VDA ma spjegatx x’konklużjonijiet konkreti għandhom jinstiltu minn din il-premessa ġenerali għall-każ inkwistjoni u ma ċċaratx liema punt inqabeż fir-risposta tal-Kummissjoni. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1077)

Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA asseriet li l-produzzjoni tal-produtturi Ġermaniżi tal-BEVs żdiedet bejn l-2020 u l-2023 u li l-perspettiva tal-manifatturi Ewropej, li bnew il-produzzjoni ta’ BEVs tagħhom biex ifornu lis-suq tal-Unjoni, ġiet injorata fis-sejbiet, meta fil-fatt mexxiet l-iżvilupp tal-ishma mis-suq.

(1078)

Din l-asserzjoni hija mingħajr mertu. Il-fatt li l-produtturi tal-Unjoni kienu bnew faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-BEVs biex ifornu lis-suq tal-Unjoni ma kienx jiggarantixxi l-bejgħ tagħhom fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1079)

Barra minn hekk, Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA ddikjarat li l-ishma mis-suq tal-kumpaniji Ċiniżi kienu żgħar wisq biex jikkawżaw xi dannu jew theddida ta’ dannu.

(1080)

Il-Kummissjoni ma qisitx li sehem mis-suq ta’ 7,3 % huwa żgħir, speċjalment meta wieħed iqis li dan is-sehem mis-suq intlaħaq f’perjodu ta’ żmien qasir ħafna, kif muri fit-Tabella 12a tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (1138) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li aktarx li jkun hemm żieda fl-ishma mis-suq prinċipalment minn marki Ċiniżi fil-futur prevedibbli. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata mid-data ta’ wara l-PI li wriet li sat-tieni trimestru tal-2024, is-sehem mis-suq tal-marki Ċiniżi żdied b’mod sinifikanti għal 14,1 % kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1081)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA asseriet ukoll li l-Kummissjoni waslet għal konklużjonijiet dwar l-iżviluppi futuri tal-ishma mis-suq ibbażati fuq l-ishma mis-suq tal-passat, li kienu spekulattivi u ma kkunsidrawx biżżejjed il-firxiet futuri tal-mudelli u n-networks ta’ produzzjoni internazzjonali tal-manifatturi (Ewropej).

(1082)

Din l-asserzjoni hija wkoll mingħajr mertu. Kif ġie spjegat fil-premessa (1022) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ma kkonkludietx fir-Regolament provviżorju li l-importazzjonijiet miċ-Ċina u s-sehem mis-suq tagħhom se jiżdiedu abbażi tax-xejriet tal-passat. Fil-fatt, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina se jiżdiedu wara l-valutazzjoni ta’ diversi fatturi li jindikaw il-probabbiltà ta’ żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1113) sa (1118) tar-Regolament provviżorju, l-attraenza tal-industrija tal-Unjoni fil-premessi minn (1119) sa (1129) tar-Regolament provviżorju, u l-evoluzzjoni probabbli tal-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni fil-premessi minn (1130) sa (1137) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, fil-premessa (1138) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li aktarx li jkun hemm żieda fl-ishma mis-suq prinċipalment minn marki Ċiniżi fil-futur prevedibbli billi vvalutat l-għadd kbir ta’ dikjarazzjonijiet magħmula mill-produtturi esportaturi Ċiniżi għat-tnedija ta’ mudelli ġodda tal-BEVs fis-suq tal-Unjoni kif ġie spjegat fil-premessi (1126) u (1127) tar-Regolament provviżorju, filwaqt li l-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jaqilbu għall-produzzjoni tal-BEVs ma ħabbru l-ebda pjani maġġuri biex jimportaw BEVs miċ-Ċina u l-biċċa l-kbira tagħhom kellhom mudell wieħed jew marka waħda ta’ BEVs importata miċ-Ċina f’volumi iżgħar b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-istokkijiet tal-BEVs fl-Unjoni tal-BEVs Ċiniżi kif stabbilit fil-premessi minn (1157) sa (1159) tar-Regolament provviżorju huma indikatur rilevanti għall-pressjoni futura eżerċitata mill-BEVs Ċiniżi fuq l-industrija tal-Unjoni peress li dawn il-kwantitajiet huma maħsuba b’mod ċar prinċipalment għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1083)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA asseriet ukoll li fis-snin li ġejjin, is-suq tal-BEVs tal-Unjoni se jgħaddi minn bidliet sinifikanti peress li diversi produtturi tal-Unjoni se jintroduċu mudelli tal-BEVs aktar affordabbli li se jagħmlu pressjoni ulterjuri fuq is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni.

(1084)

Saret asserzjoni simili mill-Kumpanija 24 li ġiet miġbura fil-qosor fil-premessa (1165) tar-Regolament provviżorju u indirizzata fil-premessa (1166) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni beħsiebha tniedi aktar mudelli ta’ BEVs għas-suq tal-Unjoni bi prezzijiet differenti, il-produtturi esportaturi Ċiniżi huma mistennija jadattaw għal dawn il-mudelli ġodda ta’ BEVs u joffru BEVs simili bi prezzijiet saħansitra aktar baxxi b’mod simili għal dak li seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1085)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA asseriet li s-sehem mis-suq tal-marki Ċiniżi ma jiżdiedx b’mod sinifikanti fil-futur prevedibbli peress li skont S&P (AutoInsight) għall-2030, is-sehem mis-suq tal-manifatturi Ċiniżi fis-suq ġenerali tal-karozzi tal-passiġġieri fl-Ewropa se jonqos fil-medda ta’ bejn 5 u 10 %.

(1086)

Il-Kummissjoni nnotat li t-theddida ta’ dannu trid tkun imminenti u għalhekk fl-analiżi tagħha, hija qieset il-“futur prevedibbli” bħala perjodu ta’ żmien iqsar mill-2030. Il-Kummissjoni eżaminat l-iżviluppi prevedibbli fl-2025-2026. Barra minn hekk, id-data ta’ wara l-PI turi li s-sehem mis-suq tal-BEVs bil-marka Ċiniża żdied b’mod sinifikanti fit-tieni trimestru tal-2024 u laħaq l-14 %, kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1087)

Wara d-divulgazzjoni finali, u b’referenza għall-premessi (1072), (1085) u (1086) ta’ dan ir-Regolament, il-VDA argumentat li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovat li d-dannu se jseħħ fil-futur.

(1088)

Il-Kummissjoni fakkret li l-istandard legali rilevanti ma għandux l-għan li jagħti prova li d-dannu se jseħħ. L-istandard legali għandu juri l-eżistenza ta’ theddida ta’ dannu, u dan l-istandard ġie ssodisfat. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1089)

Barra minn hekk, il-VDA qieset li ma huwiex ċar għaliex il-Kummissjoni użat il-previżjonijiet ta’ Transport & Environment minflok il-previżjonijiet ta’ S&P Data Mobility. B’mod partikolari, il-VDA kellha dubji dwar jekk il-metodoloġija applikata fil-previżjoni ta’ Transport & Environment, li tassumi tkabbir lineari tal-ishma mis-suq tal-manifatturi Ċiniżi, kinitx xierqa, u għaliex intużat biex tiddetermina t-theddid futur. Barra minn hekk, il-VDA iddikjarat li skont il-Global Hybrid and Electric Vehicle Forecast ta’ GlobalData, il-manifatturi Ċiniżi se jiksbu sehem mis-suq ta’ 6 % kull wieħed fis-suq Ewropew tal-BEVs fl-2027, u għalhekk jibqgħu ferm taħt l-20 % fl-2027.

(1090)

Il-Kummissjoni ma għandhiex aċċess għall-istima tal-ishma tas-suq minn S&P Mobility u minn GlobalData u l-VDA lanqas ma ssottomettiet tali data. Barra minn hekk, il-VDA ma spjegatx għaliex il-previżjoni ta’ S&P Global Mobility tkun aktar affidabbli. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat li l-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu tagħha ma kinitx tiddependi fuq il-previżjoni ta’ Transport & Environment. Kif ġie spjegat fil-premessa (1082) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet tagħha wara li vvalutat diversi fatturi li jindikaw il-probabbiltà ta’ żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet. Fir-rigward tar-referenza tal-VDA għar-rapport ta’ GlobalData, il-Kummissjoni nnotat li, fid-dawl tan-numru għoli ta’ manifatturi Ċiniżi, ma kienx ċar kif kull wieħed minnhom seta’ jikseb sehem mis-suq ta’ 6 %, filwaqt li s-sehem mis-suq totali tagħhom jibqa’ taħt l-20 %. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1091)

B’referenza għall-premessi (1126), (1127) u (1129) tar-Regolament provviżorju, il-VDA asseriet ukoll li t-tħabbiriet tat-tnedija ta’ prodotti ma kinux jikkostitwixxu theddida ta’ dannu, anke minħabba li xi drabi l-pjanijiet rispettivi ma jimmaterjalizzawx bis-sħiħ, u tat xi eżempji f’dan ir-rigward.

(1092)

Il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li t-tħabbiriet ma jikkostitwixxux theddida ta’ dannu minnhom infushom, dawn huma fattur rilevanti li għandu jitqies f’valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu. F’dan il-każ, anke jekk mhux it-tħabbiriet kollha mill-manifatturi Ċiniżi jimmaterjalizzaw bis-sħiħ, flimkien juru xejra ċara lejn espansjoni konsiderevoli tal-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, kemm f’termini ta’ ambitu ġeografiku kif ukoll f’termini ta’ ambitu tal-prodott. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1093)

Fl-aħħar nett, il-VDA rreferiet għall-premessa (1122) tar-Regolament provviżorju li tiddeskrivi d-differenzi fil-prezzijiet bejn is-suq Ċiniż u tal-Unjoni għal BEVs prodotti fiċ-Ċina. Il-VDA qieset li dawn id-differenzi ma humiex rari u qajmet dubju dwar ir-rilevanza tagħhom għall-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu. Barra minn hekk, il-VDA argumentat li l-mudelli elenkati bħala eżempji mill-Kummissjoni għandhom volum ta’ anqas minn 30 000 unità fis-suq tal-Unjoni u huma mistennija li jiksbu sehem mis-suq żgħir ħafna u li għalhekk, ma jistgħux jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(1094)

Il-Kummissjoni ma kkontestatx li għal ħafna prodotti, id-differenzi fil-prezzijiet bejn is-swieq nazzjonali huma komuni u jistgħu jiġu spjegati minn għadd kbir ta’ fatturi. Kif ġie spjegat fl-aħħar tal-premessa (1122) tar-Regolament provviżorju, dawn id-differenzi u x-xejriet fil-prezzijiet jindikaw l-attraenza għolja tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Ċiniżi tal-BEVs. Id-differenzi fil-prezzijiet, u d-differenzi assoċjati fil-profitti, jipprovdu inċentivi qawwija lill-produtturi Ċiniżi tal-BEVs biex jespandu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li t-theddida ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni, li għaliha l-attraenza tas-suq tal-Unjoni hija wieħed mill-fatturi rilevanti, ma ġietx biss mill-mudelli li ntużaw bħala eżempji, iżda mill-importazzjonijiet Ċiniżi fit-totalità tagħhom. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1095)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 18 asseriet li ma qablitx mal-istimi tas-sehem mis-suq tal-marki Ċiniżi minn Transport & Environment iddikjarati fil-premessa (1128) tar-Regolament provviżorju u li fl-akbar tliet swieq fl-S&P Global Mobility tal-Unjoni tistenna li l-marki Ċiniżi se jkollhom sehem mis-suq ta’ 10 % sal-2030.

(1096)

Kif imsemmi fil-premessa (1086), il-perjodu ta’ żmien ivvalutat f’każ ta’ theddida ta’ dannu huwa iqsar minn l-2030, jiġifieri 2025 – 2026. Barra minn hekk, kif iddikjarat fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament, is-sehem mis-suq tal-marki Ċiniżi fit-tieni trimestru tal-2024 diġà laħaq l–14,1 %. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1097)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1130) sa (1134) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

5.3.3.   Il-kapaċità suffiċjenti disponibbli liberament u l-kapaċità ta’ assorbiment ta’ swieq ta’ pajjiżi terzi

(a)   Il-kapaċità, il-kapaċità ta’ riżerva u l-produzzjoni fiċ-Ċina

(1098)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li d-data tal-kapaċità totali ta’ BEVs u ta’ kapaċità ta’ riżerva taċ-Ċina kkalkolata mill-Kummissjoni kif deskritt fil-premessi minn (1140) sa (1143) tar-Regolament provviżorju ma kinitx akkurata peress li (i) id-data dwar il-volum tal-produzzjoni rrapportata mis-CAAM li fuqha bbażat il-Kummissjoni kellha kopertura ferm usa’ peress li kienet tikkonċerna l-vetturi elettriċi bil-batterija kollha u l-prodotti mhux inklużi fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni bħall-vetturi kummerċjali, il-vannijiet għat-trasportazzjoni tal-merkanzija, eċċ., u vannijiet b’kapaċità ogħla minn disa’ persuni, u (ii) minħabba żball klerikali u l-użu ta’ ċifra ta’ produzzjoni tas-CAAM żbaljata għall-perjodu ta’ investigazzjoni.

(1099)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Id-data użata mill-Kummissjoni kienet il-produzzjoni ta’ BEVs għall-vetturi tal-passiġġieri. Id-data tal-produzzjoni għall-vetturi kummerċjali hija rrapportata separatament mis-CAAM u din id-data ma ntużatx mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li turi li d-data għall-BEVs għall-passiġġieri tinkludi vannijiet għat-trasport ta’ oġġetti u vannijiet b’kapaċità ogħla minn disa’ persuni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni vverifikat mill-ġdid id-data tal-produzzjoni għall-BEVs irrapportata mis-CAAM għall-perjodu ta’ investigazzjoni u kkonfermat li d-data rrapportata fit-Tabella 14 tar-Regolament provviżorju kienet korretta. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda żball klerikali fil-kalkolu tal-kapaċità u tal-kapaċità ta’ riżerva għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Id-differenza potenzjali miksuba mis-CCCME ġejja minn arrotondament peress li r-rata eżatta tal-użu tal-kapaċità għall-perjodu ta’ investigazzjoni kienet ta’ 63,6 % filwaqt li l-Kummissjoni rrapportat l-ammont arrotondat ta’ 64 % fit-Tabella 13 tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1100)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-metodoloġija u l-estrapolazzjoni tad-data u l-kalkolu tal-Kummissjoni kienu bbażati fuq suppożizzjonijiet żbaljati u mhux sostanzjati li (a) kien hemm 100 produttur Ċiniż tal-BEVs preżenti fis-suq Ċiniż, u (b) il-kapaċitajiet tal-produzzjoni ta’ dawn il-kumpaniji kollha evolvew bl-istess rata bħal dawk tal-21 produttur tal-BEVs Ċiniżi li kkooperaw. Is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni ma kienx imissha assumiet li l-manifatturi Ċiniżi kollha tal-vetturi elettriċi msemmija minn Bloomberg ipproduċew il-BEVs u li l-21 grupp Ċiniż ta’ produtturi esportaturi li ppreżentaw tweġiba għall-kampjunar fl-investigazzjoni ma kinux rappreżentattivi. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża r-rata ta’ użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-BEVs Ċiniżi inklużi fil-kampjun u ta’ Tesla li ġiet ivverifikata mill-Kummissjoni sabiex tivvaluta r-rata ta’ użu tal-kapaċità tal-kumpaniji Ċiniżi. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll wara d-divulgazzjoni finali.

(1101)

Kif ġie spjegat fil-premessa (1139) tar-Regolament provviżorju, il-GTĊ ma pprovdiex lista tal-manifatturi tal-BEVs fiċ-Ċina u għalhekk, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għal informazzjoni disponibbli pubblikament f’dan ir-rigward. Madankollu, jekk hemmx 100 jew 50 produttur tal-BEVs fiċ-Ċina kien irrilevanti kif ġie spjegat fil-premessa (1141) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, id-data dwar il-produzzjoni, il-kapaċità u l-kapaċità ta’ riżerva bbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma kinitx kompluta kif ġie kkonfermat mill-informazzjoni ppubblikata mis-CAAM. Din tal-aħħar wriet li l-volum tal-produzzjoni totali ta’ BEVs fiċ-Ċina kien ta’ 5,8 miljun meta mqabbel ma’ 3,9 miljun li kien il-volum tal-produzzjoni totali tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li ppreżentaw formola ta’ kampjunar. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda għażla ħlief li tassumi li l-produtturi ta’ BEVs Ċiniżi li ma ppreżentawx ruħhom fl-investigazzjoni kellhom l-istess rata ta’ użu tal-kapaċità bħall-produtturi esportaturi Ċiniżi li ppreżentaw ruħhom sabiex jikkalkolaw il-kapaċità totali u l-kapaċità ta’ riżerva tal-BEVs fiċ-Ċina. Barra minn hekk, f’dak li għandu x’jaqsam mal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża r-rata ta’ użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-BEVs Ċiniżi inklużi fil-kampjun u ta’ Tesla u b’hekk tinjora d-data rispettiva rrapportata mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni nnotat li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni jew raġuni oġġettiva biex tiġi miċħuda d-data disponibbli fil-fajl u tiġi sostitwita bi stimi. Fl-aħħar, il-Kummissjoni nnotat li la s-CCCME u lanqas il-GTĊ ma ppreżentaw data aktar preċiża dwar il-kapaċità totali u l-kapaċità ta’ riżerva tal-BEVs fiċ-Ċina. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1102)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li s-sejba tal-Kummissjoni li l-kapaċità Ċiniża tal-ICE kienet sinifikanti u li din setgħet tinqaleb għall-produzzjoni tal-BEVs kienet sempliċiment suppożizzjoni. Huma argumentaw li l-Kummissjoni bbażat l-istima tagħha tal-kapaċità Ċiniża tal-ICE fuq taħlita ta’ rapporti tal-istampa, filwaqt li ma kien hemm l-ebda evidenza disponibbli li l-kapaċità tal-ICE se tinbidel għall-BEVs u lanqas ma kien hemm raġuni biex wieħed jemmen li dan se jkun il-każ. Barra minn hekk, is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw li parti kbira mill-kapaċità ta’ produzzjoni tal-BEVs fiċ-Ċina kienet proprjetà tal-produtturi tal-Unjoni u li użaw din il-kapaċità biex jimmanifatturaw il-BEVs għas-suq Ċiniż u tal-Unjoni kif ukoll swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn.

(1103)

Fil-premessa (1142) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe sors ieħor aktar affidabbli, użat għad-determinazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina għall-informazzjoni dwar il-passiġġieri tan-NEVs u tal-ICE rrapportata minn China Daily li ħadet l-informazzjoni mill-Assoċjazzjoni tal-Karozzi tal-Passiġġieri taċ-Ċina u għalhekk tali informazzjoni tqieset affidabbli biżżejjed, b’mod partikolari meta jitqies li ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni oħra. Għal darb’oħra, is-CCCME u l-GTĊ ikkritikaw biss is-sors ta’ informazzjoni użat mill-Kummissjoni, iżda ma ppreżentawx data aktar preċiża. Il-fatt li l-produzzjoni tal-ICE tista’ tinqaleb għall-produzzjoni tal-BEVs ġie spjegat mill-produtturi tal-Unjoni matul il-verifika fuq il-post. Jekk il-produtturi esportaturi Ċiniżi eventwalment humiex se jibdlu l-kapaċità minn vetturi ICE għal BEVs ma huwiex rilevanti, iżda huwa rilevanti jekk tali bidla hijiex tabilħaqq realistikament fattibbli. Barra minn hekk, il-fatt li ftit mill-kapaċità ta’ produzzjoni fiċ-Ċina hija proprjetà tal-industrija tal-Unjoni huwa irrilevanti wkoll peress li l-importazzjonijiet sussidjati kollha tal-BEVs li joriġinaw miċ-Ċina huma soġġetti għall-investigazzjoni kurrenti, irrispettivament mis-sjieda ta’ kumpanija speċifika kif ġie spjegat fil-premessa (1131) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1104)

Barra minn hekk, Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li fil-kalkolu tal-kapaċità ta’ riżerva, il-Kummissjoni ma qisitx li (i) fis-settur tal-manifattura tal-vetturi l-produtturi ma jistgħux jilħqu utilizzazzjoni tal-kapaċità ta’ 100 % minħabba, pereżempju, ostakli tal-produzzjoni u limitazzjonijiet tal-katina tal-provvista, (ii) il-produtturi ewlenin tal-BEVs, skont data disponibbli pubblikament, għandhom utilizzazzjoni tal-kapaċità ta’ kważi 90 %, (iii) kien hemm ħafna rekwiżiti regolatorji tal-bejgħ fl-Unjoni li jipprevjenu li kull produttur tal-BEVs jista’ jbigħ fis-suq tal-Unjoni wkoll u kull BEV manifatturata fiċ-Ċina tista’ titpoġġa fis-suq tal-Unjoni, (iv) il-kapaċità ta’ riżerva tal-BEVs stmata fiċ-Ċina kienet qed tonqos hekk kif id-domanda domestika kienet qed tiżdied, (v) diversi produtturi waqqfu l-produzzjoni/abbandunaw il-pjanijiet ta’ produzzjoni, għalhekk, kien hemm indikaturi ċari li l-kapaċità kienet qed tonqos. Barra minn hekk, dawn il-partijiet asserew li l-GTĊ implimenta reġim ta’ liċenzjar aktar strett għall-approvazzjonijiet regolatorji li kellu impatt fuq il-kumpaniji meta jistabbilixxu produzzjoni ġdida ta’ vetturi elettriċi fiċ-Ċina u nnota li dan ġie rikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni fil-premessa (1143) jew fir-Regolament provviżorju.

(1105)

Kif ġie spjegat fil-premessi (1140) u (1141) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkalkolat ir-rata ta’ użu tal-kapaċità tal-21 produttur esportatur Ċiniż kollha li ppreżentaw formola ta’ kampjunar ibbażata fuq id-data ppreżentata minnhom. Għalhekk, il-fatt li ċerti produtturi tal-BEVs għandhom kważi 90 % tal-użu tal-kapaċità kien irrilevanti f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kkonkludietx li l-kapaċità ta’ riżerva kollha tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet se tiġi diretta lejn l-Unjoni, iżda sempliċiment ikkalkolat il-kapaċità ta’ riżerva potenzjali disponibbli abbażi tal-informazzjoni li kellha għad-dispożizzjoni tagħha. Għalhekk, l-argumenti msemmija fil-punti (i) u (iii) kienu irrilevanti. Kif diġà ntqal qabel, is-CCCME u l-GTĊ ikkritikaw is-sorsi u l-metodoloġija użati mill-Kummissjoni, iżda ma ppreżentawx data aktar preċiża, jew ma ppreżentaw l-ebda data. Fir-rigward tal-punt (iv), il-Kummissjoni vvalutat id-domanda domestika fiċ-Ċina fil-premessi minn (1145) sa (1148) tar-Regolament provviżorju u kkonkludiet li s-suq domestiku fiċ-Ċina ma jkunx jista’ jassorbi l-kapaċità ta’ riżerva kbira. B’hekk, għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, il-Kummissjoni ma kkonkludietx li l-ebda kapaċità ta’ riżerva ma hija se tiġi assorbita mid-domanda domestika, iżda li l-kapaċità ta’ riżerva disponibbli qabżet ħafna d-domanda domestika fiċ-Ċina. Fir-rigward tal-punt (v), is-CCCME ma ppreżentat l-ebda evidenza b’appoġġ għall-argumenti tagħha. Barra minn hekk, ir-reġim ta’ liċenzjar aktar strett għall-approvazzjonijiet regolatorji msemmi fil-premessa (1143) tar-Regolament provviżorju huwa marbut mal-kapaċità futura fiċ-Ċina u għalhekk ma setax kellu impatt fuq il-kapaċità Ċiniża stmata għall-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, fl-istess premessa, il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, irrispettivament mir-reġim regolatorju aktar strett, il-produtturi l-ġodda tal-BEVs għadhom qed jistabbilixxu ruħhom fiċ-Ċina, bħall-produttur Ċiniż tal-elettronika intelliġenti għall-konsumatur Xiaomi u la s-CCCME u lanqas il-GTĊ ma kkontradixxew din l-informazzjoni, li jindika li r-regoli aktar stretti bħala tali ma jipprevjenux il-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina milli tkompli tiżdied. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1106)

Barra minn hekk, Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ implikaw li kien “ironiku u paradossali” kif il-Kummissjoni “akkużat” lill-produtturi esportaturi Ċiniżi b’kapaċità żejda u allegat theddida ta’ żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina meta, fil-fatt, (i) il-kapaċità ta’ riżerva tal-produtturi tal-Unjoni tal-BEVs hija saħansitra aktar sinifikanti meta mqabbla mad-domanda fis-suq tal-Unjoni u meta jitqies li s-suq Ċiniż huwa kważi tliet darbiet aktar mid-daqs tas-suq tal-Unjoni, (ii) il-kapaċità ta’ riżerva fl-Unjoni f’termini assoluti, kienet simili għal dik ikkalkolata mill-Kummissjoni għaċ-Ċina, u (iii) filwaqt li l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina qed tonqos, din qed tiżdied fl-Unjoni.

(1107)

Il-Kummissjoni ma “akkużatx” liċ-Ċina b’kapaċità żejda fil-qafas tal-investigazzjoni. Hija sempliċiment ivvalutat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina f’konformità mal-Artikolu 8(8)(c) tar-Regolament bażiku bħala kundizzjoni legali fil-valutazzjoni dwar jekk hemmx theddida ta’ dannu fil-qafas tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, is-sejba tal-kapaċità żejda fiċ-Ċina hija sempliċiment fattwali. Barra minn hekk, il-kapaċità ta’ riżerva tal-industrija tal-Unjoni hija irrilevanti għall-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu kkawżata mill-importazzjonijiet sussidjati tal-BEVs miċ-Ċina. Bl-istess mod, it-theddida ta’ żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina ġiet stabbilita abbażi tal-fatti u l-evidenza miġbura matul din l-investigazzjoni kif ġie spjegat fit-Taqsima 5.3 tar-Regolament provviżorju u fit-Taqsima 5.3.2 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1108)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA ma qablitx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju li l-kapaċità żejda fiċ-Ċina se tintuża biex jiżdiedu l-importazzjonijiet fl-Unjoni peress li l-eżistenza ta’ kapaċità żejda fiċ-Ċina ma kinitx tfisser li l-klijenti fl-Unjoni se jixtru dawn l-importazzjonijiet awtomatikament.

(1109)

Din l-asserzjoni hija mingħajr mertu. Fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ma ddikjaratx li l-eżistenza ta’ kapaċità żejda fiċ-Ċina kienet tfisser li l-klijenti fl-Unjoni kienu awtomatikament se jixtru l-kapaċitajiet żejda Ċiniżi. Fil-fatt, fil-premessi minn (1119) sa (1128) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni vvalutat l-attraenza tas-suq tal-Unjoni meta mqabbel ma’ swieq potenzjali oħra tal-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u kkonkludiet fil-premessa (1129) tar-Regolament provviżorju li fid-dawl tal-politika tal-GTĊ li jħeġġeġ lill-produtturi Ċiniżi jesportaw il-BEVs, l-attraenza għolja tas-suq tal-Unjoni, il-kapaċità żejda enormi fiċ-Ċina kif ukoll il-fatt li l-volum tal-importazzjonijiet tal-BEVs mir-RPĊ kompla jiżdied b’mod sinifikanti mill-2020, indika l-probabbiltà li tali importazzjonijiet se jkomplu jiżdiedu b’mod sinifikanti fit-terminu qasir u jkomplu jiżdiedu matul is-snin li ġejjin; il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li din iż-żieda fl-importazzjonijiet se tiġi prinċipalment mill-marki Ċiniżi domestiċi u l-marki Ewropej mixtrija minn kumpaniji Ċiniżi u li dan ikun għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, li x’aktarx se tkompli titlef is-sehem mis-suq tagħha. Din il-konklużjoni hija kkonfermata wkoll mid-data ta’ wara l-PI kif muri hawn fuq fit-Taqsima 5.2.1 li turi li s-sehem mis-suq tal-BEVs bil-marka Ċiniża żdied b’mod sinifikanti fit-tieni trimestru tal-2024 u laħaq l-14 %, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni qed jonqos kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1110)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li kien hemm żball klerikali żgħir fid-data tal-produzzjoni rrapportata mis-CAAM u użata mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni (jiġifieri l-produzzjoni kienet ta’ 5 818 000 BEV u mhux ta’ 5 836 000 biċċa).

(1111)

Il-Kummissjoni nnotat li dan l-iżball klerikali fil-fatt kien fuq is-sit web tas-CAAM. Il-volum tal-produzzjoni għal bejn Jannar u Settembru tal-2023 irrapportat mis-CAAM fuq bażi aggregata ma kienx jaqbel mas-somma tal-produzzjoni individwali fuq bażi ta’ kull xahar matul dan il-perjodu. Id-diskrepanza kienet f’Awwissu u f’Settembru. Peress li l-Kummissjoni ma kinitx taf liema data hija dik korretta u d-differenza kienet fi kwalunkwe każ minuri, hija ma rrevedietx id-data fit-Tabella 14 tar-Regolament provviżorju.

(1112)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME asseriet li tqabbil bejn il-bejgħ tal-BEVs fiċ-Ċina nnotat mill-Kummissjoni fit-Tabella 15 ta’ dan ir-Regolament u l-produzzjoni totali tal-BEVs innotata fit-Tabella 14 tar-Regolament provviżorju wera li kien hemm stokkijiet limitati jew l-ebda stokk f’kull sena tal-perjodu ta’ investigazzjoni u li l-produzzjoni Ċiniża kollha tal-BEVs kienet qiegħda tinbiegħ. Is-CCCMC u l-GTĊ asserew ukoll li dan deher ukoll li jissuġġerixxi li ma setax ikun hemm kapaċità ta’ riżerva ta’ 3,2 miljun ta’ BEVs fil-perjodu ta’ investigazzjoni kif ikkalkolat mill-Kummissjoni.

(1113)

Il-Kummissjoni ma asserietx li kien hemm stokkijiet ta’ BEVs fiċ-Ċina. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-asserzjoni tas-CCCME u tal-GTĊ, il-kapaċità ta’ riżerva hija kkalkolata bħala d-differenza bejn il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni u ma għandhiex x’taqsam mal-istokkijiet. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1114)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1139) sa (1144) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(b)   Domanda fiċ-Ċina

(1115)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li d-data dwar id-domanda totali għall-BEVs fiċ-Ċina li bbażat fuqha l-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju kienet sottovalutata u pprovdiet f’dan ir-rigward il-konsum tal-BEVs fiċ-Ċina kif irrapportat minn PwC (146).

(1116)

Fil-kwestjonarju għall-GTĊ, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ jipprovdi d-data dwar ir-reġistrazzjonijiet ta’ BEVs fiċ-Ċina. Madankollu, il-GTĊ ma ppreżenta l-ebda data f’dan ir-rigward u ddikjara li ma kellux tali data. Għalhekk, il-Kummissjoni fittxet sorsi oħra biex tiddetermina r-reġistrazzjonijiet/id-domanda tal-BEVs fiċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat, kif indikat fil-premessi (1145) u (1146) tar-Regolament provviżorju. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq sorsi verifikabbli disponibbli pubblikament, inkluża s-CAAM.

(1117)

Il-Kummissjoni nnotat li ma kien hemm l-ebda referenza fir-rapport ta’ PwC li d-data dwar il-BEVs kienet relatata mal-karozzi tal-passiġġieri biss. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-PwC ikkonfermat li d-data rrapportata kienet tinkludi kemm il-vetturi tal-passiġġieri kif ukoll il-vetturi kummerċjali (147). Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni qabblet id-data rrapportata mis-CAAM u mill-GTĊ għall-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali mad-data rrapportata fir-rapport ta’ PwC. B’riżultat ta’ dan, matul l-2020-2022 hemm biss differenza żgħira bejn id-data rrapportata minn PwC u l-bejgħ totali ta’ BEVs (karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali) kif muri fit-Tabella 14 hawn taħt. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li għall-perjodu ta’ investigazzjoni, is-CCCME u l-GTĊ irrapportaw id-data għall-2023, li tqieset li hija qarrieqa peress li l-perjodu ta’ investigazzjoni jibda minn Ottubru 2022 sa Settembru 2023. Barra minn hekk, l-ammont eżatt għall-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reġistrazzjoni ma jistax jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-data rrapportata minn PwC.

(1118)

Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tibbaża b’mod raġonevoli fuq id-data disponibbli mis-CAAM fid-determinazzjoni provviżorja tagħha.

Tabella 14

Bejgħ ta’ BEVs fiċ-Ċina

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni

Il-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri BEVs irrapportat mis-CAAM

1 000 000

2 734 000

5 033 000

5 854 000

Il-bejgħ ta’ vetturi kummerċjali BEVs irrapportat mis-CAAM

116 000

182 000

331 000

410 000

Total

1 116 000

2 916 000

5 364 000

6 264 000

Ir-reġistrazzjoni ta’ BEVs irrapportata minn PwC

1 065 557

2 901 000

5 351 000

Mhux Applikabbli

(1119)

Madankollu, fit-Tabella 15 hawn taħt, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni disponibbli oħra li hija aktar affidabbli, il-Kummissjoni ssostitwiet id-data fit-Tabella 15 tar-Regolament provviżorju bid-data fit-Tabella 15 hawn taħt li fiha kkalkolat id-domanda tal-BEVs fiċ-Ċina abbażi tal-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri tal-BEVs kif irrapportat mis-CAAM u l-importazzjonijiet tal-BEVs, peress li hija qieset li din tat stampa aktar akkurata tad-domanda fiċ-Ċina. Barra minn hekk, peress li ma kienx ċar jekk il-bejgħ ta’ BEVs kif irrapportat mis-CAAM kienx jinkludi l-esportazzjonijiet ta’ BEVs, il-Kummissjoni, bil-għan li tevita kwalunkwe stima eċċessiva tad-domanda fiċ-Ċina, ikkalkolat ukoll id-domanda ta’ BEVs fiċ-Ċina abbażi tal-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri BEVs kif irrapportat mis-CAAM u l-importazzjonijiet ta’ BEVs u tnaqqas il-volum tal-esportazzjonijiet.

Tabella 15

Domanda tal-BEVs fiċ-Ċina

biċċiet

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni

Il-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri BEVs irrapportat mis-CAAM

1 000 000

2 734 000

5 033 000

5 854 000

Importazzjonijiet ta’ BEVs

8 201

2 215

3 499

13 930

Bejgħ totali (domanda)

1 008 201

2 736 215

5 036 499

5 867 000

Esportazzjonijiet ta’ BEVs

33 731

171 822

328 391

486 550

Bejgħ mingħajr esportazzjonijiet (domanda)

974 470

2 564 393

4 708 108

5 380 450

Sors:

CAAM u GTA (kodiċi HS 8703 80 )

(1120)

Għalhekk, id-domanda fiċ-Ċina għall-BEVs fil-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stmata bejn il–5,4 u l–5,9 miljun BEV.

(1121)

Għaldaqstant l-ewwel sentenza fil-premessa (1148) tar-Regolament provviżorju hija sostitwita bil-premessa ta’ hawn taħt.

(1122)

Żieda ta’ 20 % fl-2024 tas-suq tal-BEVs fiċ-Ċina ssarrfet f’6,5 sa 7,0 miljun BEV, meta mqabbla ma’ kapaċità ta’ aktar minn 9 miljun BEV.

(1123)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li s-suq tal-BEVs Ċiniż kien ħafna akbar mis-suq tal-Unjoni f’termini assoluti u r-rata ta’ tkabbir kienet ukoll ogħla b’mod sinifikanti minn dik fis-suq tal-Unjoni, li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra fil-konklużjonijiet provviżorji tagħha. Skont is-CCCME u l-GTĊ, il-Kummissjoni naqset ukoll milli tikkunsidra r-rata ta’ tkabbir mistennija fiċ-Ċina. Għalhekk, dawn il-partijiet asserew li mil-lat kummerċjali, is-suq Ċiniż huwa ħafna aktar attraenti u ħafna aktar importanti għall-produtturi Ċiniżi tal-BEVs. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wara d-divulgazzjoni finali.

(1124)

Il-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju fil-premessi minn (1119) sa (1129) iddeskriviet fid-dettall għaliex ikkunsidrat li s-suq tal-Unjoni kien attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Dawn is-sejbiet ġew ikkonfermati fil-premessi minn (1045) sa (1060) ta’ dan ir-Regolament. F’dan il-kuntest huwa irrilevanti jekk is-suq Ċiniż huwiex akbar mis-suq tal-Unjoni fid-daqs, minħabba li ntwera li minkejja dan il-fatt, il-kapaċità żejda fiċ-Ċina taqbeż b’mod ġenerali d-domanda domestika (mistennija) u l-kapaċitajiet liberi tagħhom x’aktarx li jkunu fil-biċċa l-kbira diretti lejn is-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1125)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni ma vvalutatx it-tkabbir mistenni fid-domanda domestika Ċiniża, minkejja li kien meħtieġ li ssir analiżi li tħares ’il quddiem. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wara d-divulgazzjoni finali.

(1126)

Din l-asserzjoni kienet fattwalment żbaljata. Fil-premessi (1146) u (1148) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stmat li d-domanda għall-BEVs fiċ-Ċina se tiżdied b’20 % fl-2024.

(1127)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1145) sa (1148) tar-Regolament provviżorju kif riveduti mill-premessi minn (1119) sa (1122) ta’ dan ir-Regolament ġew ikkonfermati.

