European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2529

26.9.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2529

tat-23 ta’ Settembru 2024

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2024) 6749)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses f’azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħra fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-HPAI.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta mat-tifqigħat tal-HPAI.

(4)

B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2475 (4) wara tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fi Franza, li kien jeħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness.

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2475, iċ-Ċekja, id-Danimarka u l-Ġermanja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-tifqigħat tal-HPAI, fi stabbilimenti fejn kien jinżamm il-pollam, li jinsabu fid-distrett ta’ Příbram fiċ-Ċekja, fil-muniċipalità ta’ Guldborgsund fid-Danimarka, u fl-istat tas-Sassonja-Anhalt fil-Ġermanja.

(7)

Iċ-Ċekja, id-Danimarka u l-Ġermanja ħadu l-miżuri neċessarji għall-kontroll tal-mard meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħat.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li ħadet iċ-Ċekja, id-Danimarka u l-Ġermanja, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-HPAI.

(9)

Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, bħalissa l-ebda żona mhi elenkata bħala żona ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għaċ-Ċekja u għad-Danimarka, u l-ebda żona mhi elenkata bħala żona ta’ protezzjoni għall-Ġermanja.

(10)

Biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex tkun evitata l-impożizzjoni mill-pajjiżi terzi ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ, hemm bżonn li ssir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni maċ-Ċekja, mad-Danimarka u mal-Ġermanja, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq minn dawk l-Istati Membri f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(11)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ sorveljanza għall-Ġermanja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jenħtieġ li jiġu emendati.

(12)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu elenkati ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għaċ-Ċekja u għad-Danimarka, u jenħtieġ li jiġu elenkati ż-żoni ta’ protezzjoni għall-Ġermanja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447.

(13)

Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq miċ-Ċekja, mid-Danimarka u mill-Ġermanja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tal-miżuri applikabbli fihom.

(14)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tiġi emendata skont dan.

(15)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr.

(16)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2475 tat-12 ta’ Settembru 2024 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2024/2475, 16.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2475/oj).


ANNESS

Parti A

Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:

Stat Membru: Iċ-Ċekja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

CZ-HPAI(P)-2024-00006

Central Bohemian Region

Březnice (614271); Martinice u Březnice (692085); Drahenice (631540); Hudčice (649236); Koupě (671207); Počaply u Březnice (722952); Bubovice u Březnice (784800).

South Bohemian Region

Ráztely (721883); Svučice (761621).

9.10.2024

Stat Membru: Id-Danimarka

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

DK-HPAI(P)-2024-00008

Parts of Guldborgsund and Lolland municipalities that are contained within a circle of radius 3 km, centered on GPS coordinates N 54.6952; E 11.5734

4.10.2024

Stat Membru: Il-Ġermanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

SACHSEN-ANHALT

DE-HPAI(P)-2024-00013

Landkreis Saalekreis

Gemarkung Wallendorf, Zöschen und Zweimen

Gemarkung Kötzschlitz, Kötzschau, Kreypau, Friedensdorf, Luppenau, Burgliebenau, Lochau, Raßnitz, Röglitz, Ermlitz und Horburg-Maßlau

11.10.2024

Stat Membru: Franza

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Département Finistère (29):

FR-HPAI(P)-2024-00007

HANVEC- A l’Est de la D18 puis au Nord de la C1 puis à l’Est de la D42 jusqu’à la rivière Le Faou

SAINT ELOY- A l’Est de la D18

SIZUN- Au Sud de la D18 jusqu’au croisement de la D30 et au Sud de la D30 jusqu’au chemin du comte

SAINT RIVOAL- A l’Est de la D30 jusqu’au croisement de la D42 et au Nord de la D42

LOPREC- A l’Ouest de la D42

24.9.2024

Département Ille-et-Vilaine (35):

FR-HPAI(P)-2024-00005

COMBOURG

LOURMAIS

MEILLAC - Au Nord de la départementale D974, du croisement de la Villée jusqu'au croisement de la départementale D81 et Secteur à l'Est de la départementale D81 jusqu'au Plessis Morgat puis secteur au Nord de la départementale D73

BONNEMAIN - Secteur entre la route de la Maignerie, la départementale D9 et la route de la Buet

9.9.2024

Parti B

Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:

Stat Membru: Iċ-Ċekja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

CZ-HPAI(P)-2024-00006

Central Bohemian Region

Bezděkov pod Třemšínem (603601); Bor u Březnice (607240); Přední Poříčí (614319); Chraštice (654078); Chrást u Tochovic (653756); Oslí (653772); Hlubyně (639702); Horčápsko (641944); Leletice (679917); Vacíkov (775941); Kamenná u Příbramě (662691); Modřovice (697966); Nestrašovice (761320); Ostrov u Tochovic (715743); Stražiště (722961); Nesvačily pod Třemšínem (703851); Pňovice pod Třemšínem (722839); Rožmitál pod Třemšínem (742848); Skuhrov pod Třemšínem (722847); Strýčkovy (757357); Hoděmyšl (785482); Starosedlský Hrádek (754862); Kletice (761311); Svojšice (761338); Těchařovice (785288); Hořejany (767701); Tochovice (767719); Třebsko (770523); Tušovice (761346); Pročevily (784818); Volenice u Březnice (784826); Vrančice (785296); Vševily (603619); Zalužany (790761).

