|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2582 |
30.9.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2582
tas-27 ta’ Settembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/963 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Golf
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Mejju 2023, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għar-Reġjun tal-Golf u adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/963 (1) li taħtar lis-Sur Luigi DI MAIO bħala dak ir-RSUE mill-1 ta’ Ġunju 2023 sat-28 ta’ Frar 2025. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal dak il-perjodu jiġi aġġornat. |
|
(3) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/963 tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(4) |
Ir-RSUE għandu jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/963, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2023 sat-28 ta’ Frar 2025 għandu jkun ta’ EUR 1 980 000,00.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/963 tal-15 ta’ Mejju 2023 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Golf (ĠU L 129, 16.5.2023, p. 12).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2582/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)