(c)   Esportazzjonijiet taċ-Ċina u disponibbiltà ta’ swieq tal-esportazzjoni oħrajn

(1128)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-volum totali tal-esportazzjoni taċ-Ċina u l-volum tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni rrapportat mill-Kummissjoni fit-Tabella 16 tar-Regolament provviżorju kien eċċessiv. Huma rrapportaw data aktar baxxa u asserew li s-sors ta’ din id-data kien l-Istatistika Doganali taċ-Ċina li tkun aktar preċiża mill-GTA, is-sors użat mill-Kummissjoni.

(1129)

Kif ġie spjegat fil-premessa (737) ta’ dan ir-Regolament, fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, il-GTĊ ippreżenta data tal-esportazzjoni simili ħafna għal dik użata mill-Kummissjoni fit-Tabella 16 tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, ma kienx ċar għaliex il-GTĊ kien qed jikkontesta din id-data. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ma spjegawx liema kodiċi tal-prodott Ċiniż użaw għad-data pprovduta. Huwa osservat li anke l-GTA wkoll tuża data mill-Istatistika Doganali taċ-Ċina bħala sors. Kif issemma fil-premessa (738) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, għamlet estrazzjoni tad-data dwar l-esportazzjoni mill-GTA użat il-kodiċi HS 8703 80 . Barra minn hekk, meta wieħed iqabbel id-data ppreżentata mis-CCCME u mill-GTĊ mal-BEVs Ċiniżi attwali li nbiegħu u li ġew irreġistrati rrapportati fit-Tabella 2b tar-Regolament provviżorju, jista’ jidher li l-għadd ta’ BEVs Ċiniżi rreġistrati, abbażi tal-EEA u S&P Global Mobility, dejjem kien ogħla b’mod sinifikanti mill-BEVs importati li indikat li l-volum ta’ BEVs Ċiniżi esportati lejn l-Unjoni kif irrapportat mis-CCCME u l-GTĊ kien sottovalutat b’mod sinifikanti.

Tabella 16

Esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni vs BEVs importati rreġistrati miċ-Ċina

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni

Esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE rrapportati mis-CCCME

16 930

66 079

200 096

296 637

BEVs Ċiniżi rreġistrati rrapportati fit-Tabella 2b tar-Regolament provviżorju

18 934

132 768

246 090

346 345

differenza

12  %

101  %

23  %

17  %

(1130)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1149) sa (1152) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(d)   Konklużjoni

(1131)

Il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (1153) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

5.3.4.   Il-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet sussidjati

(1132)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ affermaw li (i) il-Kummissjoni ma vvalutatx il-prezzijiet tal-awtoimportazzjonijiet minkejja r-rilevanza tagħhom fl-importazzjonijiet totali ta’ BEVs miċ-Ċina fil-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, (ii) il-Kummissjoni għamlet sejba żbaljata u mhux rappreżentattiva ta’ twaqqigħ tal-prezz għal sena tal-perjodu kkunsidrat, jiġifieri l-perjodu ta’ investigazzjoni fuq il-bażi tad-data tal-produtturi ta’ BEVs ta’ marki Ċiniżi inklużi fil-kampjun u l-analiżi tat-trażżin tal-prezzijiet kienet ibbażata fuq tqabbil mal-prezzijiet ta’ trasferiment tal-importazzjonijiet ta’ BEVs Ċiniżi u f’livell differenti ta’ kummerċ, (iii) billi l-Kummissjoni sabet li l-kompetituri tas-suq li jinfluwenzaw l-ipprezzar tal-BEVs fis-suq tal-Unjoni u l-marki u l-mudelli ewlenin tal-BEVs fis-suq tal-Unjoni huma dawk prodotti mill-produtturi tal-Unjoni, minn dan isegwi li l-prezzijiet tal-marki ta’ BEVs Ċiniżi kienu influwenzati minn dawk tal-kompetituri tagħhom għall-mudelli ewlenin u mhux bil-kontra, (iv) ma saret l-ebda valutazzjoni tal-ipprezzar futur tal-importazzjonijiet ta’ BEVs Ċiniżi u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, u lanqas ma saret valutazzjoni tal-iżvilupp tal-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk, ma kien hemm l-ebda bażi għal projezzjonijiet futuri f’dan ir-rigward.

(1133)

Fir-rigward tal-punt (i), kif ġie spjegat fil-premessa (1131) tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet sussidjati kollha ta’ BEVs li joriġinaw miċ-Ċina kienu soġġetti għall-investigazzjoni kurrenti, irrispettivament mis-sjieda ta’ kumpanija speċifika. Fir-rigward tal-punt (ii), il-kummenti dwar it-twaqqigħ tal-prezz u t-trażżin tal-prezz diġà ġew indirizzati fil-premessi minn (764) sa (811) ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-punt (iii), huwa mfakkar li l-importazzjonijiet ta’ BEVs Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ BEVs b’medja ta’ 12,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni kif stabbilit fil-premessa (1029) tar-Regolament provviżorju. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-punt (iv), ma kien hemm l-ebda rekwiżit legali bħal dan fid-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz u tat-trażżin tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tal-iżvilupp futur tal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni vvalutat il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku li huwa l-istandard legali applikabbli. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1134)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-investigazzjoni stabbiliet li ma kien hemm l-ebda data dwar il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs f’livell komparabbli ma’ dak tal-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni għal kull sena tal-perjodu kkunsidrat biex tintlaħaq sejba (i) ta’ prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs matul il-perjodu kkunsidrat, u (ii) li l-prezzijiet baxxi ta’ dawn l-importazzjonijiet ippermettewlhom jieħdu sehem mis-suq mill-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, is-CCCME argumentat li fuq din il-bażi biss, il-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu tal-Kummissjoni kienet inkonsistenti mal-Artikoli 15.1, 15.2 u 15.7 tal-Ftehim SCM.

(1135)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Kif ġie spjegat fil-premessa (793) ta’ dan ir-Regolament, għall-analiżi tal-effetti fuq il-prezzijiet, il-Kummissjoni wettqet żewġ valutazzjonijiet alternattivi tal-effett fuq il-prezzijiet, jiġifieri (i) it-twaqqigħ tal-prezz u (ii) it-trażżin tal-prezz (jiġifieri l-importazzjonijiet jipprevjenu lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezz tal-bejgħ, li jirriżulta f’telf ta’ profittabbiltà). It-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit għall-perjodu ta’ investigazzjoni u wera twaqqigħ tal-prezz ta’ mill-anqas 12,7 %.

(1136)

It-trażżin tal-prezz ġie vvalutat għall-perjodu kollu kkunsidrat kif muri fil-premessa (1033) tar-Regolament provviżorju. L-iżvilupp tal-prezzijiet tal-bejgħ u tal-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ unità fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat fit-Tabella 7 tar-Regolament provviżorju wera evidenza ta’ trażżin sinifikanti tal-prezz. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tkopri l-kostijiet tagħha. Dan kien ifisser li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf finanzjarju fuq il-bejgħ tal-BEVs matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (1080) tar-Regolament provviżorju, is-suq tal-BEVs huwa suq kompetittiv ħafna u li qiegħed jevolvi malajr bi prezzijiet trasparenti ħafna li jagħmel is-suq tal-BEVs sensittiv ħafna għall-prezzijiet. Għalhekk, il-BEVs bi prezz baxx miċ-Ċina kienu kapaċi jeżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fir-rigward tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Mingħajr l-importazzjonijiet miċ-Ċina, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun tista’ tipproduċi u tbigħ aktar fis-suq tal-Unjoni u tkopri l-kostijiet fissi u għalhekk tnaqqas il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-BEV u b’hekk tnaqqas it-telf finanzjarju tagħha jew saħansitra ssir profittabbli. Din il-pressjoni fuq il-prezzijiet ġiet aggravata fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta s-sehem mis-suq tal-BEVs Ċiniżi kien l-ogħla u t-telf finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni beda jiżdied, u b’hekk reġġa’ lura l-iżvilupp pożittiv li sar fil-perjodu 2020 u 2022. It-telf tal-industrija tal-Unjoni kompla jiżdied wara l-PI. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1137)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1154) sa (1156) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

5.3.5.   Livell tal-inventarji

(1138)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-valutazzjoni tal-inventarji tal-Kummissjoni ma kinitx biżżejjed biex tikkonkludi li kien hemm imminenza ta’ żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet u d-dannu materjali peress li (i) il-Kummissjoni ma vvalutatx l-inventarji fiċ-Ċina li setgħu jiġu esportati lejn l-Unjoni u peress li l-istokkijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu diġà fl-Unjoni u kienu jirrappreżentaw il-volum tal-importazzjoni, dawn ma setgħux jingħaddu darbtejn, (ii) ir-rapporti tal-istampa ta’ inventarji għoljin ta’ ċerti marki tal-BEVs Ċiniżi kienu bbażati fuq għajdut, ma kinux evidenza attwali mill-awtoritajiet doganali u, għalhekk, kien jenħtieġ li l-Kummissjoni tivverifika dan l-aspett mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-UE kkonċernati, (iii) il-Kummissjoni ma tatx spjegazzjoni motivata dwar għaliex il-prinċipju bażiku tan-negozju li l-BEVs ġeneralment kienu jsiru b’ordni li kien japplika għall-industrija tal-Unjoni ma kienx japplika għall-produtturi Ċiniżi.

(1139)

L-ewwel nett, fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina se jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-futur qarib fuq il-bażi tal-elementi kollha spjegati fil-premessi minn (1106) sa (1164) u, għalhekk, ma kinitx sempliċiment ibbażata fuq l-inventarji Ċiniżi ta’ BEVs fl-Unjoni. It-tieni, fir-rigward tal-punt (i), kif ġie spjegat fil-premessi minn (1010) sa (1017) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni vvalutat kemm l-importazzjonijiet miċ-Ċina kif ukoll l-importazzjonijiet miċ-Ċina li ġew mibjugħa u, għalhekk, li ġew irreġistrati fl-Unjoni. Għalhekk, l-istokkijiet ta’ BEVs fl-Unjoni ta’ BEVs Ċiniżi huma indikatur rilevanti għall-pressjoni futura eżerċitata mill-BEVs Ċiniżi fuq l-industrija tal-Unjoni peress li dawn il-kwantitajiet huma maħsuba b’mod ċar prinċipalment sabiex jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni. It-tielet, fir-rigward tal-punt (ii), l-informazzjoni mir-rapport tal-istampa ma kinitx għajdut, iżda informazzjoni rrapportata mill-ġurnalisti kif iddikjarat fil-premessa (1158) tar-Regolament provviżorju. Ir-raba’, fir-rigward tal-punt (iii) dwar spjegazzjoni għaliex il-prinċipju bażiku tan-negozju li l-BEVs ġeneralment kienu jsiru b’ordni u li kien japplika għall-industrija tal-Unjoni ma kienx japplika għall-industrija Ċiniża, il-Kummissjoni nnotat li dan huwa fatt, karatteristika tal-industrija, u għalhekk il-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn tispjega għaliex dan kien minnu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ma pprovdew l-ebda evidenza kontra dan il-fatt. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1140)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA asseriet li tqabbil bejn l-istokkijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni u l-istokkijiet baxxi tal-industrija tal-Unjoni kien qarrieqi, peress li l-industrija tal-Unjoni taħdem b’ordnijiet u, għalhekk, għandha stokkijiet aktar baxxi, li hija karatteristika tas-suq tal-karozzi tal-Unjoni li kien jenħtieġ li tiġi kkunsidrata. Huma affermaw ukoll li l-fatt li kien hemm stokkijiet għoljin fil-portijiet Ewropej bħala tali kien irrilevanti peress li dawn il-kwantitajiet għad iridu jsibu xerrejja.

(1141)

Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tal-VDA, il-Kummissjoni ma għamlitx tqabbil bħal dan. Fil-fatt, fil-premessa (1157) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li l-istokkijiet ta’ BEVs Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni kienu disponibbli għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirreferi għall-konklużjonijiet tagħha skont il-premessa (1139) tar-Regolament provviżorju, li fiha l-fatt li kienu disponibbli stokkijiet għoljin saħħaħ in-natura imminenti tat-theddida ta’ dannu għall-produtturi tal-Unjoni. F’dan ir-rigward huwa irrilevanti jekk ix-xerrejja kinux instabu jew kienx għad iridu jinstabu għal dawn l-istokkijiet, b’mod partikolari meta jitqies it-tkabbir mistenni tas-suq għall-BEVs. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1142)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 18 asseriet li jista’ jkun hemm raġunijiet differenti għall-eżistenza ta’ stokkijiet bħas-suċċess limitat tas-suq tal-marki Ċiniżi u li, għalhekk, il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward kienu żbaljati.

(1143)

Din l-asserzjoni tqieset spekulattiva peress li ma kienet appoġġata minn ebda evidenza oħra u kienet mingħajr ebda bażi. Il-Kummissjoni qieset ukoll li d-data ta’ wara l-PI wriet li s-sehem mis-suq tal-marki Ċiniżi żdied b’mod sinifikanti kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament u, għalhekk, ma jistax jitqies li għandhom suċċess limitat fis-suq. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1144)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li matul il-perjodu ta’ wara l-PI, l-istokkijiet tal-esportaturi Ċiniżi fl-Unjoni ma kinux eċċessivi u kienu fil-fatt, limitati ħafna.

(1145)

Il-Kummissjoni rrifjutat din l-asserzjoni fil-premessa (973) ta’ dan ir-Regolament.

(1146)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (1157) sa (1159) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

5.3.6.   Il-prevedibbiltà u l-imminenza tal-bidla fiċ-ċirkustanzi

(1147)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ affermaw li l-Kummissjoni (i) ma speċifikatx il-bidla fiċ-ċirkostanzi li toħloq sitwazzjoni li fiha s-sussidjar allegat jikkawża dannu fil-futur, (ii) ma pprovdietx spjegazzjoni xierqa għall-bidla fiċ-ċirkostanzi li toħloq sitwazzjoni li fiha s-sussidjar allegat jikkawża dannu li jkun “previst b’mod ċar u imminenti”, u (iii) fuq liema bażi d-dannu jista’ jitqies bħala previst u imminenti filwaqt li jitqies li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet kienu awtoimportazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni u l-Kummissjoni ma qisitx it-tkabbir mistenni fid-domanda fl-Unjoni li jipprekludi kwalunkwe suppożizzjoni ta’ materjalizzazzjoni tad-dannu.

(1148)

Fir-rigward tal-punti (i) u (ii), tali spjegazzjonijiet ġew ipprovduti fil-premessi (1162) u (1163) tar-Regolament provviżorju. Fir-rigward tal-punt (iii), kif ġie spjegat fil-premessa (1131) tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet sussidjati kollha ta’ BEVs li joriġinaw miċ-Ċina huma soġġetti għall-investigazzjoni kurrenti, irrispettivament mis-sjieda ta’ kumpanija speċifika. Barra minn hekk, fil-premessa (1162) tar-Regolament provviżorju. il-Kummissjoni spjegat li, fil-kuntest ta’ konsum li qed jikber b’rata mgħaġġla, l-industrija tal-Unjoni kienet qed titlef b’mod konsistenti l-ishma mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat bi gwadann għall-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina, u laħqet l-anqas livell tal-ishma mis-suq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1149)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely asserixxa wkoll li s-sejbiet tal-Kummissjoni ma jindikaw l-ebda bidla fiċ-ċirkostanzi li tissuġġerixxi mod ieħor. F’dan ir-rigward, il-Grupp Geely iddikjara li l-Kummissjoni kkunsidrat fil-premessa (1169) tar-Regolament provviżorju li l-bidla fiċ-ċirkostanza kienet preżenti minħabba li l-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment, u l-fluss tal-flus iddeterjoraw fil-perjodu ta’ investigazzjoni, madankollu, din is-sejba fattwali kienet f’kontradizzjoni mas-sejbiet tal-Kummissjoni fil-premessa (1099) tar-Regolament provviżorju li l-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment urew “xejriet pożittivi” matul il-perjodu kkunsidrat kollu.

(1150)

It-Tabella 10 tar-Regolament provviżorju wriet b’mod ċar li bejn l-2020 u l-2022 il-marġni ta’ profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni żdied minn –22,3 % għal –8,9 % u mbagħad naqas għal –10,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus kellhom l-istess xejra bħall-marġni ta’ profittabbiltà, jiġifieri xejra ta’ żieda bejn l-2020 u l-2022 u mbagħad marru lura fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1151)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely asserixxa wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tispjega kif tista’ ssib theddida ta’ dannu, filwaqt li sabet, fl-istess ħin, li l-industrija tal-Unjoni wriet xejriet pożittivi fuq diversi indikaturi ewlenin bħar-redditu fuq l-investiment, l-użu tal-kapaċità, il-produttività, il-volum tal-bejgħ u l-volum tal-esportazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Il-Grupp Geely argumenta li ma kien hemm l-ebda bażi li tissuġġerixxi li dawn ix-xejriet pożittivi se jitreġġgħu lura fil-futur. Il-Grupp Geely sostna wkoll li jekk ma kien hemm l-ebda dannu għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, minn dan isegwi li ma huwa previst u imminenti l-ebda dannu, jekk il-kawża wara x-xejriet pożittivi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tibqa’ preżenti, u x’aktarx tissaħħaħ wara l-perjodu ta’ investigazzjoni.

(1152)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Fil-premessa (996), il-Kummissjoni spjegat li t-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni minn vetturi ICE għal BEVs kienet tirrappreżenta fattur rilevanti f’dan il-każ li kien jaffettwa numru ta’ indikaturi relatati mal-istat tal-industrija. Barra minn hekk, fil-premessi minn (1095) sa (1099) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni trid tiġi analizzata fil-kuntest tat-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni minn vetturi ICE għal BEVs u ġabret fil-qosor is-sejbiet dwar il-konsum tal-Unjoni, l-importazzjonijiet miċ-Ċina u meta jiġu analizzati l-indikaturi tad-dannu. Barra minn hekk, fil-premessa (1102) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li t-tranżizzjoni minn ICE għal BEVs bdiet tiġi mxekkla lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat u b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, meta setgħu jiġu osservati l-ogħla volumi ta’ importazzjonijiet Ċiniżi u l-akbar tnaqqis ta’ sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni. Dan jidher ukoll mill-fatt li, minkejja t-titjib fix-xejriet f’xi indikaturi matul il-perjodu kkunsidrat, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi finanzjarji kienu għadhom negattivi u saħansitra bdew jiddeterjoraw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, inklużi l-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment, u l-fluss tal-flus. Fuq kollox, l-ishma mis-suq naqsu b’mod konsistenti matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqu l-anqas livell fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-aħħar nett, fit-Taqsima 5 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat l-elementi kollha li kienu jappoġġaw sejba ta’ theddida ta’ dannu skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

5.3.7.   Kummenti oħrajn

(1153)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely asserixxa li l-Kummissjoni injorat evidenza li wriet li t-tranżizzjoni għall-BEVs se tkompli u x’aktarx li taċċellera, inkluż għall-benefiċċju tal-produtturi tal-Unjoni, bħala riżultat tad-dinamika tas-suq u dik regolatorja, bħall-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ vetturi b’magna tal-kombustjoni interna (ICE) mill-2035 ’il quddiem u l-miri obbligatorji sabiex jiġi aċċellerat il-varar tal-infrastruttura madwar l-Unjoni għall-BEVs (148).

(1154)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Kif ġie spjegat fil-premessa (996) tar-Regolament provviżorju, is-suq tal-Unjoni kien għaddej minn tranżizzjoni minn vetturi ICE għal BEVs, li kien fattur rilevanti f’dan il-każ li affettwa għadd ta’ indikaturi relatati mal-istat tal-industrija. Barra minn hekk, fil-premessa (1009) tar-Regolament provviżorju, ġie spjegat li ż-żieda fin-numru ta’ BEVs irreġistrati bħala perċentwal tar-reġistrazzjonijiet kollha ta’ vetturi tal-passiġġieri turi tranżizzjoni progressiva tas-suq tal-Unjoni minn vetturi tal-passiġġieri ICE għal BEVs, li kienet ta’ 14,6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni kif muri fit-Tabella 1 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, fil-premessi (1222) u (1223) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet l-impatt tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (149) u l-miri speċifiċi tal-emissjonijiet għall-karozzi tal-passiġġieri l-ġodda kollha. Barra minn hekk, fil-premessa (1224) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-miri speċifiċi tal-emissjonijiet jistgħu b’mod partikolari jintlaħqu permezz ta’ sehem dejjem akbar ta’ vetturi elettriċi fil-flotta. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun tista’ tipproduċi u tbigħ biżżejjed BEVs fis-suq tal-Unjoni minħabba ż-żieda rapida fl-importazzjonijiet ta’ BEVs sussidjati miċ-Ċina mibjugħa fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet dannużi. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1155)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME, il-GTĊ u l-Grupp Geely asserew li l-Kummissjoni naqset milli tqis l-appoġġ għall-industrija tal-BEVs tal-Unjoni, fil-preżent u fil-futur, fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

(1156)

L-appoġġ li l-industrija tal-BEVs tal-Unjoni allegatament qed tirċievi jew se tirċievi fil-futur ma għandu l-ebda effett fuq l-investigazzjoni peress li ma huwiex komparabbli mas-sussidji kumpensatorji riċevuti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-BEVs, li jikkawżaw theddida ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni. Kwalunkwe appoġġ riċevut mill-industrija tal-Unjoni fi kwalunkwe każ ma huwiex kumpensatorju u tali appoġġ ma jikkawżax dannu lill-produtturi Ċiniżi tal-BEVs peress li volumi żgħar ħafna biss ta’ BEVs huma esportati mill-industrija tal-Unjoni lejn iċ-Ċina. Barra minn hekk, irrispettivament minn jekk l-industrija tal-Unjoni tirċevix appoġġ, dan ma jfissirx li jenħtieġ li tikkompeti fuq termini inġusti fis-suq tal-Unjoni. Il-BEVs Ċiniżi ssussidjati mibjugħa bi prezzijiet baxxi jheddu li jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u b’hekk ifixklu l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1157)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely asserixxa li kien evidenti mir-Regolament provviżorju li t-theddida perċepita għall-industrija tal-Unjoni kienet ġejja minn BEVs ta’ marki Ċiniżi, bħall-Grupp Geely, madankollu l-Kummissjoni ma ċċaratx il-fatt li s-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet kien biss ta’ 7,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet miċ-Ċina saru mill-produtturi tal-Unjoni u minn Tesla. Il-Grupp Geely iddikjara wkoll li l-għażla tal-produtturi tal-Unjoni li jistabbilixxu ktajjen tal-provvista globali fiċ-Ċina ma setgħetx tiġġustifika sejba li dawn l-istess produtturi tal-Unjoni jinsabu f’sitwazzjoni vulnerabbli. Barra minn hekk, il-Grupp Geely iddikjara li fl-għoti tal-anonimità lill-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni kompliet tostor dan il-fattur.

(1158)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Fil-premessi minn (1135) sa (1138), il-Kummissjoni wriet li se jkun hemm żieda fl-ishma mis-suq prinċipalment minn marki Ċiniżi fil-futur prevedibbli. Kif ġie spjegat fil-premessa (1071) ta’ dan ir-Regolament, din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata wkoll mid-data ta’ wara l-PI li wriet li l-importazzjonijiet tal-marki Ċiniżi żdiedu b’mod sinifikanti għal 14 % fit-tieni trimestru tal-2024, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-OEMs Ewropej naqsu kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1159)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, NIO asseriet li s-sejbiet tal-Kummissjoni li l-industrija tal-Unjoni tinsab f’sitwazzjoni ta’ theddida ta’ dannu materjali kienu bbażati fuq konġettura u fuq possibbiltajiet remoti u mhux fuq il-fatti peress li (i) l-industrija tal-Unjoni żiedet b’mod sinifikanti l-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità u l-bejgħ tagħha matul il-perjodu kkunsidrat u (ii) l-uniku fattur li juri xejra negattiva kien is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li ma kienx biżżejjed biex jintwera li d-dannu materjali kien imminenti.

(1160)

Din l-asserzjoni hija mingħajr mertu. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ NIO, fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm theddida ta’ dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni li hija prevedibbli u imminenti b’mod ċar fuq il-bażi tal-elementi kollha spjegati fit-Taqsima 5 tar-Regolament provviżorju, u kif ikkonfermat minn dan ir-Regolament. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

5.4.   Konklużjoni

(1161)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha dwar l-eżistenza ta’ theddida ta’ dannu prevedibbli u imminenti b’mod ċar għall-industrija tal-Unjoni fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni kif stabbilit fil-premessi minn (1167) sa (1169) tar-Regolament provviżorju.

6.   KAWŻALITÀ

6.1.   Valutazzjoni

(1162)

Fis-sejbiet provviżorji tagħha, il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha (importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, fatturi relatati mad-domanda, il-kompetittività tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni, kompetizzjoni bejn vetturi ICE u BEVs, nuqqas ta’ ekonomiji ta’ skali u ta’ negozji ġodda, problemi ta’ provvista, il-politika tal-UE dwar il-Bijofjuwils, u l-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni miċ-Ċina) fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-effett ta’ dawn il-fatturi l-oħrajn ma mmitigax ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet sussidjati u t-theddida ta’ dannu, la individwalment u lanqas kollettivament.

(1163)

Wara l-ġbir tad-data ta’ wara l-PI wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, id-data trimestrali dwar il-kost tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fir-raba’ trimestru tal-2023 (deskritta fit-Tabella 10 ta’ dan ir-Regolament) turi li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kompliet tiddeterjora kif ġie spjegat fil-premessa (961) ta’ dan ir-Regolament, xi ħaġa li ssostni s-sejbiet provviżorji tal-Kummissjoni.

(1164)

L-aktar data reċenti dwar l-importazzjonijiet ibbażata fuq ir-reġistrazzjoni (għar-raba’ trimestru tal-2023 - it-tieni trimestru tal-2024) miċ-Ċina wriet żieda kontinwa kif iddikjarat fit-Tabella 7b u spjegata fil-premessa (951) ta’ dan ir-Regolament, bl-importazzjonijiet ta’ marki Ċiniżi bbażati fuq ir-reġistrazzjoni li kisbu sehem mis-suq sinifikanti ta’ 14,1 % fit-tieni trimestru tal-2024 minn 8,5 % fl-aħħar trimestru kopert mill-perjodu ta’ investigazzjoni (jiġifieri t-tielet trimestru tal-2023) kif muri fit-Tabella 12 ta’ dan ir-Regolament, u l-produtturi tal-Unjoni komplew ibatu minħabba l-effetti ta’ trażżin tal-prezz bla mitigazzjoni minn produtturi esportaturi Ċiniżi u l-penetrazzjoni kontinwa tas-suq, li żammu lill-produtturi tal-Unjoni milli jkomplu jtejbu l-profittabbiltà tagħhom. Barra minn hekk, f’Lulju 2024, SAIC kellha promozzjoni tal-bejgħ aggressiva ħafna fil-Ġermanja li fiha tat lill-konsumatur skont ta’ EUR 8 592 jekk il-konsumatur jixtri MG4 BEV bil-flus kontanti u fl-istess ħin jikkonkludi kuntratt ta’ kiri (150) għal MG4 oħra.

(1165)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u b’mod konsistenti mat-Taqsima 6 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha l l-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u kienu qed jikkawżaw theddida ta’ dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni filwaqt li fatturi oħra ma taffewx din ir-rabta ta’ kawżalità, la individwalment u lanqas kollettivament.

6.2.   Il-kummenti tal-partijiet interessati wara divulgazzjonijiet provviżorji u finali

(1166)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, waslu kummenti mingħand il-GTĊ, is-CCCME, il-Grupp Geely, il- Grupp SAIC, il-Kumpanija 24 u NIO. Il-Grupp SAIC b’mod ġenerali ma qabilx mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni mingħajr ma rrefera għal xi sejba speċifika u mingħajr ma pprovda aktar dettalji, iżda sempliċement irrefera għas-sottomissjonijiet magħmula mis-CCCME, mill-GTĊ u minn partijiet interessati oħra sa fejn il-kummenti f’dawk is-sottomissjonijiet ma jmorrux kontra l-argumenti proprji tal-Grupp SAIC ippreżentati f’partijiet oħrajn tal-valutazzjoni.

(1167)

Il-kummenti wara d-divulgazzjoni finali waslu mingħand is-CCCME, il-GTĊ u l-Kumpanija 24.

(1168)

Il-Kumpanija 24 għamlet kummenti wiesgħa dwar il-kawżalità tat-theddida ta’ dannu. Dawn kienu relatati ma’ kwistjonijiet diskussi hawn taħt bħall-aċċess għal materja prima kritika u batteriji. Il-Kumpanija 24 ikkwotat ukoll il-pressjoni fuq il-prezzijiet minn vetturi ICE u l-effett tat-tnaqqis jew tat-tneħħija gradwali tal-programmi ta’ sussidjar għall-konsumaturi tal-Istati Membri. Dawn il-kummenti ma kien fihom l-ebda argument ġdid u meta wieħed iżomm f’moħħu l-kummenti dettaljati tas-CCCME u tal-GTĊ, dawn il-kummenti ġeneralment ma jiġux ripetuti hawnhekk. Madankollu, fir-rigward tal-programmi ta’ sussidjar għall-konsumatur, il-Kummissjoni tinnota li t-tnaqqis jew it-tneħħija gradwali ta’ dawn il-programmi tapplika biss f’ċerti Stati Membri u jkollha impatt fuq il-kumpaniji kollha li jbigħu l-BEVs fis-suq tal-Unjoni u mhux biss fuq l-industrija tal-Unjoni.

6.2.1.   Effetti tal-importazzjonijiet sussidjati

(1169)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ tennew diversi kummenti relatati mal-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati magħmula fir-rigward tas-sejbiet ta’ dannu, ta’ theddida ta’ dannu, ta’ trażżin tal-prezz u ta’ twaqqigħ tal-prezz tar-Regolament provviżorju. Kummenti bħal dawn ġew miċħuda fit-taqsima xierqa ta’ dan ir-Regolament u għalhekk mhux se jiġu ripetuti hawnhekk.

(1170)

Is-CCCME u l-GTĊ tennew li l-analiżi tal-Kummissjoni tal-effetti tal-importazzjonijiet Ċiniżi hi bbażata fuq konklużjonijiet ħżiena dwar l-effetti tal-volum u tal-prezz u t-theddida ta’ dannu. Skont dawn il-partijiet, il-Kummissjoni ma eżaminatx jekk kienx hemm koinċidenza kompetittiva bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-bejgħ li sar mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u jekk kienx hemm sostitwibbiltà bejniethom. Huma rreferew għal Appellate Body inChina – HP-SSST (Japan and EU) (151)”. Barra minn hekk, huma asserew li l-analiżi tal-kawżalità kienet ibbażata fuq konġettura ta’ żieda prevedibbli ulterjuri tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Huma kkonkludew li, għalhekk, l-analiżi ma kinitx biżżejjed u ma kinitx tissodisfa l-istandard legali stabbilit fl-Artikolu 15.5 tal-Ftehim SCM kif ukoll fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku.

(1171)

Fir-rigward tal-volum u tal-effetti fuq il-prezz, il-Kummissjoni indirizzat l-asserzjonijiet li saru fit-Taqsimiet 4.4.1 u 4.4.2; il-kummenti ta’ dawn il-partijiet fir-rigward tat-theddida ta’ dannu huma indirizzati fit-Taqsima 5 u ż-żieda futura probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġiet indirizzata fil-premessi minn (1061) sa (1097) ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1172)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-lakuna bejn il-kostijiet tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinitx tammonta għal trażżin tal-prezz.

(1173)

Il-Kummissjoni nnotat li dan il-kumment simplistiku kien jirrappreżenta ħażin is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar it-trażżin tal-prezz li huma spjegati fit-Taqsima 4.4.2 tar-Regolament provviżorju. Din l-analiżi tkopri ħafna aktar aspetti bħat-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet tal-esportaturi Ċiniżi, il-volumi tal-bejgħ u l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1174)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li d-data ta’ wara l-PI ma kkonkludietx li t-trażżin tal-prezz kien kompla.

(1175)

Il-Kummissjoni indikat li ma kienx hemm bżonn li jiġi eżaminat aktar it-trażżin tal-prezz fil-perjodu ta’ wara l-PI. Eżami tad-data ta’ wara l-PI ma weriex li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda titjieb. Id-data kollha disponibbli, speċjalment dik relatata ma’ żieda fil-bejgħ ta’ BEVs manifatturati fiċ-Ċina, indikat sitwazzjoni li qiegħda tmur għall-agħar għall-industrija tal-Unjoni aktar milli waħda aħjar. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1176)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-eżempju kkwotat fil-premessa (1164) ta’ dan ir-Regolament relatat ma’ MG ma kienx rilevanti għas-sejbiet tal-każ minħabba li kien relatat mal-lokazzjoni.

(1177)

Il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni għaliex l-eżempju kkwotat kien eżempju sinifikanti tal-metodi ta’ bejgħ aggressivi użati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li pprovdew pressjoni kontinwa fuq il-prezzijiet fil-konfront tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.2.   Fatturi oħrajn

6.2.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(1178)

B’risposta għal asserzjoni mis-CCCME u mill-GTĊ imsemmija fil-premessa (730) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkolat is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha abbażi tal-konsum reali għall-perjodu kkunsidrat ukoll, għalkemm ma waslet għall-ebda konklużjoni bbażata fuq dawn l-ishma mis-suq.

Tabella 17a

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha abbażi tal-konsum reali

 

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ investigazzjoni

Il-Korea t’Isfel

Sehem mis-suq

8,7  %

7,3  %

7,0  %

5,8  %

Indiċi

100

84

80

67

Ir-Renju Unit

Sehem mis-suq

5,5  %

2,6  %

4,1  %

2,7  %

Indiċi

100

47

75

49

Il-Messiku

Sehem mis-suq

0  %

1,1  %

1,2  %

0,9  %

Indiċi

Mhux Applikabbli

100

109

82

Il-Ġappun

Sehem mis-suq

2,0  %

3,5  %

0,7  %

0,8  %

Indiċi

100

175

35

40

L-Istati Uniti

Sehem mis-suq

10,0  %

3,9  %

0  %

1,9  %

Indiċi

100

39

0

19

Pajjiżi oħra

Sehem mis-suq

0  %

0  %

0  %

0  %

Indiċi

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Total tal-pajjiżi kollha għajr ir-RPĊ

Sehem mis-suq

26,1  %

18,4  %

12,3  %

12,0  %

Indiċi

100

70

47

46

(1179)

Il-Kummissjoni ġabret ukoll data għar-raba’ trimestru tal-2023 u għall-ewwel trimestru tal-2024 (l-ewwel trimestru 2024) dwar l-importazzjonijiet (volum u prezzijiet) ta’ BEVs minn pajjiżi terzi u s-sehem mis-suq tagħhom li huma murija fit-Tabella 17b ta’ dan ir-Regolament. Id-data trimestrali għall-perjodu ta’ investigazzjoni hija ppreżentata wkoll fit-Tabella 17b ta’ dan ir-Regolament biex jingħata kuntest lid-data trimestrali ta’ wara l-PI.

Tabella 17b

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Wara l-PI

T4 2022

T1 2023

T2 2023

T3 2023

T4 2023

T1 2024

T2 2024

Il-Korea t’Isfel

Kwantità (biċċiet)

17 928

22 139

22 777

27 167

23 955

24 093

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

123

127

152

134

134

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum apparenti

4,2  %

5,9  %

5,3  %

6,5  %

5,5  %

6,7  %

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

141

125

153

132

159

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum reali

4,9  %

5,9  %

6,0  %

6,5  %

5,5  %

4,8  %

4,4  %

Indiċi

100

120

123

133

112

98

90

Prezz medju (EUR/unità)

34 083

35 432

36 597

37 351

39 747

34 482

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

104

107

110

116

101

Mhux Applikabbli

Ir-Renju Unit

Kwantità (biċċiet)

18 542

23 528

18 457

16 828

20 128

9 813

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

127

100

91

109

53

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum apparenti

4,4  %

6,3  %

4,3  %

4,0  %

4,7  %

2,7  %

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

144

98

92

107

63

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum reali

3,5  %

2,7  %

2,4  %

2,3  %

2,9  %

0,6  %

0,3  %

Indiċi

100

76

68

67

82

18

9

Prezz medju (EUR/unità)

26 943

25 448

25 992

26 958

27 454

26 496

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

94

96

100

102

98

Mhux Applikabbli

Il-Messiku

Kwantità (biċċiet)

5 881

8 361

7 275

9 793

3 326

2 787

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

142

124

167

57

47

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum apparenti

1,4  %

2,2  %

1,7  %

2,3  %

0,8  %

0,8  %

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

162

121

169

56

56

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum reali

1,0  %

0,8  %

0,9  %

0,9  %

0,9  %

0,9  %

0,9  %

Indiċi

100

78

89

90

90

94

91

Prezz medju (EUR/biċċa)

42 791

42 869

45 536

45 381

42 850

39 595

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

100

106

106

100

93

Mhux Applikabbli

Il-Ġappun

Kwantità (biċċiet)

7 445

4 471

5 355

8 090

7 230

9 539

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

60

72

109

97

128

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum apparenti

1,8  %

1,2  %

1,2  %

1,9  %

1,7  %

2,7  %

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

68

71

110

96

151

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum reali

0,8  %

1,5  %

1,7  %

1,6  %

1,2  %

1,9  %

1,6  %

Indiċi

100

186

211

203

153

238

204

Prezz medju (EUR/biċċa)

30 776

31 152

31 081

32 274

32 601

33 421

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

101

101

105

106

109

Mhux Applikabbli

L-Istati Uniti tal-Amerika

Kwantità (biċċiet)

4 683

5 611

8 372

5 238

6 064

5 025

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

120

179

112

129

107

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum apparenti

1,1  %

1,5  %

1,9  %

1,2  %

1,4  %

1,4  %

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

136

175

113

127

127

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum reali

0,9  %

2,2  %

2,5  %

2,0  %

2,3  %

1,3  %

1,0  %

Indiċi

100

256

281

231

259

151

112

Prezz medju (EUR/biċċa)

67 489

64 954

54 271

56 198

60 428

54 471

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

96

80

83

90

81

Mhux Applikabbli

Pajjiżi oħra

Kwantità (biċċiet)

525

350

435

142

137

139

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

67

83

27

26

26

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum apparenti

0,1  %

0,1  %

0,1  %

0,0  %

0,0  %

0,0  %

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

76

81

27

26

31

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum reali

2,0  %

0  %

0  %

0  %

0,6  %

0,8  %

0,8  %

Indiċi

100

0

0

2

30

40

40

Prezz medju (EUR/biċċa)

34 409

38 407

40 717

57 159

38 287

52 596

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

112

118

166

111

152

Mhux Applikabbli

Total tal-pajjiżi kollha għajr ir-RPĊ

Kwantità (biċċiet)

55 004

64 460

62 671

67 258

60 840

51 396

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

117

114

122

111

93

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum apparenti

12,9  %

17,3  %

14,5  %

16,0  %

14,1  %

14,3  %

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

133

112

124

109

110

Mhux Applikabbli

Sehem mis-suq abbażi tal-konsum reali

13,1  %

9,9  %

11,3  %

13,4  %

13,3  %

10,4  %

9,0  %

Indiċi

100

76

87

103

102

74

63

Prezz medju (EUR/unità)

35 007

35 042

36 430

36 819

34 893

32 762

Mhux Applikabbli

Indiċi

100

100

104

105

100

94

Mhux Applikabbli

Sors:

Data doganali tal-Istati Membri.

