|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2683 |
15.10.2024 |
DEĊIŻJONI (UE) 2024/2683 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-8 ta’ Ottubru 2024
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/1 li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2024/26)
Il-kunsill governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127 u l-Artikolu 132(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 flimkien mal-Artikoli 3.1 u 12.3, u l-Artikolu 34 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) stabbiliet il-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għall-Ewrosistema (minn hawn’ il quddiem is-“SEBĊ-PKI”) biex tirregola l-ħruġ u l-immaniġġjar ta’ ċertifikati elettroniċi li huma meħtieġa għall-aċċess u l-użu ta’ applikazzjonijiet elettroniċi, sistemi, pjattaformi u servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema bi kritikalità medja jew ogħla minn dik medja. |
|
(2) |
It-teknoloġija użata mis-SEBĊ-PKI waslet fit-tmiem tagħha u ġiet sostitwita. Għaldaqstant huwa meħtieġ li tiġi introdotta awtorità ġdida għaċ-ċertifikazzjoni online tas-SEBĊ-PKI (minn hawn’ il quddiem l-“awtorità għaċ-ċertifikazzjoni online tas-SEBĊ-PKI V1.2”), li għandha wkoll tikkunsidra li l-validità ta’ tliet snin taċ-ċertifikati maħruġa għas-SEBĊ u għal utenti li mhux tas-SEBĊ u komponenti tekniċi taħt awtorità għaċ-ċertifikazzjoni online tas-SEBĊ-PKI ma jistgħux jiskadu aktar tard mill-iskadenza taċ-ċertifikat ta’ dik l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni online tas-SEBĊ-PKI nnifisha. Iċ-ċertifikat tal-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni online tas-SEBĊ-PKI eżistenti jiskadi fit-22 ta’ Lulju 2026, u minn hemm ’il quddiem l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni online tas-SEBĊ-PKI V1.2 tkun l-unika awtorità għaċ-ċertifikazzjoni online tas-SEBĊ-PKI, sakemm jiskadi ċ-ċertifikat tagħha. |
|
(3) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2013/1 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Anness għad-Deċiżjoni BĊE/2013/1 huwa ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Ottubru 2024.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Deċiżjoni BĊE/2013/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Jannar 2013 li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (ĠU L 74, 16.3.2013, p. 30).
ANNESS
“ANNESS
Informazzjoni dwar l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni online tas-SEBĊ-PKI, inkluża l-identità tagħha, u l-komponenti tekniċi tagħha
L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI hija identifikata fiċ-ċertifikat tagħha bħala l-emittent u ċ-ċavetta privata tagħha tintuża għall-firma ta’ ċertifikati. L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI hija responsabbli għal:
|
(i) |
ħruġ ta’ ċertifikati ta’ ċavetti privati u pubbliċi; |
|
(ii) |
ħruġ ta’ listi ta’ revoka; |
|
(iii) |
ġenerazzjoni ta’ pari ta’ ċwievet assoċjati ma’ ċertifikati speċifiċi, eż. dawk li jeħtieġu rkupru ta’ ċavetta; |
|
(iv) |
żamma tar-responsabbiltà ġenerali għas-SEBĊ-PKI u biex tiżgura li r-rekwiżiti kollha meħtieġa biex titħaddem jintlaħqu. |
L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI tinkludi l-individwi kollha, il-politika, il-proċeduri u s-sistemi ta’ kompjuter fdati bil-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi u l-assenjazzjoni tagħhom lis-sottoskritti taċ-ċertifikati.
L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI tinkludi tliet komponenti tekniċi:
1.
