European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2661

15.10.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2661

tal-14 ta’ Ottubru 2024

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1039/2012 (2), il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Permezz tar-Regolament (UE) 2019/59 (3) il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) estendiet il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) wara rieżami ta’ skadenza (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”).

(3)

Id-dazji anti-dumping fis-seħħ bħalissa huma f’rati li jvarjaw bejn it–12,6 % u s–56,2 %, fuq importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, 21,2 % fuq il-kumpaniji li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun u 61,4 % fuq il-kumpaniji l-oħrajn kollha fiċ-Ċina.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (4), il-Kummissjoni irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba għal rieżami ġiet ippreżentata fis-17 ta’ Ottubru 2023 mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Manifatturi tar-Radjaturi tal-Aluminju (“l-applikant”) f’isem l-Unjoni tal-industrija tar-radjaturi tal-aluminju skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(6)

Billi ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fit-12 ta’ Jannar 2024 il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika tal-Bidu”). (5)

1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (PIR) u perjodu kkunsidrat

(7)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.5.   Partijiet interessati

(8)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lil produtturi tal-Unjoni magħrufa oħrajn, lill-produtturi magħrufa fiċ-Ċina, lill-awtoritajiet taċ-Ċina u lil importaturi magħrufa dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw.

(9)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti relatati mal-kummerċ.

1.6.   Kampjunar

(10)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hemm mnejn li hija tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(11)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni.

(12)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping, il-kriterju użat għall-għażla tal-kampjun kien ir-rappreżentattività f’termini tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni bejn l-1 ta’ Ottubru 2022 u t-30 ta’ Settembru 2023.

(13)

Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni, li kollha jinsabu fl-Italja, u kien jammonta għal aktar minn 65 % tal-produzzjoni totali stmata tal-prodott simili fl-Unjoni.

(14)

Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw fuq il-kampjun provviżorju. Billi ma wasal l-ebda kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun magħżul b’mod provviżorju bħala l-kampjun definittiv.

1.6.2.   Kampjunar tal-importaturi

(15)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni stiednet lil importaturi mhux relatati u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom biex jippreżentaw ruħhom u biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Ma ppreżenta ruħu l-ebda importatur mhux relatat.

1.6.3.   Il-kampjunar ta’ produtturi fiċ-Ċina

(16)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi kollha fiċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Ma waslet l-ebda tweġiba.

(17)

Konsegwentement, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet taċ-Ċina li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, hija kienet beħsiebha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku meta teżamina l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping. Ma waslet l-ebda reazzjoni.

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(18)

Il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, kif ukoll dawk għall-importaturi, l-utenti u l-produtturi fiċ-Ċina saru disponibbli online fil-jum tal-bidu. (6)

(19)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(20)

Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(21)

La l-GTĊ u lanqas kwalunkwe produttur fiċ-Ċina ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju.

1.8.   Verifika

(22)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni.

(23)

Il-Kummissjoni wettqet żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini ta’ tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun:

Fondital S.p.A, Brescia, l-Italja

Global di Fardelli Ottorino & Co, S.r.l, Bergamo, l-Italja

Radiatori 2000 S.p.A, Bergamo, l-Italja

1.9.   Proċedura sussegwenti

(24)

Fit-8 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(25)

Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u dawn tqiesu, fejn xieraq. L-ebda parti ma talbet seduta ta’ smigħ.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(26)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom hu magħmul radjatur bħal dan, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok u sew jekk le, għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7615 10 10 , ex 7615 10 80 , ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (kodiċi TARIC 7615 10 10 10, 7615 10 80 10, 7616 99 10 91, 7616 99 90 01 u 7616 99 90 91) (“il-prodott taħt rieżami”).

2.2.   Prodott simili

(27)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt rieżami mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku taċ-Ċina;

il-prodott taħt rieżami mmanifatturat u mibjugħ mill-produtturi esportaturi lill-bqija tad-dinja; u

il-prodott taħt rieżami mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(28)

Għalhekk, dawk il-prodotti huma meqjusa bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(29)

F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx qed iseħħ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u jekk kienx probabbli li d-dumping ikompli jew jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

(30)

Kif imsemmi fil-premessa (16), l-ebda wieħed mill-produtturi miċ-Ċina ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, fil-21 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Ċiniżi u lill-partijiet interessati kollha li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni kienet beħsiebha tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward taċ-Ċina. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(31)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni fit-talba għal rieżami, u l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni tar-rieżami (b’mod partikolari, l-applikant) u informazzjoni minn sorsi oħrajn disponibbli għall-pubbliku, b’mod partikolari l-Global Trade Atlas (“GTA”) (7).

3.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw miċ-ĊinaValur normali

(32)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(33)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]‘każ li jiġi stabbilit […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”).

(34)

Kif spjegat ulterjorment hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.3.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(35)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-aluminju fiċ-Ċina (8), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(36)

F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fiċ-Ċina u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (9). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-aluminju, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (10), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku (11). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (12). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina (13). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (14), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina (15).

(37)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur tal-aluminju fiċ-Ċina, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont il-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ (16) (“ir-Rapport”) kif ukoll il-verżjoni aġġornata tiegħu (“ir-Rapport aġġornat”) (17), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminazzjoni tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda anke s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami.

(38)

It-talba allegat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina, il-prezzijiet domestiċi u l-kostijiet tal-industrija tal-aluminju Ċiniża ma jistgħux jintużaw f’dan il-każ. Biex jappoġġa l-pożizzjoni tiegħu, l-applikant irrefera għar-Rapport, speċjalment it-taqsimiet li jikkonċernaw is-settur tal-aluminju (18), għal investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-aluminju u l-prodotti downstream (19), għal-leġiżlazzjoni Ċiniża, kif ukoll għal studji addizzjonali.

(39)

B’mod partikolari, l-applikant ikkummissjona studju, “China Household Aluminium Radiators Industry Market Research Report” (“l-Istudju”), aġġornat f’Ottubru 2023. L-Istudju wera li ċ-Ċina ma hijiex biss l-akbar produttur dinji tal-boksajt, is-sors ewlieni tal-aluminju, iżda wkoll l-akbar produttur dinji tal-aluminju, u “skont id-data rilaxxata mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Aluminju u l-Użu Internazzjonali tal-Enerġija, fl-2020, il-produzzjoni tal-aluminju taċ-Ċina żdiedet b’5 % sena wara sena, filwaqt li tal-bqija tad-dinja żdiedet biss b’0,3 %, u saħansitra naqset f’xi wħud mir-reġjuni. Iċ-Ċina tirrappreżenta 57,2 fil-mija tal-produzzjoni globali tal-aluminju. B’mod ġenerali, il-produzzjoni tal-aluminju taċ-Ċina wriet xejra ta’ żieda. Il-produzzjoni tal-aluminju taċ-Ċina għall-2022 laħqet 40 miljun tunnellata, li għal darb’oħra tammonta għal aktar minn nofs il-produzzjoni globali tal-aluminju. Iċ-Ċina hija wkoll wieħed mill-akbar konsumaturi tal-aluminju fid-dinja”.

(40)

Barra minn hekk, l-applikant sostna li ż-żieda qawwija li l-industrija tal-aluminju esperjenzat fiċ-Ċina kienet immexxija minn politiki favorevoli tal-gvern li jħeġġu lill-Intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) jidħlu fis-settur tal-produzzjoni tal-aluminju primarju u lill-intrapriżi privati biex jidħlu fis-setturi tal-manifattura tal-aluminju.

(41)

B’mod aktar speċifiku, it-talba indikat li inizjattivi ta’ għajnuna reġjonali mill-Istat sinifikanti mill-gvern taċ-Ċina jikkonfermaw ukoll in-natura distortiva tal-interventi tal-gvern taċ-Ċina, li jappoġġaw lis-settur tal-aluminju fil-provinċji kif ġej:

f’Zhejiang, i) isaħħu l-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali għat-tnaqqis tat-taxxa; ii) iżidu l-appoġġ għall-istabbiltà tal-impjiegi; iii) iżidu l-appoġġ għall-prevenzjoni tal-epidemiji; iv) iżidu s-servizzi ta’ finanzjament; u v) iżidu l-appoġġ għall-istabbilizzazzjoni;

f’Shanghai, i) jappoġġaw l-iżvilupp innovattiv ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; ii) jgħinu lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fit-trasformazzjoni diġitali tagħhom; iii) joħolqu u jintegraw ekosistema tal-iżvilupp għall-intrapriżi kbar, medji u żgħar; iv) isaħħu s-servizzi ta’ għoti ta’ setgħa finanzjarja għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; v) iżidu l-isforzi biex jiġu salvati intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; u vi) isaħħu s-servizzi preċiżi għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

f’Shandong, i) iżidu ulterjorment l-appoġġ finanzjarju għall-isforzi ta’ għajnuna; ii) jippromwovu ulterjorment it-tnaqqis fit-taxxa u fit-tariffi; iii) isaħħu ulterjorment l-appoġġ finanzjarju; iv) inaqqsu ulterjorment il-pressjoni tal-kostijiet li qed jiżdiedu; v) ikomplu jottimizzaw il-ġestjoni xjentifika tal-elettriku; u vi) ikomplu jespandu l-ispazju tas-suq.

(42)

Bħala konklużjoni, it-talba ħadet il-pożizzjoni li l-prezzijiet jew il-kostijiet ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament Bażiku. Fuq dik il-bażi, skont it-talba, f’dan il-każ ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali.

(43)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li jappoġġa jew li jirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(44)

Konsegwentement, meta f’din l-investigazzjoni kienet qed teżamina jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont il-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għamlet hekk abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fir-Rapport aġġornat. Il-Kummissjoni ssupplimentat ulterjorment dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina, kif stabbilit ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(45)

Fis-settur tal-prodott taħt rieżami, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda, kontroll, superviżjoni politika jew gwida mill-GTĊ skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. Il-GOĊ u l-Partit Komunista Ċiniż (is-“CCP”) iżommu strutturi li jiżguraw l-influwenza kontinwa tagħhom fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari l-SOEs (20). Madankollu, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-SOEs, iżda anke f’kumpaniji privati (21), bis-CCP jasserixxi tmexxija fuq prattikament kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż.

