European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2632

9.10.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2632

tat-8 ta’ Ottubru 2024

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1193 rigward il-miżuri għall-ilma li jista’ jiġi infettat bir-Ralstonia solanacearum (Smith 1896) Yabuuchi et al. 1996 emend. Safni et al. 2014, il-miżuri li jridu jittieħdu mill-operaturi professjonisti u l-mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punti (a) sa (h), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1193 (2) jistabbilixxi l-miżuri għall-qerda tar-Ralstonia solanacearum (Smith 1896) Yabuuchi et al. 1996 emend. Safni et al. 2014 u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu (“il-pest speċifikat”) fit-territorju tal-Unjoni.

(2)

Minbarra l-ilma li jkun diġà kkonfermat li huwa infettat, jeħtieġ li l-miżuri li jikkonċernaw id-detezzjoni u l-qerda tal-pest speċifikat ikopru wkoll l-ilma li jista’ jiġi infettat mill-pest speċifikat.

(3)

Dan biex jiġi żgurat li l-ilma li jista’ jiġi infettat mill-pest speċifikat ikun soġġett ukoll għal dawk id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-konferma tal-preżenza tal-pest, l-elementi għad-deżinjazzjoni tal-oġġetti bħala probabbilment infettati minnu, kif ukoll il-miżuri għall-qerda, u konsegwentement tiġi żgurata protezzjoni ogħla mill-protezzjoni eżistenti bħalissa tat-territorju tal-Unjoni mir-riskju ppreżentat mill-pest speċifikat.

(4)

Barra minn hekk, l-elementi li jridu jitqiesu fid-determinazzjoni tat-tixrid possibbli tal-pest speċifikat jenħtieġ li jinkludu wkoll l-ilma li jista’ jiġi infettat.

(5)

Fiż-żona demarkata, minbarra l-miżuri applikabbli fil-każ tal-ilma deżinjat bħala infettat, l-ilma li jista’ jiġi infettat jenħtieġ li jkun soġġett ukoll għal dawk il-miżuri.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1193, l-awtorità kompetenti trid tiżgura li l-pjanti speċifikati infettati jinqerdu jew jintremew b’xi mod ieħor, f’konformità mal-punt 1 tal-Anness V dment li jiġi stabbilit li ma hemm l-ebda riskju identifikabbli tat-tifrix tal-pest speċifikat.

(7)

Peress li l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jaċċessaw faċilment il-postijiet rispettivi kollha, dawk il-miżuri jistgħu jitwettqu b’mod aktar prattiku u effettiv mill-operaturi professjonisti milli mill-awtoritajiet kompetenti nnifishom. Għal din ir-raġuni, l-operaturi professjonisti jenħtieġ li jwettqu dawk il-miżuri taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti.

(8)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1193 jistabbilixxi mudell għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġ li jikkonċernaw il-pest speċifikat, għall-ħsad tal-patata u tad-tadam tas-sena kalendarja preċedenti. Dak il-mudell jenħtieġ li jittejjeb għall-użu prattiku u l-effikaċja minħabba li d-data tar-rapportar dwar il-kampjunar tat-tuberi ċċertifikati għat-tħawwil, it-tuberi għat-tħawwil għajr it-tuberi ċċertifikati, it-tuberi għajr dawk għat-tħawwil, kif ukoll il-patata għall-konsum u għall-ipproċessar, ma tipprovdix informazzjoni notevoli għall-fini tal-istħarriġ.

(9)

L-ordni ta’ ċerti kolonni tal-mudell jenħtieġ li tinbidel abbażi tal-kronoloġija tal-azzjonijiet rispettivi. B’mod partikolari, il-kolonna dwar l-ispezzjonijiet viżivi tal-għelejjel tat-tkabbir u tat-tuberi maħżuna jenħtieġ li tiddaħħal qabel il-kolonni dwar ir-riżultati tal-laboratorju miksuba minn kampjuni miġbura matul dawk l-ispezzjonijiet viżivi.

