|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2598 |
7.10.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2598
tal-4 ta’ Ottubru 2024
li jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali antimikrobiċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/905 tas-27 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali antimikrobiċi f’annimali jew fi prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet ta’ kontroll oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiġi verifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’oqsma speċifiċi. B’mod partikolari, l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li dak ir-Regolament għandu japplika għall-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mal-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tista’ titlob li l-kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li jidhru f’lista mfassla mill-Kummissjoni għal dak il-għan. |
|
(2) |
L-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 jirrikjedi li, fir-rigward ta’ annimali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, il-prodotti li ġejjin ma għandhomx jintużaw: (i) prodotti mediċinali antimikrobiċi għall-fini tal-promozzjoni tat-tkabbir jew taż-żieda fir-rendiment; u (ii) prodotti mediċinali antimikrobiċi li fihom antimikrobiku li huwa inkluż fil-lista ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1255 (4) . |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/905 jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 fir-rigward, fost affarijiet oħra, tal-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, sabiex jiġi żgurat li jikkonformaw mal-projbizzjoni fuq l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment u tal-antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin. Dawk il-kundizzjonijiet jinkludu li l-kunsinni ta’ annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk joriġinaw minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li huwa inkluż f’lista mfassla mill-Kummissjoni għal dak il-għan. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/905, jenħtieġ li dik il-lista tinkludi biss pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, li jkunu ppreżentaw evidenza u garanziji xierqa li l-annimali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali kkonċernati jikkonformaw mal-projbizzjoni fuq l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u għaż-żieda fir-rendiment u ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin, inkluża informazzjoni riċevuta dwar il-proċeduri fis-seħħ biex jiġu ggarantiti t-traċċabbiltà u l-oriġini. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom li ppreżentaw l-evidenza u l-garanziji msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/905 jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati jew reġjuni tagħhom li minnhom jistgħu jidħlu fl-Unjoni annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali. |
|
(6) |
Il-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali; stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2023/905 japplikaw minn 24 xahar wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/399 (5). Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll mit-3 ta’ Settembru 2026. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/905 li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem fir-rigward tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali antimikrobiċi stabbilita fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6.
Artikolu 2
Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem
1. Il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/905 fir-rigward tal-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, jiġu mmarkati b’ “X”, għall-ispeċijiet jew il-komoditajiet rilevanti, fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom, li, għall-produzzjoni ta’ prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, biħsiebhom jipproċessaw biss annimali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali li joriġinaw jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra elenkati fl-Anness f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma mmarkati b’ “Δ”, għall-ispeċijiet jew il-komoditajiet rilevanti, fl-Anness.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-3 ta’ Settembru 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.
(2) ĠU L 116, 4.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/905/oj.
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/6/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1255 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jiddeżinja l-antimikrobiċi jew il-gruppi ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bniedem, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 20.7.2022, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1255/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/399 tad-29 ta’ Jannar 2024 li jemenda l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 u l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati għad-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni ta’ ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali u ċerti kategoriji ta’ annimali (ĠU L 2024/399, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/399/oj).
ANNESS
Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom a li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem fir-rigward tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali antimikrobiċi stabbilita fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6:
|
|
Annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (*1) |
||||||||||||
|
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
Pajjiż terz (1)jew reġjuni tiegħu |
Bovini |
Ovini/ kaprini |
Porċini |
Ekwini |
Pollam |
Akkwakultura (14) |
Ħalib |
Bajd |
Fniek |
Kaċċa mrobbija |
Għasel |
Budellati |
|
AD |
L-Andorra |
X |
X |
Δ |
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
AL |
L-Albanija |
|
X |
|
|
|
X (11) |
|
X |
|
|
|
X |
|
AR |
L-Arġentina |
X |
X |
|
X |
X |
X (11) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
AU |
L-Awstralja |
X |
X |
|
X |
|
X M |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
AZE |
L-Ażerbajġan |
|
|
|
|
|
X (13) |
|
|
|
|
|
|
|
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
X |
X |
X |
|
X |
X (11) |
X |
X |
|
|
X |
|
|
BD |
Il-Bangladesh |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
BR |
Il-Brażil |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
X |
X |
|
BW |