(46)

Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu, l-investigazzjoni stabbiliet li s-settur tal-prodott taħt rieżami huwa moqdi kemm mill-SOEs kif ukoll mill-kumpaniji privati (22). Pereżempju, bosta produtturi huma privati, inkluż l-Unbeatable Group (“Unbeatable”) (23), Zhejiang Navas Industry and Trade, li qabel kien magħruf bħala Yongkang Sanghe Radiator (24) (“Zhejiang Navas”), China Botai (25) u China Flyhigh (26), filwaqt li l-akbar produttur tal-aluminju taċ-Ċina, China Aluminum Corporation (“Chinalco”) (27), huwa SOE, b’aktar minn 35 % tas-sjieda pubblika (28).

(47)

Barra minn hekk, il-GTĊ jeżerċita gwida fuq l-intrapriżi wkoll billi jistabbilixxi objettivi u politiki speċifiċi għas-settur, li l-parteċipanti kollha tal-industrija, irrispettivament min-natura privata jew pubblika tagħhom, huma obbligati jikkonformaw magħhom.

(48)

Biex nagħtu eżempju, il-Kundizzjonijiet Standard Applikabbli għall-Industrija tal-Aluminju (“Kundizzjonijiet Standard”) (29), maħruġa mill-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (“MIIT”) fl-2020, stabbilew il-qafas ġenerali għall-operat tal-industrija tal-aluminju fil-livell ċentrali. B’mod nominali, il-Kundizzjonijiet Standard isegwu l-objettiv li: “jippromwovu r-riforma strutturali min-naħa tal-provvista tal-industrija tal-aluminju, jippromwovu l-iżvilupp teknoloġiku tal-industrija u jippromwovu l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija” u jistipulaw li: “l-estrazzjoni tal-boksajt, il-produzzjoni tal-alumina, tal-aluminju elettroliku u l-produzzjoni sekondarja tal-aluminju jridu jikkonformaw mal-politiki industrijali nazzjonali u lokali, mal-pjanijiet dwar ir-riżorsi minerali, mal-liġijiet dwar il-protezzjoni ambjentali u l-konservazzjoni tal-enerġija, mar-regolamenti u mal-politiki, mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-politiki dwar l-estrazzjoni, mal-liġijiet tal-produzzjoni sikura, mar-regolamenti u mal-politiki, mal-pjanijiet tal-iżvilupp tal-industrija u ma’ rekwiżiti oħrajn” (30).

(49)

L-14-il Pjan ta’ 5 Snin (“FYP”) tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Aluminju (“il-Pjan ta’ Shandong”) (31) jelenka l-miri li ġejjin: “[s]al-2025, il-valur tal-output tal-industrija tal-aluminju se jilħaq it-800 biljun RMB, id-daqs tas-suq tal-prodotti finali se jkompli jespandi, bi prodotti b’valur miżjud għoli li jammontaw għal aktar minn 60 %, u l-proporzjon tal-volum tal-produzzjoni tal-materjal tal-aluminju/il-volum tal-produzzjoni tal-aluminju elettroliku se jkun ogħla mill-medja nazzjonali[…]. Il-provinċja se tevolvi f’raggruppament industrijali ewlieni tal-aluminju b’influwenza domestika u barranija sinifikanti” (32).

(50)

F’Settembru 2022, il-Kumitat Permanenti tal-Kungress tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu ta’ Guangxi Zhuang ħareġ id-Deċiżjoni dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Aluminju (“id-Deċiżjoni ta’ Guangxi”) (33) u speċifika l-għanijiet rigward il-kultivazzjoni ta’ intrapriżi ewlenin u t-tmexxija tal-perkors ta’ żvilupp tal-SOEs fil-provinċja: “Il-kultivazzjoni u l-introduzzjoni ta’ grupp ta’ intrapriżi ewlenin b’kompetittività ewlenija. “Il-kultivazzjoni u l-introduzzjoni ta’ grupp ta’ intrapriżi ewlenin b’kompetittività ewlenija. L-istabbiliment ta’ sistema ta’ “mexxej tal-katina industrijali” fl-industrija tal-aluminju, għall-intrapriżi li jmexxu l-ktajjen industrijali tal-alumina u tal-aluminju elettroliku, biex jiġi implimentat mekkaniżmu komprensiv ta’ evalwazzjoni u inċentiv tal-effiċjenza enerġetika li jkopri l-industrija kollha […] It-tisħiħ tal-isforzi biex jitrawmu intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-industrija tal-aluminju, l-enfasi fuq il-bini ta’ grupp ta’ intrapriżi “żgħar iżda potenti” speċjalizzati, professjonali, speċjali u ġodda fil-qasam tal-ipproċessar fil-fond tal-aluminju, kif ukoll il-promozzjoni intrapriżi fil-qasam tal-industrija tal-manifattura tal-aluminju; u aktar promozzjoni tal-marka Guangxi Aluminium. It-titjib tal-kwalità tal-iżvilupp u l-effiċjenza tal-intrapriżi tal-Istat relatati mal-aluminju, l-appoġġ lil Guangxi Investment Group u lil intrapriżi oħrajn tal-Istat biex jottimizzaw u jintegraw in-negozju intern tal-aluminju tagħhom; it-teħid u l-użu tal-kapital biex tiġi skjerata l-katina tal-industrija tal-aluminju fil-provinċji u fil-pajjiżi permezz ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, parteċipazzjoni jew kontroll tal-interess tal-ekwità jew metodi oħrajn, sabiex jiġi implimentat żvilupp ikkoordinat tal-katina industrijali kollha u jinbnew intrapriżi ewlenin fl-industrija tal-aluminju b’influwenza nazzjonali u kompetittività internazzjonali” (34).

(51)

Mhux biss, il-kontroll tal-gvern u s-superviżjoni ta’ politika jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti. Tabilħaqq, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija Ċiniżi għandhom jiggarantixxu li l-industrija timplimenta l-politiki tal-GTĊ. Din ir-responsabbiltà hija kkonfermata mill-fatt li fl-attività tagħhom, huma jikkollaboraw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Istat, li huwa rifless fl-istatuti tagħhom.

(52)

Pereżempju, l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Fabbrikazzjoni ta’ Metalli li ma Fihomx il-Ħadid taċ-Ċina (“CNFA”) (35) tiddikjara b’mod partikolari fl-Artikolu 3 tal-Artikoli ta’ assoċjazzjoni tagħha li l-organizzazzjoni “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tistabbilixxi organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, twettaq attivitajiet tal-Partit u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit” u “taċċetta l-gwida professjonali, is-superviżjoni u l-ġestjoni mill-entitajiet inkarigati mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, minn entitajiet inkarigati mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti inkarigati mill-ġestjoni tal-industrija” (36). Skont l-Artikolu 6, l-ambitu tan-negozju tal-Assoċjazzjoni huwa, inter alia, dan li ġej: “f’konformità mal-politika ġenerali u l-kompitu ġenerali li tiġi stabbilita sistema ekonomika tas-suq soċjalista imressqa mill-Parti u mill-Istat, u fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali tal-industrija, jitressqu b’mod attiv suġġerimenti u opinjonijiet dwar l-iżvilupp tal-industrija, il-politiki, il-liġijiet u r-regolamentazzjoni tal-industrija” (37). Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet biex wieħed ikun eliġibbli bħala rappreżentant tal-Assoċjazzjoni jinkludu l-adeżjoni għat-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina, l-appoġġ tas-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, l-implimentazzjoni b’mod determinat tal-linja, tal-prinċipji u tal-politiki tal-Partit, u l-pussess ta’ kwalitajiet politiċi tajbin (38).

(53)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti li minnu l-Istat jista’ jinterferixxi ma’ deċiżjonijiet tan-negozju. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt rieżami u s-CCP, bħall-membri tas-CCP fost il-maniġment superjuri jew il-membri tal-bord tad-diretturi f’għadd ta’ kumpaniji li jimmanifatturaw il-prodott taħt rieżami.

(54)

Pereżempju, il-president ta’ Chinalco u d-direttur u l-maniġer ġenerali ta’ Chinalco, huma rispettivament is-segretarju tal-partit u l-viċi segretarju tal-partit tal-organizzazzjoni tal-partit ta’ Chinalco. Mhux biss, fl-2024, l-unitajiet kollha ta’ Chinalco Group nedew l-Istudju u l-Edukazzjoni tad-Dixxiplina tal-Partit: “il-laqgħa ta’ skjerament tal-Istudju u l-Edukazzjoni tad-Dixxiplina tal-Partit ta’ Chinalco Group enfasizzat li l-organizzazzjonijiet tal-partit fil-livelli kollha għandhom isaħħu l-kombinazzjoni tal-apprendiment u l-applikazzjoni, jikkombinaw l-Istudju u l-Edukazzjoni tad-Dixxiplina tal-Partit mal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ implimentazzjoni annwali tal-ippjanar strateġiku tal-“proġetti ewlenin annwali 4 + 4+N+” ta’ Chinalco Group, u jistinkaw biex jilħqu għanijiet u kompiti annwali, u effettivament jittrasformaw ir-riżultati ta’ apprendiment fi xprun ineżawribbli għall-aċċelerazzjoni tal-bini ta’ kumpanija tal-aluminju eċċellenti ta’ klassi mondjali b’vantaġġi kompetittivi komprensivi sodi, u jipprovdu garanziji politiċi sodi għall-isforz biex jinkiteb kapitolu ġdida tal-modernizzazzjoni ta’ Chinalco” (39).

(55)

Barra minn hekk, l-intrapriżi privati fl-industrija tar-radjaturi tal-aluminju huma soġġetti għal interferenza mill-partit. Pereżempju, il-President u Segretarju tal-Fergħa tal-Partit ta’ Jiangsu Unbeatable Group Co., Ltd., inħatar fl-2021 fost l-aqwa 100 membru tas-CCP fil-Muniċipalità ta’ Nantong (40). Barra minn hekk, il-Muniċipalità ta’ Qidong (li tinsab fit-territorju ta’ Nantong, fil-provinċja ta’ Jiangsu) organizzat sessjonijiet ta’ tagħlim tas-CCP ma’ Unbeatable Group: “Fid-diskors tagħha, […] qalet li l-bini tal-Punt ta’ Tagħlim fuq il-Post ta’ Unbeatable Group fiż-Żona ta’ Teknoloġija Avvanzata huwa marbut mill-qrib mas-sitwazzjoni attwali tad-distrett u tal-belt, f’konformità mal-karatteristiċi tal-intrapriża, u jirrifletti bis-sħiħ it-tema tal-bini tal-partit ta’ livell għoli li jmexxi żvilupp ta’ kwalità għolja.” (41).

(56)

Barra minn hekk, fis-settur tal-prodott taħt rieżami hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku.