(1180)

L-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel naqsu fiż-żewġ trimestri wara l-PI meta mqabbla mal-aħħar trimestru kopert mill-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq tagħhom żdied bi ftit fl-ewwel trimestru tal-2024 sal-aħħar trimestru kopert mill-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-ewwel trimestru wara l-PI, il-prezz medju tal-importazzjoni mill-Korea t’Isfel kien ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 10 ta’ dan ir-Regolament u ogħla mill-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina fiż-żewġ trimestri wara l-PI kif muri fit-Tabella 8 ta’ dan ir-Regolament.

(1181)

L-importazzjonijiet mir-Renju Unit naqsu fl-ewwel trimestru tal-2024 u laħqu sehem mis-suq ta’ 2,7 %. Fl-ewwel trimestru wara l-PI, il-prezz medju tal-importazzjoni mir-Renju Unit kien aktar baxx mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 10 ta’ dan ir-Regolament iżda ogħla mill-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina fiż-żewġ trimestri wara l-PI kif muri fit-Tabella 8 ta’ dan ir-Regolament.

(1182)

L-importazzjonijiet mill-Messiku naqsu fiż-żewġ trimestri wara l-PI u laħqu biss sehem mis-suq ta’ 0,8 %.

(1183)

L-importazzjonijiet mill-Ġappun żdiedu fit-tieni trimestru wara l-PI u laħqu sehem mis-suq ta’ 2,7 %. Il-prezz medju tal-importazzjoni mill-Ġappun kien ogħla mill-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni fl-ewwel trimestru wara l-PI u ogħla mill-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina fiż-żewġ trimestri wara l-PI.

(1184)

L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti żdiedu bi ftit wara l-PI u laħqu sehem mis-suq ta’ 1,4 % fiż-żewġ trimestri wara l-PI. Il-prezz medju tal-importazzjoni kien ogħla b’mod sinifikanti mill-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni fl-ewwel trimestru wara l-PI u ogħla b’mod sinifikanti mill-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina fiż-żewġ trimestri ta’ wara l-PI.

(1185)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħrajn kollha baqgħu negliġibbli wara l-PI.

(1186)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni ma vvalutatx kif xieraq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fl-analiżi tal-kawżalità tagħha. L-ewwel nett, kif diġà ġie stabbilit fil-premessa (724) ta’ dan ir-Regolament, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni kien imissha kkalkulat l-ishma mis-suq tas-sorsi kollha tal-importazzjoni fuq l-istess bażi, jiġifieri fuq il-konsum apparenti.

(1187)

Dan huwa fil-fatt dak li għamlet il-Kummissjoni peress li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ġew eżaminati fuq bażi ta’ konsum apparenti (it-Tabella 17b) u l-importazzjonijiet Ċiniżi ġew eżaminati fuq l-istess bażi fit-Tabella 2a tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, iż-żieda rapida fl-importazzjonijiet Ċiniżi kif muri fit-Tabella 2b (bl-użu tal-konsum reali) turi xejra simili ħafna minn dik murija fit-Tabella 2a tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1188)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel u mir-Renju Unit ma ġewx ivvalutati kif xieraq bħala (i) bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel u mir-Renju Unit biss żdiedu aktar mill-importazzjonijiet miċ-Ċina matul l-istess perjodu; (ii) il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Renju Unit kienu komparabbli mal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi u kienu konsistentement aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u anqas mill-kostijiet unitarji tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat; (iii) il-volumi tal-importazzjoni tal-Korea t’Isfel żdiedu u kienu qrib il-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu anqas mill-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

(1189)

L-argumenti ta’ hawn fuq ma jistgħux ixejnu s-sejbiet tal-Kummissjoni fil-premessi (1178) u (1179) tar-Regolament provviżorju. Fir-rigward tal-punt (i), il-Kummissjoni nnotat li ż-żieda fil-volumi tal-importazzjoni tal-Korea t’Isfel u tar-Renju Unit matul l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni baqgħu b’mod sinifikanti anqas miż-żieda fil-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina, b’kuntrast ma’ dak li ġie ddikjarat mill-partijiet interessati kkonċernati. Fir-rigward tal-punt (ii), u kif ġie nnotat fil-premessa (1179) tar-Regolament provviżorju, għalkemm il-prezzijiet medji tal-importazzjoni kienu kemxejn taħt il-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina matul l-2020 u l-2022, kienu aktar mill-prezz medju tal-importazzjoni Ċiniż fl-2021 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, għalkemm kien hemm xejra ġenerali ’l isfel tal-prezz medju tal-importazzjoni mir-Renju Unit (-4 %), dan kien anqas evidenti milli għall-importazzjonijiet Ċiniżi (-10 %). Fl-aħħar nett, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tar-Renju Unit żdied biss b’0,5 punti perċentwali bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni (u b’mod ġenerali fil-perjodu kkunsidrat b’1,1 punt perċentwali), filwaqt li s-sehem mis-suq Ċiniż żdied b’2,7 punti perċentwali (u b’mod ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat b’21,1 punt perċentwali). Fir-rigward tal-punt (iii), fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel, kif innotat fil-premessa (1178) tar-Regolament provviżorju, is-sehem mis-suq tagħhom naqas minn 10,2 % fl-2020 għal 5,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni wrew xejra ta’ żieda u bħala medja kienu ogħla mill-prezz tal-importazzjoni Ċiniż. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1190)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-impatt tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha b’mod kumulattiv u li dawn x’aktarx kellhom effett negattiv fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni.

(1191)

Il-Kummissjoni nnotat li ma kienx ċar liema punt ta’ liġi kien qed jitqajjem mis-CCCME u mill-GTĊ, peress li l-Kummissjoni ma kkonkludietx, fir-Regolament provviżorju, li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, meta kkunsidrat l-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha b’mod kumulattiv, il-Kummissjoni nnotat li s-sehem mis-suq tagħhom wera xejra ta’ tnaqqis bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri minn 27,3 % għal 15,1 % (għalkemm żdied kemxejn b’1,8 punt perċentwali mill-2022 sal-perjodu ta’ investigazzjoni). Il-prezz medju tal-importazzjoni tagħhom wera xejra ta’ żieda matul il-perjodu kkunsidrat (+ 23 %) u kien ogħla b’mod sinifikanti mill-prezz medju tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1192)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni naqset milli tissepara u tiddistingwi kif xieraq l-impatt tal-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fuq l-industrija tal-Unjoni mill-effetti tal-importazzjonijiet allegatament issussidjati miċ-Ċina. B’mod partikolari, is-CCCME asseriet li l-Kummissjoni naqset milli tissepara u tiddistingwi l-impatt kumulattiv tal-importazzjonijiet kollha ta’ pajjiżi terzi oħrajn fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, is-CCCME asseriet li (i) it-tqabbil bejn il-prezz tal-importazzjoni miċ-Ċina u l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha ma kienx oġġettiv peress li l-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina kienu prezzijiet ta’ trasferiment, (ii) il-Kummissjoni ċaħdet is-sinifikat tal-impatt kumulattiv tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha minħabba li kien hemm xejra ta’ tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kollha tal-pajjiżi terzi l-oħrajn bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni filwaqt li d-data pprovduta fit-Tabella 17 ta’ dan ir-Regolament uriet li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha żdied fuq bażi trimestrali bejn ir-raba’ trimestru tal-2022 u t-tielet trimestru tal-2023, li kkoinċida mas-sehem mis-suq u l-profittabbiltà li sejrin lura tal-produtturi tal-Unjoni (fit-tielet trimestru tal-2023, meta l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet –20,5 %, is-sehem mis-suq Ċiniż f’dak it-trimestru kien stabbli, iżda l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kellhom sehem mis-suq ta’ 16 %), (iii) meta mqabbla mal-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni, id-data ta’ wara l-PI kkonferma t-tkomplija tax-xejra ta’ żieda tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha, (iv) fl-ewwel trimestru tal-2024, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha laħaq 14,3 % li kien ħafna ogħla mis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-BEVs tal-marka Ċiniża ta’ 10,4 %, (v) meta mqabbla mal-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni, id-data ta’ wara l-PI wriet li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha naqsu b’6 % u kienu qegħdin isegwu xejra ta’ tnaqqis, (vi) minħabba s-sehem mis-suq li qiegħed jiżdied u l-prezzijiet li qegħdin jonqsu tagħhom, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha aktarx li għamlu pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, u kisbu sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, (vii) is-sehem mis-suq tal-aktar sors importanti ta’ importazzjonijiet wara ċ-Ċina, jiġifieri importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel, żdied b’59 % bejn il-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni u l-ewwel trimestru tal-2024, l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel kellhom sehem mis-suq ta’ 6 %, filwaqt li l-importazzjonijiet tal-BEVs tal-marka Ċiniża kienu jirrappreżentaw 7,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni u għalhekk minħabba l-preżenza fis-suq komparabbli tagħhom, kien jenħtieġ li l-Kummissjoni toqgħod aktar attenta li tanalizza l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel.

(1193)

Fir-rigward tal-punt (i), il-Kummissjoni nnotat li abbażi tal-mudelli ta’ BEVs importati minn pajjiżi terzi oħrajn, ma jistax jiġi eskluż li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu wkoll prezzijiet ta’ trasferiment u għalhekk it-tqabbil tal-prezzijiet tal-importazzjoni kien oġġettiv.

(1194)

Fir-rigward tal-punt (ii), il-punti mqajma mis-CCCME u mill-GTĊ ma spjegawx jew ma ssostanzjawx kif se jkollhom impatt fuq il-kawżalità bejn l-importazzjonijiet sussidjati u t-theddida ta’ dannu. L-investigazzjoni ma żvelatx li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma ta’ theddida għall-industrija tal-Unjoni u s-CCCME u l-GTĊ lanqas ma ssottomettew din l-informazzjoni. Barra minn hekk, anke jekk is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien “stabbli” fit-tielet trimestru tal-2023, meta l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet –20,5 %, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ogħla mis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha (21 % kontra 16 %), filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi (EUR 23 887) kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha (EUR 36 819). Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1195)

Fir-rigward tal-punt (iii), il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-valutazzjoni simplistika. Fl-istess linja, il-Kummissjoni setgħet argumentat li meta mqabbla mat-tliet kwarti l-oħra tal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volum totali tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn wara l-PI kien qiegħed jonqos. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1196)

Fir-rigward tal-punt (iv), l-asserzjoni hija mingħajr mertu peress li kien jenħtieġ li s-CCCME tqabbel is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha mal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina li kien 25,4 % u għalhekk ogħla mis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha.

(1197)

Fir-rigward tal-punt (v), kif ġie spjegat fil-premessi (1021) u (1076) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet medji ponderati kienu affettwati mit-taħlita tal-prodott u għalhekk kwalunkwe tnaqqis jew żieda fil-prezzijiet medji jenħtieġ li jitqiesu fir-rigward ta’ bidla fit-taħlita tal-prodott. Dan huwa validu għall-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi, għall-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni kif ukoll għall-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn. Huwa mfakkar li l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi naqsu wkoll bi 8 % fl-ewwel trimestru tal-2024 meta mqabbla mal-aħħar trimestru tal-2022.

(1198)

Fir-rigward tal-punt (vi), il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni peress li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fil-fatt kien qiegħed ivarja fuq bażi trimestrali u ma kien hemm l-ebda xejra ta’ żieda ċara, kien taħt is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu qegħdin jonqsu, anke l-prezz tal-importazzjoni miċ-Ċina kien qiegħed jonqos u kien aktar baxx mill-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn.

(1199)

Fir-rigward tal-punt (vii), is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel varja fuq bażi trimestrali kif muri fit-Tabella 17b ta’ dan ir-Regolament u kien taħt is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kollha miċ-Ċina, u saħansitra taħt is-sehem mis-suq tal-BEVs Ċiniżi. Ma kien hemm l-ebda evidenza fil-fajl li l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel kienu ta’ theddida għall-industrija tal-Unjoni u lanqas is-CCCME ma ssottomettiet din l-evidenza. Barra minn hekk, il-prezz medju tal-importazzjoni mill-Korea t’Isfel kien ogħla mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fuq bażi trimestrali (ara t-Tabelli 10 u 17 ta’ dan ir-Regolament). Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1200)

Għalhekk, abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma jikkontribwixxux għat-theddida ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

6.2.2.2.   Il-kompetittività tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni

(1201)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ tennew id-dikjarazzjoni tagħhom stabbilita fil-premessa (1197) tar-Regolament provviżorju li l-industrija tal-BEVs tal-Unjoni ma kinitx kompetittiva minħabba n-nuqqas ta’ integrazzjoni vertikali u argumentaw li l-asserzjoni tagħhom ma kinitx indirizzata kif xieraq fir-Regolament provviżorju. F’dan ir-rigward, huma argumentaw li l-Kummissjoni qasmet ħażin id-dikjarazzjoni f’sottofatturi differenti u b’hekk “skapulat” il-kwistjoni. Is-CCCME u l-GTĊ argumentaw li l-fatturi kollha (bħat-tfixkil fil-katina tal-provvista, il-kostijiet ogħla tal-materja prima, eċċ.) għandhom jitqiesu fl-intier tagħhom u tennew li n-nuqqas ta’ integrazzjoni vertikali jirriżulta f’kostijiet ogħla għax-xiri ta’ batteriji u ta’ komponenti kritiċi oħrajn u li dan għamel lill-produtturi aktar vulnerabbli għal tfixkil fil-katina tal-provvista, li min-naħa tiegħu jżid ukoll il-kostijiet fissi minħabba volumi aktar baxxi ta’ produzzjoni, li ma jistgħux jiġu kkunsidrati separatament. Huma implikaw ukoll li l-gruppi Geely u SAIC kienu produtturi integrati vertikalment, b’kuntrast mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (1198) tar-Regolament provviżorju.

(1202)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni qasmet ħażin l-asserzjonijiet tal-partijiet dwar il-“kompetittività tal-industrija” f’sottofatturi, is-CCCME u l-GTĊ naqsu milli jispjegaw sa liema punt dan seta’ skapula l-kwistjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni l-fehma li l-approċċ tagħha li tivvaluta l-informazzjoni fil-fajl dwar l-allegati ineffiċjenzi u l-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni kien biżżejjed u ġust. Fir-rigward tal-asserzjoni li l-Grupp Geely u SAIC ukoll kienu integrati vertikalment, kif ġie spjegat fil-premessa (692) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni żvelat li l-Grupp BYD kien l-uniku produttur esportatur tal-BEVs integrat vertikalment u inkluż fil-kampjun li kien jipproduċi batteriji LFP għall-BEVs. Barra minn hekk, fil-premessa (694) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni żvelat li ż-żewġ gruppi l-oħra (SAIC u Geely) kienu jġibu l-batteriji tagħhom minn fornituri mhux relatati u oħrajn relatati, kif ukoll minn impriżi konġunti ma’ Contemporary Amperex Technology Company Limited (“CATL”). Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1203)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ tennew l-asserzjoni li n-nuqqas ta’ kompetittività tal-industrija tal-Unjoni kellu jiġi vvalutat b’mod olistiku minħabba li dawn il-fatturi (in-nuqqas ta’ integrazzjoni vertikali, il-kostijiet għoljin tal-produzzjoni minħabba l-kostijiet għoljin tal-batteriji, il-kostijiet fissi u l-kostijiet lavorattivi fost oħrajn u t-tfixkil fil-katina tal-provvista) huma interkonnessi u jaħdmu flimkien. Is-CCCME u l-GTĊ argumentaw ukoll li n-nuqqas ta’ integrazzjoni vertikali u l-fatt tax-xiri ta’ batteriji u ta’ materja prima minn produtturi mhux relatati mhux biss żdiedu mal-kostijiet tal-produzzjoni direttament iżda llimitaw ukoll il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jżidu l-produzzjoni u l-bejgħ u barra minn hekk, jagħmlu lill-industrija tal-Unjoni aktar suxxettibbli għat-tfixkil fil-katina tal-provvista li affettwa l-kost u l-produzzjoni.

(1204)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni u nnotat li ma kinitx issostanzjata u kienet miċħuda mir-realtà tas-suq. Il-Kummissjoni qieset li filwaqt li jista’ jkun hemm benefiċċji għall-integrazzjoni vertikali, jista’ jkun hemm benefiċċji wkoll biex wieħed jiffoka fuq partijiet speċifiċi tal-katina tal-valur u jikseb inputs oħrajn minn kumpaniji speċjalizzati. Dan huwa wkoll minħabba li kumpaniji speċjalizzati bħal dawn jistgħu jiksbu effiċjenzi ta’ skala u ta’ ambitu, u jgħadduhom lill-klijenti tagħhom. Il-mistoqsija ta’ liema benefiċċji huma ogħla (l-hekk imsejħa deċiżjoni dwar il-“produzzjoni jew ix-xiri” fl-ekonomija industrijali) hija waħda mill-aktar kwistjonijiet kumplessi li jiffaċċjaw il-kumpaniji tal-manifattura u t-tweġiba tista’ tkun speċifika għall-kumpanija, għall-prodott, għall-mudell u għall-komponent. Is-CCCME u l-GTĊ ma spjegawx liema kienu l-karatteristiċi uniċi tal-industrija tal-BEV, li kienu assenti f’industriji oħrajn, u li jagħmlu l-integrazzjoni vertikali sħiħa ħtieġa għas-sopravivenza. Fid-dawl ta’ dan, li kieku l-argumenti tas-CCCME u tal-GTĊ kienu korretti, il-kumpaniji integrati vertikalment biss ikampaw fi kwalunkwe industrija, minħabba li għandhom effiċjenza u kompetittività superjuri, filwaqt li l-oħrajn kollha joħorġu mis-suq. Ir-realtà hija li fil-biċċa l-kbira, jekk mhux fl-industriji kollha, inkluża l-industrija tal-BEVs u anke l-industrija Ċiniża tal-BEVs, hemm varjazzjoni sinifikanti fil-livell ta’ integrazzjoni vertikali ta’ kumpaniji li jirnexxu. Bħala eżempju, Tesla, l-akbar manifattur dinji tal-BEVs, iddependiet u tkompli tiddependi fuq kumpaniji esterni għall-provvista tal-batteriji tagħha (152) (153) (154). Għalhekk, l-argumenti tas-CCCME ġew miċħuda.

(1205)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-investimenti fil-produzzjoni tal-batteriji minn ċerti produtturi tal-BEVs tal-Unjoni ma kinux se jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ kompetittività. Huma argumentaw li anke kieku l-produtturi tal-BEVs fl-Unjoni jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni tal-batteriji tagħhom, dawn jibqgħu dipendenti fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima għall-produzzjoni tal-batteriji, jiġifieri n-nikil, il-litju u l-kobalt, kif ukoll komponenti oħrajn għall-batteriji. F’dan ir-rigward, huma rreferew għal diversi sorsi pubbliċi (bħar-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 15/2023 (155) u r-Rapport ta’ Transport & Environment (156), eċċ.). Barra minn hekk, dawn il-partijiet asserew li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fil-premessa (1199) tar-Regolament provviżorju, li l-vantaġġi Ċiniżi fil-provvista ta’ batteriji u ta’ materja prima ewlenija, ma kinux appoġġati minn evidenza u jinjoraw li anke l-industrija tal-Unjoni tirċievi sussidji għall-investimenti tagħha fil-produzzjoni tal-batteriji.

(1206)

Fir-rigward tal-aċċess għall-materja prima u għall-komponenti, il-Kummissjoni ma kkontestatx li dawn il-fatturi kienu vantaġġi tal-produtturi Ċiniżi. Madankollu, dawn il-vantaġġi nbnew permezz tas-sussidjar kif ġie spjegat fit-Taqsima 3.7.2 tar-Regolament provviżorju. Fil-fatt, it-Taqsima 3.7.2 tar-Regolament provviżorju tipprovdi evidenza komprensiva tal-grad ta’ sussidjar involut fil-provvista tal-materja prima u tal-komponenti fiċ-Ċina. Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni l-fehma tagħha li dawn il-vantaġġi huma relatati ma’ kummerċ inġust minflok ma’ vantaġġi kompetittivi normali. Barra minn hekk, kif huwa spjegat fil-premessa (851) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset li s-CCCME u l-GTĊ naqsu milli juru li l-aċċess għall-materja prima jimponi restrizzjoni sinifikanti u reali fuq il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ BEVs tal-Unjoni u nnotat li s-CCCME u l-GTĊ lanqas biss ippruvaw jikkwantifikaw din ir-restrizzjoni. Fir-rigward tal-fatt li l-industrija tal-BEVs tal-Unjoni rċeviet ukoll sussidji tal-UE jew nazzjonali, il-Kummissjoni tinnota li mhux is-sussidji kollha huma kumpensatorji u s-CCCME u l-GTĊ ma pprovdewx evidenza li s-sussidji riċevuti mill-industrija tal-Unjoni għall-batteriji kienu kumpensatorji u kkawżaw dannu lill-industrija Ċiniża. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1207)

Is-CCCME u l-GTĊ, filwaqt li jirreferu għall-premessa (1200) tar-Regolament provviżorju, asserew li kien irrilevanti fl-analiżi tal-kawżalità jekk it-tfixkil fil-katina tal-provvista u fatturi oħrajn li jżidu l-kostijiet tal-materja prima kinux kwistjonijiet li jaffettwaw id-dinja kollha u, għalhekk, ma affettwawx lill-produtturi tal-Unjoni biss, peress li jrid jiġi vvalutat l-effett ta’ dawn il-fatturi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Grupp Geely asserixxa wkoll li fl-2022 u fl-2023 il-prezzijiet tal-materja prima għall-produzzjoni tal-batteriji (il-kobalt, il-litju u n-nikil) kienu eċċezzjonalment għoljin. Barra minn hekk, kien hemm ukoll livell għoli ta’ inflazzjoni fl-Unjoni (8,83 % fl-2022 u 6,29 % fl-2023), filwaqt li l-inflazzjoni fiċ-Ċina kienet ħafna anqas matul dak l-istess perjodu (1,96 % u 0,24 % rispettivament) u, għalhekk, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kinux affettwati bl-istess mod minn dawn il-fatturi u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward ikunu żbaljati.

(1208)

Il-Kummissjoni nnotat li l-premessa (1200) tar-Regolament provviżorju indirizzat l-asserzjoni li l-industrija tal-Unjoni jkollha żvantaġġ kompetittiv. Għar-raġunijiet stabbiliti f’din il-premessa, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-fatturi msemmijin mis-CCCME u mill-GTĊ ma kinux jikkostitwixxu żvantaġġ speċifiku għall-industrija tal-Unjoni, li bħala tali ma kienx ikkontestat mis-CCCME u mill-GTĊ.

(1209)

Fir-rigward tal-asserzjoni tal-Grupp Geely li l-produtturi tal-Unjoni kienu aktar affettwati mir-rati ta’ inflazzjoni fl-2022 u fl-2023 mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, dan minnu nnifsu ma setax jispjega ż-żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet sussidjati li jwaqqgħu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industriji tal-Unjoni. Skont is-sors pubbliku msemmi mill-Grupp Geely, id-differenza fir-rati tal-inflazzjoni kienet ta’ 6,87 punti perċentwali fl-2022 u ta’ 6,06 punti perċentwali fl-2023 li titqabbel ma’ marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz stabbilit matul il-PI ta’ medja ta’ 12,7 % kif stabbilit fil-premessa (1029) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1210)

Is-CCCME u l-GTĊ argumentaw ukoll li l-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx integrata vertikalment għamilha saħansitra aktar vulnerabbli għat-tfixkil fil-katina tal-provvista li rriżulta fl-inabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jżidu l-produzzjoni tagħha, li min-naħa tagħha rriżultat f’kostijiet fissi ogħla. Huma pprovdew diversi eżempji li fihom il-produtturi tal-Unjoni kienu mġegħlin jissospendu, inaqqsu jew saħansitra jwaqqfu l-produzzjoni u rreferew għal dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ produtturi oħrajn tal-Unjoni li jirrikonoxxu li l-ktajjen tal-provvista kienu riskju ewlieni għall-industrija tal-BEVs. Dawn il-partijiet tennew ukoll li fatturi oħrajn bħall-kostijiet għoljin tal-enerġija, il-kostijiet lavorattivi għoljin u l-kostijiet għoljin tal-komponenti minbarra l-batteriji kellhom effett negattiv fuq il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

(1211)

Fl-aħħar nett, is-CCCME u l-GTĊ argumentaw li impatt negattiv ulterjuri fuq il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni jkun diversi każijiet ta’ għeluq u strajks u pprovdew ftit artikli fl-istampa f’dan ir-rigward. F’dan ir-rigward, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni injorat diversi dikjarazzjonijiet pubbliċi mid-diriġenti u mill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni li affermaw in-nuqqas ta’ kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

(1212)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi l-kawżi tal-kostijiet ogħla fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji tal-industrija tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-kwistjonijiet ewlenin li kkawżaw żidiet fil-kostijiet ġew irrapportati fil-premessa (1078) tar-Regolament provviżorju, għalkemm l-iżvilupp tal-kostijiet unitarji għall-BEVs isir aktar kumpless minħabba bidliet fit-taħlita tal-prodotti u t-tranżizzjoni minn vetturi ICE għal BEVs. Il-kost tal-materja prima u tal-komponenti (inklużi l-batteriji) u tal-enerġija laħaq il-quċċata tiegħu fl-2022 u, sussegwentement, il-kost tal-materja prima u tal-batteriji l-aktar simili għal dawk fil-fatt naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, ma ġiex issostanzjat kif l-iżvilupp ta’ dawn il-kostijiet seta’ kellu impatt fuq il-kawża tat-theddida ta’ dannu.

(1213)

Fir-rigward tal-għeluq temporanju tal-impjanti, għandu jiġi nnotat li sempliċiment minħabba li xi drabi l-impjanti jkollhom jitwaqqfu temporanjament minħabba nuqqas mhux mistenni ta’ ċerta materja prima jew xi kultant minħabba kwistjonijiet globali (il-covid-19, il-kunflitt bejn Iżrael u l-Ħamas, l-attakki mill-Houthi kontra bastimenti tat-tbaħħir fil-Baħar l-Aħmar eċċ.) ma jagħmilx lill-industrija tal-Unjoni anqas kompetittiva, iżda dan juri l-ambjent kumpless li topera fih l-industrija tal-Unjoni.

(1214)

Għalhekk, għalkemm iż-żieda fil-kostijiet unitarji kienet ikkawżata minn ħafna fatturi, inkluż tfixkil fil-provvista u, sa ċertu punt, żieda fil-kostijiet tal-materja prima u tal-komponenti, dan ma jnaqqasx l-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni.

(1215)

Barra minn hekk, ma kienx ċar liema punt ta’ liġi kien qed jitqajjem mis-CCCME u mill-GTĊ, peress li l-Kummissjoni ma kkonkludietx, fir-Regolament provviżorju, li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kif ġie spjegat fit-Taqsima 6.2.4 tar-Regolament provviżorju, l-allegati ineffiċjenzi tal-industrija tal-Unjoni kif ġie spjegat mill-partijiet interessati, ma humiex fattur importanti għall-kawżalità tal-analiżi tat-theddida ta’ dannu. Għalhekk, is-CCCME u l-GTĊ ma ssostanzjawx ir-rilevanza tal-asserzjonijiet tagħhom. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

6.2.2.3.   L-importazzjonijiet miċ-Ċina mill-industrija tal-Unjoni

(1216)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME, il-GTĊ u l-Kumpanija 24 asserew li l-Kummissjoni ma vvalutatx kif xieraq l-importazzjonijiet ta’ OEMs tal-Unjoni (l-hekk imsejħa “awtoimportazzjonijiet”) fl-analiżi tal-kawżalità tagħha. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll wara d-divulgazzjoni finali. Is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza l-kompetizzjoni bejn dawn l-awtoimportazzjonijiet, minn naħa, u l-BEVs prodotti fl-Unjoni, min-naħa l-oħra, u li l-awtoimportazzjonijiet jenħtieġ li jiġu eżaminati bħala fattur ta’ kawżalità distint. Il-Kumpanija 24 implikat li l-esportazzjonijiet ta’ kumpaniji relatati mal-produtturi tal-OEMs tal-Unjoni ma humiex il-“mira reali” ta’ din l-investigazzjoni u li dan il-fatt ġie rrikonoxxut mill-Kummissjoni peress li pprovdiet diżaggregazzjoni tal-importazzjonijiet għal kull tip ta’ produttur esportatur fir-Regolament provviżorju. Huma asserew li l-Kummissjoni ma misshiex analizzat jekk l-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-OEMs Ċiniżi mhux relatati mal-produtturi tal-OEMs tal-Unjoni kinux aktarx se jiżdiedu aktar minn dawk l-importazzjonijiet minn kumpaniji relatati mal-produtturi tal-OEM tal-Unjoni, iżda pjuttost jekk l-importazzjonijiet tal-produtturi tal-OEM Ċiniżi mhux relatati mal-produtturi tal-Unjoni jpoġġux lill-industrija tal-Unjoni f’sitwazzjoni ta’ “vulnerabbiltà” u jekk hux se “jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni jekk ma tittieħed l-ebda miżura ta’ difiża għall-kummerċ”.

(1217)

Fl-aħħar nett, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li ma kien hemm l-ebda evidenza li l-volumi tal-importazzjonijiet tal-BEVs ta’ marki Ċiniżi għamlu jew jistgħu jagħmlu pressjoni fuq il-bejgħ tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni u li l-marki tal-BEVs Ċiniżi ħadu sehem mis-suq mill-industrija tal-BEVs tal-Unjoni peress li (i) it-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni kkoinċida maż-żieda fl-importazzjonijiet tagħhom stess miċ-Ċina, (ii) is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni flimkien mas-sehem mis-suq tal-awtoimportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni mibjugħa fl-Unjoni kien juri li l-industrija tal-Unjoni ggwadanjat sehem mis-suq ta’ 8,6 % u ma tilfitx sehem mis-suq fil-perjodu kkunsidrat.

(1218)

Għalkemm din l-asserzjoni saret mis-CCCME u mill-GTĊ fit-taqsima “theddida ta’ dannu”, il-Kummissjoni qieset li jkun aktar xieraq li tirribattiha f’din it-taqsima.

(1219)

Il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-hekk imsejħa awtoimportazzjonijiet fil-premessi minn (1212) sa (1214) tar-Regolament provviżorju u tabilħaqq ipprovdiet diżaggregazzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ta’ (i) produtturi esportaturi Ċiniżi relatati mal-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jaqilbu għall-produzzjoni ta’ BEVs, (ii) Tesla u (iii) l-importazzjonijiet Ċiniżi l-oħrajn kollha fit-Tabelli 12a u 12b tar-Regolament provviżorju skont il-premessi (1132) u (1134) rispettivament. Din l-analiżi jenħtieġ li titqies flimkien mat-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament. L-ewwel nett, l-istandard legali dwar il-kawżalità jenħtieġ li l-importazzjonijiet kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat jiġu vvalutati b’mod kollettiv. Dan huwa fil-fatt dak li għamlet il-Kummissjoni fit-Taqsima 6.1 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, kif imsemmi aktar ’il fuq, qasmet l-importazzjonijiet Ċiniżi, billi użat fost l-oħrajn, it-Tabelli 12a u 12b tar-Regolament provviżorju u t-Tabella 13 aktar ’il fuq, sabiex tiddetermina l-iżviluppi fil-profil tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet tal-marki Ċiniżi kienu qegħdin jiżdiedu fl-importanza u li l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni kien mistenni li jiżdied, minħabba d-disponibbiltà tal-istokkijiet u t-tħabbiriet li saru dwar iż-żieda fl-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni wara l-PI u lil hinn fis-snin li ġejjin. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata wkoll mid-data ta’ wara l-PI li wriet li l-importazzjonijiet tal-marki Ċiniżi żdiedu b’mod sinifikanti għal 14,1 % fit-tieni trimestru tal-2024, filwaqt li l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha miċ-Ċina naqsu kif muri fit-Tabella 10 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, il-Kummissjoni wettqet b’mod xieraq analiżi tal-hekk imsejħa awtoimportazzjonijiet u kkonkludiet li dawk l-importazzjonijiet x’aktarx ma kienux se jikkontribwixxu għat-theddida ta’ dannu materjali.

(1220)

Fir-rigward tal-asserzjoni speċifika tal-Kumpanija 24, il-Kummissjoni tenniet li l-ambitu tal-investigazzjoni kurrenti huwa l-BEVs kollha li joriġinaw miċ-Ċina u li għalhekk id-dikjarazzjoni li ma kinitx immirata lejn l-importazzjonijiet minn kumpaniji relatati mal-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni ma kinitx korretta. Huwa żbaljat ukoll li jiġi ddikjarat li t-tnaqqis fit-Tabelli 12a u 12b tar-Regolament provviżorju jikkonferma din is-suppożizzjoni. Id-diżaggregazzjoni fit-Tabelli 12a u 12b, kif iddikjarat fil-premessa (1131) tar-Regolament provviżorju indirizzat talba speċifika tas-CCCME f’dan ir-rigward kif deskritt fil-premessa (1130) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1221)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li l-produtturi tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni kienu qegħdin ikomplu jċaqilqu l-produzzjoni lejn iċ-Ċina, bil-konsegwenza li ma setax jiġi eskluż li l-awtoimportazzjonijiet setgħu/kienu jiżdiedu. Huma rreferew għal artiklu tal-istampa fit-30 ta’ Lulju 2024 fejn Stellantis ħabbret li Leapmotor International, impriża konġunta bejn Stellantis u l-produttur Ċiniż Leapmotor, bagħtet l-ewwel lott ta’ EVs Leapmotor miċ-Ċina lejn l-Ewropa (157).

(1222)

Il-Kummissjoni nnotat li dan l-artiklu rrefera għall-esportazzjoni miċ-Ċina tal-mudelli C10 SUVs u T03 li huma marki ta’ LeapMotors, u b’hekk marki Ċiniżi u għalhekk ma kien hemm l-ebda bidla fil-produzzjoni mill-Unjoni lejn iċ-Ċina kif issuġġeriet is-CCCME. Dan juri biss li l-importazzjonijiet ta’ BEVs miċ-Ċina se jiżdiedu fil-futur imminenti.

(1223)

Għalhekk, l-asserzjonijiet kollha li l-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni ma tqisux kif xieraq bħala kawżalità tat-theddida ta’ dannu ġew miċħuda.

6.2.2.4.   Il-kompetizzjoni fl-industrija intra-Unjoni

(1224)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew li kien hemm kompetizzjoni qawwija fl-industrija tal-Unjoni li x’aktarx li kienet se taffettwa b’mod negattiv lill-produtturi tal-BEV tal-Unjoni, enfasizzata minn inċentivi bħall-bonus ekoloġiku tal-EVs ta’ Franza u kienet timpedixxi żidiet fil-prezzijiet mill-industrija tal-Unjoni. Huma asserew li dan il-fattur kien imissu ġie vvalutat mill-Kummissjoni. Din l-unika evidenza pprovduta mis-CCCME u mill-GTĊ f’dan ir-rigward kienet diversi artikli tal-istampa li jitkellmu dwar il-kompetizzjoni normali li teżisti fi kwalunkwe suq fejn joperaw diversi produtturi (158).

(1225)

Il-Kummissjoni qieset li tali kompetizzjoni kienet ibbażata fuq il-prinċipji ta’ kummerċ ġust u ma kinitx timmitiga l-effett tal-kompetizzjoni ssussidjata tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet li kienu qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezz tal-produtturi tal-BEVs tal-Unjoni. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1226)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-GTĊ asserew li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni fil-fajl li l-Kummissjoni qieset xi evidenza biex tilħaq il-konklużjoni tagħha dwar il-kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi tal-Unjoni.

