European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2590

30.9.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/2590

tal-24 ta’ Settembru 2024

li testendi l-mandat tal-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI/2/2024)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1599 tat-3 ta’ Awwissu 2023 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċital-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (l-“Inizjattiva”), inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ.

(2)

Fis-17 ta’ Ottubru 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2223 (2), u ħatar lis-Sur Philippe CHEVET bħala Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva mill-20 ta’ Ottubru 2023 sad-19 ta’ Ottubru 2024.

(3)

Fis-17 ta’ Lulju 2024, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li jiġi estiż il-mandat tas-Sur Philippe CHEVET bħala l-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva mill-20 ta’ Ottubru 2024 sal-10 ta’ Diċembru 2025.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Philippe CHEVET bħala l-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea huwa estiż mill-20 ta’ Ottubru 2024 sal-10 ta’ Diċembru 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 196, 4.8.2023, p. 25.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/2223 tas-17 ta’ Ottubru 2023 dwar il-ħatra tal-Kap taċ-Ċellula ta’ Kmand u Appoġġ Ċivili tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI) (EUSDI/1/2023) (ĠU L, 2023/2223, 20.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2223/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2590/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)