(57)

L-industrija tal-aluminju tibqa’ titqies bħala industrija ewlenija mill-GTĊ (42). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-aluminju, maħruġa fil-livell nazzjonali, provinċjali u muniċipali, li ġew iddokumentati fid-dettall mill-Kummissjoni f’investigazzjonijiet preċedenti tas-settur (43), kif ukoll fir-Rapport Aġġornat (44).

(58)

Fil-livell nazzjonali, pereżempju, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima (45) jinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw id-disponibbiltà tal-aluminju bħala materja prima: “L-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet biex jingħelbu n-nuqqasijiet f’materjali ewlenin; […] L-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet biex jikkonsolidaw u jtejbu l-materjali bażiċi bl-ingrossa u, abbażi ta’ proċessi ta’ produzzjoni ottimizzati, jiġu ggwidati l-intrapriżi biex jużaw it-teknoloġiji tal-informazzjoni tal-ġenerazzjoni l-ġdida bħall-Internet tal-industrija sabiex itejbu l-kompetittività ġenerali ta’ […], liga tal-aluminju ta’ saħħa kbira, […]”. Il-pjan jappella wkoll għall-kontroll tal-kapaċità fis-settur tal-aluminju: “Il-kontroll strett taż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni It-titjib u l-implimentazzjoni b’mod strett tal-politiki ta’ sostituzzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni[…] għas-settur tal-aluminju elettroliku, il-prevenzjoni tal-iżvilupp diżorganizzat ta’ […] u tal-ossidu tal-aluminju”. Il-pjan jinvolvi wkoll id-distribuzzjoni ġeografika ta’ industriji differenti fiċ-Ċina, taħt il-kapitolu “L-iżgurar ta’ gwida lejn tqassim raġonevoli”. Il-kapitolu jgħid dan li ġej: “It-tqassim tal-kapaċità l-ġdida tal-produzzjoni se jittejjeb. […] L-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali u reġjonali ewlenin, strateġiji ta’ żvilupp ta’ koordinazzjoni reġjonali, u strateġiji ewlenin taż-żoni funzjonali, u l-inkoraġġiment lill-industrija tal-materja prima biex tottimizza u taġġusta t-tqassim spazjali tagħha. […] L-iżgurar tat-tqassim ordnat taż-żoni kostali bi proġetti li jużaw riżorsi barranin bħall-ossidu tal-aluminju”. Il-pjan ikompli jiddiskuti l-ħolqien ta’ raggruppamenti industrijali: “It-trawwim ta’ raggruppamenti industrijali standardizzati. […], it-trawwim tal-bidla fit-tqassim tas-settur tal-aluminju elettroliku mill-“faħam — l-elettriku — l-aluminju” għal “enerġija nadifa, bħall-enerġija idroelettrika, l-enerġija mir-riħ — l-aluminju”. Fl-aħħar nett, il-pjan jipprevedi l-promozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati fis-settur tal-aluminju, il-promozzjoni tat-trasformazzjoni tas-settur. Kif jista’ jidher mil-lista ta’ hawn fuq, is-settur tal-aluminju huwa mmonitorjat mill-qrib u mmexxi mill-gvern ċentrali u s-settur huwa fil-biċċa l-kbira msawwar minn intervent tal-gvern aktar milli minn forzi tas-suq ħieles.

(59)

Fil-livell lokali, il-firxa tal-interferenza taċ-Ċina fl-industrija tal-aluminju hija aktar evidenti. Eżempju wieħed ta’ dan huwa l-Pjan ta’ Shandong, li, flimkien mal-għanijiet deskritti fil-premessa (49) hawn fuq jistabbilixxi miżuri ta’ appoġġ għall-intrapriżi lokali tal-aluminju fit-termini li ġejjin: “Iż-żieda tal-appoġġ politiku u regolatorju. L-implimentazzjoni attiva ta’ diversi politiki ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali u provinċjali, l-għoti ta’ appoġġ lil raggruppamenti industrijali eliġibbli, prodotti ewlenin u teknoloġiji ewlenin. L-appoġġ lill-intrapriżi li jwettqu proġetti nazzjonali u provinċjali ewlenin. Użu tajjeb mill-pakkett ta’ politiki li jappoġġaw proġetti ewlenin ta’ tranżizzjoni tal-enerġija, it-trawwim ta’ intrapriżi pijunieri billi jiġi pprovdut appoġġ minn aspetti inklużi inċentivi fiskali, provvista tal-art, allokazzjoni tal-enerġija ekoloġika, tnaqqis fit-taxxa u innovazzjonijiet teknoloġiċi, u l-implimentazzjoni ta’ inċentivi tat-taxxa għar-riċiklaġġ tal-aluminju. L-inkoraġġiment ta’ fondi ta’ investiment ta’ ekwità fil-livell provinċjali biex isir investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u fl-industrijalizzazzjoni ta’ prodotti ewlenin ġodda, u biex jiġi attirat investiment mill-kapital soċjali” (46).

(60)

F’Yunnan, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Yunnan dwar it-Tfassil mill-Ġdid tal-Katina Kollha tal-Metalli li ma Fihomx Ħadid u tal-Industriji tal-Materjali Ġodda b’Vantaġġi Ġodda 2021-2023 (“il-Pjan ta’ Yunnan”) (47) fih, inter alia, miżuri biex jitnaqqsu l-kostijiet operatorji tal-industrija tal-aluminju permezz ta’ politiki tat-taxxa preferenzjali: “L-implimentazzjoni ta’ politiki tat-taxxa preferenzjali għall-iżvilupp tar-reġjun tal-Punent, u t-twettiq kif xieraq ta’ investigazzjoni u reġistrazzjoni ta’ intrapriżi rilevanti għall-industrija tas-siliċju ekoloġiku, l-industrija tal-aluminju ekoloġiku u l-industrija tal-ipproċessar fil-fond tal-metall li ma fihx ħadid elenkati fil-katalogu tal-industriji mħeġġa fir-reġjun tal-Punent; għoti ta’ pariri u servizzi mhux mitluba biex jgħinu lill-intrapriżi jnaqqsu l-piż tat-taxxa tagħhom” (48).

(61)

Id-Deċiżjoni ta’ Guangxi, kif diġà ntwera fil-premessa (50) tistabbilixxi diversi objettivi għall-iżvilupp tal-industrija tal-aluminju fil-provinċja. Barra minn hekk, tirrakkomanda li: “sal-2030, il-proporzjon tal-produzzjoni tal-aluminju għall-produzzjoni elettrolitika tal-aluminju se jaqbeż it-2:1, u l-proporzjon ta’ prodotti tal-aluminju pproċessati rfinati u fondi fi prodotti tal-aluminju se jaqbeż is-60 %. Il-korpi tal-gvern għandhom jorganizzaw u jimplimentaw proġetti biex jestendu u jsaħħu l-katina tal-industrija u joħolqu industrija tal-ipproċessar profond tal-aluminju profittabbli li għandha kemm kwantità kif ukoll kwalità, u jiffokaw fuq l-iżvilupp u l-ħolqien ta’ vantaġġi fis-setturi li ġejjin: aluminju għal karozzi ħfief, aluminju għal sorsi ġodda ta’ enerġija bħall-fotovoltajċi u l-batteriji, aluminju użat għall-enerġija, aluminju użat għall-imballaġġ tal-ikel u tal-mediċina, aluminju għal apparati elettroniċi u aluminju għall-kostruzzjoni u t-tagħmir domestiku. Għandu jiġi pprovdut appoġġ kontinwat għall-iżvilupp ta’ prodotti ta’ livell għoli bħall-aluminju għall-ajruspazju, għall-bastimenti u għall-ferroviji […] (49)”.

(62)

Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-produtturi tar-radjaturi tal-aluminju bbenefikaw ukoll minn miżuri ta’ appoġġ finanzjarju, li juru b’mod ċar l-interess tal-Istat f’dan is-settur. Pereżempju, Zhejiang Navas ibbenefikat mill-Garanzija Pubblika ta’ Yongkang Municipality State Owned Capital Investment holding, għal self ta’ RMB 10 miljun li kien għadu pendenti fl-2022 (50).

(63)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-inputs ewlenin li jintużaw fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Dawn il-miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

(64)

L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku fis-settur tal-aluminju ma jaffettwax lill-manifatturi tal-prodott taħt rieżami.

(65)

Il-prodott taħt rieżami huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (35). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema lavorattiva fiċ-Ċina).

(66)

Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (35). Anke fil-livell ta’ politika, il-gvern jirregola fil-fond il-miżuri finanzjarji. Pereżempju, id-Deċiżjoni ta’ Guangxi tirrakkomanda: “l-istabbiliment ta’ fond speċjali għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-aluminju u ż-żieda tal-appoġġ għat-trasformazzjoni u għat-titjib tal-industrija tal-aluminju. L-għoti ta’ sehem sħiħ lir-rwol ta’ gwida tal-Fond għall-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja Industrijali ta’ Guangxi kif ukoll tal-fondi ta’ investiment tal-industrija tal-gvern fil-livelli kollha; l-inkoraġġiment lill-intrapriżi ewlenin fl-industrija tal-alumina u tal-aluminju elettrolitiku u fil-kapital soċjali biex jipparteċipaw fl-istabbiliment ta’ fondi ta’ investiment industrijali tal-aluminju biex jiffokaw fuq l-appoġġ għall-ipproċessar fil-fond tal-aluminju u proġetti tal-industrija tal-aluminju b’valur miżjud għoli. L-inkoraġġiment lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jinnovaw u jiżviluppaw il-finanzjament tal-katina tal-provvista tal-aluminju, il-finanzjament tat-teknoloġija u l-finanzjament ekoloġiku għall-industrija tal-aluminju, u biex jimplimentaw politiki differenzjati ta’ appoġġ għall-kreditu għal proġetti tal-alumina u tal-aluminju elettrolitiku bħall-konservazzjoni tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, it-trasformazzjoni teknoloġika, l-estensjoni u t-tiswija tal-katina industrijali, u l-użu komprensiv ta’ riżorsi. L-appoġġ lil kumpaniji tal-aluminju kkwalifikati li jridu jiġu elenkati fil-boroż domestiċi u barranin, u li jridu jiġu elenkati fit-Tielet Bord il-Ġdid u fis-swieq reġjonali tan-negozjar tal-ekwità. L-iggwidar tal-intrapriżi tal-aluminju biex jirċievu finanzjament dirett permezz tas-suq tal-bonds. L-appoġġ lit-titolizzazzjoni tal-assi ta’ dejn tal-intrapriżi tal-aluminju permezz ta’ lokazzjoni finanzjarja. L-aġġustament u l-ottimizzazzjoni tal-politiki ta’ appoġġ fiskali u tat-tassazzjoni għall-industrija tal-aluminju; l-aġġustament tal-fokus tal-appoġġ għal oqsma ewlenin tal-katina tal-industrija bħall-ipproċessar fil-fond tal-aluminju, ir-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija, is-sigurtà tal-katina tal-provvista, il-konservazzjoni tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, kif ukoll l-iżvilupp tal-aluminju rriċiklat (51).”

