|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2634 |
4.10.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2634
tad-29 ta’ Lulju 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kenja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Frar 2019 li jimplimenta klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta’ preferenzi f’ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/287 jistabbilixxi dispożizzjoni għall-implimentazzjoni ta’ klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta’ preferenzi f’ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiż terz wieħed jew aktar. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/287 ma jaffettwaw l-ebda dispożizzjoni speċifika li tinsab f’dawk il-ftehimiet kummerċjali, meta tali dispożizzjonijiet ma jkunux konformi ma’ dak ir-Regolament. Tali dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu f’ċerti ftehimiet kummerċjali huma elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287. |
|
(2) |
L-Unjoni Ewropea u l-Kenja kkonkludew Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (2) li fih ċerti dispożizzjonijiet dwar salvagwardji bilaterali li mhumiex f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/287. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiżdied mat-test fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 53, 22.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/287/oj.
(2) ĠU L, 2024/1648, 1.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/1648/oj.
ANNESS
Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra
|
Data tal-Applikazzjoni |
1.7.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u/jew mekkaniżmi oħra |
Titolu VI Miżuri għad-Difiża tal-Kummerċ |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dispożizzjoni(jiet) li tinsab/jinsabu f’dan il-Ftehim |
Artikolu 50.1 “1. Wara li tkun eżaminat soluzzjonijiet alternattivi, Parti tista’ tapplika miżuri ta’ salvagwardja għal perjodu limitat b’deroga mill-Artikoli 10 u 11, skont il-kundizzjonijiet u f’konformità mal-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu.” Artikolu 50.2 “2. Il-miżuri ta’ salvagwardja msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jittieħdu meta prodott li joriġina minn Parti waħda jkun qed jiġi importat fit-territorju tal-Parti l-oħra f’dawk il-kwantitajiet miżjuda u skont dawk il-kundizzjonijiet li joħolqu jew jheddu li joħolqu:
Artikolu 50.3(b) u (c) “3. Il-miżuri ta’ salvagwardja msemmija f’dan l-Artikolu m’għandhomx ikunu iktar minn dak li huwa meħtieġ biex jirrimedjaw jew jipprevjenu ħsara serja jew tfixkil, kif iddefinit fil-paragrafi 2 u 5(b). Il-miżuri ta’ salvagwardja tal-Parti importatriċi jistgħu biss jikkonsistu f’waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
Artikolu 50.4 “4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 3, meta kull prodott li joriġina mill-Istat(i) bi Sħab tal-EAC jkun qed jiġi importat f’tali kwantitajiet miżjuda u skont tali kundizzjonijiet li joħloq jew jhedded li joħloq waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 lil reġjun ultraperiferiku wieħed jew aktar tal-UE, l-UE tista’ tieħu miżuri ta’ sorveljanza jew salvagwardja b’mod limitat għar-reġjun jew reġjuni konċernati skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 6 sa 9.” Artikolu 50.5
Artikolu 50.6
Artikolu 50.7 “7. Għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 6, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 50.8 “8. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni minnufih, il-Parti importatriċi kkonċernata tista’ tieħu l-miżuri pprovduti fil-paragrafi 3, 4 jew 5 fuq bażi proviżorja mingħajr ma tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7. Tali azzjoni tista’ tittieħed għal perjodu massimu ta’ mija u tmenin (180) jum meta l-miżuri jittieħdu mill-UE u ta’ mitejn (200) jum meta l-miżuri jittieħdu mill-Istat(i) bi Sħab tal-EAC, jew meta l-miżuri meħuda mill-UE jkunu limitati għat-territorju ta’ reġjun ultraperiferiku wieħed jew aktar minn tagħha. Id-dewmien ta’ kull miżura proviżorja bħal din għandu jingħadd bħala parti mill-perjodu inizjali u ta’ kull estensjoni msemmija fil-paragrafu 6. Fit-teħid ta’ tali miżuri proviżorji, għandu jitqies l-interess tal-Partijiet kollha, inkluż il-livell tagħhom ta’ żvilupp. Il-Parti importatriċi kkonċernata għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra kkonċernata u għandha minnufih tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja għal eżami.” Artikolu 50.9 “9. Jekk Parti importatriċi tissoġġetta l-importazzjonijiet ta’ prodott għal proċedura amministrattiva li jkollha bħala għan tagħha l-provvista rapida ta’ informazzjoni skont ix-xejra ta’ flussi fil-kummerċ li jistgħu joħolqu l-problemi msemmijin f’dan l-Artikolu, għandha tgħarraf lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja mingħajr dewmien.” Artikolu 50.10 “10. Il-Ftehim tad-WTO ma għandux ikun invokat biex Parti tinżamm milli tadotta miżuri ta’ salvagwardja f’konformità ma’ dan l-Artikolu.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2634/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)