(1227)

Il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ma ssottomettew l-ebda evidenza addizzjonali dwar kif il-kompetizzjoni tal-industrija intra-Unjoni kien qiegħed ikollha jew jista’ jkollha effett negattiv fuq il-produtturi tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, l-għan tal-investigazzjoni huwa li tivvaluta jekk l-importazzjonijiet ta’ BEVs miċ-Ċina humiex issussidjati, humiex qegħdin jheddu lill-industrija tal-Unjoni u jekk huwiex fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri kumpensatorji jekk il-kundizzjonijiet legali jiġu ssodisfati. L-investigazzjoni sabet li għall-industrija tal-Unjoni, is-sitwazzjoni tagħha li qiegħda tiddeterjora hija r-riżultat tal-kompetizzjoni inġusta barra mill-importazzjonijiet Ċiniżi ssussidjati li jheddu li jagħmlu dannu materjali. Din l-investigazzjoni ma tivvalutax il-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni peress li s-sejbiet jikkonċernaw l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Is-CCCME u l-GTĊ ma ssottomettew l-ebda evidenza li l-kompetizzjoni tal-industrija intra-Unjoni qiegħda tnaqqas ir-rabta bejn l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina u t-theddida ta’ dannu. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

6.2.2.5.   Regolamentazzjoni żejda

(1228)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ issottomettew ukoll li l-piż regolatorju fl-Unjoni kien jaffettwa lill-industrija tal-BEV tal-Unjoni b’mod negattiv, b’mod partikolari minħabba li l-konformità teħtieġ riżorsi finanzjarji konsiderevoli. Is-CCCME u l-GTĊ ikkwotaw diversi dikjarazzjonijiet tad-diriġenti tal-Unjoni bħala evidenza tad-dikjarazzjoni tagħhom. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll mis-CCCME wara d-divulgazzjoni finali.

(1229)

Din l-asserzjoni kienet ġenerika ħafna. Il-Kummissjoni kkunsidrat li kwalunkwe żieda fil-kost minħabba kwistjonijiet regolatorji kellha taffettwa d-deċiżjonijiet ta’ investiment tal-industrija tal-Unjoni fil-passat. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li din il-kwistjoni tkun theddida ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni fis-snin ta’ wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Filwaqt li t-tranżizzjoni għall-elettrifikazzjoni hija meħtieġa bil-liġi, din fiha nnifisha ma toħloqx theddida għall-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku, peress li bħal kwalunkwe industrija, il-produtturi tal-BEVs iridu jadattaw għall-qafas regolatorju eżistenti. Fil-fatt, il-qafas regolatorju jikkostitwixxi l-qafas li fih titwettaq il-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu skont it-tifsira tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, filwaqt li l-konformità ma’ diversi regolamenti tkompli wara l-PI, is-CCCME u l-GTĊ ma identifikaw l-ebda regolament importanti ġdid li jhedded li jikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku. Minflok, il-Kummissjoni stabbiliet li huma l-importazzjonijiet sussidjati li jheddu l-vijabbiltà tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni. Mingħajr kundizzjonijiet tas-suq ġusti, il-produtturi tal-Unjoni mhux se jkunu jistgħu jilħqu l-ekonomiji ta’ skala meħtieġa. Għalhekk, din l-asserzjoni ma kinitx issostanzjata u ġiet miċħuda.

6.2.2.6.   Industrija fi tranżizzjoni

(1230)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni ma kinitx ivvalutat kif xieraq l-impatt tat-tranżizzjoni minn ICE għal BEVs fuq it-theddida ta’ dannu. Huma argumentaw li dan il-fatt se jkollu impatt fuq il-produtturi tal-Unjoni fil-futur prevedibbli.

(1231)

Is-CCCME u l-GTĊ asserew ukoll li l-Kummissjoni injorat ix-xejriet pożittivi għall-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu filwaqt li waħħlet fl-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mingħajr ebda valutazzjoni xierqa tat-tranżizzjoni inkwistjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni evokat biss it-tranżizzjoni iżda ma qisitx b’mod oġġettiv l-impatt tagħha fuq il-kostijiet u fuq il-profitti tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-kapaċità tagħha li żżid il-prezzijiet. Għalhekk, din it-tranżizzjoni tqieset biss bħala fattur li jiffavorixxi l-industrija tal-Unjoni iżda ma tqisitx meta ġie vvalutat l-impatt tal-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi. Din l-asserzjoni ġiet imtennija wkoll mis-CCCME u mill-GTĊ wara d-divulgazzjoni finali.

(1232)

Dawn il-kummenti jinjoraw u jirrappreżentaw ħażin l-analiżi tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fit-Taqsima 4 tar-Regolament provviżorju. L-analiżi tal-Kummissjoni rrikonoxxiet li xi indikaturi kienu pożittivi fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, dawn l-indikaturi ma ġewx “injorati”. B’mod aktar preċiż, dawn tqiegħdu fil-kuntest xieraq tagħhom tat-tranżizzjoni minn vetturi ICE għal BEVs, u tqiesu, flimkien mal-fatturi rilevanti l-oħrajn kollha, bħas-sitwazzjoni tat-telf u l-pressjoni fuq il-prezzijiet ta’ kwantitajiet dejjem akbar ta’ importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina, b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u ż-żieda potenzjali probabbli wara.

(1233)

It-tranżizzjoni minn vetturi ICE għal BEVs tifforma kuntest ta’ sfond ewlieni għat-theddida kollha ta’ dannu, il-kawżalità u l-analiżi tal-interess tal-Unjoni. Din it-tranżizzjoni għadha għaddejja u hija ppjanata li tkompli sal-2035. It-tranżizzjoni għandha sehem ewlieni fl-Patt Ekoloġiku tal-Kummissjoni sabiex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Il-produtturi tal-Unjoni żviluppaw strateġiji dettaljati, li jinvolvu l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ investiment enormi, sabiex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti għall-ilħuq ta’ dawn il-miri. Għalhekk, it-tranżizzjoni hija essenzjali għall-futur tal-industrija tal-Unjoni.

(1234)

Barra minn hekk, it-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni minn vetturi ICE għal BEVs hija parti mill-qafas regolatorju tal-industrija tal-karozzi fl-Unjoni. Il-produtturi tal-vetturi tal-Unjoni jeħtiġilhom jikkonformaw ma’ dan il-qafas regolatorju kif ukoll ma’ leġiżlazzjonijiet oħrajn. Dan il-qafas regolatorju ma jistax jitqies li jikkawża theddida ta’ dannu skont it-tifsira tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku. Għall-kuntrarju, dan jikkostitwixxi l-qafas li fih titwettaq il-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu skont it-tifsira tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, it-theddida imminenti għall-industrija tal-Unjoni ma hijiex it-tranżizzjoni nnifisha, iżda huma l-importazzjonijiet Ċiniżi ssussidjati li jheddu t-twettiq tal-proċess ta’ tranżizzjoni. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

6.2.2.7.   Il-kapaċità żejda tal-industrija tal-Unjoni

(1235)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CCCME u l-GTĊ issottomettew li l-industrija tal-Unjoni kienet mgħobbija b’kapaċità żejda fuq il-bażi taċ-ċifri stabbiliti fit-Tabella 4 tar-Regolament provviżorju. Din l-asserzjoni ġiet imtennija mis-CCCME u mill-GTĊ wara d-divulgazzjoni finali billi asserew ukoll li l-Kummissjoni ma kienet ipprovdiet l-ebda evidenza b’appoġġ għall-fehma tagħha li l-kapaċità ta’ riżerva kienet disponibbli għall-produzzjoni ta’ vetturi ICE.

(1236)

Il-Kummissjoni, kif stabbilit fil-premessa (842) ta’ dan ir-Regolament, innotat li d-data dwar il-kapaċità tal-produzzjoni ġiet stmata fuq il-bażi tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u tenfasizza li, f’suq li qed jikber, il-kapaċità trid tiġi installata qabel ma jkunu jistgħu jseħħu ż-żidiet fil-produzzjoni. Il-kapaċità ta’ riżerva disponibbli hija fil-biċċa l-kbira teoretika minħabba t-tranżizzjoni minn vetturi ICE għal BEVs, li jfisser li l-kapaċità li ma tintużax għall-produzzjoni tal-BEV kif ippjanat tkun disponibbli sabiex jiġu prodotti vetturi ICE, minflok ma tibqa’ mhux utilizzata. Barra minn hekk, kif ġie ddikjarat fil-premessa (1058) tar-Regolament provviżorju, xi produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin jipproduċu BEVs fl-impjanti tal-assemblaġġ tagħhom flimkien ma’ vetturi ICE filwaqt li jużaw essenzjalment l-istess proċess ta’ produzzjoni sabiex jimmobilizzaw l-assi, il-proċessi u l-kompetenzi eżistenti u jipprovdu flessibbiltà fil-volum. Il-Kummissjoni ddiskutiet il-kalkolu tal-kapaċità mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul iż-żjarat ta’ verifika fuq il-post. Barra minn hekk, kif diġà stabbilit fil-premessa (844) ta’ dan ir-Regolament, il-kapaċità ta’ riżerva għolja tal-industrija tal-Unjoni hija konformi mat-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni minn vetturi ICE għal BEVs. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

6.2.2.8.   Id-deċiżjonijiet ta’ investiment tal-industrija tal-BEVs tal-Unjoni

(1237)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u s-CCCME asserew li l-Kummissjoni ma qisitx il-fatt li l-produtturi Ċiniżi ilhom jinnovaw għal snin sħaħ u issa huma effiċjenti ħafna, b’kuntrast mal-produtturi tal-Unjoni li, minkejja l-bidla tardiva tagħhom għal BEVs, irċevew sussidji mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha. Għalkemm din l-asserzjoni saret fit-taqsima “interess tal-Unjoni” tal-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni qieset li jkun aktar xieraq li tirribattiha f’din it-taqsima. Bl-istess mod, NIO sostniet li l-industrija tal-Unjoni tal-BEVs ħadet deċiżjonijiet ta’ investiment ħżiena fil-passat, filwaqt li bdiet biss il-bidla tagħha għat-teknoloġija tal-vetturi elettriċi reċentement u, għalhekk, uriet nuqqas ta’ ppjanar fit-tul b’kuntrast mal-industrija Ċiniża tal-BEVs, li kellu effett negattiv fuq is-sitwazzjoni tagħhom.

(1238)

Il-Kummissjoni naqset milli tifhem ir-rilevanza ta’ dan il-paragun. Il-fatt li l-produtturi Ċiniżi setgħu kienu innovattivi jew li jistgħu jkunu effiċjenti ma jneħħix is-sejbiet ta’ theddida ta’ dannu jew is-sejbiet tal-kawżalità. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

6.3.   Konklużjoni

(1239)

Fuq il-bażi tas-sejbiet definittivi ta’ hawn fuq, il-konklużjoni milħuqa fil-premessa (1218) tar-Regolament provviżorju ġiet ikkonfermata.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(1240)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, waslu kummenti dwar l-interess tal-Unjoni mill-GTĊ, mis-CCCME, mis-CAAM, mill-Grupp SAIC, mill-Grupp Geely, minn NIO, mill-Kumpanija 18, mill-Kumpanija 24, mill-Kumpanija 27 u mill-VDA.

(1241)

Wara d-divulgazzjoni finali, waslu kummenti dwar l-interess tal-Unjoni mill-GTĊ, mis-CCCME, mis-CAAM, mill-Grupp Geely, mill-Kumpanija 22, mill-Kumpanija 24, mill-Kumpanija 27, minn Polestar, minn VDA u minn Eurofer.

7.1.   L-interessi tal-industrija tal-Unjoni

(1242)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u s-CCCME asserew li l-Kummissjoni ma indirizzatx diversi dikjarazzjonijiet pubbliċi, fost l-oħrajn tal-produtturi tal-Unjoni, tal-assoċjazzjonijiet tagħhom u ta’ diversi Stati Membri li juru l-prestazzjoni pożittiva tal-produtturi tal-Unjoni u l-oppożizzjoni tagħhom għal miżuri kumpensatorji. B’mod partikolari, il-GTĊ u s-CCCME indikaw il-varar ta’ mudelli ġodda mill-produtturi tal-Unjoni, bħala evidenza tal-fatt li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jagħmlu l-investimenti meħtieġa, u dwar l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni fil-produzzjoni fi swieq ta’ pajjiżi terzi, bħala evidenza tal-fatt li l-produtturi tal-Unjoni se jkunu jistgħu jsegwu t-tranżizzjoni tas-suq tal-Unjoni mill-produzzjoni ta’ karozzi ICE għal BEVs.

(1243)

Bħala punt preliminari, il-Kummissjoni nnotat li hija bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-evidenza fattwali miġbura matul din l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni indirizzat biss id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnifisha nnotat fil-premessa (1047) tar-Regolament provviżorju li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jespandu l-portafoll tagħhom ta’ BEVs offruti kull sena b’mudelli ġodda varati u fil-premessa (1092) tar-Regolament provviżorju fakkret f’xi wħud mill-investimenti ppjanati tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, filwaqt li dawn il-mudelli varati u l-investimenti tħabbru, dawn huma mhedda b’mod sinifikanti jekk ma jiġux imposti miżuri kif deskritt fil-premessa (1228) tar-Regolament provviżorju u l-industrija tal-Unjoni jaf ma tkunx tista’ twettaq dawn il-proġetti fil-futur kif imħabbar. Fl-aħħar nett, l-analiżi tal-interess tal-Unjoni tinkludi evalwazzjoni tal-impatt tal-miżuri, fost l-oħrajn fuq il-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u ma tanalizzax il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fi swieq ta’ pajjiżi terzi. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1244)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u s-CCCME tennew dawn id-dikjarazzjonijiet pubbliċi u oħrajn addizzjonali, mingħajr argumenti ulterjuri.

(1245)

Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma kienx meħtieġ li dawn jiġu indirizzati aktar.

(1246)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-VDA qieset li r-riskju għall-investimenti tal-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri ma jiġux imposti kien anqas minn riskji prevalenti oħrajn, bħat-telf ta’ aċċess għal swieq barranin importanti bħaċ-Ċina jew swieq oħrajn li jżidu wkoll it-tariffi fuq il-BEVs. Barra minn hekk, il-VDA asseriet li l-investimenti fit-titjib tal-mobbiltà elettronika u tal-produzzjoni tal-batteriji kienu appoġġati minn investituri Ċiniżi u l-materja prima kienet għadha meħtieġa miċ-Ċina.

(1247)

Il-Kummissjoni indirizzat ir-rilevanza tal-aċċess tal-industrija tal-Unjoni għas-swieq tal-esportazzjoni fil-kuntest tal-investigazzjoni fil-premessa (1310) ta’ dan ir-Regolament u l-ħtieġa għal materja prima miċ-Ċina fil-premessa (1293) ta’ dan ir-Regolament. L-istess jista’ jiġi applikat għall-appoġġ mill-investituri Ċiniżi fl-Unjoni peress li l-miżuri ma humiex maħsuba biex ifixklu l-influssi ta’ investiment miċ-Ċina. B’mod ġenerali, il-VDA qabblet ir-riskji li fuqhom l-impożizzjoni tal-miżuri ma għandha l-ebda impatt dirett, bl-uniku riskju fost dawk – it-telf ta’ investimenti li diġà saru u li huma ppjanati fl-Unjoni – li l-miżuri kumpensatorji jistgħu jimmitigaw direttament. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qablitx mal-eżitu tal-eżerċizzju ta’ bbilanċjar tal-VDA u ċaħdet din l-asserzjoni.

(1248)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u s-CCCME rreferew ukoll għall-argumenti tal-Kumpanija 24 li jopponu l-miżuri li, fl-opinjoni tagħhom, ġew miċħuda mill-Kummissjoni mingħajr kunsiderazzjoni xierqa.

(1249)

Il-Kummissjoni nnotat li hija indirizzat l-argumenti tal-Kumpanija 24 dwar l-interess tal-Unjoni fil-premessi minn (1250) sa (1251), minn (1255) sa (1258), u minn (1266) sa (1267) tar-Regolament provviżorju, u li l-Kumpanija 24 stess, fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni provviżorja, ma asserietx li l-argumenti tagħha dwar l-interess tal-Unjoni ma kinux indirizzati kif xieraq mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1250)

Barra minn hekk, il-GTĊ u s-CCCME asserew li l-impożizzjoni tal-miżuri mhux se tkun ta’ benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni minħabba li l-produtturi tal-Unjoni jimportaw il-maġġoranza tal-BEVs Ċiniżi f’termini ta’ volum, u t-tħabbiriet pubbliċi ma jurux li din is-sitwazzjoni se tinbidel. Kienu qed jirreferu speċifikament għall-informazzjoni pubblika dwar BMW li timporta BEVs tal-marka Mini miċ-Ċina mill-2024, għal ftehimiet bejn Volkswagen u l-Grupp SAIC biex jiżviluppaw vetturi elettriċi flimkien, u għal impriża konġunta bejn Stellantis u Leapmotor sabiex ibiegħu l-BEVs ta’ Leapmotor fl-Unjoni. Skont dawn, il-Kummissjoni ma qisitx dan l-aspett, anke billi ma indirizzatx l-importazzjonijiet minn Tesla u billi ddikjarat li l-importazzjonijiet tal-OEMs tal-Unjoni mhux se jiżdiedu fil-premessa (1136) tar-Regolament provviżorju.

(1251)

Il-Kummissjoni nnotat li, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie ddikjarat, hija indirizzat l-importazzjonijiet minn Tesla fil-premessa (1137) tar-Regolament provviżorju, billi kkonkludiet li ma humiex mistennija li se jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-futur peress li l-kapaċitajiet ta’ riżerva tagħhom kienu baxxi ħafna, jekk kien hemm. Bl-istess mod, fit-Tabella 12b u fil-premessa (1135) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni indirizzat il-punt li fl-aħħar trimestru tal-perjodu ta’ investigazzjoni l-importazzjonijiet ta’ marki Ċiniżi kienu akbar mill-importazzjonijiet mill-OEMs tal-Unjoni. Dan l-aħħar żvilupp huwa f’kuntrast qawwi mad-dikjarazzjonijiet pubbliċi magħmula mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li saru importazzjonijiet sinifikanti mill-OEMs tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-OEMs tal-Unjoni ma ħabbru l-ebda pjan ewlieni għall-importazzjoni ta’ BEVs miċ-Ċina, kif innotat fil-premessa (1136) tar-Regolament provviżorju. Id-dikjarazzjonijiet pubbliċi rrapportati mill-GTĊ u mis-CCCME ma kinux jikkontradixxu dawn il-konklużjonijiet. Għalhekk, l-importazzjonijiet ta’ BMW taħt il-marka Mini diġà kienu tqiesu fil-premessa (1136) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-ftehim bejn Volkswagen u SAIC kien maħsub għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u s-sors li s-CCCME u l-GTĊ kienu bbażaw fuqu għall-bejgħ ta’ BEVs ta’ Leapmotor minn Stellantis irrapporta li “Stellantis u Leapmotor, negozju ġdid tal-EVs, ma pprovdewx dettalji dwar fejn se jiġu prodotti l-vetturi elettriċi” (159). Din ix-xejra hija kkonfermata wkoll mid-diżaggregazzjoni tal-importazzjonijiet fil-perjodu ta’ wara l-PI kif muri fit-Tabella 13, li turi li l-importazzjonijiet tal-marki Ċiniżi żdiedu b’mod sinifikanti għal 14 % fit-tieni trimestru tal-2024, filwaqt li l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha naqsu. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1252)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u s-CCCME asserew li l-fatt li fl-aħħar trimestru tal-perjodu ta’ investigazzjoni l-importazzjonijiet ta’ marki Ċiniżi qabżu l-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni ma eliminax il-fatt li l-awtoimportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni baqgħu sinifikanti u kienu sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat, li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-importazzjonijiet miċ-Ċina wara l-PI. Barra minn hekk, il-GTĊ u s-CCCME pprovdew evidenza addizzjonali li turi li l-impriża konġunta bejn Stellantis u Leapmotor esportat lejn l-Unjoni u fakkret li anke Volkswagen (Anhui) bdiet tesporta wara l-PI, u dan jikkontradixxi s-sejba tal-Kummissjoni li l-OEMs tal-Unjoni ma kinux se jimportaw b’mod sinifikanti miċ-Ċina fil-futur.

(1253)

Il-Kummissjoni nnotat li x-xejra fl-importazzjoni ta’ marki Ċiniżi deskritta fil-premessa (1251) ta’ dan ir-Regolament ma kinitx meruta mir-rimarki tal-GTĊ u tas-CCCME u ma kinitx ibbażata biss fuq is-sejba li fl-aħħar trimestru tal-perjodu ta’ investigazzjoni l-importazzjonijiet ta’ marki Ċiniżi qabżu l-importazzjonijiet minn OEMs tal-Unjoni. Tabilħaqq, il-Kummissjoni nnotat fil-premessa (1251) ta’ dan ir-Regolament li, matul il-perjodu ta’ wara l-PI, l-importazzjonijiet ta’ marki Ċiniżi kienu l-unika kategorija ta’ importazzjonijiet li żdiedu b’mod konsistenti, meta mqabbla mal-importazzjonijiet tal-OEMs tal-Unjoni u ta’ Tesla, li minflok kienu qegħdin jonqsu b’mod konsistenti. Barra minn hekk, kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament, fl-aħħar trimestru ta’ wara l-PI l-importazzjonijiet ta’ marki Ċiniżi kienu jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Minbarra dan, kif jintqal fil-premessa (1222) ta’ dan ir-Regolament, l-importazzjonijiet ta’ Stellantis minn Leapmotor huma ta’ marki Ċiniżi ta’ Leapmotor, mhux ta’ marki Ewropej. Ġie mfakkar li l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji ma kinitx maħsuba biex tipprevjeni l-importazzjonijiet ta’ BEVs mill-OEMs tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe esportatur ieħor miċ-Ċina iżda biex toħloq kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. L-importazzjonijiet mill-OEMs tal-Unjoni se jkomplu iżda r-rilevanza mnaqqsa tagħhom fl-importazzjonijiet totali miċ-Ċina timplika li l-miżuri ma jistgħux jitqiesu li huma kontra l-interess tal-produtturi tal-Unjoni biss minħabba li jaffettwaw sehem żgħir mill-importazzjonijiet totali, magħmula mill-OEMs tal-Unjoni, li huma ddestinati li jonqsu saħansitra aktar. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1254)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 18 u l-VDA asserew (i) li ċerti produtturi tal-Unjoni, permezz ta’ impriżi konġunti ma’ produtturi Ċiniżi, kienu qegħdin jimportaw BEVs miċ-Ċina u, għalhekk, se jkollhom iħallsu dazji kumpensatorji fuq dawn l-importazzjonijiet, (ii) li f’xi każijiet, dawn id-dazji kienu ogħla mid-dazji fuq il-marki Ċiniżi u (iii) li tali kostijiet akbar se jimplikaw anqas investimenti għat-tranżizzjoni għall-elettrifikazzjoni fl-Unjoni.

(1255)

Il-Kummissjoni nnotat li l-ambitu tal-investigazzjoni jinkludi l-BEVs kollha li joriġinaw miċ-Ċina irrispettivament mis-sjieda tal-marka. Filwaqt li ċerti OEMs tal-Unjoni importaw mudelli ta’ BEVs speċifiċi miċ-Ċina, kif ġie spjegat fil-premessi (998) u (1136) tar-Regolament provviżorju, dawn l-importazzjonijiet kienu jikkostitwixxu biss volum żgħir meta mqabblin mal-konsum totali tal-Unjoni matul l-investigazzjoni. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1256)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-VDA wieġbet li r-rifjut tal-Kummissjoni ma kienx biżżejjed minħabba li l-miżuri possibbli affettwaw settur kummerċjali importanti tal-industrija tal-Unjoni.

(1257)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-importanza tas-settur tal-BEVs fl-industrija tal-Unjoni. Madankollu, fl-istess ħin, ir-Regolament bażiku jipprevedi li l-valutazzjoni tat-theddida ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi trid titwettaq meta jitqiesu l-importazzjonijiet kollha, inklużi – iżda mhux limitati għal – l-importazzjonijiet mill-OEMs tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-VDA ma kkontestatx il-valutazzjoni li dawn jirrappreżentaw volum żgħir meta mqabbel mal-konsum totali tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, kif muri fit-Tabella 13 ta’ dan ir-Regolament, l-importazzjonijiet mill-OEMs tal-Unjoni qegħdin jonqsu b’mod konsistenti matul il-perjodu ta’ wara l-PI, filwaqt li l-importazzjonijiet ta’ marki Ċiniżi qegħdin jiksbu dejjem aktar rilevanza. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1258)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 24 sostniet li ħafna mill-produtturi tal-Unjoni, jekk mhux kollha, jopponu l-impożizzjoni tal-miżuri. F’kuntest fejn il-veloċità tat-tranżizzjoni elettrika hija imposta mir-regolamenti dwar il-Patt Ekoloġiku, il-Kumpanija 24 asseriet li l-produtturi ta’ BEVs tal-Unjoni b’mod ġenerali, jibżgħu minn tnaqqis fid-domanda mill-konsumaturi xprunat minn prezzijiet dejjem ogħla tal-BEVs.

(1259)

Il-Kummissjoni nnotat li, b’kuntrast mal-asserzjoni tal-Kumpanija 24, wara d-divulgazzjoni provviżorja l-Kumpanija 24 u l-Kumpanija 18 biss esprimew il-pożizzjoni tagħhom kontra l-impożizzjoni tal-miżuri. Madankollu, din l-oppożizzjoni trid titqies fid-dawl tar-riskju ta’ ritaljazzjoni miċ-Ċina (160) u kif konkluż fil-premessi minn (1255) sa (1258) tar-Regolament provviżorju u fil-premessi minn (1309) sa (1313) ta’ dan ir-Regolament, ir-riskju asserit ta’ ritaljazzjoni ma kienx jikkostitwixxi element li jmur kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji. Il-fehma – implikata mill-asserzjoni tal-Kumpanija 24 – li l-miżuri se jżidu l-prezzijiet tal-BEVs fl-Unjoni u jirrestrinġu l-aċċess tal-konsumatur tressqet ukoll minn partijiet oħrajn u ġiet indirizzata fil-premessi (1280) u (1286) ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħudin.

(1260)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kumpanija 24 tenniet l-oppożizzjoni tagħha dwar l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji, filwaqt li l-GTĊ u s-CCCME sostnew li anke l-Kumpanija 22, il-Kumpanija 27, il-VDA u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fornituri ta’ Komponenti tal-Karozzi (“CLEPA”) esprimew l-oppożizzjoni tagħhom.

(1261)

Peress li l-GTĊ u s-CCCME ma rreferew għall-ebda kumment speċifiku ta’ dawn il-partijiet, il-Kummissjoni nnotat li, fil-konfutazzjoni tagħha fil-premessa (1259) ta’ dan ir-Regolament, hija rreferiet għal kummenti dwar id-divulgazzjoni provviżorja, u mhux għall-kummenti kollha sottomessi matul l-investigazzjoni. Barra minn hekk, is-CLEPA hija assoċjazzjoni ta’ fornituri, filwaqt li l-asserzjoni oriġinali tal-Kumpanija 24 kienet tirrigwarda l-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1262)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-VDA ddikjarat li hija esprimiet il-pożizzjoni tal-OEMs Ġermaniżi kif ukoll tal-fornituri, u għalhekk mhux biss il-Kumpanija 24 u l-Kumpanija 18 esprimew il-pożizzjoni tagħhom kontra l-miżuri.

(1263)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li tabilħaqq anke l-VDA esprimiet il-pożizzjoni tagħha kontra l-investigazzjoni iżda nnotat li, sa fejn kienet konxja, il-produtturi kollha tal-Unjoni kienu qegħdin jaġixxu fl-investigazzjoni individwalment, biex b’hekk il-VDA kienet qiegħda tesprimi l-pożizzjoni tagħha fl-investigazzjoni bħala assoċjazzjoni u mhux f’isem il-produtturi tal-Unjoni. Il-kumment tal-Kummissjoni kien limitat għar-rapportar tal-pożizzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kummenti dwar il-miżuri provviżorji. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1264)

Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u s-CCCME asserew li l-Kummissjoni naqqset l-oppożizzjoni tal-produtturi tal-Unjoni għall-biża’ ta’ ritaljazzjoni, filwaqt li l-GTĊ u s-CCCME rrapportaw argumenti oħrajn minn dikjarazzjonijiet pubbliċi u l-Kumpanija 24 fl-asserzjoni oriġinali tagħha indikat li l-miżuri se jnaqqsu d-domanda diġà baxxa għall-BEVs – b’effetti fuq it-tnedijiet u l-investimenti ppjanati tal-industrija tal-Unjoni – u jistgħu jdgħajfu l-inċentiv għall-innovazzjoni, u b’hekk idgħajfu l-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

(1265)

Il-Kummissjoni nnotat li diġà ċaħdet id-dikjarazzjonijiet pubbliċi rrapportati mill-GTĊ fil-premessa (1243) ta’ dan ir-Regolament. Hija poġġiet ukoll f’kuntest kwalunkwe żieda limitata fil-prezzijiet għall-konsumaturi – u l-effetti konsegwenti fuq id-domanda għall-BEVs – fil-premessi (1280) u (1286) ta’ dan ir-Regolament u ċaħdet l-asserzjoni li l-miżuri se jnaqqsu l-pressjoni kompetittiva fuq il-produtturi tal-Unjoni – u għalhekk l-inċentiv tagħhom għall-innovazzjoni – fil-premessa (1284) ta’ dan ir-Regolament.

(1266)

Fl-aħħar nett, Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 27 talbet lill-Kummissjoni tiżen u tibbilanċja kif xieraq l-effetti tad-dazji kumpensatorji fuq il-produtturi, fuq l-utenti, fuq l-importaturi u fuq il-konsumaturi tal-Unjoni u fuq l-interessi tal-politika b’mod aktar komprensiv fid-determinazzjoni finali tagħha.

(1267)

Il-Kumpanija 27 ma pprovdiet l-ebda dettall jew spjegazzjoni ulterjuri b’appoġġ għal din l-asserzjoni, b’mod partikolari liema aspetti preċiżi tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu eżaminati b’mod supplimentari u f’aktar dettall, jew liema interessi ma ġewx ikkunsidrati jew ponderati kif xieraq. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tista’ tipprovdi l-ebda valutazzjoni ulterjuri f’dan ir-rigward u ċaħdet din l-asserzjoni ġenerali.

(1268)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kumpanija 27 ilmentat dwar il-konfutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (1267) ta’ dan ir-Regolament billi, fil-verżjoni sensittiva tas-sottomissjoni tagħha, ressqet argumenti u evidenza estensivi dwar jekk l-impożizzjoni tal-miżuri kinitx fl-interess tal-Unjoni. Il-Kumpanija 27 argumentat ukoll li ma setgħetx tinkludi dawn fil-verżjoni miftuħa tal-kummenti tagħha minħabba r-restrizzjonijiet li jirriżultaw mill-ħtieġa li tiġi żgurata l-anonimità tagħha. Għalhekk, il-Kumpanija 27 talbet lill-Kummissjoni divulgazzjoni sensittiva li tindirizza l-verżjoni sensittiva tal-kummenti tagħha.

(1269)

Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kummenti tal-Kumpanija 27 u tatha divulgazzjoni sensittiva li tindirizza l-verżjoni sensittiva tal-kummenti tagħha.

(1270)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-interess tal-produtturi tal-Unjoni wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (1221) sa (1234) tar-Regolament provviżorju.

7.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

(1271)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar l-interess ta’ importaturi mhux relatati wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (1235) tar-Regolament provviżorju.

7.3.   Interess tal-utenti

(1272)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-interess tal-utenti wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (1236) sa (1243) tar-Regolament provviżorju.

7.4.   Interess tal-fornituri

(1273)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA tenniet li ċ-Ċina kienet l-akbar suq tal-esportazzjoni għall-fornituri tal-karozzi Ġermaniżi u esprimiet it-tħassib tagħha li kunflitt kummerċjali maċ-Ċina ċertament jaffettwa wkoll lill-fornituri Ġermaniżi u tal-Unjoni, jiġifieri pereżempju billi jirrestrinġi l-aċċess għas-suq Ċiniż.

(1274)

L-interess tal-fornituri u tal-manifatturi tal-karozzi ġie indirizzat fil-premessi minn (1244) sa (1249) tar-Regolament provviżorju. B’mod partikolari, fuq il-bażi tar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (1245) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ċaħdet l-argument li l-miżuri kienu se jagħmlu ħsara sproporzjonata lill-fornituri minħabba miżuri ta’ ritaljazzjoni possibbli miċ-Ċina u ċaħdet din l-asserzjoni. Minħabba li l-ebda waħda mill-partijiet imsemmija hawn fuq ma pprovdiet aktar informazzjoni jew evidenza f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjonijiet li saru f’dan ir-rigward.

(1275)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-VDA qajmet dubji dwar in-nuqqas ta’ analiżi ta’ kif il-kontromiżuri potenzjali miċ-Ċina se jaffettwaw lill-fornituri u tenniet l-asserzjonijiet tagħha, li diġà ġew indirizzati mill-Kummissjoni fil-premessa ta’ hawn fuq. Il-VDA indikat ukoll li l-pożizzjoni tagħha kienet kondiviża mis-CLEPA fis-sottomissjoni indirizzata fil-premessa (1245) tar-regolament provviżorju.

(1276)

Wara d-divulgazzjoni finali, Eurofer affermat mill-ġdid l-appoġġ tagħha għall-impożizzjoni tal-miżuri. B’mod partikolari, hija sostniet, l-ewwel nett, li l-industrija tal-karozzi tal-Unjoni, inklużi l-produtturi tal-BEVs, kienet industrija downstream importanti għas-settur tal-azzar tal-Unjoni, peress li kienet tirrappreżenta kwinta tal-konsum tal-azzar tal-Unjoni u kisbet kważi l-ħtiġijiet kollha tagħha għall-azzar mill-produtturi tal-azzar tal-Unjoni. Kwalunkwe effett dannuż tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-settur tal-karozzi tal-Unjoni għalhekk ikollu effetti konsegwenzjali fuq il-produtturi tal-azzar upstream. It-tieni, hija qieset li l-iżgurar tas-saħħa tajba tal-industrija tal-karozzi tal-Unjoni kien jirrikjedi l-impożizzjoni tal-miżuri. It-tielet, hija enfasizzat li d-domanda tas-settur tal-karozzi għal prodotti tal-azzar ta’ speċjalità mexxa r-riċerka u l-iżvilupp u l-investimenti fis-settur tal-azzar tal-Unjoni, kif muri minn diversi investimenti reċenti magħmula mill-produtturi tal-azzar tal-Unjoni biex jissodisfaw ħtiġijiet speċifiċi tal-manifatturi tal-karozzi tal-Unjoni, inkluż għall-BEVs. Ir-raba’, l-Eurofer innotat li kien importanti għall-Unjoni li taġixxi biex tipprevjeni s-sussidji ta’ pajjiżi terzi (speċjalment is-sussidji kbar daqs dawk li nstabu fl-investigazzjoni kurrenti) milli jaffettwaw b’mod negattiv l-industriji tal-Unjoni u mbagħad l-impjiegi tal-Unjoni.

(1277)

Il-Kummissjoni ħadet nota kif xieraq tal-appoġġ tal-Eurofer għall-impożizzjoni tal-miżuri u r-raġunijiet għaliha.

(1278)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-interess tal-fornituri wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (1244) sa (1249) tar-Regolament provviżorju.

7.5.   Impatt fuq il-konsumaturi

(1279)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ, is-CCCME, il-Grupp Geely u l-VDA asserew li ż-żieda fil-prezz għall-konsumaturi wara l-impożizzjoni tal-miżuri tkun xi ħaġa ċerta. F’dan ir-rigward, skont il-GTĊ u s-CCCME, il-Kummissjoni qabblet b’mod żbaljat din iż-żieda fil-prezz mal-uniku riskju potenzjali tal-għajbien tal-industrija tal-Unjoni. Il-GTĊ u s-CCCME qiesu li l-miżuri kumpensatorji jirriżultaw f’nuqqas akbar ta’ affordabbiltà u disponibbiltà tal-BEVs fis-suq tal-Unjoni. B’mod partikolari, huma allegaw li, minn naħa waħda, it-tneħħija gradwali tal-vetturi ICE sal-2035 iċċaħħad lill-konsumaturi mill-alternattiva ta’ vetturi ICE orħos, filwaqt li min-naħa l-oħra, il-BEVs jibqgħu għaljin wisq għal aktar żmien minħabba l-miżuri kumpensatorji. Il-miżuri jillimitaw il-medda ta’ mudelli ta’ BEVs disponibbli fis-suq tal-Unjoni u jagħmlu l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi aktar għaljin, li min-naħa tiegħu dan jillimita l-għażla għall-konsumatur. Is-CCCME tenniet ukoll ir-referenza tagħha għall-analiżi ekonomika minn żewġ professuri tal-Katholieke Universiteit Leuven u taċ-Ċentru tar-Riċerka dwar il-Politika Ekonomika msemmija fil-premessa (1252) tar-Regolament provviżorju, billi asseriet li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux joffru firxa sħiħa ta’ mudelli ta’ BEVs, ma kellhomx il-kapaċità li joffru mudelli fis-segmenti kollha u li s-similarità tal-mudelli prodotti mill-produtturi tal-Unjoni ma’ dawk Ċiniżi kienet limitata ħafna.