(67)

Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(68)

Finalment, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi manifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt rieżami jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(69)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami ma humiex xierqa għall-użu skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali mill-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport aġġornat. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha kemm hi. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien immanifatturat fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija.

(70)

Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ, li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja.

(71)

L-ebda evidenza jew argument għall-kuntrarju ma tressaq mill-GTĊ f’din l-investigazzjoni.

3.3.1.   Pajjiż rappreżentattiv

3.3.1.1.   Informazzjoni Ġenerali

(72)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għaċ-Ċina abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (52);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (53);

Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(73)

Il-Kummissjoni ħarġet Nota dwar is-sorsi biex jiġi stabbilit il-valur normali. Din in-Nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzat il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fin-Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-intenzjoni tagħha li tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ.

3.3.1.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina

(74)

Fin-Nota, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri t-tnejn huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami.

(75)

Qabel il-pubblikazzjoni tan-Nota, il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-pajjiż rappreżentattiv mill-applikant li kien issuġġerixxa wkoll li t-Turkija tkun pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.3.1.3.   Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(76)

Fin-Nota, il-Kummissjoni indikat li għat-Turkija, id-data fir-rigward tad-data finanzjarja mill-produtturi tar-radjaturi tal-aluminju kif ukoll l-importazzjonijiet għall-materja prima, l-enerġija u x-xogħol rilevanti huma disponibbli għall-pubbliku.

(77)

Għalhekk, il-Kummissjoni fittxet fuq Orbis għad-disponibbiltà ta’ data finanzjarja tal-kumpaniji produtturi fit-Turkija (54). Instabet data disponibbli faċilment għal żewġ produtturi ta’ radjaturi tal-aluminju fit-Turkija: Sanica Isi Sanayi Anonim Sirketi u Peksa Profil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi. L-aktar rendikonti finanzjarji reċenti ta’ dawn il-kumpaniji jkopru s-sena finanzjarja li tintemm fl-2022. Barra minn hekk, it-Turkija għandha data disponibbli dwar l-importazzjoni dwar il-fatturi meħtieġa tal-produzzjoni, tal-elettriku u tal-kostijiet lavorattivi.

(78)

B’hekk, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bin-Nota li hija kellha l-ħsieb li tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u d-data taż-żewġ kumpaniji msemmija hawn fuq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(79)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ dawk iż-żewġ kumpaniji bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv.

(80)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment wara l-pubblikazzjoni tan-Nota.

3.3.1.4.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(81)

Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

3.3.1.5.   Konklużjoni

(82)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.3.2.   Kostijiet u parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni

(83)

Fin-Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami skont il-metodoloġija spjegata mill-applikant u li tirrifletti l-proċess tal-manifattura użat fl-Unjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija se tuża l-GTA (55) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-Istitut Tork tal-Istatistika biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-manodopera, (56) u l-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija tat-Turkija biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-enerġija. (57)

(84)

Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni pubblikament disponibbli dwar valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi tal-produzzjoni msemmija f’dik in-nota. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni wara l-pubblikazzjoni tan-Nota.

3.3.2.1.   Fatturi tal-produzzjoni

(85)

Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u l-informazzjoni sussegwenti analizzata mill-Kummissjoni, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Il-fatturi tal-produzzjoni tar-radjaturi tal-aluminju

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Komodità fiċ-Ċina

Valur mingħajr distorsjoni

Unità ta’ kejl

Sors ta’ informazzjoni

Materja prima

 

Liga tal-aluminju

(ċangaturi u billetti)

76012020

13,91 RMB/Kg

Kg

GTA

Liga tal-aluminju

(minbarra ċangaturi u billetti)

76012080

14,00 RMB/Kg

Kg

GTA

Nipple

73079910,

730799800011,

730799800012,

730799800019

98,51 RMB/Kg

Kg

GTA

Manodopera

 

Il-kost lavorattiv

Mhux applikabbli

35,02 RMB fis-siegħa

siegħa

L-Istitut Tork tal-Istatistika (58)

Enerġija

 

Elettriku

Mhux applikabbli

1,12 RMB/KWh

KwH

L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija tat-Turkija (59)

3.3.2.2.   Materja prima

(86)

Radjatur tal-aluminju jista’ jsir bl-użu ta’ diversi metodi, bl-aktar mod komuni jkun l-ikkastjar u l-estrużjoni. Radjatur tal-aluminju huwa rikonoxxut b’mod komuni bħala wieħed li fih il-metall użat huwa aluminju jew liga tal-aluminju, jew b’mod aktar ġenerali meta l-metall użat ikun l-aktar aluminju.

(87)

Biex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-bieb ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-bażi tad-data tal-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, minbarra ċ-Ċina u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (70) u t-Taqsima 3.3 kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-materja prima. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv.

3.3.2.3.   Manodopera

(88)

L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija (61). Il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju għall-perjodu ta’ investigazzjoni abbażi tal-kost lavorattiv medju fis-siegħa għas-settur tal-manifattura (62) fl-2020, indiċjat għall-2023.. Il-kost lavorattiv medju fis-siegħa għal kull FTE (63) jammonta għal 35,02 CNY għal kull siegħa.

3.3.2.4.   Elettriku

(89)

Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fit-Turkija huwa ppubblikat mill-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija tat-Turkija (64). Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali kif ippubblikata fil-15 ta’ Lulju 2024. Din l-istatistika tindika tariffa industrijali medja għall-2023 ta’ 1,12 CNY għal kull kWh.

3.3.2.5.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament

(90)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(91)

Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, tal-SG&A u tal-profitt u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(92)

Bl-użu tad-data minn żewġ produtturi Torok tar-radjaturi tal-aluminju (Sanica Isi Sanayi Anonim Sirketi u Peksa Profil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi (65)), il-Kummissjoni kkalkolat l-SG&A (10,33 %) u l-profitt (9,12 %) bħala perċentwal tal-kost tal-prodotti mibjugħa.

(93)

Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami biex jiġu kkalkulati l-kostijiet ġenerali tal-manifattura. Dawn il-kostijiet ġew iddeterminati bħala perċentwal, billi l-kostijiet ġenerali tal-manifattura ġew diviżi bil-kostijiet diretti u indiretti. Imbagħad, dan il-perċentwal (15,6 %) ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura.

3.3.3.   Kalkolu tal-valur normali

(94)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(95)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni tar-radjaturi tal-aluminju. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-proporzjonijiet tal-konsum bil-kostijiet mhux distorti għal kull unità osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, it-Turkija, kif deskritt fit-Taqsima 3.3.2.

(96)

Ladarba ġew stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt, kif innotat fit-Taqsima 3.3.2.5:

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, li b’kollox kienu jammontaw għal 15,6 % tal-kostijiet diretti tal-manifattura,

L-SG&A u kostijiet oħra, li ammontaw għal 10,3 % tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”, Costs of Goods Sold) ta’ Sanica Isi Sanayi Anonim Sirketi u Peksa Profil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi, u

Il-profitti, li ammontaw għal 9,12 % tal-COGS kif miksuba minn Sanica Isi Sanayi Anonim Sirketi u Peksa Profil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi, ġew applikati għall-kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

(97)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.4.   Kontinwazzjoni ta’ dumping

(98)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u, b’mod partikolari, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju miċ-Ċina kienu negliġibbli. Skont il-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju miċ-Ċina ammonta għal 159 913-il element (66) fil-PIR, u dan kien ugwali għal sehem mis-suq tal-UE fil-medda ta’ 0,5 – 1 %. B’paragun ma’ dan, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi ammonta għal 24 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali u għal 3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami preċedenti.

(99)

Dan il-volum negliġibbli ma setax jifforma l-bażi għall-analiżi tal-kontinwazzjoni tad-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fit-taqsima li jmiss.

3.3.5.   Probabilità ta’ rikorrenza ta’ dumping

(100)

Il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-kapaċità ta’ assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi fid-dawl tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ f’dawn il-pajjiżi.

3.3.5.1.   Il-paragun bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-valur normali

(101)

Il-Kummissjoni analizzat ix-xejra tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(102)

Il-Kummissjoni l-ewwel analizzat id-data dwar l-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi fil-livell tal-kodiċi doganali ta’ 8 ċifri fl-Atlas tal-Kummerċ globali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni ma tqisux li jirrappreżentaw b’mod akkurat il-prezzijiet tar-radjaturi tal-aluminju minħabba li l-klassifikazzjonijiet f’dak il-livell inkludew firxa wiesgħa ta’ prodotti apparti l-prodott ikkonċernat, b’hekk inqabeż bi kbir (mill-inqas 100 darba) il-volum tal-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju. Għalhekk, l-istatistiki tal-esportazzjoni Ċiniżi ma jipprovdux evidenza konklużiva dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi fi swieq oħra.

(103)

Min-naħa tagħha, bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi miċ-Ċina, l-istima tal-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi kienet ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, jiġifieri, l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami, jiġifieri l-kwotazzjonijiet bil-prezzijiet Ċiniżi lill-importaturi f’pajjiżi terzi. B’mod partikolari, l-applikant ipprovda diversi offerti ta’ prezzijiet lil pajjiżi fil-prossimità tal-Unjoni, bħall-Moldova, ir-Russja u l-Ażerbajġan, kif ukoll kwotazzjonijiet minn pjattaformi ta’ bejgħ online.

(104)

Il-Kummissjoni aġġustat il-prezz stmat tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kif deskritt fil-premessa (103) għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel provvedimenti għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għal-livell ex-works billi neħħiet il-kost tat-trasport domestiku (67).

(105)

Il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi stmat kif deskritt fil-premessa (103) kien ta’ EUR 3,68/element espress fil-FOB, jew EUR 3,52/element meta aġġustat għal-livell ex-works.

(106)

Il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li jirriżulta li nstab matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien 34,4 % inqas mill-valur normali stabbilit abbażi tal-kriterji indikati fit-taqsimiet 3.2 u 3.3 hawn fuq. Għalhekk, tqies probabbli li, kieku l-miżuri kurrenti kellhom jiġu revokati, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jibdew jbigħu lill-Unjoni f’livelli inqas mill-valur normali.

