Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2607 |
4.10.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2607
tas-27 ta’ Settembru 2024
li jirreġistra isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Ροδόσταγμα Αγρού / Rodostagma Agrou / Agros Rosewater” (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2),
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 90(1) u (2), tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li ħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jibqa’ applikabbli għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi li l-Kummissjoni tirċievi u li jiġu ppubblikati għall-oppożizzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel it-13 ta’ Mejju 2024. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta’ Ċipru għar-reġistrazzjoni tal-isem “Ροδόσταγμα Αγρού / Rodostagma Agrou / Agros Rosewater” bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Ροδόσταγμα Αγρού / Rodostagma Agrou / Agros Rosewater” jiġi rreġistrat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Ροδόσταγμα Αγρού / Rodostagma Agrou / Agros Rosewater” (IĠP) huwa rreġistrat.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1151/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
(3) ĠU C, C/2024/2214, 19.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2214/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2607/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)