(1280)

Il-Kummissjoni ċċarat li l-premessa (1251) tar-Regolament provviżorju ma kkonkludietx li ma jkun hemm l-ebda żieda fil-prezz għall-konsumaturi, iżda li tali żieda fil-prezz x’aktarx tkun limitata u kemm tikkumpensa l-vantaġġ inġust tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Kwalunkwe żieda fil-prezzijiet bl-imnut għall-konsumaturi, barra minn hekk, se tiddependi fuq l-istruttura tal-kanali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi u fuq id-deċiżjoni tan-negozju tal-gruppi individwali tal-esportaturi kif id-dazji fl-aħħar mill-aħħar se jiġu riflessi fil-prezzijiet tagħhom lill-konsumaturi. Fir-rigward tal-asserzjoni li alternattivi ta’ ICE orħos għall-konsumaturi mhux se jkunu disponibbli mill-2035, is-CCCME naqset milli tispjega sa liema punt tali fatt kien rilevanti fil-valutazzjoni tal-interess tal-utenti fil-kuntest tal-investigazzjoni kurrenti rigward il-BEVs. Dwar id-disponibbiltà ta’ BEVs affordabbli prodotti fl-Unjoni, il-Kummissjoni fakkret il-fatt li, kif ġie nnotat fil-premessa (1078) tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-BEVs kienet industrija intensiva fil-kapital u kienet għadha teħtieġ iż-żmien sabiex tikseb ekonomiji ta’ skala sabiex tkopri l-kostijiet fissi għaljin tagħha. Il-kumpaniji Ċiniżi diġà kisbu ekonomiji ta’ skala, minħabba l-ammonti sostanzjali ta’ sussidji mogħtijin mill-GTĊ. Il-miżuri kumpensatorji se jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tilħaq dawn l-ekonomiji ta’ skala u, b’hekk, tnaqqas il-kost unitarju tal-produzzjoni tagħha, li min-naħa tiegħu se jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas potenzjalment il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Jekk il-Kummissjoni ma timponix miżuri kumpensatorji, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tipproduċi u tbigħ biżżejjed BEVs sabiex tikseb dawn l-ekonomiji ta’ skala u tnaqqas il-prezzijiet fil-futur. Bl-istess mod, l-ekonomiji ta’ skala se jippermettu wkoll lill-produtturi tal-Unjoni, minħabba t-tranżizzjoni għall-elettrifikazzjoni, ivaraw mudelli ġodda, inklużi mudelli affordabbli u dan jenħtieġ li jippermetti li tkun disponibbli firxa wiesgħa ta’ mudelli ta’ BEVs fl-Unjoni, b’kuntrast ma’ dak li ġie ddikjarat mill-GTĊ u mis-CCCME. F’dan ix-xenarju, l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tkopri wkoll il-firxa sħiħa ta’ BEVs. Huwa mistenni wkoll li l-importazzjonijiet miċ-Ċina se jkomplu għaddejjin, għalkemm f’livelli ta’ prezzijiet ġusti f’kundizzjonijiet ekwi. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni sabet fil-premessi (1031) u (1044) sa (1048) tar-Regolament provviżorju li t-tqabbil bejn il-PCNs Ċiniżi u l-PCNs tal-Unjoni kien ogħla minn 90 % għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi, sabiex id-duplikazzjoni bejn il-produzzjoni tal-Unjoni u l-importazzjonijiet Ċiniżi tkun sinifikanti. Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħudin.

(1281)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u s-CCCME oġġezzjonaw għas-sejba tal-Kummissjoni li d-dazji kumpensatorji se jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tilħaq ekonomiji ta’ skala, minħabba li dan kien jinvolvi r-rieda tal-produtturi tal-Unjoni li jiksbu t-tranżizzjoni għall-BEVs malajr kemm jista’ jkun. Is-CCCME argumentat ukoll li l-produtturi tal-Unjoni komplew jinvestu f’vetturi ICE u ibridi (Porsche abbandunat l-mira tagħha li tikseb 80 % tal-bejgħ tal-BEVs sal-2030 (161) u Stellantis ħabbret li se twaqqaf il-produzzjoni tal-Fiat 500 elettrika u minflok se tinvesti aktar fuq vetturi ibridi (162)). B’mod separat, il-GTĊ u s-CCCME qasmu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huwa potenzjali, minħabba li l-produtturi tal-Unjoni fil-passat taw prijorità lill-bejgħ ta’ karozzi primjum minflok mudelli tas-suq tal-massa. Is-CCCME tenniet ukoll ir-rilevanza tal-għajbien tal-alternattiva orħos irrappreżentata minn vetturi ICE, bil-konsumaturi jitħallew biss b’BEVs bi prezz ogħla.

(1282)

Il-Kummissjoni nnotat li t-tranżizzjoni għall-elettrifikazzjoni fl-Unjoni hija soġġetta għall-iskadenza tal-2035, minn liema data l-bejgħ kollu ta’ vetturi ġodda fl-Unjoni se jkun ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, b’mod partikolari l-BEVs (ħlief għal vetturi li jaħdmu esklużivament bi fjuwils elettroniċi). Għalhekk, irrispettivament mill-istrateġiji identifikati minn produtturi individwali tal-Unjoni, dawn il-produtturi tal-Unjoni għadhom marbuta ma’ miri intermedji u finali tal-emissjonijiet identifikati fir-Regolament (UE) 2019/631 li aktar tard ġie emendat bir-Regolament (UE) 2023/851. Barra minn hekk, il-preferenza għal strateġija ffokata fuq il-karozzi primjum fil-passat ma tikkonformax mal-industrija kollha tal-Unjoni, li hija magħmula kemm minn produtturi primjum kif ukoll minn produtturi tas-suq tal-massa. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet miċ-Ċina seta’ kellhom impatt fuq din l-għażla strateġika, filwaqt li l-miżuri kumpensatorji se jippermettu l-possibbiltà li tissaħħaħ jew li tidħol fl-offerta fis-suq tal-massa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi tal-Unjoni diġà kienu qegħdin iħabbru BEVs fil-livell tad-dħul prodotti fl-Unjoni, bħalma kien il-każ għat-tħabbira ta’ Volkswagen ta’ BEV ta’ EUR 20 000 u t-tnedija minn Renault ta’ BEV Twingo ta’ ġenerazzjoni ġdida fl-2026 bi prezz fil-mira ta’ anqas minn EUR 20 000 (163). Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-għajbien ta’ vetturi ICE orħos sa mill-2035, il-Kummissjoni nnotat li dan ma huwiex effett tal-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji iżda tal-iskadenza tal-2035. Madankollu, kif jintqal fil-premessa (1280) ta’ dan ir-Regolament, il-miżuri se jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tilħaq dawn l-ekonomiji ta’ skala u, b’hekk, tnaqqas il-kost unitarju tal-produzzjoni tagħha, li min-naħa tiegħu se jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas potenzjalment il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Mingħajr kundizzjonijiet tas-suq ġusti, il-produtturi tal-Unjoni jkunu indeboliti f’dan il-proċess. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1283)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u s-CCCME asserew li l-BEVs fl-Unjoni se jibqgħu aktar għaljin għal perjodu ta’ żmien itwal ukoll minħabba li d-dazji se jiddiżinċentivaw lill-industrija tal-Unjoni milli tkun kompetittiva u milli tipprovdi lill-BEVs bi prezzijiet orħos. F’dan ir-rigward, il-GTĊ u s-CCCME argumentaw li, f’investigazzjonijiet preċedenti (164), il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-miżuri fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni, filwaqt li analizzat jekk tinżammx pressjoni kompetittiva suffiċjenti. Huma asserew ukoll li l-industrija tal-Unjoni ffukat fuq mudelli primjum ta’ BEVs u li din l-enfasi kienet tikkostitwixxi evidenza li l-industrija kienet protetta minn kompetizzjoni sinifikanti.

(1284)

Il-Kummissjoni nnotat li, kif indikat fil-premessa (995) tar-Regolament provviżorju, fis-suq tal-Unjoni tal-BEV hemm madwar 10 gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni li jikkompetu ma’ xulxin. Barra minn hekk, skont it-Tabella 17a tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha għajr ir-RPĊ kellhom sehem mis-suq ta’ 15,1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, kif diġà tfakkar fil-premessa (1251) tar-Regolament provviżorju, il-miżuri kumpensatorji mhux se jwaqqfu l-importazzjonijiet miċ-Ċina, li se jkomplu għaddejjin. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li hemm pressjoni kompetittiva għolja fl-Unjoni li se tkompli wkoll wara l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji. Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-asserzjoni li l-produtturi tal-Unjoni ffukaw fuq mudelli primjum ta’ BEVs ġiet miċħuda mil-livell għoli ta’ tqabbil kif ġie spjegat fil-premessi (1031) u (1044) sa (1048) tar-Regolament provviżorju, u li anke jekk dik l-asserzjoni kienet vera, ma turix li l-produtturi tal-Unjoni kienu protetti mill-kompetizzjoni Ċiniża. Il-partijiet ta’ hawn fuq ma ppreżentaw l-ebda evidenza b’appoġġ għall-asserzjoni tagħhom. Il-preċedenti ċitati għandhom jitqiesu fuq il-merti tagħhom stess u s-sitwazzjoni fattwali f’dawn il-każijiet ma kinitx komparabbli ma’ dik fil-każ kurrenti, peress li ma tressqet l-ebda evidenza ta’ kwalunkwe abbuż ta’ pożizzjoni dominanti jew kwalunkwe mġiba antikompetittiva oħra tal-produtturi tal-Unjoni bħal dawk indirizzati fil-preċedenti msemmija mis-CCCME u mill-GTĊ. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1285)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u s-CCCME ssottomettew ukoll li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li ż-żieda potenzjali fil-prezz se tkun limitata u li hija mistennija li tkun tal-anqas parzjalment assorbita mill-importaturi ma kinitx appoġġata minn evidenza, peress li l-Kummissjoni ma vvalutatx is-sitwazzjoni tal-importaturi u l-impatt tad-dazji fuq l-interessi tal-konsumaturi. F’dan ir-rigward, il-Kumpanija 18 asseriet ukoll li d-dazji mhux se jiġu assorbiti bis-sħiħ mill-kumpaniji (għalkemm ma kienx ċar fil-kummenti tagħha jekk dawn kinux il-produtturi jew l-importaturi), iżda eventwalment se jitħallsu mill-klijenti tal-Unjoni. Bħala evidenza ta’ dan, il-Kumpanija 18 ressqet il-fatt li Tesla żiedet il-prezz tal-Mudell 3 tal-BEV tagħha b’EUR 1 500 fis-swieq ta’ ċerti Stati Membri b’reazzjoni għall-impożizzjoni tad-dazji kumpensatorji provviżorji, u li marki oħrajn bħal MG u NIO kienu qed jikkunsidraw miżuri simili. Is-CCCME rreferiet ukoll għal dikjarazzjoni fl-analiżi ekonomika li tissemma fil-premessa (1252) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (1279) ta’ dan ir-Regolament, li tgħid li l-limitar tal-importazzjonijiet ta’ BEVs se jiġġenera tnaqqis fil-kompetizzjoni u pressjoni ta’ żieda fil-prezzijiet.

(1286)

Il-Kummissjoni nnotat li f’konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, id-dazji kumpensatorji provviżorji għandhom jiġu żgurati permezz ta’ garanzija, aktar milli l-ħlas attwali tad-dazju. Barra minn hekk, il-ġbir tal-garanzija garantita huwa possibbli iżda mhux ċert, peress li huwa soġġett għal valutazzjoni fi stadju definittiv, li tista’ tirriżulta fir-rilaxx tal-garanzija garantita, bħal f’dan il-każ. Għalhekk, fil-prinċipju, iż-żidiet fil-prezzijiet deċiżi mill-kumpaniji inkwistjoni ma kienx imisshom ġew marbuta mal-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji provviżorji bħala tali. It-tieni, il-Kummissjoni fakkret li l-ebda importatur mhux relatat jew organizzazzjoni rappreżentattiva tal-konsumatur ma kkooperaw fl-investigazzjoni u li, għalhekk, il-Kummissjoni kellha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni disponibbli. Madankollu, wara d-divulgazzjoni minn qabel, l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumatur (BEUC) ippubblikat stqarrija għall-istampa li tenfasizza li l-miżuri kumpensatorji kienu meħtieġa biex jinħolqu kundizzjonijiet tas-suq aktar ġusti u li l-kompetizzjoni ġusta baqgħet l-aktar mod effettiv sabiex jiżdiedu l-għażla u l-innovazzjoni (165). Għalhekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fil-fajl tal-investigazzjoni, jista’ jiġi raġonevolment konkluż li ż-żidiet fil-prezzijiet għall-konsumaturi jkunu limitati għar-raġunijiet li ġejjin: (i) kwalunkwe żieda fil-prezz tkun iġġustifikata u limitata għas-sussidjar inġust stabbilit; (ii) il-miżuri kumpensatorji definittivi jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-prezz tal-importazzjoni CIF li huwa aktar baxx mill-prezz lill-konsumatur aħħari u, għalhekk, l-ammont assolut tad-dazju mħallas huwa limitat għad-dazji mħallsin fil-livell CIF; (iii) filwaqt li d-dazji jistgħu ma jiġux assorbiti bis-sħiħ mill-importaturi, jista’ jiġi raġonevolment preżunt li tal-anqas parti miż-żieda fil-prezz tiġi assorbita mill-importaturi. Dan huwa r-riżultat ekonomiku tipiku ta’ mezz ta’ bejgħ li jinkludi, bejn il-produttur esportatur u l-konsumatur, network ta’ esportaturi, ta’ negozjanti, ta’ importaturi, ta’ distributuri u ta’ negozjanti. Aktar ma jkun hemm saffi, aktar ikun probabbli li ż-żieda fil-prezz se tkun tal-anqas parzjalment dilwita fil-passaġġi bejn kull pass, anke jekk dawn l-atturi jkunu relatati, b’mod partikolari fil-livell tal-importaturi, peress li d-dazju jiġi applikat fuq il-valur CIF tal-BEV importata. Għall-kuntrarju, f’mudell ta’ negozju li fih il-konsumatur ikun eqreb tal-produttur esportatur, bħal meta l-konsumatur jixtri l-BEV online fuq il-pjattaforma web tal-produttur, hekk kif iseħħ għal ċerti produtturi esportaturi, inkluża Tesla (ara l-premessi (1027), (1166) u (1231) tar-Regolament provviżorju), huwa aktar probabbli li l-produttur ikun jista’ jirrifletti ż-żieda fil-prezz direttament fuq il-prezz bl-imnut. Madankollu, ħlief għal Tesla, il-mezz tal-bejgħ online jibqa’ biss wieħed mill-kanali tal-bejgħ; (iv) fi kwalunkwe każ, kwalunkwe żieda fil-prezz tiżgura li l-Unjoni u l-produtturi Ċiniżi jikkompetu f’kundizzjonijiet ekwi u tipprevjeni d-dannu milli jseħħ għall-produtturi tal-Unjoni. Id-dazji kumpensatorji jikkumpensaw biss is-sussidjar distorsiv; (v) kif issemma fil-premessa (1280) ta’ dan ir-Regolament, id-dazji, għalkemm fil-bidu jkollhom effett li jgħollu l-prezzijiet, għandhom jippermettu lill-produtturi tal-Unjoni biex jilħqu ekonomiji ta’ skali u b’hekk inaqqsu l-ispiża tal-produzzjoni ta’ unità maż-żmien b’effett ta’ tnaqqis tal-prezz; u (vi) kif issemma wkoll fil-premessa (1280) ta’ dan ir-Regolament, l-industrija tal-Unjoni se tipproduċi medda usa’ ta’ mudelli f’kompetizzjoni dejjem akbar ma’ xulxin li wkoll għandu effett ta’ tnaqqis tal-prezz fuq is-suq. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1287)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u s-CCCME tennew l-asserzjoni mill-Kumpanija 18 dwar il-prezzijiet ta’ Tesla, MG u NIO, li kienet diġà indirizzata mill-Kummissjoni fil-premessa (1286) ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-GTĊ u s-CCCME asserew li ż-żidiet fil-prezzijiet kienu ċertament marbuta mal-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji provviżorji minħabba li l-kumpaniji jeħtiġilhom jantiċipaw il-potenzjal li dawn id-dazji jinġabru. Fl-aħħar nett, il-GTĊ u s-CCCME asserew li l-Kummissjoni ma pprovdietx il-bażi għad-determinazzjoni tagħha li ż-żidiet fil-prezzijiet għall-konsumaturi jkunu limitati.

(1288)

Il-Kummissjoni nnotat li, fit-tħabbira pubblika tad-divulgazzjoni tas-sejbiet definittivi tagħha, hija ħabbret ukoll l-intenzjoni tagħha li ma tiġborx dazji kumpensatorji provviżorji (166) u b’hekk iddikjarat b’mod korrett fil-premessa (1286) ta’ dan ir-Regolament li l-ġbir tagħhom kien possibbli iżda mhux ċert. Għalhekk, kieku kellha tkun marbuta mad-dazji kumpensatorji provviżorji, kwalunkwe żieda fil-prezz jew żieda fil-prezz ikkunsidrata ma kinitx tkun iġġustifikata. Filwaqt li dan japplika għal dazji kumpensatorji provviżorji, fir-rigward ta’ dazji definittivi, il-Kummissjoni wettqet l-investigazzjoni kurrenti f’konformità sħiħa mar-regoli tad-WTO u tal-Unjoni, sabiex l-ebda effett fuq kwalunkwe żieda fil-prezz attwali jew potenzjali ma jkun jista’ jiġi attribwit għal miżuri definittivi anke qabel l-impożizzjoni tagħhom. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat ukoll li hija spjegat fit-tul fil-premessa (1286) ta’ dan ir-Regolament għaliex ikkonkludiet li kwalunkwe żieda fil-prezz għall-konsumaturi tkun limitata. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1289)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u s-CCCME asserew li l-Kummissjoni jenħtieġ li ttemm l-investigazzjoni, kif sar f’każ preċedenti (167), minħabba n-nuqqas ta’ provvista ta’ ċerti segmenti tal-prodott li qed jiġi investigat, jiġifieri BEVs affordabbli u ta’ daqs iżgħar, u minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tforni s-segmenti kollha tas-suq.

(1290)

Il-Kummissjoni rreferiet għall-premessi (1060) u (1208) tar-Regolament provviżorju, li fihom l-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni għandha biżżejjed kapaċità sabiex timmanifattura BEVs u tissodisfa d-domanda fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (1280) ta’ dan ir-Regolament, il-miżuri kumpensatorji se jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tilħaq l-ekonomiji ta’ skala xierqa u b’hekk tnaqqas il-kost unitarju tal-produzzjoni tagħha, li min-naħa tiegħu se jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas potenzjalment il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u żżid b’mod sinifikanti l-produzzjoni tagħha ta’ BEVs affordabbli. B’hekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1291)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar l-impatt fuq il-konsumaturi wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (1250) sa (1251) tar-Regolament provviżorju.

7.6.   L-effetti fuq l-objettivi klimatiċi

(1292)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ, is-CCCME, il-Grupp Geely u l-Kumpanija 18 asserew li l-miżuri se jkollhom impatt negattiv fuq l-objettivi klimatiċi tal-UE minħabba li l-BEVs se jsiru anqas affordabbli, peress li l-produtturi esportaturi se jgħaddu tal-anqas uħud mid-dazji lill-konsumaturi tal-Unjoni. Il-GTĊ u s-CCCME iddikjaraw ukoll li BEVs affordabbli kienu essenzjali għat-tranżizzjoni tal-UE lejn il-mobilità elettrika u l-industrija tal-Unjoni ma kellhiex il-kapaċità li tlaħħaq mad-domanda meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta’ dekarbonizzazzjoni sal-2035. F’dan ir-rigward, il-GTĊ u s-CCCME asserew li s-sejbiet dwar il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni fit-Tabella 4 tar-Regolament provviżorju ma kinux sostanzjati minn evidenza verifikabbli u l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta jekk l-industrija tal-Unjoni kellhiex biżżejjed kapaċità sabiex tissodisfa d-domanda meħtieġa sabiex tintlaħaq il-mira tal-2035. Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (“QEA”) u dikjarazzjonijiet pubbliċi minn Membru tal-QEA jappoġġaw il-fehma li dan ma kienx il-każ, skont il-GTĊ u s-CCCME. (168) Fil-fehma tagħhom, u fil-fehma tal-Kumpanija 24, il-Kummissjoni ma qisitx fil-valutazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni l-elementi li ġejjin: (i) il-konġestjonijiet fil-katina tal-provvista, b’mod partikolari d-dipendenza tal-industrija tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ batteriji (aspett enfasizzat ukoll mill-VDA) u tal-materja prima u l-kapaċità limitata tal-produzzjoni tal-batteriji fl-Unjoni, u, għall-GTĊ u għas-CCCME biss, (ii) il-fatt li l-kapaċità kollha ta’ vetturi ICE ma hijiex se timxi lejn BEVs fl-Unjoni, billi s-swieq l-oħrajn li ma humiex soġġetti għall-projbizzjoni tal-2035 se jkollhom domanda enormi għal ICE għall-futur qarib u r-riallokazzjoni tal-kapaċità ta’ vetturi ICE għall-produzzjoni ta’ BEVs tista’ ssib ostakli li jikkumplikawha u jnaqqsulha r-ritmu. Għall-Kumpanija 24, il-Kummissjoni ma qisitx (iii) l-infrastruttura tal-irriċarġjar insuffiċjenti fl-Unjoni.

(1293)

B’risposta għal dawn l-asserzjonijiet, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessi (1280) u (1286) ta’ dan ir-Regolament għat-trasferiment tad-dazji lill-konsumaturi u għad-disponibbiltà kontinwa tal-BEVs Ċiniżi, u tenniet li, kif indikat fil-premessa (1280) ta’ dan ir-Regolament, il-miżuri kumpensatorji se jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tilħaq l-ekonomiji ta’ skala xierqa u b’hekk tnaqqas il-kost unitarju tal-produzzjoni tagħha, li min-naħa tiegħu se jippermetti lill-industrija tal-Unjoni sabiex potenzjalment tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Għalhekk, it-tranżizzjoni tal-UE għall-mobilità elettrika tista’ tiddependi fuq BEVs affordabbli prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (1057) tar-Regolament provviżorju, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe data oħra aktar affidabbli, il-Kummissjoni vverifikat ir-rata tal-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li fuq il-bażi tagħha kkalkolat il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li tqieset bħala stima raġonevoli. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ppreżentat evidenza aktar raġonevoli oħra tar-rata ta’ użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, id-dazji kumpensatorji se jikkumpensaw biss għas-sussidjar li nstab u l-importazzjonijiet se jkomplu għaddejjin. Għalhekk, ir-rapport tal-QEA, peress li huwa maħsub għall-valutazzjoni tal-effettività tal-politiki tal-Unjoni sabiex tintlaħaq il-mira tal-2035, ma huwiex direttament rilevanti għall-valutazzjoni ta’ jekk l-impożizzjoni tal-miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, dan ir-rapport ma jikkunsidrax l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji fuq il-BEVs li jenħtieġ li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni u jgħinu lill-industrija tal-UE żżid il-kapaċità tagħha. L-istess jgħodd għad-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-Membru tal-QEA. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie asserit, il-Kummissjoni qieset il-konġestjonijiet fil-provvista fil-premessa (1225) tar-Regolament provviżorju, fil-kuntest tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni, u kkonfutat asserzjoni simili dwar il-kapaċità tal-produzzjoni tal-batteriji fil-premessa (1267) tar-Regolament provviżorju. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet tabilħaqq dipendenti fuq l-importazzjonijiet tal-batteriji, hija impenjat investimenti sinifikanti fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-batteriji fl-Unjoni, kif ġie spjegat ukoll fil-premessa (1092) tar-Regolament provviżorju. Fi kwalunkwe każ, l-iskop tal-investigazzjoni kurrenti huwa biss li jiġu rrestawrati l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. L-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens ma teskludix li l-Unjoni tista’ tieħu inizjattivi oħra ta’ politika sabiex tindirizza kwistjonijiet differenti li l-industrija tal-Unjoni qed tiffaċċja. Fir-rigward tal-fatt li mhux il-kapaċità sħiħa għal vetturi ICE se tmur għal BEVs, il-Kummissjoni nnotat li, filwaqt li l-konverżjoni tal-linji tal-produzzjoni, jew il-flessibbiltà tagħhom, kienet element enfasizzat fil-premessa (1058) tar-Regolament provviżorju, qatt ma assumiet li l-kapaċità għal ICE tal-Unjoni se tiġi ttrasferita kompletament għal kapaċità għal BEVs u nnotat li l-kalkolu tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħha kien ibbażat fuq il-produzzjoni ta’ BEVs u fuq ir-rata ta’ użu tal-kapaċità verifikata tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għall-BEVs. Għalhekk, il-kalkolu tal-kapaċità ma kienx affettwat minn din il-kunsiderazzjoni iżda kkunsidra biss il-kapaċità tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-infrastruttura tal-irriċarġjar allegatament insuffiċjenti, il-Kummissjoni rreferiet għas-sejbiet tagħha fil-premessi (1191) u (1192) tar-Regolament provviżorju, li juru li kien hemm progress rapidu fl-indirizzar ta’ kwalunkwe ostaklu relatat mal-infrastruttura tal-irriċarġjar, sabiex dan ma jkunx jista’ jikkostitwixxi restrizzjoni għall-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħudin.

(1294)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u s-CCCME tennew li l-Kummissjoni naqset milli tqis il-konġestjonijiet fil-produzzjoni, b’mod partikolari l-problemi fl-espansjoni u n-nuqqas ta’ materja prima, u li l-industrija tal-Unjoni għalhekk kienet qiegħda taqa’ lura mill-miri mħabbra u talbet dewmien u aktar flessibbiltà fit-tneħħija gradwali tal-vetturi ICE ġodda fl-2035. F’dan ir-rigward, huma semmew għadd ta’ stqarrijiet għall-istampa mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, huma tennew id-dipendenza tal-għanijiet klimatiċi tal-UE fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina, abbażi ta’ rapporti tal-istampa u kummenti mill-Kumpanija 24. Barra minn hekk, huma kkontestaw il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-investimenti sinifikanti impenjati għall-kapaċità tal-produzzjoni tal-batteriji fl-Unjoni abbażi ta’ rapport tal-istampa u billi asserew li ċerti proġetti tal-batteriji kienu qegħdin jiġu kkanċellati u mdewma (ACC ħabbret li kienet waqqfet temporanjament il-pjanijiet għall-impjanti Ġermaniżi u Taljani tagħha (169), Northvolt ħabbret li kienet se tnaqqas ir-ritmu tal-proġetti tal-batteriji tagħha minħabba kwistjonijiet ta’ espansjoni (170), Mercedes-Benz iddikjarat li kienet se tnaqqas ir-ritmu tal-pjanijiet tagħha għall-impjant tal-batteriji (171), u LG Energy Solution ħabbret li kienet qiegħda tikkunsidra li taqleb għall-bini tal-ħżin tal-enerġija (172)). Fl-aħħar nett, huma asserew li l-proġett tal-batteriji fl-Unjoni se jiffaċċja protesti u oppożizzjoni minħabba tħassib ambjentali u l-espansjoni fil-produzzjoni tal-batteriji għandha l-isfida ta’ kwistjonijiet ta’ sigurtà, b’mod partikolari n-nirien li joriġinaw mill-batterija.

(1295)

Il-Kummissjoni nnotat li hija indirizzat il-konġestjonijiet fil-produzzjoni fil-premessa (1293) ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u l-GTĊ ma kkwantifikawx l-effett tal-allegati konġestjonijiet fuq il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ dawn il-konġestjonijiet ma appoġġatx il-konklużjoni li l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji ma kinitx fl-interess tal-Unjoni. Kif ġie mtenni f’dan ir-Regolament, l-għan tal-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji huwa li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi. Barra minn hekk, minkejja t-tħabbiriet minn ċerti produtturi tal-Unjoni, dawn il-produtturi tal-Unjoni għadhom marbuta mal-miri tal-emissjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) 2019/631 li aktar tard ġie emendat bir-Regolament (UE) 2023/851. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, filwaqt li nnotat li l-miżuri jenħtieġ li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni u jgħinu lill-industrija tal-Unjoni żżid il-kapaċità tagħha, innotat li l-miżuri ma humiex maħsuba biex jiżviluppaw il-produzzjoni tal-BEVs fl-Unjoni sabiex jissostitwixxu bis-sħiħ l-importazzjonijiet Ċiniżi allegatament meħtieġa għall-kisba tal-2035. L-għan tal-investigazjzoni kurrenti huwa biss li jiġu rrestawrati l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. L-importazzjonijiet se jkomplu għaddejjin. Barra minn hekk, fir-rigward tat-tħabbiriet ta’ proġetti tal-batteriji kkanċellati jew ittardjati fl-Unjoni, il-Kummissjoni tenniet il-fehma tagħha espressa fil-premessa (851) ta’ dan ir-Regolament li l-industrija tal-BEVs tal-Unjoni, filwaqt li bħalissa tiddependi ħafna fuq l-importazzjonijiet ta’ batteriji Ċiniżi, ukoll ma hijiex limitata għall-użu ta’ batteriji prodotti fl-Unjoni, u b’hekk se tkompli timporta miċ-Ċina u minn sorsi oħrajn ukoll wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li t-tħassib ambjentali dwar il-produzzjoni tal-batteriji u t-tħassib dwar is-sigurtà fl-użu tal-batteriji japplika irrispettivament mill-pajjiż tal-produzzjoni tagħhom, sabiex dawn ma japplikawx biss għall-produzzjoni tal-batteriji fl-Unjoni. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1296)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u s-CCCME asserew ukoll li, fil-valutazzjoni fil-premessa (1060) tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Unjoni kellha l-kapaċità li tforni d-domanda f’xenarju ta’ wara l-miżuri, il-Kummissjoni ma qisitx l-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, mhux biss ta’ vetturi BEVs iżda wkoll ta’ ICE, li se jibqgħu jokkupaw parti mill-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni minħabba li pajjiżi terzi ma għandhomx l-istess mira ta’ dekarbonizzazzjoni sal-2035.

(1297)

Il-Kummissjoni nnotat li hija qieset l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ta’ BEVs fil-premessi minn (1183) sa (1186) tar-Regolament provviżorju, fil-kuntest tal-analiżi tal-kawżalità. Fid-dawl tal-attraenza tas-suq tal-BEVs tal-Unjoni deskritta fil-premessi minn (1119) sa (1123) tar-Regolament provviżorju u fil-kunsiderazzjoni li d-daqs tas-suq u b’mod partikolari l-pjan direzzjonali ċar għall-elettrifikazzjoni huma validi wkoll għall-produtturi tal-Unjoni, dawn se jiffukaw fuq is-suq tal-Unjoni minħabba d-domanda dejjem akbar mistennija. Tabilħaqq, l-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni jinkludu prinċipalment vetturi ICE. Finalment, kif jissemma fil-premessa (1293) ta’ dan ir-Regolament fil-kalkolu tal-kapaċità fit-Tabella 4 tar-Regolament provviżorju ma kinitx ibbażata fuq il-kapaċità tal-vetturi ICE u b’hekk l-argument li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, inklużi l-esportazzjonijiet ta’ vetturi ICE, ma huwiex validu. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1298)

Fuq l-istess nota, il-GTĊ u s-CCCME asserew li meta titqies il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u l-kapaċità tagħhom li jfornu lis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma qisitx l-għeluq riċenti ta’ siti tal-produzzjoni mill-industrija tal-BEVs tal-Unjoni u mill-fornituri tal-batteriji, b’referenza partikolari għall-falliment ta’ Fisker, għat-tnaqqis tal-produzzjoni ta’ BEVs minn Volkswagen u għad-dewmien fil-varar ta’ mudelli ġodda minn Jaguar u Land Rover kif ukoll eżempji oħrajn.

(1299)

Fir-rigward tal-proċedimenti ta’ falliment li jinvolvu lill-produttur tal-Unjoni Fisker, kif ġie spjegat fil-premessa (675) ta’ dan ir-Regolament, dan ma kienx meqjus bħala produttur tal-Unjoni fil-lista ta’ 10 produtturi tal-Unjoni msemmijin mill-Kummissjoni fil-premessa (674) ta’ dan ir-Regolament. It-tnaqqis tal-produzzjoni ta’ BEVs minn Volkswagen u d-dewmien fil-varar ta’ mudelli ġodda minn Jaguar Land Rover ma jaffettwawx il-kalkoli tal-kapaċità. L-istess japplika għad-dewmien fil-produzzjoni ta’ BEVs ta’ Ineos, li lanqas biss kienet bdiet il-produzzjoni, skont is-sors li bbażaw fuqu l-GTĊ u s-CCCME (173). Barra minn hekk, il-bidla fil-pjanijiet ta’ Northvolt u SVOLT Europe ma affettwatx l-istima tal-investiment fil-premessa (1092) tar-Regolament provviżorju, li kienet tinkludi biss investimenti tal-produtturi ta’ BEVs tal-Unjoni, u mhux tal-fornituri tal-batteriji wkoll. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1300)

Fl-aħħar nett, skont il-GTĊ u s-CCCME, il-Kummissjoni ma qisitx is-segmentazzjoni tas-suq fl-Unjoni u jekk l-industrija tal-Unjoni tkunx tista’ tforni s-segmenti kollha tas-suq. Bl-istess mod, ġie ddikjarat li l-Kummissjoni ma qisitx id-differenzi sinifikanti fit-taħlita ta’ prodotti bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-produzzjoni tal-Unjoni. Dawn il-partijiet asserew li, meta jitqiesu dawn l-elementi, l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun tista’ tikkontribwixxi biżżejjed għall-elettrifikazzjoni tas-suq tal-Unjoni.

(1301)

Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (1042) tar-Regolament provviżorju, is-segmentazzjoni tas-suq mill-Kummissjoni ma kinitx xierqa f’dan il-każ. La l-GTĊ u lanqas is-CCCME ma pprovdew informazzjoni jew evidenza addizzjonali f’dan ir-rigward li kienet ixxejjen din il-konklużjoni. Fir-rigward tad-differenzi fit-taħlita ta’ prodotti bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-produzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni sabet fil-premessi (1031) u minn (1044) sa (1048) tar-Regolament provviżorju li t-tqabbil bejn il-PCNs Ċiniżi u l-PCNs tal-Unjoni kien ogħla minn 90 % għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi. Fl-aħħar nett, kif ġie spjegat fil-premessa (1280) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni tista’ żżid il-firxa tagħha ladarba tilħaq ekonomiji ta’ skala suffiċjenti u tnaqqas il-kost unitarju tal-produzzjoni tagħha, li jkunu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tipproduċi BEVs aktar affordabbli. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1302)

Il-Grupp Geely, min-naħa tiegħu, ma qabilx mas-sejba tal-Kummissjoni li l-isforzi biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima ma jistgħux jinbnew fuq kompetizzjoni inġusta minn BEVs sussidjati bi prezz baxx. Huma asserew li l-Kummissjoni tqarrqet minħabba li l-Grupp Geely kien impenjat f’li jrawwem l-innovazzjoni u t-tkabbir fl-industrija tal-BEVs tal-Unjoni u l-impożizzjoni tal-miżuri tkun kontroproduċenti għat-tranżizzjoni ekoloġika tal-Unjoni.

(1303)

Il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq il-fatt li l-importazzjonijiet bi prezz inġust miċ-Ċina lejn l-Unjoni qed jieħdu sehem sinifikanti mis-suq u jikkostitwixxu theddida għall-industrija tal-Unjoni kif stabbilit fid-dettall fit-Taqsima 5 tar-regolament provviżorju u ta’ dan ir-Regolament. Il-Grupp Geely ma kkontestax dawn iċ-ċifri u, għalhekk, ma huwiex xieraq li jiġi ddikjarat li l-Kummissjoni tqarrqet. Il-fatt li l-Grupp Geely iddikjara li kien impenjat fit-trawwim tal-innovazzjoni u tat-tkabbir fl-Unjoni ma huwiex appoġġat minn xi evidenza, u tali dikjarazzjoni lanqas ma tista’ tiġi vverifikata jew ixxejjen is-sejbiet magħmula mill-Kummissjoni. Għalhekk din id-dikjarazzjoni kellha tiġi miċħuda.

(1304)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp Geely issostanzja l-asserzjoni tiegħu li ħa rwol ewlieni fit-tranżizzjoni lejn il-BEVs billi fakkar li: Volvo, parti mill-Grupp Geely, kienet fost l-ewwel marki li ilhom ibigħu l-BEVs fl-Unjoni saħansitra minn qabel l-2012 u akkwistat lil Polestar, li ġiet ippożizzjonata mill-ġdid bħala manifattur tal-BEVs mill-2017; il-Grupp Geely u Volvo flimkien iffurmaw l-impriża konġunta Lynk & Co., li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Iżvezja, li hija marka maħsuba biex tfixkel l-industrija tradizzjonali tal-vetturi ICE; il-Grupp Geely u Daimler iffurmaw l-impriża konġunta Smart, u b’hekk għamlu tranżizzjoni tal-marka għal waħda li toffri vetturi kompletament elettriċi; u Volvo impenjat ruħha li tagħmel l-offerti tagħha kompletament elettriċi sal-2030 u kienet l-ewwel marka tal-vetturi ICE li ħabbret li l-mudelli kollha tagħha se jkunu elettrifikati. Abbażi ta’ dan, il-Grupp Geely sostna li kien iddedikat għat-tranżizzjoni klimatika u biex imexxi l-bidla lejn il-produzzjoni tal-BEVs fl-Unjoni.

(1305)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-elementi mressqa mill-Grupp Geely u li fil-fatt, il-Grupp Geely kien impenjat li jmexxi l-bidla lejn il-produzzjoni tal-BEVs fl-Unjoni. Minkejja dan, is-sejbiet tat-theddida ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi jibqgħu u ma jistgħux jiġu indirizzati mill-pożizzjoni tal-Grupp Geely fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1306)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 18 u l-VDA asserew li, wara l-miżuri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jiddeċiedu li ma joffru ebda BEV fis-suq tal-Unjoni, u b’hekk jonqsu l-għażla u d-disponibbiltà u jiġu mxekklin l-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni. Skont il-Kumpanija 18, l-adozzjoni aktar bil-mod konsegwenti ta’ vetturi elettriċi fl-Unjoni tista’ tinvolvi riskji għall-produtturi tal-Unjoni li jkunu soġġetti għall-multi għan-nuqqas ta’ konformità mal-miri tal-emissjonijiet fit-triq għad-dekarbonizzazzjoni sħiħa sal-2035.