(107)

Wara d-divulgazzjoni, l-applikant indika li kien hemm diskrepanza fil-prezz tal-esportazzjoni ex-works u fil-marġni tad-dumping li jirriżulta bejn id-Dokument ta’ Divulgazzjoni u l-fajl tal-kalkolu tad-dumping. Peress li d-diskrepanza kienet dovuta għal żball klerikali fil-fajl tal-kalkolu tad-dumping, il-Kummissjoni kkoreġietu.

3.3.5.2.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina

(108)

Fir-rigward tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi Ċiniżi, is-sejbiet kienu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. L-applikant ipprovda evidenza li s-suq tal-aluminju Ċiniż kien qed jespandi u li se jkompli jespandi anki wara l-2026. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, fis-sena sħiħa 2022, il-produzzjoni tal-aluminju taċ-Ċina kienet l-ogħla li qatt ġiet irreġistrata (68). Barra minn hekk, f’Settembru 2023 ġie rrapportat li “iċ-Ċina tixpruna l-output globali tal-aluminju għal ammont rekord” (69). Fl-aħħar nett, studju indipendenti mitlub mill-applikant, “China Household Aluminium Radiators Industry Market Research Report” (70), aġġornat f’Ottubru 2023, jipprovdi data sinifikanti u riċenti dwar il-kapaċità żejda Ċiniża.

(109)

B’mod partikolari, l-istudju jistma l-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża tar-radjaturi tal-aluminju għal madwar 240 miljun element fis-sena fl-2023, żieda ta’ 35 miljun element meta mqabbla mal-2021. Din iż-żieda fil-kapaċità taqbeż iż-żieda fil-produzzjoni, li żdiedet minn 188 miljun għal 217-il miljun element matul l-istess perjodu, żieda ta’ 29 miljun element.

(110)

Kemm iż-żieda fil-produzzjoni kif ukoll iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni bejn l-2021 u l-2023 kienu ogħla b’mod sinifikanti miż-żieda fil-konsum domestiku fiċ-Ċina, li żdied biss minn 19-il miljun għal 23 miljun element, żieda ta’ 4 miljun element biss.

(111)

B’konsegwenza ta’ dan, il-kapaċità ta’ riżerva kibret minn 17-il miljun għal 23 miljun element bejn l-2021 u l-2023, kważi daqs il-konsum totali tal-Unjoni ta’ 23-25 miljun element matul il-PIR.

(112)

Barra minn hekk, la l-istudju u lanqas l-investigazzjoni ma xeħtu dawl fuq xi elementi li jistgħu jindikaw kwalunkwe żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra minħabba li ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li tindika kwalunkwe żieda sinifikanti fid-domanda għar-radjaturi tal-aluminju madwar id-dinja.

(113)

Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, il-Kummissjoni qieset li la d-domanda domestika Ċiniża u lanqas id-domanda dinjija ma huma se jkunu jistgħu jassorbu l-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina.

(114)

Dan jikkonferma l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni mir-rieżami ta’ skadenza preċedenti (71) li l-produtturi Ċiniżi għandhom biżżejjed kapaċità ta’ riżerva biex ifornu lis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.3.5.3.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

(115)

Is-suq tal-Unjoni għal radjaturi tal-aluminju, li huwa 23-25 miljun element fil-PIR, huwa wieħed mill-akbar swieq fid-dinja. Għalkemm il-konsum tal-Unjoni ta’ radjaturi tal-aluminju naqas bi 22 % matul il-perjodu kkunsidrat minħabba tnaqqis fl-industrija tal-kostruzzjoni spjegat fil-premessa (132), għadu suq b’saħħtu xprunat minn regolamenti stretti dwar l-effiċjenza enerġetika u r-rinnovazzjoni ta’ bini antik sabiex jiġu ssodisfati standards ġodda u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju.

(116)

Sabiex ikollha indikazzjoni tal-prezzijiet probabbli għall-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri, il-Kummissjoni analizzat il-prezzijiet tal-esportazzjoni tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina lejn swieq oħra tal-esportazzjoni barra mill-Unjoni. Kif spjegat fil-premessi (102) u (103), minħabba li l-istatistiki tal-esportazzjoni bil-kodiċi doganali ta’ 8 ċifri ma jipprovdux valuri akkurati u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet prezzijiet tal-esportazzjoni bl-użu ta’ fatturi u kwotazzjonijiet attwali mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn swieq terzi, kif ipprovdut mill-applikant (ara wkoll il-premessa (103) hawn fuq).

(117)

Fil-PIR, il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ EUR 8,56/element. Dan huwa 82 % ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ tar-radjaturi tal-aluminju Ċiniżi (jiġifieri EUR 4,70/element), ikkalkolat bl-użu tal-kwotazzjonijiet magħmula mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lill-klijenti fil-Moldova, fir-Russja u fl-Ażerbajġan, kif ukoll kwotazzjonijiet minn pjattaformi tal-bejgħ online, li ġew ipprovduti fit-talba għal rieżami.

(118)

Dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu ferm aktar baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk, is-suq tal-Unjoni, f’termini ta’ prezzijiet, jibqa’ attraenti għall-produtturi Ċiniżi.

(119)

Qabel l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2012, l-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni ammontaw għal 10,6 miljun element fis-sena. Minbarra l-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma soġġetti għal dan ir-rieżami, ġew imposti miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju miċ-Ċina minn ħafna pajjiżi terzi oħrajn (72), u dan jagħmilha aktar diffiċli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li jesportaw lejn dawn is-swieq u jkompli jżid l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ fejn dawn l-esportazzjonijiet jistgħu jiġu ridiretti.

3.3.5.4.   Il-kapaċità ta’ assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi u l-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ fi swieq tal-esportazzjoni oħrajn

(120)

Skont l-informazzjoni tal-bażi tad-data tad-WTO (73), il-Kummissjoni sabet li d-dazji anti-dumping u d-dazji kumpensatorji kienu applikabbli fl-2023 fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju Ċiniżi fl-Arġentina u fir-Renju Unit (74). Dawn ir-restrizzjonijiet jikkostitwixxu fattur ta’ limitazzjoni tal-esportazzjoni għal produtturi Ċiniżi ta’ radjaturi tal-aluminju. Madankollu, abbażi tat-talba għal rieżami (75) u l-konklużjonijiet fil-premessi (108) u (109), il-produtturi Ċiniżi huma orjentati b’mod sinifikanti lejn l-esportazzjoni, peress li l-konsum intern taċ-Ċina tar-radjaturi tal-aluminju huwa stmat li huwa biss wieħed minn għaxra tal-volum tal-produzzjoni totali tagħha.

(121)

Minħabba d-diffikultajiet tal-esportaturi Ċiniżi biex ibigħu lil dawn is-swieq minħabba l-miżuri imposti minn dawk il-pajjiżi terzi l-oħrajn fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju miċ-Ċina, jekk il-miżuri kurrenti jitħallew jiskadu, is-suq tal-Unjoni jsir saħansitra aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi li jfittxu li jesportaw il-produzzjoni żejda tagħhom u jużaw il-kapaċità ta’ riżerva.

(122)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali, l-applikant fakkar li fl-2024, l-Ukrajna bdiet investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju miċ-Ċina.

3.3.5.5.   Konklużjoni

(123)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, b’mod partikolari minħabba l-kapaċità żejda sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistenna li revoka tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta f’li jerġa’ jkun hemm dumping, u li l-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping se jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Għalhekk jitqies li jkun hemm probabblità ta’ rikorrenza ta’ dumping f’każ li l-miżuri antidumping kurrenti jitħallew jiskadu.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(124)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn 11-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(125)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-produzzjoni tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli li tikkonċerna l-industrija tal-Unjoni bħal:

it-tweġiba għall-kwestjonarju makroekonomiku pprovdut mill-applikant AIRAL;

data pprovduta mill-produttur tal-Unjoni F.I.R. Fabbrica Italiana Radiatori S.r.l. (“FIR”), li pprovda d-data għall-mili tal-kwestjonarju makroekonomiku direttament lill-Kummissjoni.

(126)

Sabiex tipproteġi l-kunfidenzjalità tad-data ta’ FIR, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżvela ċ-ċifri eżatti miksuba bl-għaqid tad-data tal-FIR mad-data pprovduta minn Airal għal produtturi oħrajn tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni pprovdiet din l-informazzjoni f’firxiet u f’indiċijiet, fejn ipprovdiet informazzjoni suffiċjenti lill-partijiet interessati kollha biex jifhmu l-analiżi u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u jipprovdu kummenti f’dan ir-rigward.

(127)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar [30-32] miljun tunnellata. Kif indikat fil-premessa (13), il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun irrappreżentaw 65 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Konsum fl-Unjoni

(128)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni u l-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni.

(129)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni nkiseb mill-bejgħ ivverifikat fl-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, mid-data pprovduta mill-applikant fil-kwestjonarju makroekonomiku u mid-data riċevuta separatament minn FIR.

(130)

Għall-importazzjonijiet, il-Kummissjoni bbażat fuq il-bażi tad-data Sorveljanza (76). Billi l-bażi tad-data Sorveljanza pprovdiet biss il-piż u mhux l-għadd ta’ elementi importati, kien meħtieġ li l-piż jiġi kkonvertit f’elementi billi jintuża fattur ta’ konverżjoni bbażat fuq id-data vverifikata tat-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun indikati fil-premessa (23) hawn fuq.

(131)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Konsum Total tal-Unjoni (elementi)

30 000 000 – 32 000 000

36 000 000 – 38 000 000

32 000 000 – 34 000 000

23 000 000 – 25 000 000

Indiċi (2020 = 100)

100

118

105

78

Sors:

Bażi tad-data Sorveljanza, AIRAL, FIR u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(132)

Il-konsum tal-Unjoni tar-radjaturi tal-aluminju naqas bi 22 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Analiżi minn sena għal sena turi żieda ta’ 18 % mill-2020 sal-2021, segwita minn tnaqqis gradwali fil-konsum fis-sentejn ta’ wara.

(133)

Iż-żieda qawwija fid-domanda għal radjaturi tal-aluminju mill-2020 sal-2021 kienet xprunata prinċipalment mit-tkabbir esperjenzat fl-attivitajiet ta’ kostruzzjoni residenzjali u kummerċjali wara t-tnedija ta’ diversi pakketti ta’ stimolu ekonomiku biex tingħata spinta lill-ekonomija wara t-tifqigħa tal-COVID-19. Fl-Italja, pereżempju, fejn huma bbażati l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, ’l hekk imsejjaħ “Digriet ta’ tnedija mill-ġdid (77) ipprovda inċentivi għar-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali u t-titjib tal-effiċjenza enerġetika.