(10)

Barra minn hekk, jeħtieġ jiġi ċċarat jekk l-ittestjar fil-laboratorju ikunx ġej mill-kampjunar tat-tuberi maħżuna jew tat-tuberi waqt l-ispezzjoni viżiva tal-għelejjel tat-tkabbir.

(11)

Meħtieġ ukoll jiżdiedu kolonni fir-rigward tal-ittestjar tal-ilma fil-laboratorju biex tittejjeb il-preċiżjoni tar-rapportar tar-riżultati.

(12)

L-għadd ta’ spezzjonijiet viżivi pożittivi jistgħu jiġu rreġistrati biss wara li jinkisbu r-riżultati mill-ittestjar fil-laboratorju. Għalhekk, u biex tinkiseb preżentazzjoni aktar ċara u konsistenti tar-riżultati, il-kolonna rispettiva jenħtieġ li tiġi trasferita taħt it-taqsimiet dwar it-testijiet tal-laboratorju.

(13)

Matul l-ispezzjonijiet viżivi, jittieħdu kampjuni sintomatiċi u asintomatiċi. L-infezzjonijiet latenti jinstabu fil-kampjuni asintomatiċi. Minħabba l-importanza tal-infezzjonijiet latenti għall-fehim tat-tixrid possibbli tal-marda, u għall-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi evitat it-tali tixrid, jenħtieġ li fil-mudell issir distinzjoni bejn ir-riżultati mill-kampjuni sintomatiċi u asintomatiċi

(14)

L-esperjenza wriet li r-rappurtar tad-data dwar il-perjodu tal-kampjunar tat-tuberi għall-ittestjar fil-laboratorju ma jipprovdix informazzjoni notevoli għall-fini tal-istħarriġ.

(15)

Ir-rekwiżiti għad-daqs tal-kampjun huma previsti fil-punt 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1193. B’konsegwenza ta’ dan, id-data meħtieġa fil-mudell dwar id-daqs tal-lottijiet f’tunnellati jew f’ettari ma tipprovdix informazzjoni notevoli għall-fini tal-istħarriġ.

(16)

Barra minn hekk, jeħtieġ li fl-ewwel sentenza tal-Anness II jiġi ċċarat li l-mudell irid jippreżenta r-riżultati tal-istħarriġ mill-ħsad tal-patata mis-sena ta’ qabel is-sena tar-rapportar.

(17)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1193 jiġi emendat skont dan.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1193

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1193 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-ilma tal-wiċċ li jista’ jiġi infettat, filwaqt li jitqiesu l-elementi elenkati fil-punt 2(b)(ii) u (iii) tal-Anness IV.”;

(2)

fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-pjanti speċifikati ddeżinjati bħala infettati mill-pest speċifikat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d)(i), ma għandhomx jitħawlu. L-operaturi professjonisti, matul il-produzzjoni jew il-moviment tal-pjanti speċifiċi, taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, iridu jiżguraw li l-pjanti speċifikati infettati jinqerdu jew jintremew b’xi mod ieħor, f’konformità mal-punt 1 tal-Anness V dment li jiġi stabbilit li ma hemm l-ebda riskju identifikabbli ta’ tifrix tal-pest speċifikat.”;

(3)

L-Anness II huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(4)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-elementi li jridu jitqiesu biex oġġett jiġi deżinjat bħala x’aktarx infettat mill-pest speċifikat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (b)(ii) huma dawn li ġejjin:”;

(ii)

il-punti (i) u (j) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(i)

il-post(ijiet) tal-produzzjoni tal-pjanti speċifikati li jużaw l-ilma għall-irrigazzjoni jew għall-bexx deżinjat bħala infettat skont l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (a), jew li jista’ jiġi infettat skont l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b);

(j)

il-pjanti speċifikati prodotti f’siti tal-produzzjoni mgħarrqa bl-ilma tal-wiċċ ikkonfermat li huwa infettat jew li jista’ jiġi infettat.”;

(b)

fil-punt 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

fil-każijiet fejn l-ilma tal-wiċċ ikun deżinjat bħala infettat skont l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (a), jew li jista’ jiġi infettat skont l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b):