Il-Botswana |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
BY |
Il-Belarussja |
|
|
|
X (5) |
|
X (11) |
X |
X |
|
|
X |
X |
|
CA |
Il-Kanada |
X |
X |
X |
X |
X |
X M |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
CH |
L-Iżvizzera |
X |
X |
X |
X |
X |
X (11) M |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
CL |
Iċ-Ċilì |
X |
X (3) |
X |
|
X |
X (11) M |
X |
|
|
|
X |
X |
|
CM |
Il-Kamerun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
|
X |
X |
|
CO |
Il-Kolombja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
CR |
Il-Costa Rica |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
CU |
Kuba |
|
|
|
|
|
X (12) |
|
|
|
|
X |
|
|
DO |
Ir-Repubblika Dominicana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
EC |
L-Ekwador |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
EG |
L-Eġittu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
ET |
L-Etjopja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
X |
X (3) |
|
|
|
X (11) |
|
|
|
|
|
|
|
FO |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
|
|
|
|
X (11) |
|
|
|
|
|
|
|
GB |
Ir-Renju Unit (4) |
X |
X |
X |
X |
X |
X (11) Δ M |
X |
X |
Δ |
X |
X |
X |
|
GE |
Il-Georgia |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
GL |
Greenland |
|
X (3) |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
GT |
Il-Gwatemala |
|
|
|
|
|
X (12) |
|
|
|
|
X |
|
|
HK |
Il-Hong Kong |
|
|
|
|
|
Δ |
|
Δ |
|
|
|
|
|
HN |
Il-Honduras |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
IL |
L-Iżrael (2) |
|
|
|
|
X |
X (11) |
X |
|
|
|
X |
|
|
IM |
L-Isle of Man |
X |
X (3) |
X |
|
|
X (11) M |
X |
|
|
|
X |
|
|
JE |
Jersey |
X |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
JP |
Il-Ġappun |
X |
|
Δ |
|
X |
X (11) M |
X |
X |
|
|
Δ |
X |
|
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
|
|
|
X |
X M |
|
|
|
|
Δ |
|
|
LB |
Il-Libanu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
MA |
Il-Marokk |
|
|
|
|
X |
X (11) Δ M |
|
|
|
|
X |
X |
|
MD |
Il-Moldova |
|
|
|
|
X |
X (11) |
X |
X |
|
|
X |
|
|
ME |
Il-Montenegro |
X |
X |
X |
|
X |
X (11) |
X |
X |
|
|
X |
X |
|
MG |
Il-Madagascar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
|
MK |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
X |
X |
X |
|
X |
X (11) |
X |
X |
|
|
X |
|
|
MM |
Il-Myanmar / Burma |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
|
MN |
Il-Mongolja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
MX |
Il-Messiku |
|
|
Δ |
|
|
X |
|
X |
|
|
X |
|
|
MY |
Il-Malażja |
|
|
|
|
Δ |
X |
|
|
|
|
|
|
|
NA |
In-Namibja |
X |
X (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NC |
Il-Kaledonja Ġdida |
|
|
|
|
|
X (12) |
|
|
|
X |
X |
|
|
NI |
In-Nikaragwa |
|
|
|
|
|
X (12) |
|
|
|
|
X |
|
|
NZ |
In-New Zealand |
X |
X |
|
|
|
X (11) M |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
PE |
Il-Perù |
|
|
|
|
|
X M |
|
|
|
|
|
|
|
PH |
Il-Filippini |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
PK |
Il-Pakistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
PY |
Il-Paragwaj |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
RU |
Ir-Russja |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
X (6) |
X |
X |
|
RW |
Ir-Rwanda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
SA |
L-Arabja Sawdija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
SG |
Singapor |
Δ |
Δ |
Δ |
|
Δ |
X (11) |
Δ |
Δ |
|
X (7) |
|
|
|
SM |
San Marino |
X |
|
Δ |
|
|
|
X |
|
|
|
X |
|
|
SV |
L-El Salvador |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
TG |
It-Togo |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
TH |
It-Tajlandja |
|
|
|
|
X |
X M |
Δ |
Δ |
|
|
X |
|
|
TR |
It-Turkija |
|
|
|
|
X |
X (11) M |
X |
X |
|
|
X |
X |
|
TW |
It-Tajwan |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
X |
|
|
UA |
L-Ukrajna |
X |
|
X |
|
X |
X (11) M |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
US |
L-Istati Uniti |
X |
X (8) |
X |
|
X |
X M |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
UY |
L-Urugwaj |
X |
X |
|
X |
|
|
X |
|
|
|
X |
X |
|
VE |
Il-Venezwela |
|
|
|
|
|
X (12) |
|
|
|
|
|
|
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
|
|
|
|
X M |
|
|
|
|
X |
|
|
XK |
Il-Kosovo (9) |
|
|
|
|
Δ |
|
|
|
|
|
|
|
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
|
|
|
|
|
M |
|
|
|
X (10) |
|
|
|
ZM |
Iż-Żambja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
(*1) Annimali selvaġġi, prodotti derivati minnhom u prodotti komposti ġew esklużi minn din it-tabella minħabba li dawn il-komoditajiet jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/905 tas-27 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali antimikrobiċi f’annimali jew fi prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni (ĠU L 116, 4.5.2023, p. 1,ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/905/oj).
(1) Lista ta’ pajjiżi terzi u t-territorji tagħhom (mhix limitata għall-pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Unjoni).
(2) Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-amministrazzjoni tal-Istat ta’ Iżrael wara l-5 ta’ Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.
(3) Speċijiet ovini biss.
(4) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87)) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.
(5) L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin maħsubin għall-qatla (biss annimali li jipproduċu l-ikel).
(6) Renni biss.
(7) Biss għal kunsinni ta’ laħam frisk li joriġina minn New Zealand, destinat lejn l-Unjoni u li jinħatt, bil-ħżin jew mingħajru, f’Singapore u li jitgħabba mill-ġdid fi stabbiliment approvat matul it-tranżitu minn Singapore.
(8) Speċijiet kaprini biss.
(9) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(10) Ratiti biss.
(11) Ħut bil-pinen u prodotti tal-ħut bil-pinen biss.
(12) Krustaċji biss.
(13) Prodotti tal-ħut bil-pinen biss (pereżempju, bajd tal-ħut u kavjar).
(14) L-akkwakultura tkopri l-ħut bil-pinen, fosthom is-sallur, u l-prodotti tal-ħut bil-pinen (bħall-bajd tal-ħut u l-kavjar), u l-krustaċji. Il-pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati għal molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/405/oj) huma mmarkati b’“M” f’din il-kolonna. Il-pajjiżi terzi bir-rimarka limitata għal “qabda selvaġġa” fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 mhumiex immarkati b’“M” f’din il-kolonna peress li dawk il-komoditajiet jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2023/905.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2598/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)