(134)

Madankollu, id-domanda għar-radjaturi tal-aluminju bdiet tonqos fl-2022 bil-bidu tal-kriżi tal-enerġija u ż-żieda rapida fil-prezzijiet tal-materja prima u fir-rati tal-imgħax. Ix-xejra negattiva kompliet fil-PIR, bil-konsum jonqos minn [36-38] miljun element għal [23-25] miljun element, kważi l-istess livelli tal-2014.

4.3.   Importazzjonijiet miċ-Ċina

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

(135)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju miċ-Ċina abbażi tal-bażi tad-data Sorveljanza, ikkonvertiti f’elementi bl-użu bħala fattur ta’ konverżjoni abbażi tad-data vverifikata tat-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kif iddikjarat fil-premessa (130). Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 2.

(136)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni miċ-Ċina żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (elementi)

407 356

297 909

276 081

159 913

Indiċi (2020 = 100)

100

73

68

39

Sehem mis-suq (%)

1 –1,5

0,5 –1

0,5 –1

0,5 –1

Indiċi (2020 = 100)

100

62

65

50

Sors:

Il-bażi tad-data Sorveljanza.

(137)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju miċ-Ċina kienu limitati fil-kwantitajiet u naqsu b’mod stabbli b’61 %, u laħqu l-aktar punt baxx fil-PIR. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqas bi 38 % fl-2021 u mbagħad baqa’ stabbli mill-2021 sal-PIR minħabba l-konsum aktar baxx.

4.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

(138)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data Sorveljanza.

(139)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet medji tal-importazzjoni

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina

(EUR għal kull element)

3,71

5,98

8,98

8,07

Indiċi (2020 = 100)

100

161

242

217

Sors:

Il-bażi tad-data Sorveljanza.

(140)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu f’konformità max-xejriet tas-suq. Dawn laħqu l-ogħla livell tagħhom fl-2022, meta kienu saħansitra ogħla mill-prezz medju tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun, iżda naqsu b’25 % fil-PIR. B’mod ġenerali, dawn żdiedu b’117 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(141)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu f’konformità max-xejriet tas-suq bejn l-2020 u l-2022. Fil-PIR, il-prezz medju tal-importazzjoni għal kull unità miċ-Ċina lejn l-Unjoni naqas u kien aktar baxx kemm mill-prezz medju tal-bejgħ għal kull unità kif ukoll mill-kost medju tal-produzzjoni għal kull unità fl-Unjoni, kif irrapportat fit-Tabella 9 hawn taħt.

4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina

(142)

L-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina kienu prinċipalment mill-Iran u mit-Turkija.

(143)

Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

L-Iran

Volum (element)

723 376

1 324 310

1 645 479

779 900

 

Indiċi

100

183

227

108

 

Sehem mis-suq (%)

2 –4

3 –5

5 –7

3 –5

 

Il-prezz medju (EUR/element)

2,3

2,0

3,7

4,7

 

Indiċi

100

89

160

204

It-Turkija

Volum (element)

85 352

116 661

161 560

137 116

 

Indiċi

100

137

189

161

 

Sehem mis-suq (%)

0 –0,5

0 –0,5

0,3 –0,8

0,3 –0,8

 

Il-prezz medju (EUR/element)

8,8

18,3

17,1

18,7

 

Indiċi

100

207

193

212

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum (element)

70 045

196 864

253 036

130 621

 

Indiċi

100

281

361

186

 

Sehem mis-suq (%)

0 –0,5

0 –0,5

0,3 –0,8

0,3 –0,8

 

Il-prezz medju (EUR/element)

23,5

18,4

20,8

39,7

 

Indiċi

100

78

89

169

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina

Volum (element)

878 773

1 637 835

2 060 076

1 047 637

 

Indiċi

100

186

234

119

 

Sehem mis-suq (%)

2 –4

3 –5

5 –7

3 –5

 

Il-prezz medju (EUR/element)

4,63

5,16

6,85

10,94

 

Indiċi

100

112

148

237

Sors:

Il-bażi tad-data Sorveljanza.

(144)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu bi 19 % matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqu l-ogħla livell tagħhom fl-2022, iżda essenzjalment is-sehem mis-suq baqa’ stabbli. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdied b’aktar mid-doppju matul il-perjodu kkunsidrat.

(145)

Wara d-divulgazzjoni, l-applikant talab lill-Kummissjoni biex turi separatament il-volumi, l-ishma mis-suq u l-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Iran u mit-Turkija. Il-Kummissjoni aġġornat it-Tabella 5 hawn fuq skont dan.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Informazzjoni Ġenerali

(146)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni inkludiet evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(147)

Kif imsemmi fil-premessa (11), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(148)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi.

(149)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-talba għal rieżami, fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kif ukoll fid-data makroekonomika pprovduta minn AIRAL u minn FIR. Id-data tinkludi l-produtturi kollha tal-Unjoni.

(150)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data vverifikata inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(151)

Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(152)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi u l-produttività, u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(153)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(154)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità fl-Unjoni

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Il-volum tal-produzzjoni (elementi)

39 000 000 –43 000 000

47 000 000 –51 000 000

40 000 000 –44 000 000

30 000 000 –34 000 000

Indiċi (2020 = 100)

100

120

103

79

Il-kapaċità tal-produzzjoni (elementi)

72 000 000 –77 000 000

70 000 000 –75 000 000

70 000 000 –75 000 000

65 000 000 –70 000 000

Indiċi (2020 = 100)

100

98

97

91

Użu tal-kapaċità (%)

54 –56

67 –69

58 –60

47 –49

Indiċi (2020 = 100)

100

123

106

87

Sors:

AIRAL, produttur wieħed tal-Unjoni mhux inkluż fil-kampjun u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(155)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’21 % matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi minn sena għal sena turi żieda ta’ 20 % mill-2020 sal-2021, segwita minn tnaqqis gradwali mill-2021 sal-PIR. Dan huwa konsistenti max-xejra fid-domanda għar-radjaturi tal-aluminju fl-Unjoni, kif muri fit-Tabella 2.

(156)

Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset b’9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din baqgħet relattivament stabbli mill-2020 sal-2022 u mbagħad naqset b’6 %, u dan juri li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tnaqqas parzjalment il-kapaċità biex tindirizza t-tnaqqis fil-produzzjoni fil-PIR.

(157)

L-użu tal-kapaċità naqas bi 13 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u dan jirrifletti x-xejra ta’ tnaqqis fil-produzzjoni minkejja l-kapaċità ta’ produzzjoni mnaqqsa.

4.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(158)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni (elementi)

29 000 000 –31 000 000

34 000 000 –36 000 000

30 000 000 –32 000 000

22 000 000 –24 000 000

Indiċi (2020 = 100)

100

117

101

77

Sehem mis-suq (%)

95 –97

94 –96

91 –93

94 –96

Indiċi (2020 = 100)

100

99

97

99

Sors:

AIRAL, produttur wieħed tal-Unjoni mhux inkluż fil-kampjun u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(159)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ix-xejra tal-bejgħ irriflettiet ix-xejriet fil-konsum tal-Unjoni u fil-volum tal-produzzjoni. Il-bejgħ żdied bi 17 % mill-2020 sal-2021 biex jissodisfa ż-żieda fid-domanda fis-suq tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (133), imbagħad naqas gradwalment fl-2022 u fil-PIR minħabba tnaqqis fid-domanda kkawżat minn prezzijiet u rati tal-imgħax ogħla, kif spjegat fil-premessa (134).

(160)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, wara t-tnaqqis kemm fil-konsum kif ukoll fil-volum tal-bejgħ tal-Unjoni u t-tnaqqis fl-importazzjonijiet.

4.5.2.3.   Tkabbir

(161)

Minħabba t-tnaqqis fil-konsum fil-PIR, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas iżda l-industrija tal-Unjoni żammet is-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni. Il-produzzjoni, l-impjiegi, l-investiment żviluppaw b’xejra simili ta’ tnaqqis bħall-volumi tal-bejgħ.

4.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(162)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Impjiegi u produttività

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

L-għadd ta’ impjegati (Ekwivalenti għal full-time)

1 700 –1 750

1 700 –1 750

1 600 –1 650

1 400 –1 450

Indiċi (2020 = 100)

100

100

95

82

Produttività (elementi/impjegat)

23 950

28 733

25 987

22 881

Indiċi (2020 = 100)

100

120

109

96

Sors:

AIRAL, produttur wieħed tal-Unjoni mhux inkluż fil-kampjun u tweġibiet għall-kwestjonarju.

(163)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqsu wkoll bi 18 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, f’konformità mal-bidliet fil-volumi tal-produzzjoni. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni tista’ tinkludi t-tnaqqis fil-produttività għal 4 %.

4.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(164)

Kif spjegat fil-premessa (99), ma kienx possibbli li tiġi stabbilita determinazzjoni affermattiva tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda marġni ta’ dumping. Għalhekk, l-investigazzjoni ffokat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping f’każ li l-miżuri anti-dumping jiġu revokati.

(165)

Il-miżuri anti-dumping imposti wara l-investigazzjoni oriġinali ppermettew lill-industrija tal-Unjoni tirkupra minn dumping tal-passat, kif jidher mid-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(166)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ unitarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Prezz medju tal-bejgħ unitarju fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/element)

5,8

6,4

8,1

8,6

Indiċi (2020 = 100)

100

111

140

148

Il-kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/element)

5,6

6,0

8,2

8,3

Indiċi (2020 = 100)

100

107

145

147

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju.

(167)

Il-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 48 % matul il-perjodu kkunsidrat, wara ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni.

(168)

Il-kost medju tal-produzzjoni żdied b’47 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan żdied drastikament diġà fl-2022 (+ 45 % mill-2020) u laħaq il-massimu tiegħu fl-2022. Iż-żieda fil-kost kienet xprunata l-aktar miż-żieda qawwija fil-kostijiet tal-enerġija u fil-prezz tal-aluminju, il-materja prima ewlenija.

4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(169)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

43 793

49 541

48 400

48 417

Indiċi (2020 = 100)

100

113

111

111

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju.

(170)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fl-2021, dan żdied bi 13 %, u baqa’ relattivament stabbli minn hemm ’il quddiem.

4.5.3.3.   Inventarji

(171)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Inventarji

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Stokkijiet tal-għeluq (elementi)

4 490 439

6 143 741

6 205 232

5 582 276

Indiċi (2020 = 100)

100

137

138

124

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

18

20

23

27

Indiċi (2020 = 100)

100

109

129

147

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju.