(i)

il-post(ijiet) tal-produzzjoni li jipproduċi/u pjanti speċifikati li jkun(u) maġenb ilma tal-wiċċ deżinjat bħala infettat jew li jista’ jiġi infettat, jew jinsab(u) f’riskju ta’ għargħar minnu;

(ii)

kwalunkwe ħawt tal-irrigazzjoni assoċjat mal-ilma tal-wiċċ deżinjat bħala infettat jew li jista’ jiġi infettat;

(iii)

il-korpi tal-ilma f’kuntatt mal-ilma tal-wiċċ deżinjat bħala infettat jew li jista’ jiġi infettat, meta wieħed jikkunsidra:

id-direzzjoni u r-rata tal-fluss tal-ilma deżinjat bħala infettat jew li jista’ jiġi infettat;

il-preżenza ta’ pjanti ospitanti solanaċji selvaġġi.”;

(5)

L-Anness V, il-punt 4.2(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

f’każijiet fejn l-ilma tal-wiċċ ikun ġie deżinjat bħala infettat skont l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (a), jew li jista’ jiġi infettat skont l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b), jew inkluż fl-elementi li jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tifrix possibbli tal-pest speċifikat f’konformità mal-punt 2 tal-Anness IV:

(i)

għandhom iwettqu l-istħarriġ annwali fi żminijiet xierqa, inkluż il-kampjunar tal-ilma tal-wiċċ u, fejn xieraq, tal-pjanti solanaċji selvaġġi ospitanti fis-sorsi tal-ilma rilevanti u għandhom jiżguraw li l-kampjuni jkunu soġġetti għat-testijiet imsemmija fl-Anness I;

(ii)

għandhom jintroduċu l-kontrolli uffiċjali fuq il-programmi tal-irrigazzjoni u tal-bexx, inkluż projbizzjoni fuq l-użu tal-ilma deżinjat bħala infettat u tal-ilma li jista’ jiġi infettat għall-irrigazzjoni u l-bexx tal-pjanti speċifikati, u, meta rilevanti, ta’ pjanti solanaċji ospitanti kkultivati oħra sabiex jipprevjenu l-firxa tal-pest speċifikat;

(iii)

f’każijiet meta jiġu infettati skariki ta’ skart likwidu, dawn għandhom jintroduċu kontrolli uffiċjali fuq ir-rimi ta’ skariki ta’ skart solidu jew likwidu mill-ipproċessar industrijali jew mill-istazzjonijiet tal-ippakkjar li jittrattaw il-pjanti speċifikati tal-postijiet tal-produzzjoni;”;

(b)

jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

f’każijiet imsemmija fil-frażi introduttorja tal-punt (b), għandhom japplikaw id-derogi li ġejjin:

(i)

permezz ta’ deroga mill-punt (b)(i), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux stħarriġiet annwali tal-ilma tal-wiċċ li ġie deżinjat bħala infettat jew li jista’ jiġi infittet, dment li ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni ta’ bidla fl-istatus tal-pesti fiż-żona demarkata;

(ii)

permezz ta’ deroga mill-punt (b)(ii), l-użu tal-ilma soġġett għal projbizzjoni jista’ jkun permess fis-serer, taħt kontroll uffiċjali, għall-irrigazzjoni u l-bexx ta’ pjanti tat-tadam u ta’ pjanti ospitanti oħra maħsuba għall-konsum u l-ipproċessar finali, dment li l-ilma jiġi diżinfettat bl-użu ta’ metodi xierqa jew jinsab ħieles mill-pesti wara kampjunar u ttestjar intensivi.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1193 tal-11 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi l-miżuri għall-qerda tar-Ralstonia solanacearum (Smith 1896) Yabuuchi et al. 1996 emend. Safni et al. 2014 u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu (ĠU L 185, 12.7.2022, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1193/oj).


