|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2695 |
15.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2695
tal-14 ta’ Ottubru 2024
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 (1) li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi. |
|
(2) |
Il-miżuri restrittivi stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 japplikaw sas-16 ta’ Ottubru 2024. Abbażi ta’ rieżami ta’ dawk il-miżuri, jenħtieġ li l-validità tagħhom tiġi estiża sas-16 ta’ Ottubru 2025. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 8
1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-16 ta’ Ottubru 2026. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Il-miżuri stipulati fl-Artikoli 2 u 3 għandhom japplikaw fir-rigward tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness sas-16 ta’ Ottubru 2025.
2. L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(7), (8) u (9) fir-rigward tal-Artikolu 3(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull 12-il xahar, jew fuq it-talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, jew tal-Kummissjoni, wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2695/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)