(172)

L-inventarji żdiedu b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq żdied minn 4,5 miljun element għal 6,1 miljun element fl-2021, imbagħad għal 6,2 miljun element fl-2022 qabel ma naqas għal 5,5 miljun element fil-PIR. B’reazzjoni għall-konsum ogħla fl-2021 u biex jiġi ottimizzat il-proċess tal-produzzjoni tagħhom, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-livelli tal-ħażniet. Madankollu, quddiem domanda aktar baxxa fl-2022, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tnaqqas dawn l-istokkijiet malajr.

(173)

Fir-rigward tal-produzzjoni, l-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni żdiedu b’47 %.

4.5.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(174)

Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2020

2021

2022

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

4,9

9,9

3,9

6,0

Indiċi

100

201

80

122

Fluss ta’ flus (EUR)

14 476 501

10 501 435

14 341 443

26 805 078

Indiċi

100

73

99

185

Investimenti (EUR)

10 118 462

14 725 090

14 135 637

8 561 399

Indiċi

100

146

140

85

Redditu fuq l-investimenti (%)

8,1

19,2

9,2

15,2

Indiċi

100

237

114

188

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju.

(175)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(176)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’punt perċentwali wieħed matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi minn sena għal sena turi li l-profittabbiltà kienet fl-ogħla livell fl-2021, meta laħqet livell ta’ 10 %, fejn irdoppjat ir-riżultati tas-sena ta’ qabel, iżda mbagħad reġgħet naqset drastikament fl-2022 għal 4 % minħabba l-kundizzjonijiet deterjorati tas-suq. Din reġgħet telgħet għal 6 % fil-PIR peress li l-kost tal-aluminju naqas matul il-PIR filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ tar-radjaturi ġew aġġustati ’l isfel biss b’dewmien.

(177)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom. Ix-xejra fil-fluss ta’ flus nett żviluppat ’l fuq b’żieda b’85 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(178)

L-investimenti annwali tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li fl-2021 u fl-2022 l-investimenti kienu madwar 40 % ogħla milli fl-2020, dawn naqsu fil-PIR minn madwar EUR 14-il miljun għal EUR 8,5 miljun u kienu fil-biċċa l-kbira limitati għas-sostituzzjoni ta’ tagħmir eżistenti.

(179)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’xejra simili għall-profittabbiltà, li kienet fl-ogħla livell fl-2021, naqset fl-2022 u mbagħad tjiebet mill-ġdid fl-2023, b’żieda ġenerali ta’ seba’ punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(180)

L-investigazzjoni wriet li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi mikroekonomiċi żviluppaw b’mod pożittiv u li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni tjiebet matul il-perjodu kkunsidrat.

(181)

L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid is-sehem tagħha fis-suq b’miżuri fis-seħħ u kienet kapaċi tirkupra l-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti.

(182)

Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħet taħt il-profitt fil-mira stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(183)

Madankollu, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-produzzjoni, l-impjiegi u kompliet topera b’użu b’kapaċità baxxa, l-aktar minħabba t-tnaqqis sinifikanti fid-domanda għal radjaturi tal-aluminju.

(184)

Id-deterjorament tal-indikaturi makroekonomiċi, flimkien ma’ tnaqqis fl-investimenti netti u żieda fl-inventarji, jissuġġerixxu dgħufijiet sottostanti tal-industrija tal-Unjoni. Tħassib ewlieni jinkludi l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżomm il-profittabbiltà tagħha f’kuntest ta’ kostijiet dejjem jiżdiedu u domanda li qed tonqos, kif ukoll l-implikazzjonijiet fit-tul ta’ investiment nett imnaqqas. Filwaqt li l-likwidità u l-profittabbiltà fuq terminu qasir huma stabbli, l-istabbiltà u t-tkabbir futuri jistgħu jkunu f’riskju.

(185)

Minkejja dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li, wara valutazzjoni ġenerali tal-fatturi tad-dannu, l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

5.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(186)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (185) li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali minn importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(187)

Sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu jekk il-miżuri kontra ċ-Ċina jiġu revokati, il-Kummissjoni eżaminat (i) il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni; u (ii) il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

5.1.   Kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(188)

Kif stabbilit fit-Taqsima 3.3.5.2, il-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina qabżet sostanzjalment kemm il-volumi tal-produzzjoni kif ukoll id-domanda fis-suq domestiku Ċiniż matul il-PIR. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda element li jista’ jindika xi żieda sinifikanti fid-domanda domestika fiċ-Ċina jew fi kwalunkwe suq ta’ pajjiż terz ieħor fil-futur qrib. Hija u tagħti l-konklużjonijiet tagħha dwar l-attraenza tas-suq tal-Unjoni kif deskritt fit-Taqsima 3.3.5.3, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa probabbli ħafna li tali kapaċità ta’ riżerva tintuża għall-forniment tas-suq tal-Unjoni, f’każ li l-miżuri jiskadu.

5.2.   Il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni

(189)

Kif stabbilit fil-premessa (103), il-Kummissjoni qieset il-fatturi u l-kwotazzjonijiet ipprovduti fit-talba għal rieżami, aġġustati għall-kostijiet tat-trasport, għall-kostijiet tal-ħatt l-art u għad-dazji doganali tal-UE, bħala indikaturi għall-prezzijiet potenzjali tal-bejgħ lill-Unjoni. Abbażi ta’ dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni, l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni, minbarra d-dazju anti-dumping, iwaqqgħu l-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni b’45 % fil-PIR. Dan jindika li l-importazzjonijiet Ċiniżi, f’volumi miżjuda, jimponu pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri.

(190)

F’każ li l-miżuri jiġu revokati, meta jitqiesu l-livelli ta’ prezzijiet probabbli, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ żżomm il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha kontra importazzjonijiet bi prezzijiet orħos miċ-Ċina. Huwa probabbli ħafna li s-sehem mis-suq Ċiniż jiżdied malajr jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, anki fid-dawl tal-miżuri eżistenti imposti minn pajjiżi terzi oħra fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju, imsemmija hawn fuq fil-premessi (119) u (120).

(191)

It-telf fil-volum tal-bejgħ iwassal għal rata ta’ utilizzazzjoni saħansitra aktar baxxa u għal żieda fil-kost medju tal-produzzjoni, u dan iwassal għal deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u għal żieda fir-riskju li l-industrija tiġi xprunata f’sitwazzjoni li tagħmel telf.

(192)

F’każ li l-industrija tal-Unjoni tiddeċiedi li tnaqqas il-livelli tal-prezzijiet tagħha f’tentattiv li żżomm il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha tmur għall-agħar kważi immedjatament, u huwa probabbli li timmaterjalizza sitwazzjoni li tagħmel telf.

(193)

Taħt iż-żewġ xenarji, l-impatt tal-iskadenza tal-miżuri huwa probabbli li jkollu impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni.

5.3.   Konklużjoni

(194)

Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri jirriżulta, bil-probabbiltà kollha, f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi u li huwa probabbli li jerġa’ jseħħ dannu materjali.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(195)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(196)

Id-dazji anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ li ġew imfakkra fil-premessa (3) ippermettew lill-industrija tal-Unjoni żżomm is-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, iżda li l-industrija għadha ma tistax iżżid l-użu tal-kapaċità u tilħaq il-profitt fil-mira.

(197)

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-industrija tal-Unjoni hija probabbli li tesperjenza deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha jekk il-miżuri eżistenti kontra ċ-Ċina jitħallew jiskadu.

(198)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tkun favur l-industrija tal-Unjoni.

6.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

(199)

L-ebda importatur ma kkoopera f’din l-investigazzjoni. Fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi ma jkunx sinifikanti.

(200)

Fin-nuqqas ta’ evidenza li tissuġġerixxi mod ieħor, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri kurrentament fis-seħħ ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq l-importaturi u li ż-żamma tal-miżuri ma kinitx se taffettwahom bla bżonn.

6.3.   Interess tal-utenti

(201)

L-ebda utent ma ppreżenta ruħu u ma kkoopera mal-investigazzjoni. Ir-radjaturi tal-aluminju huma prodott għall-konsumatur; l-utenti huma distributuri u organizzazzjonijiet kbar tal-bejgħ bl-imnut li mbagħad jerġgħu jbigħu r-radjaturi.

(202)

Fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti (78), instab li l-utenti kienu f’pożizzjoni li jgħaddu ż-żieda kollha jew kważi kollha fil-prezzijiet li tirriżulta mid-dazju lill-utenti finali, filwaqt li jitqies li għal dawn tal-aħħar, l-impatt ta’ tali miżuri ma kienx sinifikanti.

(203)

Dawn is-sejbiet ġew ikkonfermati fir-rieżami ta’ skadenza kurrenti peress li l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda indikazzjoni li tikkontradixxi s-sejbiet oriġinali.

(204)

Abbażi ta’ dan, u f’konformità mal-konklużjoni li waslet għaliha fl-investigazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq l-utenti.

6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(205)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tar-radajturi tal-aluminju li joriġinaw fiċ-Ċina.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(206)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping dwar ir-radajturi tal-aluminju miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu.

(207)

Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni ta’ dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina”.

(208)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li jrid jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(209)

F’każ li l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(210)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għal rieżami li joriġina fiċ-Ċina u manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw fiċ-Ċina”. Jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(211)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(212)

Esportatur jew produttur li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li kien intuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tiegħu jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex isir soġġett għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) ma huwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u, għalhekk, huwa soġġett għad-dazji anti-dumping; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.

(213)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (79) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(214)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qiegħed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju u elementi jew sezzjonijiet li minnhom ikun magħmul tali radjatur, kemm jekk dawn l-elementi huma mmuntati fi blokki kif ukoll jekk le, bl-esklużjoni ta’ radjaturi u elementi u sezzjonijiet tagħhom tat-tip elettriku, li bħalissa jaqgħu taħt NM kodiċijiet ex 7615 10 10 , ex 7615 10 80 , ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (kodiċijiet TARIC 7615 10 10 10, 7615 10 80 10, 7616 99 10 91, 7616 99 90 01 u 7616 99 90 91) u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Kumpanija

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd.

12,6  %

B272

Metal Group Co. Ltd.

56,2  %

B273

Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd.

14,9  %

B279

Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd.

14,9  %

B280

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

21,2  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

61,4  %

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u t-30 ta’ Ġunju 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali”);

(b)

ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li kkoopera jew seta’ kkoopera fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju; u

(c)

jew effettivament esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1039/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1039/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/59 tal-14 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 12, 15.1.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/59/oj).

(4)   ĠU C 138, 21.4.2023, p. 4.