(1307)

Il-Kummissjoni qieset li r-riskju ta’ waqfien f’daqqa tal-importazzjonijiet ma huwiex realistiku, minħabba s-sejbiet tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, deskritti fil-premessi minn (1119) sa (1129) tar-Regolament provviżorju. Fir-rigward tal-multi possibbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-miri tal-emissjonijiet, il-Kummissjoni nnotat li, minħabba t-tranżizzjoni għall-mobilità elettrika, is-suq tal-Unjoni tal-BEVs se jikber fid-daqs u l-produtturi tal-Unjoni se jkunu jistgħu jiżviluppaw l-ekonomiji ta’ skala meħtieġa sabiex jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mis-suq li qiegħed jikber. Xenarju bħal dan jisfa mhedded jekk ma jiġux imposti miżuri. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1308)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar l-effetti fuq l-objettivi klimatiċi wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (1250) sa (1254) tar-Regolament provviżorju.

7.7.   Riskju ta’ ritaljazzjoni

(1309)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kumpanija 18 u l-VDA asserew li l-approċċ tal-Kummissjoni li skontu l-investigazzjoni ma tkoprix l-aċċess tal-kumpaniji tal-Unjoni għas-suq Ċiniż u ma tqisx l-impatt tar-ritaljazzjoni Ċiniża wara l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji, ma jikkunsidrax ir-realtà tas-suq. Huma argumentaw li ċ-Ċina hija importanti għal ħafna produtturi tal-Unjoni mhux biss f’termini ta’ bejgħ u ta’ produzzjoni, iżda wkoll għall-innovazzjoni u għall-katina tal-provvista sabiex, skont il-Kumpanija 24, il-protezzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni tista’ tkun għad-detriment tal-kompetittività tagħha fil-bqija tad-Dinja. Skont il-Kumpanija 18, il-Kumpanija 24 u l-VDA, il-miżuri joħolqu inċertezza u frizzjonijiet anke f’oqsma ekonomiċi oħrajn li ma jkunux fl-interess tal-Unjoni, filwaqt li huwa fl-interess tal-Unjoni li tinżamm il-kapaċità tal-esportazzjoni tal-Unjoni. Għall-Kumpanija 18 u għall-VDA, mingħajr aċċess għaċ-Ċina bħala suq tal-esportazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni jkollhom anqas riżorsi x’jinvestu fil-mobilità elettrika. Fl-aħħar nett, il-VDA fakkret li l-Ġermanja għandha surplus sinifikanti fil-kummerċ tal-karozzi maċ-Ċina.

(1310)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-importanza taċ-Ċina bħala suq tal-esportazzjoni u sors ta’ innovazzjoni u ta’ provvista għall-produtturi tal-Unjoni, iżda tenniet il-fatt li l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni jenħtieġ li ma jirriżultax f’aċċess anqas favorevoli għas-suq għall-fornituri u għall-produtturi tal-Unjoni fiċ-Ċina. F’dak li għandu x’jaqsam mal-possibbiltà li ċ-Ċina twettaq atti ta’ ritaljazzjoni wara l-impożizzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessi (1256) sa (1258) tar-Regolament provviżorju, fejn iċċarat li ċ-Ċina u l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu jgawdu minn drittijiet estensivi ta’ difiża u li jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni bbażata fuq il-fatti, kif ukoll li jfittxu stħarriġ ġudizzjarju imparzjali tad-deċiżjoni finali, mingħajr il-ħtieġa li jirrikorru għal ritaljazzjoni. Għalhekk, ir-riskju ta’ ritaljazzjoni asserit ma kienx jikkostitwixxi element li jimmilita kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji. Filwaqt li l-Kummissjoni tibqa’ viġilanti għal kwalunkwe ritaljazzjoni fis-setturi tal-karozzi jew f’setturi oħrajn, it-theddida ta’ ritaljazzjoni potenzjali ma tistax tipprevjeni lill-Kummissjoni milli tadotta miżuri kumpensatorji leġittimi, meqjusa u ġustifikati. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1311)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kumpanija 24 tenniet il-kummenti tagħha, li kienu diġà indirizzati mill-Kummissjoni, filwaqt li l-VDA qajmet it-tħassib tagħha li l-Kummissjoni ma qieset l-ebda possibbiltà u impatt tal-kontroazzjoni miċ-Ċina f’aktar dettall.

(1312)

Il-Kummissjoni ċċarat li fil-qafas ta’ investigazzjoni dwar id-difiża tal-kummerċ ma setgħet tinvolvi ruħha fl-ebda spekulazzjoni dwar azzjoni ta’ ritaljazzjoni li ma hijiex prevista mill-proċediment u r-regoli rilevanti tad-WTO u tal-Unjoni li jirregolawha. Il-mogħdijiet leġittimi biex jinkiseb rimedju għad-deċiżjoni meħuda f’din l-investigazzjoni huma disponibbli għaċ-Ċina u għall-kumpaniji Ċiniżi, kif huwa deskritt fil-premessa (1310) hawn fuq. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1313)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar ir-riskju ta’ ritaljazzjoni wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (1255) sa (1258) tar-Regolament provviżorju.

7.8.   L-inċentivi tal-gvern fl-Unjoni

(1314)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ u s-CCCME allegaw li l-industrija tal-Unjoni diġà kienet protetta minn pressjoni kompetittiva intensa permezz ta’ sussidji għall-konsumatur bħall-ekobonus fi Franza, li jistimulaw il-bejgħ ta’ BEVs tal-industrija tal-Unjoni billi jeskludu l-BEVs magħmula fiċ-Ċina mil-lista ta’ vetturi eliġibbli.

(1315)

Bħal fil-premessa (1262) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni tenniet li kwalunkwe sussidju potenzjali fl-Unjoni ma huwiex is-suġġett ta’ din l-investigazzjoni u ma jaffettwax is-sejba li l-GTĊ ipprovda sussidji kumpensatorji lill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Għalhekk, f’konformità mar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni hija intitolata timponi miżuri kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ BEVs li joriġinaw miċ-Ċina. Il-fatt li kien hemm sussidji għall-konsumatur mogħtija fl-Unjoni ma jaffettwax is-sejba li mingħajr miżuri kumpensatorji, l-industrija tal-Unjoni hija esposta għal theddida serja u imminenti ta’ żieda sostanzjali ta’ BEVs bi prezz baxx għad-detriment tal-produzzjoni u tal-bejgħ ta’ BEVs tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-ekobonus fi Franza ma jeskludix il-BEVs fuq il-bażi tal-pajjiż tal-produzzjoni tagħhom, bħal BEVs magħmulin iċ-Ċina, kif ġie asserit, iżda l-kriterji ta’ eliġibbiltà tiegħu huma bbażati fuq kriterji ambjentali oġġettivi. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1316)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar l-inċentivi tal-gvernijiet fl-Unjoni wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (1261) sa (1262) tar-Regolament provviżorju.

7.9.   Protezzjoniżmu

(1317)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, is-CAAM asseriet li permezz tal-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, il-Kummissjoni implimentat protezzjoniżmu kummerċjali b’mezzi esaġerati taparsi għall-fini tal-konformità, li kien ta’ detriment għall-kummerċ ħieles u għall-kompetizzjoni ġusta.

(1318)

Il-Kummissjoni assolutament ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. L-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet legali ma hijiex protezzjoniżmu. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1319)

Is-CAAM asseriet ukoll, fuq il-bażi tas-suppożizzjoni li, billi l-produtturi Ġermaniżi tal-BEVs li ma jappoġġawx l-investigazzjoni jgawdu minn vantaġġi kompetittivi, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, għall-kuntrarju, ma bbenefikawx mill-istess vantaġġi kompetittivi u, għalhekk, kienu “għadhom lura”. Fuq il-bażi ta’ din is-suppożizzjoni, is-CAAM argumentat ukoll li l-UE kienet taħt effett ta’ “koerċizzjoni” minn ftit monopolji, speċjalment dawk f’pożizzjoni kompetittiva aktar baxxa, sabiex tipproteġi l-interess tagħhom b’kostijiet għoljin, li jfixkel il-kompetizzjoni normali tas-suq u ssagrifika l-interess tal-konsumaturi.

(1320)

L-asserzjonijiet tas-CAAM kienu purament spekulattivi mingħajr ebda evidenza ta’ sostenn. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1321)

Barra minn hekk, is-CAAM iddikjarat li peress li l-VDA u l-Kumpanija 29 opponew l-investigazzjoni u, minkejja ftit li xejn data dwar negozjanti u utenti mhux relatati, il-Kummissjoni stabbiliet rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Is-CAAM argumentat li hija “liġi oġġettiva tal-iżvilupp industrijali” li fl-istadju inizjali tat-trasformazzjoni, il-prodotti importati minn reġjuni li jidħlu l-ewwel għandhom vantaġġi kompetittivi fuq terminu qasir u tkabbir rapidu, u huma jimmotivaw lill-kumpaniji lokali sabiex ilaħħqu u jirkupraw malajr is-sehem mis-suq tagħhom. Is-CAAM asseriet li r-Regolament provviżorju injora din il-liġi industrijali u ħoloq b’mod artifiċjali theddida ta’ dannu.

(1322)

Il-Kummissjoni nnotat li l-Kumpanija 29 kienet qed tappoġġa l-investigazzjoni kif ġie spjegat fil-premessa (1247) tar-Regolament provviżorju, b’kuntrast ma’ dak li ġie ddikjarat mis-CAAM. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, kif deskritt fil-premessi (1170) u (1218) tar-Regolament provviżorju, ibbażat il-valutazzjoni tagħha tar-rabta ta’ kawżalità bejn is-sussidji u t-theddida ta’ dannu, fuq l-effett tal-volumi u tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-BEVs Ċiniżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u billi vvalutat (u eskludiet) fatturi possibbli oħrajn li setgħu kkontribwew sabiex itaffu jew inaqqsu r-rabta ta’ kawżalità stabbilita, bħal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, fatturi relatati mad-domanda, il-kompetittività tal-industrija tal-BEVs u fatturi identifikati oħrajn. Din il-valutazzjoni hija bbażata fuq il-fatti miġburin matul l-investigazzjoni, ivverifikati kull meta jkun possibbli. L-informazzjoni miġbura min-negozjanti u mill-utenti tintuża sabiex jiġi stabbilit l-impatt tal-miżuri fuq is-sitwazzjoni tagħhom u b’hekk jiġi stabbilit jekk hemmx raġunijiet konvinċenti f’termini ta’ interess tal-Unjoni li jimmilitaw kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri. Għalhekk, l-informazzjoni pprovduta min-negozjanti u mill-utenti hija irrilevanti fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-kawżalità u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ dawn il-partijiet ma kellu l-ebda impatt fuq id-determinazzjoni tal-kawżalità. Għaldaqstant, l-asserzjoni tas-CAAM ġiet miċħuda.

(1323)

Fir-rigward tal-liġi industrijali msemmija mis-CAAM, il-Kummissjoni nnotat li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u t-theddida ta’ dannu, kif imsemmi hawn fuq, huma bbażati fuq informazzjoni dettaljata miġbura u vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, minn naħa waħda u fuq fatti verifikabbli oħrajn miġbura matul l-investigazzjoni. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward hija stabbilita fid-dettall fil-premessi (1050) u (1169) tar-Regolament provviżorju. Madankollu, l-asserzjoni li l-produtturi tal-Unjoni se jirkupraw malajr is-sehem mis-suq tagħhom wara li jitilfuh favur min jidħol l-ewwel, ma hijiex issostanzjata minn aktar informazzjoni jew evidenza u ma setgħetx tiġi aċċettata. Għalhekk din id-dikjarazzjoni kellha tiġi miċħuda.

(1324)

Fl-aħħar nett, is-CAAM asseriet ukoll li l-jenħtieġ li l-UE żżomm kompetizzjoni miftuħa li ntwera bil-provi li hija ta’ benefiċċju kbir kemm għall-produtturi Ċiniżi kif ukoll għal dawk tal-Unjoni fil-passat. Huma argumentaw li l-progress futur jeħtieġ ukoll kompetizzjoni u kooperazzjoni fis-suq ħieles bejn il-kumpaniji Ċiniżi u Ewropej.

(1325)

L-UE hija impenjata favur il-kummerċ ħieles u tirrikonoxxi l-benefiċċji ta’ ekonomija miftuħa. Madankollu, il-kummerċ ħieles jeħtieġ li jkun ġust u jekk ikun hemm sussidji kumpensatorji mogħtijin minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jagħmlu ħsara jew li jkunu qed jheddu li jagħmlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni, l-UE hija intitolata li tieħu l-miżuri xierqa, kif qiegħed isir f’dan il-każ.

7.10.   Ir-regola tad-dazju inferjuri u l-livell tad-dazji

(1326)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Geely: u l-Grupp SAIC talbu lill-Kummissjoni tikkunsidra l-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri. F’dan ir-rigward, il-Grupp Geely argumenta li minħabba l-urġenza li s-settur tal-BEVs jirnexxi, kien hemm raġunijiet konvinċenti sabiex jiġu stabbiliti livelli ta’ dazju fil-marġni tad-dannu peress li dawn jagħtu lill-industrija tal-Unjoni protezzjoni suffiċjenti filwaqt li jiġi żgurat li l-kompetizzjoni internazzjonali tkompli tixpruna l-innovazzjoni għal BEVs affordabbli. Il-Grupp Geely argumenta wkoll li l-impożizzjoni ta’ livelli għoljin ta’ dazji fuq l-importazzjonijiet ta’ BEVs miċ-Ċina ma kinitx fl-interess tal-Unjoni. Il-Grupp SAIC innota li l-Kummissjoni ma kkalkolat l-ebda livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu (jiġifieri l-ammont ta’ bejgħ taħt il-prezz għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun) kif kien imissha għamlet, inkluż f’każ li jinvolvi theddida ta’ dannu materjali, u għalhekk ma setgħetx tikkonkludi b’mod ċar, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, li kien fl-interess tal-Unjoni li timponi d-dazji provviżorji fil-livell li jikkorrispondi għall-ammont totali tas-sussidji kumpensatorji.

(1327)

Għalhekk, il-Grupp SAIC talab lill-Kummissjoni sabiex tikkalkula marġni individwali ta’ bejgħ taħt il-prezz għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun, bħala l-ewwel pass, u bħala t-tieni pass, sabiex tikkunsidra jekk l-impożizzjoni tad-dazji fil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-Grupp SAIC sostna li r-regola dwar id-dazju inferjuri ma jmisshiex tiġi rrinunzjata, u NIO asseriet li jkun fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti dazji kumpensatorji fuq il-bażi tal-marġni ta’ dannu.

(1328)

Il-Kumpanija 24 asseriet ukoll li f’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li timponi dazji definittivi, hija jeħtiġilha tirrikonoxxi l-ħtieġa li tibbilanċja n-natura tat-theddida ta’ dannu kontra l-ħsara probabbli ħafna li tirriżulta għall-interess usa’ tal-Unjoni, filwaqt li tqis ukoll in-natura differenti tal-produtturi esportaturi involuti fl-investigazzjoni u li l-Kummissjoni tista’ tikseb tali eżitu billi tistabbilixxi dazji fil-livell minimu adegwati sabiex jitneħħa d-dannu, li jistgħu jitfasslu bħala rata tad-dazju uniformi applikata b’mod ġenerali. Il-Kumpanija 24 issottomettiet ukoll li, fil-kuntest ta’ industrija f’fażi ta’ bidu, il-bażi għal dazju bħal dan ma tistax tkun il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz. Minflok, il-Kumpanija 24 iddikjarat li approċċ aktar xieraq ikun jikkonsisti fil-kunsiderazzjoni tad-differenza prevista fil-prezz bejn il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni u l-importazzjonijiet tal-BEVs Ċiniżi fil-livell tan-negozjanti, fi tmiem il-fażi tal-bidu. Minħabba t-tnaqqis kontinwu fil-kostijiet miksub mill-produtturi tal-Unjoni, kif ukoll l-ekonomiji ta’ skala li qed jikbru li jirriżultaw minn aktar u aktar konsumaturi li jaqilbu għall-BEVs, il-kost għal kull unità tal-BEVs prodotta fl-Unjoni x’aktarx li jonqos malajr. Dan, kif ukoll il-pressjoni kontinwa ’l isfel fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-ICE u mill-mudelli ibridi, bilfors li jirriżultaw fi prezzijiet aktar baxxi, u b’hekk inaqqsu d-differenza fil-prezzijiet bejn il-mudelli tal-OEMs Ċiniżi u tal-produtturi tal-Unjoni.

(1329)

Il-Kummissjoni nnotat li l-istandard legali għad-determinazzjoni tal-livell tad-dazji huwa stabbilit fl-Artikoli 12(1) u 15(1) tar-Regolament bażiku. F’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, l-ammont tad-dazju kumpensatorju ma għandux jaqbeż l-ammont tas-sussidji kumpensatorji stabbiliti. Ir-raba’ subparagrafu tal-istess Artikolu jistabbilixxi eżenzjoni għal din ir-regola u jenħtieġ li jiġi interpretat b’mod ristrett. Skont dan, huwa biss f’każijiet li fihom il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni kollha sottomessa, tista’ tikkonkludi b’mod ċar li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ miżuri fil-livell tas-sussidji kumpensatorji stabbiliti, l-ammont tad-dazju kumpensatorju għandu jkun anqas jekk tali dazju inferjuri jkun adegwat sabiex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. F’dan il-każ, wara eżami tal-informazzjoni kollha sottomessa, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont tal-miżuri fil-livell tas-sussidji kumpensatorji stabbiliti. Barra minn hekk, il-livell tad-dazji li jvarja bejn 9,0 % u 36,3 % ma setax jitqies bħala għoli. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (1253) tar-Regolament provviżorju, l-iskop tad-dazji kumpensatorji ma kienx li jwaqqfu l-importazzjonijiet tal-BEVs miċ-Ċina, iżda li jirrestawraw il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni distorti mill-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni se tkun tista’ tikkompeti b’termini ġusti mal-importazzjonijiet ta’ BEVs miċ-Ċina fis-suq tal-Unjoni, li se jistimula l-innovazzjoni. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(1330)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp Geely u l-Kumpanija 24 tennew il-kummenti tagħhom, li ġew indirizzati mill-Kummissjoni fil-premessa (1329) ta’ dan ir-regolament. Il-Kumpanija 24 sostniet ukoll li r-Regolament bażiku ma jippreskrivi l-ebda regola jew metodoloġija dwar kif jenħtieġ li jiġi kkalkolat id-dazju inferjuri, bl-uniku rekwiżit ikun li dan jenħtieġ li jkun adegwat biex titneħħa t-theddida ta’ dannu għall-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kumpanija 24 asseriet li ma kien hemm l-ebda bażi għall-interpretazzjoni restrittiva tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri, u li l-Kummissjoni ma setgħetx tiddeċiedi li l-impożizzjoni ta’ dazji f’livell ogħla minn dak li huwa meħtieġ biex titneħħa t-theddida perċepita ta’ dannu hija fl-interess tal-Unjoni.

(1331)

Il-Kummissjoni nnotat li l-interpretazzjoni limitata tar-regola tad-dazju inferjuri ġejja min-natura tagħha bħala eċċezzjoni u tenniet li, fi kwalunkwe każ, f’dan il-każ ma setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ miżuri fil-livell ta’ sussidji kumpensatorji stabbiliti.

(1332)

Wara d-divulgazzjoni finali, Polestar sostniet li l-valutazzjoni fir-rigward ta’ jekk huwiex fl-interess tal-Unjoni li wieħed jirrikorri għar-regola tad-dazju inferjuri meta jiġi ddeterminat il-livell tad-dazji ma għandha l-ebda effett fuq l-aċċettazzjoni ta’ impenn fuq il-prezz. Skont Polestar, ma hemm xejn fir-Regolament bażiku li jorbot l-Artikolu 13(1) mal-Artikolu 15(1) u xejn li jagħmel wieħed kundizzjonali fuq l-ieħor. Iż-żewġ artikoli jenħtieġ li jinqraw separatament. Dan il-qari jiġi kkonfermat mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-regoli tad-dazju inferjuri riveduta fl-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji fl-UE (174). F’dan ir-rapport, il-mudell tal-Kummissjoni għar-rapport iddistingwa bejn, minn naħa waħda, ir-regola tad-dazju inferjuri fl-investigazzjonijiet antisussidji skont l-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku (il-punt 3), u, min-naħa l-oħra, ir-regola tad-dazju inferjuri skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku (il-punt 4).

(1333)

Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kumment ta’ Polestar imma kkunsidrat li tabilħaqq l-analiżi tal-interess tal-Unjoni ma wriet l-ebda raġuni konvinċenti għaliex ma jkunx l-interess tal-Unjoni li timponi dazji kumpensatorji definittivi li jikkorrispondu għall-ammont totali ta’ sussidji kumpensatorji misjuba.

7.11.   Soluzzjonijiet alternattivi

(1334)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-VDA argumentat li, mingħajr ma timponi miżuri, l-Unjoni tista’ tipproteġi l-interessi leġittimi tagħha u tindirizza l-isfidi permezz ta’ diskussjonijiet maċ-Ċina, li huwa permess mir-regoli antisussidji u konformi mad-WTO. Asserzjoni simili tqajmet mill-VDA wara d-divulgazzjoni finali.

(1335)

Il-Kummissjoni nnotat li l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji – li wkoll hija konformi mad-WTO – u d-diskussjonijiet mal-pajjiż esportatur ma jeskludux lil xulxin b’mod reċiproku. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(1336)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u s-CCCME qiesu li l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji ma kinitx iġġustifikata f’dan il-każ u li l-impenn offrut mis-CCCME f’isem il-membri tagħha jenħtieġ li jiġi aċċettat, peress li kienet spjegat fid-dettall li l-impenn huwa prattiku, jista’ jiġi mmonitorjat faċilment, huwa maniġevoli u infurzabbli fil-prattika. Il-Grupp Geely talab ukoll lill-Kummissjoni biex tibbilanċja aħjar il-miżuri proposti billi taċċetta l-impenn offrut. Barra minn hekk, Polestar ħeġġet lill-Kummissjoni taċċetta l-impenn fuq il-prezz sottomess mill-Grupp Geely, li kien offerta estremament raġonevoli u kien fl-interess tal-Unjoni.

(1337)

Il-Kummissjoni vvalutat l-offerti ta’ impenn fit-Taqsima 8.4 ta’ dan ir-Regolament.

7.12.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(1338)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessa (1268) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

8.   MIŻURI KUMPENSATORJI DEFINITTIVI

8.1.   Miżuri definittivi

(1339)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, diversi produtturi li kkooperaw talbu l-inklużjoni ta’ produtturi relatati addizzjonali fil-parti operattiva. Il-Kummissjoni analizzat parametri bħall-eżistenza ta’ relazzjoni ma’ produttur li kkoopera, il-produzzjoni ta’ BEVs, jew evidenza sostanzjata ta’ pjanijiet u ta’ investimenti għall-produzzjoni ta’ BEVs matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif ukoll esportazzjonijiet imminenti lejn l-Unjoni. Wara eżami dettaljat taċ-ċirkostanzi tal-entitajiet speċifikati fit-talbiet, fejn ma kien hemm l-ebda evidenza li l-livelli ta’ sussidjar kienu differenti mill-kumpaniji relatati tagħhom, il-Kummissjoni ddeterminat li diversi minn dawn il-kumpaniji kienu eliġibbli għall-inklużjoni fit-taqsima operattiva, li ġiet eżegwita kif xieraq. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ċaħdet waħda minn dawn it-talbiet abbażi li ma ġietx issostanzjata b’mod adegwat biex tkun iġġustifikata l-inklużjoni tagħha.

(1340)

Wara d-divulgazzjoni finali Volkswagen (Anhui) Automotive Company, Ltd. talbet kodiċi TARIC addizzjonali separat mill-Anhui Jianghuai Automobile Group Corp., Ltd (il-“grupp JAC”). Tressaq l-argument li l-kumpaniji jaġixxu b’mod indipendenti u li ma teżisti l-ebda influwenza de facto.

Il-Kummissjoni nnotat li l-investigazzjoni kienet stabbiliet relazzjoni bejn il-kumpanija u l-grupp JAC. B’mod partikolari, JAC ikkontribwixxa għaż-żieda kapitali riċenti ta’ Volkswagen (Anhui) Automotive Company, Ltd. billi l-ishma tagħha jammontaw għal 25 % tal-kapital totali (175). Tali relazzjoni permezz ta’ parteċipazzjoni azzjonarja hija kkonfermat ukoll mill-Volkswagen Group China (176). Madanakollu, meta tkun ikkunsidrata l-possibbiltà li jkunu aċċettati l-offerti ta’ impenn lil hinn mill-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi kif imsemmija fil-premessa (1422), il-Kummissjoni ddeċidiet li tidentifika kull produttur esportatur b’kodiċi TARIC addizzjonali fil-parti operattiva u fl-anness ta’ dan ir-Regolament. Addizzjonalment, il-kodiċi TARIC addizzjonali speċjali se jippermettu lill-Kummissjoni timmonitorja l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għal kull-produttur esportatur.

(1341)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp Geely talab l-inklużjoni ta’ produttur relatat addizzjonali fil-parti operattiva.

(1342)

Il-Kummissjoni ċaħdet it-talbiet abbażi li ma ġewx issostanzjati b’mod adegwat biex tkun iġġustifikata l-inklużjoni tagħha.

(1343)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tas-sussidju, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri kumpensatorji definittivi għall-prevenzjoni ta’ dannu ulterjuri kkawżat lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat.

(1344)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazji kumpensatorji definittivi, espressi fuq il-prezz CIF tal-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju kumpensatorju definittiv

Il-Grupp BYD:

BYD Auto Company Limited

BYD Auto Industry Company Limited

Changsha BYD Auto Company Limited

Changsha Xingchao Auto Company Limited

Changzhou BYD Auto Company Limited

Fuzhou BYD Industrial Company Limited

Hefei BYD Auto Company Limited

Jinan BYD Auto Company Limited

17,0  %

Il-Grupp Geely:

Asia Euro Automobile Manufacture (Taizhou) Company Limited

Chongqing Lifan Passenger Vehicle Co., Ltd.

Fengsheng Automobile (Jiangsu) Co., Ltd.

Shanxi New Energy Automobile Industry Co., Ltd.

Zhejiang Geely Automobile Company Limited

Zhejiang Haoqing Automobile Manufacturing Company Limited

Zhongjia Automobile Manufacturing (Chengdu) Co., Ltd.

18,8  %

Il-Grupp SAIC:

SAIC MAXUS Automotive Company Limited

SAIC Motor Corporation Limited

Nanjing Automobile (Group) Corporation

SAIC Volkswagen Automotive Co., Ltd.

SAIC GM Wuling Automobile Co., Ltd.

SAIC General Motors Co., Ltd.

35,3  %

Tesla (Shanghai) Co., Ltd

7,8  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw (Anness)

20,7  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

35,3  %

(1345)

Ir-rati tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn irriflettew is-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li huwa mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rati individwali ta’ dazju kumpensatorju.

(1346)

Kumpanija tista’ titlob li jiġu applikati dawn ir-rati tad-dazju kumpensatorju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (177). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(1347)

Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji kumpensatorji individwali. Il-kumpaniji b’dazji kumpensatorji individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju kumpensatorju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(1348)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju kumpensatorju għall-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(1349)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet sabiex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(1350)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji kumpensatorji, id-dazju kumpensatorju għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(1351)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, kumpanija waħda Dfsk Motor Co. Ltd talbet bidla fl-isem għal Seres Auto (Hubei) Co., Ltd. Din it-talba ġiet aċċettata u l-isem il-ġdid ta’ din il-kumpanija ġie inkluż fl-Anness.

8.2.   Rilaxx tad-dazji provviżorji

(1352)

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament bażiku jiddikjara li huwa f’idejn il-Kummissjoni li tiddeċiedi liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jinġabar b’mod definittiv.

(1353)

L-Artikolu 16(2) jiddikjara wkoll li f’każ ta’ theddida ta’ dannu materjali, ma għandhomx jinġabru dazji provviżorji sakemm ma jinstabx li t-theddida ta’ dannu materjali, fin-nuqqas ta’ miżuri provviżorji, tkun żviluppat f’dannu materjali.

(1354)

Fid-dawl tas-sejbiet fil-każ preżenti u minħabba li ma setax jiġi stabbilit b’mod pożittiv li fin-nuqqas ta’ miżuri provviżorji, it-theddida ta’ dannu kienet tiżviluppa f’dannu materjali, il-Kummissjoni tqis li, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament bażiku, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju kumpensatorju provviżorju, impost mir-Regolament provviżorju, jenħtieġ li jiġu rilaxxati u ma jinġabrux.

(1355)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, NIO argumentat li jenħtieġ li d-dazji provviżorji ma jinġabrux b’mod definittiv minħabba li l-Kummissjoni ma rrispettax il-perjodu ta’ predivulgazzjoni ta’ 4 ġimgħat. Il-Grupp SAIC argumenta wkoll li jenħtieġ li d-dazji provviżorji ma jinġabrux minħabba l-pubblikazzjoni tard tar-Regolament provviżorju. Polestar argumentat ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tiġborx id-dazji provviżorji peress li l-Kummissjoni ma stabbilietx dannu materjali.

(1356)

Minħabba l-konklużjoni fil-premessa (1353) ta’ dan ir-Regolament, dawn l-asserzjonijiet instabu li huma irrilevanti.

8.3.   Impożizzjoni retroattiva tad-dazji kumpensatorji

(1357)

Kif huwa indikat fil-premessa (8) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni soġġetti għal reġistrazzjoni permezz tar-Regolament tar-reġistrazzjoni fid-dawl tal-applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ kwalunkwe miżura kumpensatorja taħt l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku.

(1358)

Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku, id-dazji jistgħu jiġu imposti retroattivament “fuq prodotti li jkunu ddaħħlu għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji”.

(1359)

Fid-dawl tas-sejbiet f’dan il-każ u billi ma setax jiġi stabbilit b’mod pożittiv li d-dannu li kien diffiċli li jiġi kkoreġut beda jimmaterjalizza qabel it-tmiem tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni qieset li waħda mill-kundizzjonijiet legali skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku ma ġietx issodisfata u, għalhekk, jenħtieġ li d-dazji ma jiġux imposti b’mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati.

8.4.   Impenji

(1360)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME ssottomettiet, f’isem it-12-il produttur esportatur li ġejjin, offerta għal impenn fuq il-prezz sal-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku:

SAIC Motor Corporation Limited

Zhejiang Geely Automobile Company Limited

BYD Auto Industry Company Limited

BMW Brilliance Automotive Ltd.

Great Wall Motor Company Limited

NIO Holding Co., Ltd

Chery Automobile Co., Ltd

China FAW Corporation Limited

Dongfeng Motor Group Co., Ltd.

XPeng Inc.

Seres Auto Co., Ltd.

Anhui Jianghuai Automobile Group Corp., Ltd. (mhux inkluża Volkswagen (Anhui) Automotive Co., Ltd).

(1361)

Barra minn hekk, tliet produtturi esportaturi (li tnejn minnhom mill-Grupp Geely), offrew impenji alternattivi fuq il-prezz f’każ li dak offrut mas-CCCME ma jiġix aċċettat. L-impenji alternattivi ġew offruti mill-produtturi esportaturi li ġejjin:

Grupp SAIC

Smart Automobile Co., Ltd. (“Smart”) (il-Grupp Geely)

Volvo Car Asia Pacific Investment Holding Co (il-Grupp Geely).

(1362)

Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, offerta ta’ impenn fuq il-prezz trid tkun adegwata biex telimina l-effett dannuż tas-sussidji u l-aċċettazzjoni tagħha ma tridx titqies bħala mhux prattika. Il-Kummissjoni vvalutat l-offerti fid-dawl ta’ dawn il-kriterji u qieset li l-offerti ma kinux adegwati, u l-aċċettazzjoni tagħha ma tkunx prattika għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt.

8.4.1.   CCCME

(1363)

Il-Kummissjoni osservat li l-offerta proposta ma kinitx adegwata fir-rigward tal-prezz minimu tal-importazzjoni (“PMI”) issuġġerit. Fil-fatt, is-CCCME offriet PMI uniku għal varjetà wiesgħa ta’ mudelli ta’ prodotti, li jkopru l-PCNs u l-prodotti kollha minn produtturi esportaturi b’rati ta’ dazju differenti. Il-PMI rrifletta rata ta’ dazju ta’ 21,3 % u ma qiesx li l-Grupp SAIC ikun soġġett għal rata ta’ dazju ogħla.

(1364)

Barra minn hekk, is-CCCME offriet indiċjar tal-PMI, ibbażat fuq kwotazzjonijiet tal-prezzijiet tal-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Batteriji tal-jon tal-Litju. L-indiċjar issuġġerit tqies li huwa inadegwat, filwaqt li tqies li l-porzjon sinifikanti li jifdal tal-kostijiet tal-produzzjoni mhux biss huma esposti għall-volatilità tal-prezzijiet iżda wkoll ma għandhomx parametri referenzjarji u għodod ta’ monitoraġġ li jistgħu jintużaw.

(1365)

Is-CCCME pproponiet ukoll il-possibbiltà ta’ bejgħ taħt il-PMI mingħajr ma tkun soġġetta għal rata ta’ dazju aktar baxxa mil-livell dannuż ta’ sussidjar li ġie stabbilit fl-investigazzjoni. B’mod partikolari, hija pproponiet l-implimentazzjoni ta’ kwota annwali għall-perjodu inizjali ta’ 3 snin, li matulu l-importazzjonijiet li jsiru fil-kwota jistgħu jinbiegħu bi prezz taħt il-livell tal-PMI u jibbenefikaw minn livell ta’ dazju skontat. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dan l-arranġament ma jkunx adegwat biex jelimina l-effett dannuż tas-sussidji.

(1366)

Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-aċċettazzjoni ta’ dan l-impenn ma tkunx prattika skont it-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt.

(1367)

BEV hija prodott sofistikat ħafna, b’bosta mudelli li għandhom bosta konfigurazzjonijiet, li jirriżultaw f’differenzi sostanzjali fil-prezzijiet bejn it-tipi u l-mudelli tal-prodotti, relatati wkoll mal-għażliet meħuda. L-għadd kbir ta’ tipi ta’ prodotti jinvolvi riskju għoli ta’ kumpens inkroċjat fost it-tipi ta’ prodotti differenti.

(1368)

Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, li huma soġġetti għall-offerta ta’ impenn, għandhom strutturi korporattivi kumplessi ħafna b’mijiet ta’ kumpaniji f’kull grupp u b’bosta kanali ta’ bejgħ fiċ-Ċina, fl-Unjoni u fil-bqija tad-dinja. Din il-kumplessità, flimkien mal-fatt li diversi produtturi esportaturi inklużi fl-offerta jipproduċu u jbigħu diversi prodotti (karozzi tal-kombustjoni, vetturi ibridi, eċċ.) u servizzi oħrajn permezz tal-istess kanali tal-bejgħ multipli u lill-istess klijenti tinvolvi riskju għoli ta’ kumpens inkroċjat. Dan jagħmel l-impenn mhux infurzabbli u għalhekk mhux prattiku skont it-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, filwaqt li jitqies ukoll li xi membri ma kkooperawx bis-sħiħ fl-investigazzjoni.

8.4.2.   Offerti alternattivi ta’ impenn

(1369)

Wara li kkunsidrat li l-impenn offrut mis-CCCME f’isem 12-il produttur esportatur ma kienx adegwat u mhux prattiku u għalhekk ma setax jiġi aċċettat, il-Kummissjoni vvalutat l-impenn offrut alternattivament minn erba’ produtturi esportaturi.

8.4.2.1.   Grupp SAIC

(1370)

Il-Grupp SAIC offra impenn alternattiv, simili ħafna għal dak offrut mis-CCCME. Madankollu, għall-kuntrarju tas-CCCME, SAIC ipproponiet diversi PMI għal PCNs differenti li ma jkoprux il-mudelli kollha mibjugħa mill-grupp. Kif diġà ssemma fil-premessa (1367) hawn fuq, il-kumplessità tal-prodott ikkonċernat u l-għadd kbir ta’ tipi ta’ prodotti jinvolvu riskju ta’ kumpens inkroċjat. L-impenn offrut mill-Grupp SAIC ma kien fih l-ebda impenn biex jiġi eliminat dan ir-riskju. L-offerta kienet tinkludi aġġustament tal-PMI bbażat fuq il-prezz tal-batteriji. Madankollu, il-prezzijiet tal-BEVs huma affettwati minn entrati ta’ kostijiet addizzjonali sostanzjali bi prezzijiet volatili li ma kinux indirizzati fl-offerta, u lanqas ma kienu indirizzati l-parametri referenzjarji u l-mezzi tagħhom biex jiġu mmonitorjati.

(1371)

Barra minn hekk, l-infurzar u l-monitoraġġ tal-impriżi jirrikjedu kooperazzjoni u trasparenza b’saħħithom bejn il-Kummissjoni u l-produttur esportatur. F’dan ir-rigward, u kif huwa deskritt fit-Taqsima 3.3.2, il-Grupp SAIC ma kkooperax bis-sħiħ mal-Kummissjoni matul l-investigazzjoni. Dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni jqajjem dubji qawwija dwar il-kapaċità futura tal-Grupp SAIC li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa li tkun tippermetti lill-Kummissjoni timmonitorja u timplimenta l-impenn b’mod xieraq. Għalhekk, kwalunkwe impenn offrut mill-kumpanija jista’ ma jkunx prattiku u ma jkunx infurzabbli.

