|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2672 |
9.10.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2672
tat-8 ta’ Ottubru 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/1716. |
|
(2) |
Il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet fir-rigward ta’ żewġ persuni fiżiċi u entità waħda tiġi aġġornata. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1716 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2024
Għall-Kunsill
Il-President
VARGA M.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2”, l-entrati 5 u 12 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2”, l-entrata 2 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2672/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)