ANNESS

““ANNESS II

Mudell tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 3(3)

Mudell għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġiet dwar it-taħsir kannella tal-patata matul is-sena kalendarja ta’ qabel is-sena tar-rapportar

Stat Membru

Kategorija

Żona ta’ kultivazzjoni (ha)

Spezzjonijiet viżivi tal-għelejjel li jkunu qed jikbru

Spezzjonijiet viżivi tal-lottijiet tat-tuberi maħżuna (1)

Żona li ġiet soġġetta għal spezzjoni viżiva (ha)

Għadd ta’ spezzjonijiet viżivi (2)

Għadd ta’ spezzjonijiet viżivi fejn ġew osservati s-sintomi (3)

Għadd ta’ kampjuni sintomatiċi meħuda (4)

Għadd ta’ kampjuni asintomatiċi meħuda (4)

Għadd ta’ spezzjonijiet viżivi (2)

Għadd ta’ spezzjonijiet viżivi fejn ġew osservati s-sintomi (5)

Għadd ta’ kampjuni sintomatiċi meħuda (4)

Għadd ta’ kampjuni asintomatiċi meħuda (4)

 

Tuberi tal-patata għat-tħawwil (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tuberi tal-patata maħsuba biex jitħawlu fil-post tal-produzzjoni tagħhom

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tuberi tal-patata għajr dawk għat-tħawwil

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam maħsub għat-tħawwil mill-ġdid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ospitanti oħra (speċifika l-ispeċi)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ilma għall-irrigazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ilma mormi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Stat Membru

Kategorija

Testijiet fil-laboratorju relatati ma’ spezzjonijiet viżivi tal-għelejjel li jkunu qed jikbru

Testijiet fil-laboratorju relatati mal-ispezzjonijiet tal-lottijiet tat-tuberi

Testijiet fil-laboratorju relatati mal-ilma

Numru/i tan-notifika tat-tifqigħat notifikati, kif applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715

Informazzjoni addizzjonali

Għadd ta’ kampjuni sintomatiċi li ttestjaw pożittivi

Għadd ta’ kampjuni asintomatiċi li ttestjaw pożittivi

Għadd ta’ spezzjonijiet viżivi pożittivi (7)

Għadd ta’ kampjuni sintomatiċi li ttestjaw pożittivi

Għadd ta’ kampjuni asintomatiċi li ttestjaw pożittivi

Għadd ta’ lottijiet pożittivi

Għadd ta’ kampjuni ttestjati

Għadd ta’ kampjuni pożittivi

 

Tuberi tal-patata għat-tħawwil (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tuberi tal-patata maħsuba biex jitħawlu fil-post tal-produzzjoni tagħhom

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tuberi tal-patata għajr dawk għat-tħawwil

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam maħsub għat-tħawwil mill-ġdid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ospitanti oħra (speċifika l-ispeċi)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ilma għall-irrigazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ilma mormi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

” ”

(1)  Trid timtela biss għar-riżultati tal-istħarriġ imwettaq fuq pjanti speċifikati u ospitanti oħra mkabbra u maħsuda f’pajjiżek.

(2)  Inkluż l-għadd ta’ spezzjonijiet viżivi multipli mwettqa fl-istess għalqa jew fuq l-istess lott, jekk applikabbli.

(3)  Is-sintomi misjuba fuq it-tuberi jew il-pjanti maqtugħin, u l-kampjuni meħuda għall-ittestjar fil-laboratorju.

(4)  Il-preparazzjoni tal-kampjun hija deskritta fil-punt 4 tal-Anness I.

(5)  Is-sintomi nstabu fuq it-tuberi maqtugħin u l-kampjuni ttieħdu għall-ittestjar fil-laboratorju.

(6)  Ħlief it-tuberi tal-patata maħsuba biex jitħawlu fil-post tal-produzzjoni tagħhom.

(7)  Għadd totali ta’ spezzjonijiet viżivi li għalihom il-kampjuni ttestjaw pożittivi għall-preżenza tal-R. solanacearum.

(8)  Ħlief it-tuberi tal-patata maħsuba biex jitħawlu fil-post tal-produzzjoni tagħhom.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2632/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)