(1372)

Ir-rimarki rigward l-impenn offrut mis-CCCME fil-premessi (1364)-(1368) ta’ dan ir-Regolament applikaw bl-istess mod għall-impenn offrut minn SAIC.

(1373)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-offerta sottomessa mill-Grupp SAIC ma kinitx adegwata u prattikabbli.

8.4.2.2.   SMART

(1374)

L-impenn offrut minn Smart kien jikkonsisti f’PMI għal kull wieħed mit-tipi ta’ prodotti (PCNs) immanifatturati u mibjugħa matul il-PI. Il-PMI kienu bbażati fuq il-prezz CIF medju tat-tipi ta’ prodotti fil-PI, aġġustat ’l isfel billi tnaqqsu l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, u tnaqqis fil-kost tal-materja prima. Għaldaqstant, il-livell ta’ dawn il-PMI ma rriżulta fl-ebda żieda fil-prezz għal livell li jkun adegwat biex jiġi eliminat l-effett dannuż tas-sussidjar.

(1375)

Barra minn hekk, il-Grupp Geely, li għalih jappartjenu l-produtturi esportaturi, ma kkooperax bis-sħiħ (ara t-Taqsima 3.3.3 ta’ dan ir-Regolament) mal-Kummissjoni, u b’hekk is-sejbiet tal-premessa (1371) ta’ dan ir-Regolament, huma applikabbli bl-istess mod.

(1376)

Fl-aħħar nett, kif diġà ġie stabbilit hawn fuq fil-premessa (1367) ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ offerti oħrajn, il-kumplessità tal-prodott ikkonċernat, l-għadd kbir ta’ tipi ta’ prodotti, il-mudelli (anke fi ħdan PCN wieħed li għalih ġie propost prezz tal-PMI wieħed), l-istruttura kumplessa tal-kumpaniji u l-kanali kummerċjali kumplessi jinvolvu riskju għoli ta’ kumpens inkroċjat.

(1377)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-offerta sottomessa minn Smart ma kinitx adegwata u prattikabbli.

8.4.2.3.   Volvo Car Asia Pacific Investment Holding Co.

(1378)

Volvo Car Asia Pacific Investment Holding Co. ippreżentat żewġ offerti, b’kull waħda minnhom tappartjeni għal marka speċifika.

8.4.2.3.1.   Offerta 1: Volvo Car Asia Pacific Investment Holding Co.

(1379)

L-offerta kienet tinkludi żewġ impenji alternattivi fuq il-prezz għal marka speċifika: L-għażla A b’PMI li jikkorrispondu għall-PCNs rilevanti kollha proposti fil-livell tal-prezz CIF stabbilit għall-Grupp Geely matul il-PI. L-għażla B kienet ibbażata wkoll fuq il-livell tal-prezzijiet CIF li magħhom żdied il-marġni tas-sussidju ddeterminat fl-investigazzjoni għall-Grupp Geely. L-impenji li jifdal kienu simili fiż-żewġ varjanti proposti tal-impenn.

(1380)

Ġie propost li l-applikazzjoni tal-impenn tiġi limitata għal perjodu ta’ 26 xahar u għal ċertu volum.

(1381)

Il-Kummissjoni osservat li l-PMI proposti kienu fl-istess livell bħall-prezz stabbilit matul l-investigazzjoni u għalhekk ma eliminawx l-effett dannuż tas-sussidjar.

(1382)

Imbagħad, il-Kummissjoni analizzat l-għażla B fejn ġew proposti PMI fil-livell CIF miżjuda bir-rata tas-sussidju ddeterminata għall-Grupp Geely. Madankollu, kemm l-għażla A kif ukoll l-għażla B kienu jinkludu aġġustament ’l isfel tal-valur CIF minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-batteriji. Barra minn hekk, il-proposti kienu jinkludu indiċjar tal-PMI, ibbażat fuq il-prezz tal-batteriji li kien meqjus inadegwat minħabba li l-proporzjon sostanzjali li jifdal tal-kostijiet tal-produzzjoni mhux biss huwa suxxettibbli għall-volatilità tal-prezzijiet iżda wkoll ma għandux parametri referenzjarji affidabbli u għodod effettivi ta’ monitoraġġ. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-impenn ma huwiex adegwat għall-istess raġunijiet kif diġà ssemma fil-premessi (1375)-(1376) ta’ dan ir-Regolament.

(1383)

Barra minn hekk, l-offerta kien fiha proposta biex tiġi vvalutata l-konformità mal-PMI mhux għal kull tranżazzjoni ta’ bejgħ individwali iżda fuq il-prezzijiet medji kull trimestru minħabba l-fatt li fi ħdan PCN wieħed hemm diversi mudelli b’meded differenti ta’ prezzijiet. Madankollu, dan il-mekkaniżmu jkun jippermetti lill-produttur esportatur li jesporta lejn l-Unjoni xi prodotti taħt il-PMI u xi wħud ’il fuq, li huwa kontra l-objettiv ewlieni tal-PMI u tal-impenn, jiġifieri li jżid il-prezz għal-livell li jelimina l-effett dannuż tas-sussidjar. Il-mekkaniżmu propost mhux biss kien jinvolvi riskju ta’ kumpens inkroċjat, iżda saħansitra għamlu legali.

(1384)

Barra minn hekk, il-Grupp Geely, li għalih jappartjeni l-produttur esportatur, ma kkooperax bis-sħiħ (ara t-Taqsima 3.3.3 ta’ dan ir-Regolament) mal-Kummissjoni, u għalhekk is-sejbiet kif diġà ssemma fil-premessa (1371) ta’ dan ir-Regolament huma applikabbli bl-istess mod.

(1385)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-offerta sottomessa minn Polestar ma kinitx adegwata u prattikabbli.

8.4.2.3.2.   Offerta 2: Volvo Car Asia Pacific Investment Holding Co

(1386)

It-tieni impenn fuq il-prezz l-“offerta 2” kien limitat għal marka speċifika oħra u simili għall-“offerta 1” deskritta hawn fuq, ukoll f’żewġ għażliet, li madankollu kienu limitati għal perjodu ta’ żmien saħansitra iqsar – sa tmiem l-2025.

(1387)

L-għażla A ma setgħetx tiġi aċċettata għall-istess raġunijiet kif deskritti fil-premessa (1381) ta’ dan ir-Regolament.

(1388)

Fl-offerta ġie propost li tiġi vvalutata l-konformità tal-prezzijiet tal-bejgħ mal-PMI abbażi tal-prezzijiet medji tat-trimestru peress li fi ħdan PCN wieħed hemm diversi mudelli b’meded differenti ta’ prezzijiet. Madankollu, dan il-mekkaniżmu jkun jippermetti lill-kumpanija tesporta lejn l-Unjoni xi prodotti taħt il-PMI u xi wħud ’il fuq, li huwa kontra l-objettiv ewlieni tal-impenn fuq il-prezz, jiġifieri li jiżdied il-prezz għal-livell li jelimina l-effett dannuż tas-sussidjar. Il-mekkaniżmu propost mhux biss kien jinvolvi riskju ta’ kumpens inkroċjat, iżda pjuttost għamlu legali.

(1389)

Fl-għażla A, ġie propost PMI fil-livell tal-prezz CIF fil-PI. Il-PMI propost ma elimina l-ebda livell ta’ sussidjar. Għall-kuntrarju, ġie propost aġġustament ’l isfel tal-valur CIF iddeterminat għall-Grupp Geely minħabba tnaqqis fil-prezzijiet tal-batteriji kif ukoll minħabba differenzi tekniċi tal-mudelli mibjugħa meta mqabbla ma’ mudelli oħrajn mibjugħa minn Geely. Barra minn hekk, l-offerta kien fiha diversi PMI għal PCNs differenti f’mudell wieħed, madankollu, ma kinitx tkopri l-PCNs kollha mibjugħa mill-grupp u lanqas il-PCNs kollha li mistennija jinbiegħu fil-mudell speċifiku.

(1390)

Fl-għażla B, il-marġni tas-sussidju żdied mal-valur CIF aġġustat (inkluż aġġustament ’l isfel minħabba tnaqqis fil-prezzijiet tal-batteriji kif ukoll minħabba differenzi tekniċi tal-mudelli mibjugħa meta mqabbla ma’ mudelli oħrajn mibjugħa minn Geely), madankollu l-offerta ta’ impenn kopriet biss PCN wieħed u għadd limitat tal-prodotti mibjugħa lill-Unjoni. Għalhekk, kien hemm riskju għoli ta’ kumpens inkroċjat.

(1391)

L-ebda waħda mill-għażliet ma qieset l-għadd totali ta’ mudelli mibjugħa mill-Grupp Geely fi ħdan il-PCNs inklużi fl-offerta. B’mod ġenerali, BEV hija prodott sofistikat ħafna, b’bosta mudelli li għandhom bosta konfigurazzjonijiet, li jirriżultaw f’differenzi sostanzjali fil-prezzijiet bejn it-tipi ta’ prodotti u l-mudelli, relatati wkoll mal-għażliet meħuda. L-għadd kbir ta’ tipi ta’ prodotti jinvolvi riskju għoli ta’ kumpens inkroċjat fost it-tipi ta’ prodotti differenti.

(1392)

Barra minn hekk, il-Grupp Geely għandu struttura korporattiva kumplessa ħafna b’diversi mijiet ta’ kumpaniji relatati u b’bosta kanali ta’ bejgħ fiċ-Ċina, fl-UE u fil-bqija tad-dinja. Din il-kumplessità, flimkien mal-fatt li l-Grupp Geely jipproduċi u jbigħ diversi prodotti (karozzi tal-kombustjoni, vetturi ibridi, eċċ.) u servizzi oħrajn permezz tal-istess kanali tal-bejgħ multipli u lill-istess klijenti kienet tinvolvi riskju għoli ta’ kumpens inkroċjat.

(1393)

Barra minn hekk, il-Grupp Geely, li għalih jappartjeni l-produttur esportatur, ma kkooperax bis-sħiħ (ara t-Taqsima 3.3.3 ta’ dan ir-Regolament) mal-Kummissjoni, għalhekk, is-sejbiet kif diġà ssemma fil-premessa (1371) ta’ dan ir-Regolament huma applikabbli bl-istess mod. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-offerta sottomessa minn Volvo ma kinitx adegwata u prattikabbli.

(1394)

Il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-applikanti kollha, li tistabbilixxi r-raġunijiet ta’ hawn fuq għaċ-ċaħda tal-offerti ta’ impenn tagħhom. L-applikanti kollha, kif ukoll il-Grupp Geely, issottomettew il-kummenti tagħhom. Dawn il-kummenti saru disponibbli għall-partijiet interessati fil-fajl tal-każ.

CCCME

(1395)

Fir-rigward tal-proposta tal-PMI u l-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni bħala inadegwata minħabba li l-proposta offriet PMI uniku għal diversi tipi u mudelli ta’ BEVs, is-CCCME asseriet li l-approċċ tagħha kien allinjat mal-prattiki tal-passat tal-UE u li kellu l-għan li jissimplifika l-implimentazzjoni tal-impenn fuq il-prezz. Madankollu, is-CCCME ppreżentat proposta riveduta li kienet tinkludi l-PMI għal kull PCN u kwota annwali tal-bejgħ bil-PMI.

(1396)

Fir-rigward tal-kumpens inkroċjat, is-CCCME asseriet li t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kumpens inkroċjat bejn il-BEVs ma kienx fondat, peress li l-proposta l-ġdida kien fiha PMI għal kull PCN, u għalhekk indirizzat b’mod effettiv din il-kwistjoni. Barra minn hekk, hija argumentat li t-trasparenza tas-suq tal-BEVs tal-UE u l-għadd limitat ta’ produtturi esportaturi magħrufa jkomplu jtaffu dan ir-riskju. Is-CCCME offriet li tinkludi klawżola fl-impenn li tirrikjedi li l-produtturi esportaturi inklużi fl-offerta ta’ impenn tagħha jipprovdu d-data tal-esportazzjoni totali tagħhom lill-UE, inklużi l-BEVs, il-vetturi ibridi u dawk li jaħdmu bil-petrol, għal finijiet ta’ verifika.

(1397)

Fir-rigward tal-monitoraġġ u l-konformità, is-CCCME asseriet li l-Kummissjoni għandha l-kapaċità li timmonitorja l-bejgħ u l-prezzijiet tal-BEV permezz ta’ varjetà ta’ bażijiet tad-data, u b’hekk tiżgura l-konformità u tiskoraġġixxi l-kumpens inkroċjat.

(1398)

Fir-rigward tal-inadegwatezza tal-indiċjar tal-PMI biss fuq il-prezzijiet tal-batteriji, is-CCCME argumentat li din il-proposta tagħha kienet immotivata mill-fatt li l-batteriji huma l-aktar komponent importanti tal-kost tal-BEVs. Bl-istess mod, hija argumentat li hemm preċedenti minħabba li f’każijiet oħrajn l-indiċjar tal-PMI kien marbut mal-materja prima ewlenija jew mal-komponent tal-prezz tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

(1399)

Fir-rigward tal-arranġamenti tal-kwantità, is-CCCME indikat ir-rieda tagħha li tiddiskuti u taġġusta r-rata tad-dazju kumpensatorju mnaqqas għall-arranġament tal-kwantità. Is-CCCME nnotat li l-Kummissjoni kienet sabet theddida ta’ dannu, mhux dannu attwali, lill-industrija tal-Unjoni u li l-PMI propost tagħha kien jirrifletti l-allegat sussidjar u kien maħsub biex ipaċih f’konformità mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Bl-istess mod, hija argumentat li l-proposta tagħha kienet tinkludi kemm komponent tal-prezz kif ukoll komponent tal-kwantità, u b’hekk indirizzat it-tħassib tal-Kummissjoni. Il-kwantità koperta mir-rati tad-dazju kumpensatorju kienet anqas mill-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-BEVs lejn l-UE fl-2022, li mhux suppost tikkawża dannu lill-industrija tal-UE.

(1400)

Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa l-kummenti li saru, iżda ma sabet l-ebda raġuni biex tbiddel il-konklużjonijiet tagħha kif stabbilit fit-Taqsima 8.4.1 hawn fuq. Is-CCCME għamlet tentattiv biex tindirizza xi raġunijiet għaċ-ċaħda billi ssottomettiet offerta ta’ impenn ġdida. Iżda din l-offerta saret wara l-iskadenza u diġà setgħet tiġi miċħuda għal din ir-raġuni. Madankollu, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-każ, il-Kummissjoni analizzatha u sabet li, għalkemm l-offerta l-ġdida ma kinitx għadha tinkludi PMI wieħed biss, iżda PMI wieħed għal kull PCN, u kienet aktar akkurata, xorta ma kinitx tindirizza għadd ta’ tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward tal-adegwatezza tal-offerta. B’mod partikolari, il-PMI aġġornati għal kull PCN kienu għadhom ibbażati fuq id-dazju medju ponderat, filwaqt li l-livelli speċifiċi ta’ dazju, b’mod partikolari, il-livell ogħla għall-Grupp SAIC, ma ġewx meqjusa. Għaldaqstant, il-PMI proposti mhux se jneħħu l-effetti dannużi tas-sussidji relatati ma’ għadd kbir ta’ bejgħ tal-esportazzjonijiet. Barra minn hekk, il-proposta xorta kien fiha kwota annwali ta’ bejgħ taħt il-livelli tal-PMI, li tista’ tibbenefika minn dazju inferjuri minn dak stabbilit fl-investigazzjoni. Għalhekk, anke l-offerta aġġornata ma kinitx meqjusa adegwata.

(1401)

Fir-rigward tal-imprattikabbiltà, il-Kummissjoni qieset li, anke f’xenarju fejn il-produtturi esportaturi kollha jikkooperaw bis-sħiħ, li ma kienx il-każ matul l-investigazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-infurzar, l-impenn xorta ma jkunx prattikabbli f’dan l-istadju, fid-dawl tal-għadd kbir ta’ tranżazzjonijiet, struttura u kanali tal-bejgħ ikkumplikati tal-produtturi esportaturi, l-inklużjoni ta’ kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li ma ġewx investigati, u l-varjetà wiesgħa ta’ mudelli, tipi ta’ prodotti u għażliet li għandhom jiġu inklużi.

Grupp SAIC

(1402)

Il-Grupp SAIC appoġġa l-offerta ta’ impenn tas-CCCME u wera r-rieda tiegħu li jaġġusta l-PMI ibbażati fuq il-PCN biex jelimina s-sussidjar li nstab fl-investigazzjoni u biex jesplora PMI alternattivi mal-Kummissjoni. Huwa ppropona wkoll li tiġi inkluża klawżola li tirrikjedi r-rapportar tal-bejgħ kollu tal-esportazzjoni lejn l-UE biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-implimentazzjoni effettiva tal-impenn.

(1403)

Il-Grupp SAIC argumenta li l-kwota annwali fl-offerta ta’ impenn tiegħu hija stabbilita f’livell mhux dannuż, li huwa ferm anqas mill-volum ta’ esportazzjoni ta’ BEVs tal-Grupp SAIC matul il-PI, u għalhekk ma għandu l-ebda effett dannuż fuq l-industrija tal-UE. Huwa argumenta wkoll li l-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-PMI bbażat fuq il-prezzijiet tal-batteriji huwa fattibbli peress li l-batteriji huma l-mutur ewlieni tal-kostijiet għall-BEVs.

(1404)

Il-Kummissjoni qieset l-argumenti tal-Grupp SAIC iżda kkonfermat fin-nuqqas ta’ proposta ġdida jew aġġornata l-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fit-Taqsima 8.4.2.1 hawn fuq. B’mod partikolari, fid-dawl tal-fatt li l-Grupp SAIC ikkoopera parzjalment biss fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma qablitx mad-dikjarazzjoni tiegħu li t-trasparenza u l-implimentazzjoni effettiva tal-impenn jistgħu jiġu żgurati. Barra minn hekk, il-kwota annwali tal-bejgħ taħt il-PMI li tista’ tibbenefika minn livell ta’ dazju mnaqqas kienet tfisser li l-effett dannuż tas-sussidjar ma jiġix eliminat kompletament.

Smart Automobile Co., Ltd. (“Smart”) (il-Grupp Geely)

(1405)

Smart talbet lill-Kummissjoni biex tivvaluta mill-ġdid l-offerta, filwaqt li tqis l-asserzjonijiet tagħha li l-kumpanija topera indipendentement mill-Grupp Geely u jenħtieġ li ma titqiesx bħala parti minnha. Barra minn hekk, il-kumpanija argumentat li tista’ tiggarantixxi trasparenza sħiħa fir-rigward tal-kanali tal-bejgħ u l-ipprezzar tagħha, u b’hekk tiżgura konformità sħiħa u prattiċità tal-impenn. Barra minn hekk, il-kumpanija nnotat li l-prezzijiet tal-bejgħ kurrenti tagħha fis-suq tal-Unjoni Ewropea kienu allinjati ma’ dawk tal-kompetituri diretti tagħha, jew ogħla minnhom, u kienet miftuħa li tiddiskuti kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-PMI.

(1406)

Il-Kummissjoni qieset bir-reqqa l-argumenti mressqa minn Smart, iżda kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha kif stabbilit fit-Taqsima 8.4.2.2 hawn fuq. B’mod partikolari, il-livell tal-PMI proposti ma rriżulta fl-ebda żieda fil-prezz għal livell li jkun adegwat biex jiġi eliminat l-effett dannuż tas-sussidjar. Barra minn hekk, offerta ta’ impenn ta’ kumpanija ma tistax tiġi vvalutata b’mod indipendenti mill-grupp jew mill-kumpanija li hija s-sid u tamministra s-sit tal-produzzjoni fejn il-prodotti kkonċernati jkunu qegħdin jiġu prodotti qabel ma jiġu esportati lejn l-Unjoni.

Volvo Car Asia Pacific Investment Holding Co (Grupp Geely)

—   Offerta 1

(1407)

Il-kumpanija asseriet li ma hemm l-ebda riskju ta’ kumpens inkroċjat bejn il-Grupp Geely u l-marka li għaliha rreferiet l-offerta minħabba li l-prezzijiet tal-karozzi huma stabbiliti fuq il-bażi ta’ prinċipji stabbiliti tal-ipprezzar tat-trasferimenti, li jiżguraw trasparenza u konformità ma’ diversi liġijiet u regolamenti. Is-sistema kontabilistika tal-kumpanija tal-marka tista’ tittraċċa l-prezz imħallas mill-klijenti għal kull karozza, u b’hekk tipprevjeni l-kumpens inkroċjat. Barra minn hekk, bħala kumpanija elenkata indipendenti, il-kumpanija hija soġġetta għal rekwiżiti ta’ divulgazzjoni estensivi u standards kontabilistiċi stretti, u t-tranżazzjonijiet bejn il-kumpanija u l-partijiet relatati huma rregolati minn liġijiet u politiki li jiżguraw il-prinċipji ta’ distakkament. Il-kumpanija għandha wkoll linji gwida u politiki interni fis-seħħ biex tipprevjeni l-kumpens inkroċjat. Bl-istess mod, l-istruttura korporattiva u l-kanali tal-bejgħ tagħha huma sempliċi u ma jinvolvux lill-Grupp Geely usa’. Ir-rekords finanzjarji tal-kumpanija jippermettu lill-Kummissjoni tivverifika l-konformità mal-impenn fuq il-prezz.

(1408)

Fir-rigward tal-livell adegwat tal-offerta ta’ impenn, il-kumpanija asseriet li l-prezzijiet proposti fl-għażla A jeliminaw b’mod effettiv kwalunkwe theddida ta’ dannu kif stipulat fl-aħħar paragrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Dawn il-prezzijiet ma humiex imfassla biex jindirizzaw is-sussidjar. Barra minn hekk, peress li l-prezzijiet tal-mudell tal-marka huma diġà għoljin, l-inklużjoni tal-marġni tas-sussidju (għażla B) ikkalkolat mill-Kummissjoni f’dawn il-prezzijiet diġà għoljin tkun tirriżulta f’livelli ta’ PMI irraġonevoli. L-aġġustamenti li saru lill-PMI proposti kienu meħtieġa, b’mod partikolari biex jitqiesu d-differenzi sinifikanti bejn il-prezz tal-batteriji matul il-PI u l-prezzijiet kurrenti, u ma jaffettwawx it-tneħħija tat-theddida ta’ dannu.

(1409)

Il-kumpanija asseriet li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Grupp Geely kien irrilevanti għall-offerta tagħha ta’ impenn fuq il-prezz. L-infurzar tal-impenn fuq il-prezz ma jeħtieġx l-involviment tal-Grupp Geely, ħlief għall-iffirmar ta’ fatturi ċċertifikati. Hija argumentat ukoll li l-verifika tal-konformità mat-termini tal-impenn tista’ titwettaq kompletament permezz tal-kwartieri ġenerali tal-UE tal-marka tagħha, li kkooperaw bis-sħiħ matul l-investigazzjoni.

(1410)

Il-Kummissjoni qieset bir-reqqa dawn il-kummenti, iżda kkonfermat il-konklużjoni tagħha kif stabbilita fit-Taqsima 8.4.2.3 hawn fuq. B’mod partikolari, fir-rigward tal-prattikabbiltà tal-impenn, il-Kummissjoni ma qablitx mad-dikjarazzjoni li l-infurzar tal-impenn fuq il-prezz ma jeħtieġx l-involviment tal-Grupp Geely. Offerta ta’ impenn ta’ kumpanija ma tistax tiġi vvalutata, immonitorjata u infurzata b’mod indipendenti mill-grupp jew mill-kumpanija li hija s-sid u tamministra s-sit tal-produzzjoni fejn il-prodotti kkonċernati jkunu qegħdin jiġu prodotti qabel ma jiġu esportati lejn l-Unjoni.

(1411)

Fir-rigward tal-adegwatezza tal-offerta, il-Kummissjoni qieset li għadd tal-mudelli kkonċernati mill-PMI għadhom ma ġewx esportati lejn l-Unjoni fil-PI, li għamel l-istabbiliment ta’ PMI adegwat diġà partikolarment diffiċli. Barra minn hekk, peress li l-livelli proposti tal-PMI fl-għażla A kienu aktar baxxi mill-prezzijiet CIF fil-PI li fuqhom kienu bbażati l-PMI, il-Kummissjoni tenniet li din l-offerta ma kinitx adegwata peress li ma eliminatx l-effett dannuż tas-sussidji. L-għażla B kienet tinkludi l-ammont ta’ sussidjar li nstab matul il-PI, iżda wkoll aġġustament ’l isfel abbażi tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-batteriji wara l-PI. Dan tal-aħħar naqqas l-effett tar-reviżjoni ’l fuq tal-prezz meħtieġ biex jiġi eliminat l-effett dannuż tas-sussidji u rriżulta f’PMI li ma eliminax bis-sħiħ il-livell ta’ sussidjar li nstab fil-PI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat, abbażi tad-data disponibbli (178), li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-batteriji ma kienx rifless fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lill-klijenti finali. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tal-prezz ta’ materjali ta’ input oħrajn minbarra batteriji b’impatt sostanzjali fuq il-kost totali tal-produzzjoni ma kinitx meqjusa. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-asserzjoni li PMI ma huwiex meħtieġ jikkumpensa s-sussidjar iżda jenħtieġ li jitqies adegwat jekk jelimina kwalunkwe theddida ta’ dannu, il-Kummissjoni ma qablitx u saħqet li, bħala regola, ir-regola tad-dazju inferjuri ma tiġix applikata f’investigazzjonijiet antisussidji. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, f’termini ġenerali, l-effett dannuż tas-sussidji jista’ jiġi eliminat biss permezz ta’ tneħħija sħiħa tal-livell ta’ sussidjar li nstab fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda bażi fattwali biex jiġi limitat il-PMI għall-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe theddida ta’ dannu, peress li l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda sejba dwar il-livelli tal-prezzijiet mhux dannużi f’din l-investigazzjoni.

Volvo Car Asia Pacific Investment Holding Co (Grupp Geely)

—   Offerta 2

(1412)

Il-kumpanija asseriet li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-riskju ta’ kumpens inkroċjat ma kinitx korretta. Hija argumentat li l-prezzijiet għall-mudell tal-BEV inkwistjoni huma stabbiliti b’mod trasparenti abbażi tal-prinċipji stabbiliti tal-prezzijiet tat-trasferiment, u kull klijent jixtri BEV waħda, u dan jagħmel il-kumpens inkroċjat fil-livell tal-klijent impossibbli. Bħala kumpanija elenkata indipendenti, il-kumpanija taderixxi ma’ liġijiet li jipprojbixxu l-kumpens inkroċjat. Hija enfasizzat il-konformità tagħha ma’ liġijiet u regolamenti estensivi. Il-kultura tal-kumpanija ta’ konformità ma’ direttivi u politiki interni tkompli tipprevjeni l-kumpens inkroċjat. It-tranżazzjonijiet kollha jiġu rreġistrati bir-reqqa fir-rekords finanzjarji, u b’hekk il-Kummissjoni tkun tista’ tivverifika l-konformità.

(1413)

Il-kumpanija argumentat ukoll li l-ambitu tal-impenn huwa limitat, bil-PMI jkun qrib il-prezz tas-suq, u b’hekk jillimita l-potenzjal għal marġnijiet għoljin b’mod artifiċjali. Barra minn hekk, l-impenn kien ta’ durata u volum limitati, u kompla jnaqqas ir-riskju ta’ kumpens inkroċjat. L-esklużjoni ta’ ċerti PCNs mill-impenn fuq il-prezz kellha l-għan li tiżgura l-konformità mal-PMI, u l-verifika tal-kumpens inkroċjat bejn il-PCNs kienet fattibbli minħabba differenzi fiżiċi sinifikanti u numri tas-serje individwali.

(1414)

Il-kumpanija argumentat li l-Kummissjoni tista’ tivverifika li l-prezz tal-mudell inkwistjoni ma jvarjawx bejn tipi differenti ta’ bejjiegħa bl-imnut. Minkejja l-kumplessità tal-istruttura tal-Grupp Geely, l-istruttura tal-kumpanija tal-marka u l-kanali tal-bejgħ jibqgħu sempliċi u indipendenti mill-Grupp Geely usa’.

(1415)

Il-kumpanija asseriet ukoll li l-PMI propost taħt l-għażla A kien imfassal biex ineħħi t-theddida ta’ dannu u mhux biex jelimina s-sussidjar u li l-livell għoli ta’ sussidjar li nstab għall-Grupp Geely kien parzjalment ibbażat fuq l-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Il-mudell ikkonċernat kien ipprezzat fil-quċċata tas-segment tiegħu, u l-prezzijiet CIF użati biex jiġu ddeterminati l-PMI kienu diġà għoljin ħafna. Jekk il-marġni għoli ta’ sussidju kkalkolat mill-Kummissjoni jiżdied ma’ dawn il-prezzijiet diġà għoljin dan iwassal għal livelli ta’ PMI irraġonevoli. L-aġġustamenti għall-PMI kienu meħtieġa biex jirriflettu d-differenzi fil-prezzijiet tal-batteriji u fil-karatteristiċi fiżiċi bejn il-mudell ikkonċernat u l-mudelli mibjugħa mill-grupp fil-PI. Dawn l-aġġustamenti ma jaffettwawx it-tneħħija tat-theddida ta’ dannu.

(1416)

Fl-aħħar nett, il-kumpanija asseriet li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-impenn fuq il-prezz minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Grupp Geely kienet irrilevanti. Il-kumpanija argumentat li l-infurzar jirrikjedi parteċipazzjoni minima tal-Grupp Geely u l-konformità tista’ tiġi vverifikata kompletament permezz tal-kwartieri ġenerali tal-marka tagħha fl-UE, li kkooperaw bis-sħiħ matul l-investigazzjoni.

(1417)

Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa l-argumenti mressqa, iżda kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fit-Taqsima 8.4.2.4 hawn fuq. B’mod partikolari, fir-rigward tal-prattikabbiltà tal-impenn, il-Kummissjoni ma qablitx mad-dikjarazzjoni li l-infurzar tal-impenn fuq il-prezz ma jeħtieġx l-involviment tal-Grupp Geely. Offerta ta’ impenn ta’ kumpanija ma tistax tiġi vvalutata, immonitorjata u infurzata b’mod indipendenti mill-grupp jew mill-kumpanija li hija s-sid u tamministra s-sit tal-produzzjoni fejn il-mudell ikkonċernat ġie prodott qabel ma jiġi esportat lejn l-Unjoni.

(1418)

Fir-rigward tal-adegwatezza tal-offerta, il-Kummissjoni qieset li l-mudell ikkonċernat ma kienx esportat lejn l-Unjoni fil-PI, li għamel l-istabbiliment ta’ PMI adegwat diġà partikolarment diffiċli. Barra minn hekk, peress li l-livelli proposti tal-PMI fl-għażla A kienu aktar baxxi mill-prezzijiet CIF fil-PI li fuqhom kienu bbażati l-PMI, il-Kummissjoni tenniet li din l-offerta ma kinitx adegwata peress li ma eliminatx l-effett dannuż tas-sussidji. L-għażla B kienet tinkludi l-ammont ta’ sussidjar li nstab matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda aġġustat ’l isfel, abbażi tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-batteriji wara l-PI u d-differenzi fiżiċi bejn il-mudell ikkonċernat u l-mudelli mibjugħa mill-grupp fil-PI li abbażi tagħhom ġew stabbiliti l-PMI. Dawn l-aġġustamenti ’l isfel naqqsu l-effett tar-reviżjoni ’l fuq tal-prezz meħtieġ biex jiġi eliminat l-effett dannuż tas-sussidji kif stabbilit fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, kif diġà ġie indikat fil-premessa (1411) hawn fuq, il-Kummissjoni osservat li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-batteriji, kif asserit mill-kumpanija, ma kienx rifless fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lill-klijenti finali. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tal-prezz ta’ materjali ta’ input oħrajn minbarra l-batteriji ma kinitx meqjusa. Għalhekk, l-indiċjar propost ġie kkunsidrat li huwa inadegwat.

(1419)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-asserzjoni li PMI ma huwiex meħtieġ jikkumpensa s-sussidjar iżda jenħtieġ li jitqies adegwat jekk jelimina kwalunkwe theddida ta’ dannu, il-Kummissjoni ma qablitx u saħqet li, bħala regola, ir-regola tad-dazju inferjuri ma tiġix applikata f’investigazzjonijiet antisussidji. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, f’termini ġenerali, l-effett dannuż tas-sussidji jista’ jiġi eliminat biss permezz ta’ tneħħija sħiħa tal-livell ta’ sussidjar li nstab fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda bażi fattwali biex jiġi limitat il-PMI għall-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe theddida ta’ dannu, peress li l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda sejba dwar il-livelli tal-prezzijiet mhux dannużi f’din l-investigazzjoni.

Grupp Geely

(1420)

Il-Grupp Geely, għalkemm ma ssottomettiex offerta f’isem il-grupp, esprima d-dispjaċir tiegħu li l-Kummissjoni qieset l-offerti ta’ impenn bħala insuffiċjenti. Il-Grupp Geely tenna li huwa jappoġġa bis-sħiħ il-kumpaniji tal-portafoll tiegħu u li baqa’ impenjat li jsib soluzzjoni ta’ impenn li tkun tissodisfa lill-Kummissjoni. Huwa ma qabilx mal-asserzjoni li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali jkollu impatt negattiv fuq l-impenn. Il-Grupp Geely asserixxa li kkoopera bis-sħiħ f’dak li kien każ mingħajr preċedent f’termini ta’ ambitu, kumplessità u skadenzi stretti.

8.4.2.4.   Konklużjoni dwar l-offerti ta’ impenn fuq il-prezz

(1421)

Wara li analizzat l-offerti fid-dawl tal-kummenti tal-partijiet, il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa ta’ adegwatezza, effettività u infurzabbiltà. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-offerti ta’ impenn fuq il-prezz ma setgħux jiġu aċċettati.

(1422)

Madankollu, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tas-suq tal-BEVs, li jinsab fi tranżizzjoni u li qiegħed jevolvi b’pass imgħaġġel, il-kumplessità tal-prodott, u fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku, jinsabu għaddejjin konsultazzjonijiet bil-għan li jiġu identifikati impenji fuq il-prezzijiet li huma effettivi u infurzabbli. Soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku mal-GTĊ fil-forma ta’ impenn mas-CCCME u/jew ma’ produtturi esportaturi individwali tista’ tiġi identifika u implimentata anke wara l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi. Jekk tiġi identifikata u implimentata soluzzjoni bħal din, id-dazji kumpensatorji ma jinġabrux għall-produtturi esportaturi kkonċernati fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli, inkluż l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku.

8.5.   Sospensjoni tal-miżuri

(1423)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ, is-CCCME, il-Kumpanija 22 u Polestar asserew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tissospendi l-miżuri, jekk jiġu imposti, f’konformità mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament bażiku.

(1424)

Skont il-GTĊ u s-CCCME, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li s-suq tal-Unjoni tal-BEVs kien f’fażi ta’ tranżizzjoni u kien qiegħed jevolvi kontinwament. Barra minn hekk, huma qiesu li l-kundizzjonijiet tas-suq inbidlu minħabba t-tnaqqis qawwi fid-domanda għall-BEVs, li jkun aggravat mill-miżuri kumpensatorji, li min-naħa tagħhom iwasslu għal prezzijiet ogħla li jillimitaw saħansitra aktar il-provvista ta’ BEVs affordabbli fis-suq tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, huma asserew li din is-sitwazzjoni pperikolat il-fattibbiltà tal-pjan ta’ eliminazzjoni gradwali tal-ICE sal-2035 u, għalhekk, is-sospensjoni tal-miżuri kienet fl-interess tal-Unjoni.

(1425)

Il-Kummissjoni sabet li l-asserzjoni għal sospensjoni skont l-Artikolu 24(4) tar-Regolament bażiku kienet ġenerika u mhux issostanzjata fir-rigward tat-tnaqqis qawwi fid-domanda għall-BEVs (kienet ibbażata biss fuq artiklu tal-istampa rigward is-suq Ġermaniż f’Lulju tal-2024 (179)).

(1426)

Polestar qieset ukoll li l-kundizzjonijiet tas-suq inbidlu mill-perjodu ta’ investigazzjoni u li l-industrija tal-BEVs kienet fi spirali negattiv. Skont Polestar, din ix-xejra negattiva saret viżibbli biss fl-2024, sabiex f’dan l-istadju l-protezzjoni kienet se tidħol malajr wisq u jkollha effett oppost għal dak maħsub, billi tnaqqas it-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni u tagħmilha anqas kompetittiva. Barra minn hekk, jekk il-miżuri jiġu sospiżi għal perjodu qasir ikun anqas probabbli li t-theddida ta’ dannu timmaterjalizza f’dannu attwali. Il-miżuri jistgħu jipprovdu ftit nifs lill-produtturi tal-Unjoni biss ladarba jerġa’ lura l-momentum pożittiv għat-tranżizzjoni lejn l-elettrifikazzjoni. Polestar speċifikat li hija appoġġat l-objettiv tal-investigazzjoni fid-dawl tat-tranżizzjoni tal-Unjoni għall-elettrifikazzjoni f’kundizzjonijiet ġusti, iżda fittxet sospensjoni ta’ 9 xhur, li tiġi estiża ulterjorment wara għall-perjodu massimu ta’ sena, peress li kien meħtieġ aktar żmien mit-tul tal-investigazzjoni għal Polestar u għall-OEMs tal-Unjoni biex jaġġustaw għas-sitwazzjoni l-ġdida. Għalhekk, din is-sospensjoni tkun fl-interess tal-Unjoni.