(5)  Notifika tal-Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/680, 12.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/680/oj)

(6)   https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2711.

(7)   https://www.spglobal.com/marketintelligence/en/mi/products/maritime-global-trade-atlas.html.

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/112 tat-18 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 19.1.2023, p. 66, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/112/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/402 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 10.3.2022, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/402/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/546 tad-29 ta’ Marzu 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 109, 30.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/546/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/582 tad-9 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 124, 12.4.2021, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/582/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/983 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ foil tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 216, 18.6.2021, p. 142, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/983/oj).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/402, il-premessi 50-52; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 125-131 u 185-188; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 80-86 u 140-143.

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessa 45; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/402, il-premessa 39; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1428 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 336, 13.10.2020, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1428/oj), il-premessi 98-104; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 132-137; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 87-92.

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessa 46; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/402, il-premessi 40-42; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 138-143; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 93-98. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-Intrapriżi tal-Istat (SOEs) mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji taċ-Ċina, f’kull kumpanija trid tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas 3 membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija trid tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew inforzat b’mod strett. Madankollu, mill-anqas mill-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li ċ-ċelloli tal-partit kienu jeżistu f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija ta’ proprjetà privata, bi pressjoni dejjem tikber biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet tan-negozju fi ħdan il-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tar-roti tal-aluminju u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessi 51-63; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/402, il-premessi 43-45; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 144-166; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 99-120.

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/402, il-premessa 46; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 167-171; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 121-125.

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessa 65; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/402, il-premessa 47; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 172-173; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 126-127.

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessa 66; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/402, il-premessa 48; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 174-184; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 128-139.

(16)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2017) 483 final/2, 20 ta’ Diċembru 2017, disponibbli minn: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang=mt.

(17)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ, SWD(2024) 91 final, l-10 ta’ April 2024, disponibbli minn: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=mt.

(18)  Ara r-Rapport – It-Taqsima 15. Pereżempju, il-paragrafu 15.2 jiddikjara li: “[h]emm bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra li għandhom x’jaqsmu mal-aluminju, maħruġa fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, li juru biċ-ċar il-grad għoli ta’ intervent tal-gvern Ċiniż fis-settur tal-aluminju. Permezz ta’ dawn u strumenti oħra, il-gvern jidderieġi u jikkontrolla prattikament kull aspett tal-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur.”

(19)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessa 188; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessa 143.

(20)  Ir-Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 5, p. 120-131.

(21)  L-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji. Ara wkoll ir-Rapport aġġornat – il-Kapitolu 3, p. 47-50.

(22)  Ara wkoll ir-Rapport aġġornat – p. 422 u p. 441.

(23)  Ara fuq: http://www.unbeatable.cn/ (aċċessat fil-5 ta’ Lulju 2024).

(24)  Ara fuq: http://www.zjsanghe.com/company (aċċessat fil-5 ta’ Lulju 2024).

(25)  Ara fuq: http://cn.china-botai.com/product-507627-1.html (aċċessat fil-5 ta’ Lulju 2024).

(26)  Ara fuq: http://cn.chinaflyhigh.com/company (aċċessat fil-5 ta’ Lulju 2024).

(27)  Ara fuq: https://www.chinalco.com.cn/xwzx/ (aċċessat fil-5 ta’ Lulju 2024).

(28)  Ara fuq: https://www.chinalco.com.cn/xwzx/ (aċċessat fil-5 ta’ Lulju 2024).

(29)  Ara fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/yclgy/art/2020/art_824a381780ea4607821b89b4b848976e.html (aċċessat fil-5 ta’ Lulju 2024).

(30)  Ibidem, il-Punt 1.1.

(31)  Ara fuq: https://h5.drcnet.com.cn/docview.aspx?version=integrated&docid=6289467&leafid=3046&chnid=1024 (aċċessat fil-5 ta’ Lulju 2024).

(32)  Ibidem, it-Taqsima II.3.

(33)  Ara fuq: https://gxrd.gov.cn/html/art175354.html (aċċessat fil-5 ta’ Lulju 2024).

(34)  Ibidem, il-punt XV.

(35)  Ara fuq: https://www.cnfa.net.cn/index.aspx (aċċessata fil-5 ta’ Lulju 2024).

(36)  Ara fuq: https://www.cnfa.net.cn/about/1546.aspx (aċċessata fil-5 ta’ Lulju 2024).

(37)  Ibidem.

(38)  Ibidem, l-Artikolu 21.

(39)  Ara fuq: https://www.chinalco.com.cn/dqjs/dqjs_djdt/202404/t20240422_126423.html (aċċessat fil-5 ta’ Lulju 2024).

(40)  Ara fuq: https://dj.nantong.gov.cn/ntdjw/tzggt/content/67ee1ab2-abb2-4bc3-a57e-52281c699398.html (aċċessata fil-5 ta’ Lulju 2024).

(41)  Ara fuq: https://www.qddj.gov.cn/Dj/ShowInfo/ItemInfo/3996/gbjy (aċċessata fit-12 ta’ Lulju 2024).

(42)  Ir-Rapport Aġġornat – il-Parti III, il-Kapitolu 15, p. 427.

(43)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessi 51-63; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 147-155; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 102-109.

(44)  Ir-Rapport Aġġornat – il-Parti III, il-Kapitolu 15, il-paragrafu 15.3, p. 427.

(45)  Ara fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html (aċċessat fil-5 ta’ Lulju 2024).

(46)  Ara t-Taqsima VIII.2 tal-Pjan ta’ Shandong.

(47)  Disponibbli fuq: http://www.yn.gov.cn/ztgg/lqhm/lqzc/djzc/202202/t20220223_236886.html (aċċessata fil-5 ta’ Lulju 2024).

(48)  Ara t-Taqsima IV.3(3) tal-Pjan ta’ Yunnan.

(49)  Ara l-Punt VII tad-Deċiżjoni ta’ Guangxi.

(50)  Ara “Yongkang State-owned Capital Investment Holding Group Co., Ltd. 2022 Public Offering of Corporate Bonds (First Phase) to Professional Investors Prospectus”, p. 145, disponibbli fuq http://www.sse.com.cn/disclosure/bond/announcement/company/c/new/2022-11-08/138560_20221108_L2VN.pdf (aċċessata fil-5 ta’ Lulju 2024).

(51)  Ara l-Punt XVIII tad-Deċiżjoni ta’ Guangxi.

(52)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(53)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(54)   https://login.bvdinfo.com/R0/Orbis.

(55)   https://connect.ihsmarkit.com/

(56)   TÜİK - Veri Portalı (tuik.gov.tr)

(57)   EMRA | L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (epdk.gov.tr)

(58)   TÜİK — Veri Portalı (tuik.gov.tr).

(59)   EMRA — L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (epdk.gov.tr).

(60)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jikkunsidra li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-iskop li jiġi ddeterminat il-valur normali.

(61)   TÜİK - Veri Portalı (tuik.gov.tr) u TÜİK - Veri Portalı (tuik.gov.tr).

(62)  Medja għall-manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, minbarra l-makkinarju u t-tagħmir.

(63)  Ekwivalenti għall-full-time.

(64)   EMRA | L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (epdk.gov.tr)

(65)   https://login.bvdinfo.com/R1/Orbis.

(66)  Element huwa l-iżgħar unità tat-tisħin li tista’ tiġi manifatturata u jikkonsisti f’korp tal-metall b’kompartiment għaċ-ċirkolazzjoni tal-fluwidu. L-elementi jistgħu jiġu assemblati flimkien biex jinbena radjatur tad-daqs meħtieġ.

(67)   Sors: talba għal rieżami.

(68)   Sors: talba għal rieżami Taqsima 5.4.

(69)   Sors: talba għal rieżami Taqsima 5.4.

(70)   Sors: Maia Research Analysis. L-applikant ipprovda estrazzjoni tad-data fit-taqsima 5.4 tal-verżjoni miftuħa tat-talba għal rieżami.

(71)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/59, it-Taqsimiet 3.2.1 u 4.6.

(72)  L-Arġentina u r-Renju Unit għandhom miżuri fis-seħħ kontra r-radjaturi tal-aluminju miċ-Ċina. L-Istati Uniti, il-Messiku u l-Kanada għandhom fil-mira prodotti ta’ estrużjoni tal-aluminju miċ-Ċina (spiss il-kodiċijiet tad-definizzjoni tal-prodott li wieħed jibbaża fuqhom huma tant wesgħin li jinkludu wkoll radjaturi prodotti permezz tal-estrużjoni).

(73)   World Trade Organization - Integrated Trade Intelligence Portal - Home page (wto.org)

(74)  L-Arġentina u r-Renju Unit għandhom miżuri fis-seħħ kontra r-radjaturi tal-aluminju miċ-Ċina. L-Istati Uniti, il-Messiku u l-Kanada għandhom fil-mira prodotti ta’ estrużjoni tal-aluminju miċ-Ċina (spiss il-kodiċijiet tad-definizzjoni tal-prodott li wieħed jibbaża fuqhom huma tant wesgħin li jinkludu wkoll radjaturi prodotti permezz tal-estrużjoni).

(75)  It-Taqsima 5.4 tat-talba miftuħa għal rieżami.

(76)   https://taxation-customs.ec.europa.eu/online-services/online-services-and-databases-customs/surveillance-system_en.

(77)   Gazzetta Ufficiale, Decreto Legge 19 maggio 2020, nr. 34, art. 119.

(78)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/59.

(79)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj).


ANNESS

Isem il-Kumpanija

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Jinyun Shengda Industry Co., Ltd

B274

Ningbo Ephraim Radiator Equipment Co., Ltd

B275

Ningbo Everfamily Radiator Co., Ltd

B276

Ningbo Ningshing Kinhil Industrial Co., Ltd

B277

Ningbo Ninhshing Kinhil International Co., Ltd

B278

Yongkang Jinbiao Machine Electric Co., Ltd

B281

Yongkang Sanghe Radiator Co., Ltd

B282

Zhejiang Aishuibao Piping Systems Co., Ltd

B283

Zhejiang Botai Tools Co., Ltd

B284

Zhejiang East Industry Co., Ltd

B285

Zhejiang Guangying Machinery Co., Ltd

B286

Zhejiang Kangfa Industry & Trading Co., Ltd

B287

Zhejiang Liwang Industrial and Trading Co., Ltd

B288

Zhejiang Ningshuai Industry Co., Ltd

B289

Zhejiang Rongrong Industrial Co., Ltd

B290

Zhejiang Yuanda Machinery & Electrical Manufacturing Co., Ltd

B291


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2661/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)