L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tar-Root tas-SEBĊ-PKI: Din l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni, fl-ewwel livell, toħroġ biss ċertifikati għaliha nfisha u l-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni subordinati tagħha. Din tkun operattiva biss meta twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha stess iddefiniti b’mod ristrett. Id-datata l-aktar sinifikanti tagħha hija:|
Distinguished name (Isem distint) |
CN = ESCB-PKI ROOT CA, O = EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C = EU |
|
Serial number (Numru tas-serje) |
4431 9C5F 91E8 162 F 4E00 73F6 6AB8 71D8 |
|
Distinguished name of issuer (Isem distint tal-emittent) |
CN = ESCB-PKI ROOT CA, O = EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C = EU |
|
Validity period (Perijodu ta’ validità) |
From 21-06-2011 12:35:34 to 21-06-2041 12:35:34 |
|
Message digest (SHA-1) (Kumpilazzjoni tal-messaġġ (SHA-1)) |
3663 2FBA FB19 BDBC A202 3994 1926 ED48 4D72 DD4B |
|
Message digest (Kumpilazzjoni tal-messaġġ (SHA-256)) |
7963 2A97 1D12 A889 9724 BB35 C37B 51D2 3E21 4DF9 20C3 2450 093E 0EA7 49FB AAEB |
|
Cryptographic algorithms (Algoritmi kriptografiċi) |
SHA-256/RSA 4096 |
2.
L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni Online tas-SEBĊ-PKI: Din l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni, fit-tieni livell, hija subordinata għall-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tar-ROOT tas-SEBĊ-PKI. Hija responsabbli biex toħroġ ċertifikati tas-SEBĊ-PKI għall-utenti. Dan ser jiskadi fit-22 ta’ Lulju 2026. Id-data l-aktar sinifikanti tagħha hija:|
Distinguished name (Isem distint) |
CN = ESCB-PKI ONLINE CA, O = EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C = EU |
|
Serial number (Numru tas-serje) |
660C 9B12 9A0 A 6C21 5509 38DD 54A0 ED2D |
|
Distinguished name of issuer (Isem distint tal-emittent) |
CN = ESCB-PKI ROOT CA, O = EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C = EU |
|
Validity period (Perijodu ta’ validità) |
From 22-07-2011 12:46:35 to 22-07-2026 12:46:35 |
|
Message digest (SHA-1) (Kumpilazzjoni tal-messaġġ (SHA-1)) |
E976 D216 4A5F 62DA C058 6BE0 EC10 EF24 36B8 12AC |
|
Message digest (SHA-256) (Kumpilazzjoni tal-messaġġ (SHA-256)) |
1335 26DC 99E9 CC36 62F8 F5FA 2006 3005 BA90 E663 2BF3 4F18 A84B A39B 5FAA 5700 |
|
Cryptographic algorithms (Algoritmi kriptografiċi) |
SHA-256/RSA 4096 |
3.
L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni Online tas-SEBĊ-PKI V1.2: Din l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni, fit-tieni livell, hija subordinata għall-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tar-ROOT tas-SEBĊ-PKI. Hija responsabbli biex toħroġ ċertifikati SEBĊ-PKI għall-utenti. Wara t-22 ta’ Lulju 2026, hija l-unika awtorità taċ-ċertifikazzjoni online tas-SEBĊ-PKI, sal-iskadenza tagħha. Id-data l-aktar sinifikanti tagħha hija:|
Distinguished name (Isem distint) |
CN = ESCB-PKI ONLINE CA V1.2, O = EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C = EU |
|
Serial number (Numru tas-serje) |
1121 4958 04E1 E706 695 D D1D1 2997 FAEF 6653 |
|
Distinguished name of issuer (Isem distint tal-emittent) |
CN = ESCB-PKI ROOT CA, O = EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C = EU |
|
Validity period (Perijodu ta’ validità) |
From 08-06-2023 17:07:00 to 08-06-2038 17:07:00 |
|
Message digest (SHA-1) (Kumpilazzjoni tal-messaġġ (SHA-1)) |
DC92 042 E 6316 CB60 F8F6 109 B 8C43 F3C6 AF2F B2F3 |
|
Message digest (SHA-256) (Kumpilazzjoni tal-messaġġ (SHA-256)) |
96B7 8E9C F914 ED4D 072D 93C8 C531 DEEF D102 7571 7218 A202 0924 3216 99D8 1C48 |
|
Cryptographic algorithms (Algoritmi kriptografiċi) |
SHA-256/RSA 4096 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2683/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)