(1427)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-industrija tal-Unjoni għandha bżonn qawwi li tilħaq l-ekonomiji ta’ skala, sabiex tnaqqas il-kost unitarju tal-produzzjoni tagħha, li min-naħa l-oħra jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas potenzjalment il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Jekk il-Kummissjoni ma timponix miżuri kumpensatorji, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tipproduċi u tbigħ biżżejjed BEVs sabiex tikseb dawn l-ekonomiji ta’ skala u tnaqqas il-prezzijiet fil-futur. Għalhekk, f’sitwazzjoni bħal din, sospensjoni tal-miżuri immedjatament wara l-impożizzjoni, anke għal perjodu qasir, trendi irrelevanti kwalunkwe effett pożittiv tal-miżura u ddewwem saħansitra aktar ir-restawr ta’ kundizzjonijiet tas-suq ġusti fl-UE sabiex il-produtturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ekonomiji ta’ skala li jnaqqsu l-kost unitarju tal-produzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-asserzjoni ta’ sospensjoni ta’ Polestar dehret li tissodisfa s-sitwazzjoni speċifika tagħha u l-ħtiġijiet bħala importatur relatat. Madankollu, ma applikatx għat-totalità tal-industrija tal-Unjoni, magħmula kemm mill-OEMs tal-Unjoni li jimportaw kif ukoll minn dawk li ma jimportawx miċ-Ċina, kif ukoll kemm minn OEMs storiċi li qegħdin jagħmlu tranżizzjoni għall-elettrifikazzjoni u minn manifatturi tal-BEVs oriġinali.

(1428)

Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-asserzjoni għal sospensjoni.

8.6.   Durata tal-miżuri

(1429)

Il-Grupp Geely talab lill-Kummissjoni biex tibbilanċja aħjar il-miżuri proposti billi tillimita d-durata tagħhom.

(1430)

Il-Kummissjoni nnotat li din it-talba ma kinitx issostanzjata u ma spjegatx għaliex din id-durata limitata tkun biżżejjed biex tiġi indirizzata t-theddida ta’ dannu mill-importazzjonijiet Ċiniżi ssussidjati bi prezz baxx. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

9.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(1431)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (180), meta ammont ikun irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(1432)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni dwar il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa impost dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija, iddisinjati prinċipalment għat-trasport ta’ disa’ persuni jew anqas, inkluż is-sewwieq, minbarra l-vetturi tal-kategorija L skont ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 u l-muturi, bi propulsjoni (irrispettivament mill-għadd ta’ roti mċaqalqa) minn mutur elettriku wieħed biss jew aktar, inklużi dawk b’estensur tal-awtonomija b’kombustjoni interna (unità ta’ potenza awżiljarja), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8703 80 10 (il-kodiċi TARIC 8703 80 10 10) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju kumpensatorju definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC definittiva

Il-Grupp BYD:

17,0  %

 

BYD Auto Company Limited

89HH

BYD Auto Industry Company Limited

89HI

Changsha BYD Auto Company Limited

89HJ

Changsha Xingchao Auto Company Limited

89HK

Changzhou BYD Auto Company Limited

89HL

Fuzhou BYD Industrial Company Limited

89HM

Hefei BYD Auto Company Limited

89HN

Jinan BYD Auto Company Limited

89HO

Il-Grupp Geely:

18,8  %

 

Asia Euro Automobile Manufacture (Taizhou) Company Limited

89HP

Chongqing Lifan Passenger Vehicle Co., Ltd.

89HQ

Fengsheng Automobile (Jiangsu) Co., Ltd.

89HR

Shanxi New Energy Automobile Industry Co., Ltd.

89HS

Zhejiang Geely Automobile Company Limited

89HT

Zhejiang Haoqing Automobile Manufacturing Company Limited

89HU

Zhongjia Automobile Manufacturing (Chengdu) Co., Ltd.

89HV

Il-Grupp SAIC:

35,3  %

 

SAIC MAXUS Automotive Company Limited

89HW

SAIC Motor Corporation Limited

89HX

Nanjing Automobile (Group) Corporation

89HY

SAIC Volkswagen Automotive Co., Ltd.

89HZ

SAIC GM Wuling Automobile Co., Ltd.

89IA

SAIC General Motors Co., Ltd.

89IB

Tesla (Shanghai) Co., Ltd

7,8  %

89BZ

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw (Anness)

20,7  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

35,3  %

8999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti permezz tad-dazji kumpensatorji provviżorji skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1866 għandhom jiġu rrilaxxati b’mod definittiv.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  In-Notifika tal-Bidu ta’ proċediment antisussidji li jirrigwarda l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija maħsuba għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2023/160, 4.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/160/oj).

(3)  It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għal theddida ta’ dannu materjali jew dewmien materjali fl-istabbiliment ta’ industrija kif stabbilit fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament bażiku.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1866 tat-3 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1866, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1866/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/785 tal-5 ta’ Marzu 2024 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija maħsuba għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2024/785, 6.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/785/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1394 tal-11 ta’ Awwissu 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ siliċju kkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea jew mit-Tajwan kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 211, 12.8.2022, p. 86).

(7)  Kif ġie spjegat fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni tas-sussidjar u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2023 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “il-PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

(8)  t24.004547.

(9)  Din l-informazzjoni ġiet speċifikata fil-formola tal-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni li saret disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ fil-bidu tal-investigazzjoni.

(10)  Ara d-Dokument ta’ Bidu, pp. 2-4.

(11)   ĠU C, C/2023/160, 4.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/160/oj, it-Taqsima 1.

(12)  Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jiddetermina r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(13)  L-ittra tal-Kummissjoni lill-esportaturi inklużi fil-kampjun “Commission - Letter to the sampled exporters AS689” tal-25 ta’ Ottubru 2024, b’referenza TRON t23.005030.

(14)  It-tweġiba tal-Grupp Geely għall-ittra tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-fatti disponibbli “AS689 – SENSITIVE – Geely Group - Article 28 letter response” tat-30 ta’ April 2024, b’referenza TRON t24.003464.

(15)   https://ev-database.org.

(16)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2023/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni (ĠU L 110, 25.4.2023, p. 5).

(18)  t24.007656 (fajl kunfidenzjali li kien viżibbli għall-partijiet interessati fil-lista ta’ dokumenti kunfidenzjali). Il-Kummissjoni ħolqot verżjoni mhux kunfidenzjali tal-email li turi li ġie riċevut id-dokument t24.007777.

(19)  t24.007652.

(20)   https://www.electrive.com/2023/09/08/seres-arrives-at-the-iaa-with-two-new-electric-suvs/

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

(22)  Ir-Regolament bażiku, l-Artikolu 28(1); il-Ftehim SCM, l-Artikolu 12.7; Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, Mexico – Anti-Dumping Measures on Rice, il-punt 291; Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Carbon Steel (India), il-punt 4.416.

(23)  Ir-Rapport tal-Bord, US –Anti-Dumping and Countervailing Duties (China), il-punt 15.23.

(24)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorji impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1), il-premessi (46) – (48); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1), il-premessi (110) u (112).

(25)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(26)  Is-sottomissjoni tas-26 ta’ Lulju 2024, in-numru ta’ ssejvjar t24.006419.

(27)  Ir-Rapport tal-Korp ta’ Appell, US – Anti-Dumping and Countervailing Duties (China), il-punt 317; Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Carbon Steel (India), il-punti 4.9 u 4.29; Ir-Rapport tal-Bord, US – Pipes and Tubes (Turkey), il-punt 7.11., ir-Rapport tal-Korp ta’ Appell, US – Countervailing Measures (China) (Article 21.5), il-punt 5.96 (li jirreferi għar-Rapport tal-Korp ta’ Appell, US – Carbon Steel (India), il-punt 4.29), ir-Rapport tal-Korp ta’ Appell, US – Anti-Dumping and Countervailing Duties (China), il-punt 317., ir-Rapport tal-Korp ta’ Appell, US – Carbon Steel (India), il-punt 4.29.] Anti-Dumping and Countervailing Duties (China), il-punt 317., ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Carbon Steel (India), il-punt 4.29.

(28)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Anti-Dumping and Countervailing Duties (China), il-punt 290; Ir-Rapport tal-Bord, US – Countervailing Measures (China) (Article 21.5 – China), il-punt 7.19.

(29)  Ara n-noti 156 u 157 f’qiegħ il-paġna tar-Regolament provviżorju.

(30)   https://www.caixinglobal.com/2018-12-14/china-sets-up-new-forex-reserve-investment-arm-101358989.html.

(31)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Anti-Dumping and Countervailing Duties (China), il-punt. 310.

(32)  Ara t24.006247, Kummenti tal-GTĊ dwar id-divulgazzjoni provviżorja, il-punt 92.

(33)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690.

(34)  Ir-Rapport tal-Bord, Korea – Commercial Vessels, il-punt 7.368 – 7.370.

(35)  Ir-Rapport tal-Bord, US – Countervailing Measures (China), il-punti 7.396-7.402.

(36)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Countervailing Measures (China) (Article 21.5-China), il-punt 5.103.

(37)   guide_to_credit_rating_essentials_digital.pdf (spglobal.com), aċċessat fl-10 ta’ Settembru 2024, p. 7.

(38)   Idem, p. 10.

(39)   Idem, p. 9.

(40)  Ara t24.006247, Kummenti tal-GTĊ dwar id-divulgazzjoni provviżorja, il-punt 92.

(41)  Ir-Rapport tal-Bord, EC and certain member States – Large Civil Aircraft, il-punt 7.919.

(42)  Ir-Rapport tal-Bord, EC and certain member States – Large Civil Aircraft, il-punt 7.919.

(43)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Carbon Steel (India), il-punt 4.244 u r-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Carbon Steel (India), il-punti 4.185-4.186, 4.208. Ara wkoll: Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, Softwood Lumber IV, il-punt 106; Ir-Rapport tal-Bord, US – Anti-Dumping and Countervailing Duties (China), il-punti 10.187.

(44)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690, il-premessa (256) (“Il-każ tat-tajers”).

(45)   https://corporatefinanceinstitute.com/resources/commercial-lending/commitment-fee/#:~:text=The%20percentage%20fee%20generally%20varies,of%20the%20undisbursed%20loan%20amount.

(46)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Anti-Dumping and Countervailing Measures (China), il-punt 489.

(47)   https://www.ca-cib.fr/sites/default/files/2023-12/China%20tariff%20change%20notification%2025%20December%202023%20%28EN%29.pdf u https://www.citi.com.cn/html/en/pdf/CITI_PricingGuide_SC_v9.pdf.

(48)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5), il-premessa (299). Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776, il-premessa (354).

(49)   https://pic.bankofchina.com/bocappd/report/202403/P020240328682010029214.pdf, p. 266.

(50)   https://www.abchina.com/cn/businesses/financing/dsttradefinace/200909/t20090914_787491.htm.

(51)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Anti-Dumping and Countervailing Duties (China), il-punt. 354.

(52)  Ara l-Kawża E-bikes, il-premessa (316), u l-kawża GFF, il-premessa (407), it-tnejn ikkwotati rispettivament fin-noti ta’ qiegħ il-paġna 12 u 159 tar-Regolament provviżorju.

(53)   http://www.pbc.gov.cn/en/3688253/3689009/4180845/4821853/2023031716595159517.pdf.

(54)   https://www.gov.cn/gongbao/content/2011/content_1860734.htm.

(55)  Ara n-nota 51 f’qiegħ il-paġna.

(56)  Shen, W., Conceptualizing the Regulatory Thicket: China’s Financial Markets after the Global Financial Crisis, Routledge, Londra, New York, 2021, p. 74.

(57)  Amstad, M., u He, Zh., Chinese Bond Market and Interbank Market, NBER, Working Paper 25549, Frar 2019, p. 10; disponibbli minn https://www.nber.org/system/files/working_papers/w25549/w25549.pdf (aċċessat fl-24 ta’ Awwissu 2023).

(58)  9 Things to know about China’s Bond Market, Allianz Global Investors, il-15 ta’ Ottubru 2021, p. 3; disponibbli minn 9-things-to-know-about-chinas-bond-markets.pdf (allianzgi.com) (aċċessat fl-24 ta’ Awwissu 2023). Sors oriġinali: CEIC, Wind, Citi Research.

(59)  98/C 394/04 (ĠU C 394, 17.12.1998, p. 6).

(60)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1).

(61)  G/SCM/W/Rev.2*.

(62)  L-Artikolu 7 jinkludi l-kategoriji li ġejjin: (a) kwalunkwe tariffa għall-applikazzjoni jew kostijiet oħrajn neċessarjament imġarrba biex wieħed jikkwalifika għas-sussidju, jew biex jinkiseb is-sussidju; u (b) taxxi, dazji, jew imposti oħrajn fuq l-esportazzjoni tal-prodott lejn l-Unjoni, li huma speċifikament maħsuba biex jikkumpensaw is-sussidju.

(63)  L-Artikolu 5 tal-EIT.

(64)  L-Artikolu 8 tal-EIT.

(65)  L-Artikolu 1260 tal-Kodiċi Ċivili.

(66)  Is-Sentenza tal-Qorti (Prim Awla), it-3 ta’ April 2014, Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea.

(67)   shanghai.gov.cn/english2019/pdf/2021-ShanghaiBasicFacts.pdf, aċċessat l-aħħar fid-9 ta’ Awwissu 2024.

(68)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni aġġornat dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final (ir-“Rapport dwar iċ-Ċina”) – il-Kapitolu 4, it-Taqsima 4.3.1, p. 92-97.

(69)  Ara http://www.npc.gov.cn/englishnpc/constitution2019/201911/1f65146fb6104dd3a2793875d19b5b29.shtml.

(70)  Disponibbli fuq: http://www.npc.gov.cn/npc/kgfb/202203/0ff47fbc69b443e3b9a99bef91adcb26.shtml.

(71)  Disponibbli fuq https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/content_5665166.htm.

(72)   https://english.www.gov.cn/state_council/2014/08/23/content_281474983035940.htm.

(73)  Ministry set to stabilize price hikes affecting auto industry, il-Kunsill Statali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-25 ta’ April 2022. Disponibbli fuq https://english.www.gov.cn/statecouncil/ministries/202204/25/content_WS62664ddcc6d02e5335329e3a.html.

(74)  Ara https://www.cnmn.com.cn/ShowNews1.aspx?id=452307.

(75)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1618 tat-8 ta’ Awwissu 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, tal-karbur tat-tungstenu mdewweb u tal-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 9.8.2023, p. 48).

(76)   “L-ewwel nett, [il-Kumitat tal-Partit tal-Assoċjazzjoni] jenfasizza li t-tmexxija tal-Partit tal-Assoċjazzjoni tista’ tissaħħaħ biss, mhux tiddgħajjef, u jikteb l-aderenza mat-tmexxija tal-Partit u t-tisħiħ tal-bini tal-Partit fil-karta tal-Assoċjazzjoni, filwaqt li jiċċara l-istatus legali tal-organizzazzjoni tal-Partit fl-istruttura ta’ governanza tal-Assoċjazzjoni; it-tieni, l-organizzazzjoni tal-Partit hija inkorporata fl-istruttura ta’ governanza tal-Assoċjazzjoni, it-tmexxija tal-Partit hija integrata fir-rabtiet speċifiċi tal-governanza tal-Assoċjazzjoni, u x-xogħol kollu tal-bini tal-Partit huwa kkonkretizzat, standardizzat u istituzzjonalizzat; it-tielet, [il-Kumitat tal-Partit tal-Assoċjazzjoni] jeduka u jiggwida lill-membri, lill-uffiċjali u lill-ħaddiema tal-Partit biex jirrealizzaw bil-qawwa li t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina hija l-aktar karatteristika essenzjali tas-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi u l-akbar vantaġġ tas-sistema soċjalista b’karatteristiċi Ċiniżi. Dejjem irridu nafdaw lill-Partit, inħobbu lill-Partit, u naħdmu għall-Partit”, sors imsemmi fin-nota 71 f’qiegħ il-paġna.

(77)   https://www.lgchem.com/upload/file/introduce/2020_IntroductionofLGChem_ENG%5B7%5D.pdf.

(78)  Ara https://www.chinanews.com.cn/auto/2014/07-04/6350650.shtml.

(79)   https://www.businesskorea.co.kr/news/articleView.html?idxno=204581; https://jw.ijiwei.com/n/882555#:~:text=Chinese%20battery%20makers%20see%20European,in%20first%20half%20of%202023&text=(JW%20Insights)%20Oct%2030%20%2D%2D,SNE%20Research%20on%20October%2029.

(80)   https://www.atlanticcouncil.org/blogs/energysource/what-us-tariffs-on-chinese-batteries-mean-for-decarbonization-and-taiwan/#:~:text=Chinese%20Lithium%2Dion%20Battery%20Exports%20to%20USMCA%20(Billion%20USD)&text=According%20to%20the%20US%20Census,2023%2C%20as%20measured%20in%20value.

(81)   https://english.www.gov.cn/services/doingbusiness/202102/24/content_WS6035f101c6d0719374af97b2.html.

(82)  Hija disponibbli traduzzjoni bl-Ingliż fuq https://www.industry.gov.au/sites/default/files/adc/public-record/exhibit_d8.2_-_central_government_pricing_catalogue_-_2020.pdf.

(83)   https://fgw-fujian-gov-cn.translate.goog/zfxxgkzl/zfxxgkml/bwgfxwj/202212/t20221215_6079792.htm?_x_tr_sch=http&_x_tr_sl=auto&_x_tr_tl=en&_x_tr_hl=en&_x_tr_pto=wapp.

(84)  Rapport tal-Korp tal-Appell, United States – Final Countervailing Duty Determination with Respect to Certain Softwood Lumber from Kanada, WT/DS257/AB/R, il-punt 102.

(85)  Ara l-premessa (492), u b’mod partikolari n-nota 72 f’qiegħ il-paġna, li turi li s-sehem mis-suq tal-produtturi Ċiniżi tal-batteriji fl-UE kien qrib l-40 %.

(86)  Ara https://www.baiyinqu.gov.cn/XZJDBMDW/bmdw/byqgyhxxhj/fdzdgknr/lzyj/zcfg/art/2023/art_167c3aa7ceed4497a6cec6779167f187.html.

(87)  Ibid.

(88)  Ara https://www.cnmn.com.cn/ShowNews1.aspx?id=452307.

(89)   “L-ewwel nett, [il-Kumitat tal-Partit tal-Assoċjazzjoni] jenfasizza li t-tmexxija tal-Partit tal-Assoċjazzjoni tista’ tissaħħaħ biss, mhux tiddgħajjef, u jikteb l-aderenza mat-tmexxija tal-Partit u t-tisħiħ tal-bini tal-Partit fil-karta tal-Assoċjazzjoni, filwaqt li jiċċara l-istatus legali tal-organizzazzjoni tal-Partit fl-istruttura ta’ governanza tal-Assoċjazzjoni; it-tieni, l-organizzazzjoni tal-Partit hija inkorporata fl-istruttura ta’ governanza tal-Assoċjazzjoni, it-tmexxija tal-Partit hija integrata fir-rabtiet speċifiċi tal-governanza tal-Assoċjazzjoni, u x-xogħol kollu tal-bini tal-Partit huwa kkonkretizzat, standardizzat u istituzzjonalizzat; it-tielet, [il-Kumitat tal-Partit tal-Assoċjazzjoni] jeduka u jiggwida lill-membri, lill-uffiċjali u lill-ħaddiema tal-Partit biex jirrealizzaw bil-qawwa li t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina hija l-aktar karatteristika essenzjali tas-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi u l-akbar vantaġġ tas-sistema soċjalista b’karatteristiċi Ċiniżi. Dejjem irridu nafdaw lill-Partit, inħobbu lill-Partit, u naħdmu għall-Partit”, sors imsemmi fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna.

(90)  Ara https://www.xiangtan.gov.cn/427/428/25384/25890/content_1270225.html.

(91)  Ibid.

(92)  Ara https://www-hunan-gov-cn.translate.goog/zqt/zcsd/202204/t20220415_22737172.html?_x_tr_sl=auto&_x_tr_tl=en&_x_tr_hl=en&_x_tr_pto=wapp.

(93)  Ara https://www-yn-gov-cn.translate.goog/ztgg/fdbnl/ynxd/202212/t20221211_251627.html?_x_tr_sl=auto&_x_tr_tl=en&_x_tr_hl=en&_x_tr_pto=wapp.

(94)  Ibid.

(95)  Ara https://www.yn.gov.cn/ztgg/jdbytjwhjc/cyh/xgzx/202312/t20231208_291411.html.

(96)  Ibid.

(97)  EU- Ripe Olives, EU First Written Submission, il-punti 190 u 193.

(98)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Aircraft (Second Complaint), il-punt 753.

(99)  Ara Risen Energy Co., Ltd, plaintiff, JA Solar Technology Yangzhou Co., Ltd., et al., consolidated plaintiffs, vs. United States, Consol. Slip Op. 23-148, https://www.cit.uscourts.gov/sites/cit/files/23-148.pdf.

(100)  Il-Kawża #C-570-980, Rieżami Amministrattiv tal-Ordni dwar id-Dazju kumpensatorju fuq iċ-Ċelloli Fotovoltajċi tas-Siliċju Kristallin, kemm jekk Immuntati f’Moduli kif ukoll jekk le, mill-Memorandum tad-Deċiżjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għar-Riżultati Finali.

(101)  L-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar Kwistjonijiet relatati mal-Eżenzjoni u t-Tnaqqis fit-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi fuq id-Dħul mit-Trasferiment tat-Teknoloġija.

(102)  Lista ta’ intrapriżi eliġibbli hija disponibbli online fuq http://www.jiyu-ip.com/index.php/Index/newsDeil/id/767.

(103)   https://shanghai.chinatax.gov.cn/zcfw/zcfgk/qysds/202012/t456327.html.

(104)   https://shanghai.chinatax.gov.cn/zcfw/zcfgk/qysds/202011/t455875.html.

(105)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1519 tal-14 ta’ Settembru 2015 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 99); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1267 tad-29 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 2.8.2021, p. 62).

(106)  Ir-Rapporti tal-Korp tal-Appell tad-WTO, US – Softwood Lumber IV, il-punti 140-143; US — Washing Machines, il-punt 5.268.

(107)  t24.001622.

(108)  Ara wkoll, mutatis mutandis, WT/DS294/AB/RW, US — Zeroing (l-Artikolu 21.5 DSU), ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tal-14 ta’ Mejju 2009, il-punt 453.

(109)   https://www.electrive.com/2024/05/08/fisker-faces-insolvency-in-austria/

(110)  t24.007103.

(111)   https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ds-056120__custom_12487127/default/table?lang=en.

(112)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1896 tal-11 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċertu klorur tal-polivinil (polyvinyl chloride, “PVC”) li joriġina mill-Eġittu u mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L, 2024/1896, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1896/oj).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/493 tat-12 ta’ Frar 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/493, 13.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/493/oj).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/265 tad-9 ta’ Frar 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fl-Indja u fit-Turkija (ĠU L 41, 10.2.2023, p. 1).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1).

(113)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/111 tat-18 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu xaħmi li joriġina mill-Indoneżja (ĠU L 18, 19.1.2023, p. 1 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 193/2009 tal-11 ta’ Marzu 2009 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 67, 12.3.2009, p. 22).

(114)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 116).

(115)  t24.006738.

(116)  t24.005464.

(117)  t24.007104.

(118)  Ir-Rapport tal-Korp ta’ Appell, China – GOES, il-punt 141.

(119)  Ir-Rapport tal-Bord, Russia – Commercial Vehicles, il-punt 7.61.

(120)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, 31.1.2009, p. 1).

(121)   https://ev-database.org/#sort:path~type~order=.rank~number~desc|make-checkbox-dropdown:pathGroup=.mg|rs-price:prev~next=10000~100000|rs-range:prev~next=0~1000|rs-fastcharge:prev~next=0~1500|rs-acceleration:prev~next=2~23|rs-topspeed:prev~next=110~350|rs-battery:prev~next=10~200|rs-towweight:prev~next=0~2500|rs-eff:prev~next=100~350|rs-safety:prev~next=-1~5|paging:currentPage=0|paging:number=10.

(122)   https://news.mgmotor.eu/press/the-exceptional-design-of-the-mg4-electric-in-detail/

(123)  Fejn il-karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-PCN ma kinux disponibbli mir-risposta għall-kwestjonarju tal-BYD, dawn inkisbu mill-EV database (http://ev-database.org).

(124)   https://www.byd.com/eu/news-list/BYD_DOLPHIN_Agile_and_Versatile.html.

(125)   https://www.transportenvironment.org/uploads/files/2024_06_EV_market_briefing.pdf.

(126)  Bħal “prodotti Veblen” u “prodotti Giffen”.

(127)  Ir-rata ta’ tkabbir annwali komposta hija r-rata ta’ tkabbir annwali medja fuq perjodu itwal minn sena.

(128)   https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/teilm140__custom_12792223/default/table?lang=en.

(129)  Fl-asserzjoni ġiet speċifikata l-2024, madankollu l-Kummissjoni kienet temmen li dan kien żball klerikali peress li t-tielet trimestru tal-2024 ma kienx kopert mill-investigazzjoni.

(130)  Il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni huwa kejl tas-saħħa u d-direzzjoni tar-relazzjoni ta’ żewġ varjabbli u jista’ jvarja minn +1 (korrelazzjoni pożittiva perfetta, jiġifieri ż-żewġ varjabbli jimxu perfettament fl-istess direzzjoni) sa -1 (korrelazzjoni negattiva perfetta, jiġifieri ż-żewġ varjabbli jimxu perfettament fid-direzzjoni opposta). Il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni bejn is-sehem mis-suq trimestrali tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq trimestrali tal-importazzjonijiet Ċiniżi bbażat fuq il-konsum apparenti huwa ta’ –0,78, li jissuġġerixxi korrelazzjoni negattiva ħafna, jiġifieri meta jiżdied is-sehem mis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq Ċiniż jonqos.

(131)   https://www.reuters.com/business/autos-transportation/volkswagens-german-battery-plant-stay-half-capacity-amid-cost-pressures-2024-09-06/

(132)   https://www.reuters.com/business/autos-transportation/volkswagen-warns-possible-plant-closures-germany-2024-09-02/

(133)   https://www.reuters.com/business/autos-transportation/ev-battery-maker-acc-halts-german-factory-delays-italy-plant-2024-06-04/

(134)   https://www.acea.auto/files/20230201_PRPC-fuel_Q4-2022_FINAL-1.pdf

https://www.acea.auto/files/20230419_PRPC_2303-FINAL.pdf

https://www.acea.auto/files/20230719_PRPC_2306-FINAL.pdf

https://www.acea.auto/files/Press_release_car_registrations_September_2023.pdf

https://www.acea.auto/files/Press_release_car_registrations_full_year_2023.pdf

https://www.acea.auto/files/Press_release_car_registrations_March_2024.pdf

https://www.acea.auto/files/Press_release_car_registrations_June_2024.pdf

Wieħed għandu jinnota li d-data rappurtata minn ACEA tvarja kemxejn minn sors għal ieħor.

(135)   https://www.bbc.com/news/world-middle-east-67614911.

(136)  Id-data minn S&P Global Mobility hija koperta bid-drittijiet tal-awtur u għalhekk ma tistax tiġi żvelata fid-dettall. Madankollu, il-partijiet interessati jistgħu jixtru tali data.

(137)   https://www.reuters.com/business/autos-transportation/slump-electric-car-demand-hits-mercedes-sales-q2-2024-07-10/

(138)   https://edition.cnn.com/2024/09/02/investing/volkswagen-factory-closure-germany/index.html.

(139)  t24.005473.

(*1)  Id-data għall-ewwel u t-tieni trimestru tal-2024 ma hijiex disponibbli pubblikament, għalhekk, sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tad-data għal Tesla, il-Kummissjoni kellha tirrapporta d-data rispettiva għal Tesla u għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi relatati mal-OEMs tal-ICE tal-Unjoni li qegħdin jagħmlu tranżizzjoni għall-produzzjoni tal-BEVs ukoll f’meded, għaliex inkella d-data ta’ Tesla tista’ tiġi kkalkulata bi tnaqqis.

(140)  Osservatorju Ewropew tal-Fjuwils Alternattivi tal-Kummissjoni Ewropea, “Europe EV Sales Analysis: Key In-sights on June 2024 Registrations”, l-14 ta’ Awwissu 2024, disponibbli fuq https://alternative-fuels-observatory.ec.europa.eu/general-information/news/europe-ev-sales-analysis-key-insights-june-2024-registrations#:~:text=In%20June%202024%2C%20the%20European,modest%20growth%20of%204%25%20YoY.

(141)  Osservatorju Ewropew tal-Fjuwils Alternattivi tal-Kummissjoni Ewropea, “Europe EV Sales Analysis: Key In-sights on June 2024 Registrations”, l-14 ta’ Awwissu 2024, disponibbli fuq https://alternative-fuels-observatory.ec.europa.eu/general-information/news/europe-ev-sales-analysis-key-insights-june-2024-registrations#:~:text=In%20June%202024%2C%20the%20European,modest%20growth%20of%204%25%20YoY.

(142)  PwC - Strategy & “Electric Vehicles Sales Review Q2 2024” Lulju 2024, disponibbli fuq https://www.strategyand.pwc.com/de/en/industries/automotive/electric-vehicle-sales-review-2024-q2.html, il-paġna 6.

(143)   https://www.reuters.com/business/autos-transportation/trudeau-says-canada-impose-100-tariff-chinese-evs-2024-08-26/#:~:text=OTTAWA%2C%20Aug%2026%20(Reuters),steel%20and%20aluminum%20from%20China.

(144)  Ir-Rapport tal-Bord, Dominican Republic – AD on Steel Bars (Costa Rica), il-punt 7.290.

(145)   https://www.reuters.com/business/autos-transportation/teslas-china-made-ev-sales-jump-687-yy-december-2024-01-03/#:~:text=Tesla’s%20ambitious%20plans%20to%20expand,the%20Reuters%20Auto%20File%20newsletter.

(146)   https://www.strategyand.pwc.com/de/en/industries/automotive/electric-vehicle-sales-review-2023-q4.html.

(147)  t24.007106.

(148)  Ir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1).

(149)   https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/european-green-deal_mt.

(150)   https://www.autobild.de/artikel/carwow-mg4-electric-kostenlos-leasen-26258097.html.

(151)  Ir-Rapport tal-Korp ta’ Appell, China – HP-SSST (Japan-EU), il-punt 5.262.

(152)   https://cnevpost.com/2023/06/29/tesla-to-equip-revamped-model-3-catl-m3p-battery-report/

(153)   https://asia.nikkei.com/Business/Automobiles/Tesla-relies-on-China-for-40-of-battery-supply-chain-analysis/

(154)   https://news.az/news/tesla-supplier-panasonic-energy-set-to-launch-mass-production-of-high-capacity-ev-batteries.

(155)  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, “Rapport Speċjali 15/2023: Il-politika industrijali tal-UE dwar il-batteriji”, id-19 ta’ Ġunju 2023.

(156)  Transport & Environment, “Strike a balance: Trade agreements for resilient and responsible supply chains”, il-25 ta’ Ġunju 2023.

(157)   https://www.stellantis.com/en/news/press-releases/2024/july/leapmotor-international-ships-the-first-batch-of-leapmotor-electric-vehicles-from-china-to-europe-this-month.

(158)   https://europe.autonews.com/automakers/bmw-ev-sales-surge-while-mercedes-and-audi-struggle u https://electrek.co/2024/07/10/bmw-outpaces-luxury-rivals-porsche-audi-ev-sales-spike-q2/

(159)   https://www.euronews.com/business/2024/05/15/stellantis-and-leapmotor-to-sell-electric-cars-in-europe-from-september.

(160)  B’mod partikolari, it-taqsimiet III.2 u III.3 tal-kummenti tal-Kumpanija 18, u l-paragrafu 70 tal-Kumpanija 24.

(161)   https://europe.autonews.com/automakers/porsche-waters-down-ev-ambitions-says-transition-will-take-years.

(162)   https://europe.autonews.com/automakers/stellantis-boosts-gearbox-output-hybrids-ev-sales-slow.

(163)   https://europe.autonews.com/automakers/vw-plans-entry-level-bev-despite-collapsed-renault-talks.

(164)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/336 tas-27 ta’ Frar 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 50, 28.2.2017, p. 18), il-premessa (163); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 53), il-premessi (145) u (149); u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 348/2000 tal-14 Frar 2000 li jimponi dazju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet u tubi bla saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar bla lega li joriġinaw mill-Kroazja u l-Ukrajna u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost (ĠU L 45, 17.2.2000, p. 1), il-premessi (30) u (39).

(165)   https://www.beuc.eu/press-releases/eu-tariffs-chinese-electric-cars-must-ultimately-lead-more-competitive-and.

(166)   https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/qanda_24_4302.

(167)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2007 li [t]temm il-proċediment ta’ kontra d-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ fibri sintetiċi tal-poliesteri ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (il-PSF) li joriġinaw mill-Malażja u t-Tajwan u li jirrilaxxa l-ammonti assigurati permezz tad-dazji proviżorji imposti (ĠU L 160, 21.6.2007, p. 30), il-premessi minn (15) sa (29) u (40).

(168)  Il-QEA, Rapport Speċjali 15/2023: Il-politika industrijali tal-UE dwar il-batteriji – Jinħtieġ impetu strateġiku ġdid, 2023, disponibbli fuq: https://www.eca.europa.eu/mt/publications?ref=SR-2023-15.

(169)   https://www.reuters.com/business/autos-transportation/ev-battery-maker-acc-halts-german-factory-delays-italy-plant-2024-06-04/

(170)   https://europe.autonews.com/suppliers/northvolt-may-slow-growth-plan-evs-sales-stumble.

(171)   https://europe.autonews.com/automakers/mercedes-cautious-battery-expansion-plans-ev-demand-slumps.

(172)   https://www.businesstimes.com.sg/companies-markets/europes-biggest-electric-car-battery-maker-mulls-new-products-demand-wanes.

(173)   https://www.theguardian.com/environment/article/2024/jul/03/jim-ratcliffes-ineos-pulls-launch-of-fusilier-electric-suv.

(174)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-regola tad-dazju inferjuri riveduta fl-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji fl-UE - Rieżami u evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikoli 7(2a), 8(1) u 9(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 u tat-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 12(1), tat-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 13(1), u tat-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016, COM/2023/294 final, disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52023DC0294.

(175)   https://autonews.gasgoo.com/m/70031853.html.

(176)   https://volkswagengroupchina.com.cn/en/partner/volkswagenanhui.

(177)   Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi/Wetstraat 170, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.

(178)   https://ev-database.org.

(179)   https://cleantechnica.com/2024/08/07/evs-at-19-1-share-in-germany-bevs-still-overpriced.

(180)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


ANNESS

PRODUTTURI ESPORTATURI ĊINIŻI LI KKOOPERAW MHUX INKLUŻI FIL-KAMPJUN

Produttur esportatur li kkoopera

Produtturi relatati

Definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Aiways Automobile Co., Ltd.

Aiways Automobile Co., Ltd.

89FW

Jiangxi Yiwei Automobile Manufacturing Co., Ltd.

89FX

Anhui Jianghuai Automobile Group Corp., Ltd.

Anhui Jianghuai Automobile Group Co., Ltd.

89FY

Volkswagen (Anhui) Automotive Co., Ltd

89FZ

BMW Brilliance Automotive Ltd.

BMW Brilliance Automotive Ltd.

89GA

Brilliance Xinri New Energy Automobile Co., Ltd.

89GB

Spotlight Automotive Ltd.

89GC

Chery Automobile Co., Ltd.

Chery Automobile Co., Ltd.

89GD

Chery New Energy Automobile Co., Ltd

89GE

China FAW Corporation Limited

Audi FAW NEV Co., Ltd.

89GF

Changan Mazda Automobile Corporation Ltd.

89GG

China FAW Corporation Limited

89GH

FAW Toyota Motor Co., Ltd.

89GI

FAW-Volkswagen Automotive Co., Ltd

89GJ

Jiangsu Guoxin New Energy Passenger Car Co., Ltd.

89GK

Chongqing Changan Automobile Company Limited

Chongqing Changan Automobile Company Limited

89GL

Chongqing Lingyao Automobile Co., Ltd.

89GM

Hefei Chang ‘an Automobile Co., Ltd.

89GN

Nanjing Chang ‘an Automobile Co., Ltd.

89GO

Dongfeng Motor Group Co., Ltd.

Seres Auto (Hubei) Co., Ltd.

89GP

Dongfeng Honda Automobile Co., Ltd.

89GQ

Dongfeng Liuzhou Motor Co., Ltd.

89GR

Dongfeng Motor Company Ltd.

89GS

Dongfeng Motor Group Co., Ltd.

89GT

Dongfeng Peugeot Citroen Automobile Company Ltd.

89GU

eGT New Energy Automotive Co., Ltd.

89GV

Seres Auto Co., Ltd.

89GW

Voyah Automobile Technology Co., Ltd.

89GX

Great Wall Motor Company Limited

Great Wall Motor Company Limited Taizhou Branch

89GY

Hebei Changzheng Automobile Manufacturing Co. LTD

89GZ

Rizhao Weipai Automobile Co., Ltd.

89HA

Leapmotor Automobile Co., Ltd.

Leapmotor Automobile Co., Ltd.

89BW

Nanjing Golden Dragon Bus Co., Ltd.

Nanjing Golden Dragon Bus Co., Ltd.

89BX

NIO Holding Co., Ltd.

NIO (Anhui) Co., Ltd.

89HB

NIO Co., Ltd.

89HC

NIO Technology (Anhui) Co., Ltd.

89HD

XPeng Inc.

XPeng Inc.

89HE

Zhaoqing Xiaopeng New Energy Investment Co., Ltd.

89HF

Zhaoqing Xiaopeng New Energy Investment Co., Ltd. Guangzhou Branch

89HG


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2754/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)