South Bohemian Region

Boudy (695483); Krsice (623831); Horosedly (644781); Lety (680770); Minice u Mišovic (696188); Lučkovice (695491); Boješice (606898); Kakovice (696170); Mirovice (695726); Ohař (606901); Plíškovice (721875); Touškov (767883); Mišovice (696196); Pohoří u Mirovic (696200); Myslín (700631); Dolní Nerestce (703699); Horní Nerestce (703702); Rakovice (623849); Bezdědovice (603457); Bělčice (601870); Hostišovice (645796); Podruhlí (645818); Tisov (767191); Újezdec u Bělčic (774031); Záhrobí (790281); Závišín u Bělčic (791288); Drahenický Málkov (631558); Skaličany (748005); Chobot (775754); Hornosín (644765); Kožlí u Myštic (700835); Myštice (700851); Vahlovice (700894); Výšice (700908); Uzenice (775771); Uzeničky (775789).

18.10.2024

Central Bohemian Region

Březnice (614271); Martinice u Březnice (692085); Drahenice (631540); Hudčice (649236); Koupě (671207); Počaply u Březnice (722952); Bubovice u Březnice (784800).

South Bohemian Region

Ráztely (721883); Svučice (761621).

10.10.2024- 18.10.2024

Stat Membru: Id-Danimarka

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

DK-HPAI(P)-2024-00008

Parts of Guldborgsund and Lolland municipalities beyond the area described in the protection zone that are contained within the circle of radius 10 kilometres, centred on GPS coordinates N 54.6952; E 11.5734

13.10.2024

Parts of Guldborgsund and Lolland municipalities that are contained within a circle of radius 3 km, centered on GPS coordinates N 54.6952; E 11.5734

4.10.2024 - 13.10.2024

Stat Membru: Il-Ġermanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

DE-HPAI(P)-2024-00013

SACHSEN

Landkreis Leipzig

beginnend von der Ländergrenze zu Sachsen-Anhalt auf der Höhe der B87 bis Ortseingang Döhlen, den Ortsteil Döhlen einschließend, nordöstlich nach Quesitz und den Ortsteil Quesitz einschließend, südlich des Solarparks den Pappelweg östlich entlang bis zur Abzweigung nach Markranstädt, dieser nördlich folgend und dann südlich des Stadions Südstraße Markranstädt weiter östlich zur Südstraße Markranstädt, anschließend das Waldgebiet nordwestlich/nördlich des Gewerbegebiets GE 3 Nord und nördlich der Siebenschachthäuser mit der Waldgrenze einschließend bis zur Landkreisgrenze Stadt Leipzig im Seegebiet Kulkwitzer See; die westliche, nördliche und östliche Grenze des Beobachtungsgebiets entspricht der

Landkreisgrenze

Landkreis Nordsachsen

Gemeinde Wiedemar: Ortsteil Rabutz: Südlich Kretschiner Weg, Südlich Teichstraße; Ortsteil Werlitzsch: Südlich Straße K7433 bis Autobahn A9, westlich Autobahn A9

Gemeinde Schkeuditz: Ortsteil Kursdorf: südlich Autobahn A14, Ortsteil Schkeuditz, Ortsteil Kleinliebenau, Ortsteil Dölzig

Stadt Leipzig

beginnend mit der Stadtgrenze, entlang am Fahrradweg Neue Luppe, Am Pfingstanger, Lützschenaer Straße, einschließlich Jakobiwinkel und Mühlenplatz, Weiter über Burghausener Straße, Gundorfer Straße, Miltitzer Straße, Bahnschienen ab KGV „Dr. Karl Foerster e.V.“, endend mit der Stadtgrenze

SACHSEN-ANHALT

Landkreis Saalekreis

betroffene Gemarkungen: Dieskau, Dölbau, Gröbers, Großkugel, Schkopau, Döllnitz, Lochau, Raßnitz, Röglitz, Ermlitz, Luppenau, Merseburg, Meuschau, Wallendorf, Zöschen, Zweimen, Horburg-Maßlau, Kötschlitz, Günthersdorf, Rodden, Kötzschau, Kreypau, Leuna, Spergau, Bad Dürrenberg, Tollwitz, Nempitz

Stadt Halle (Saale)

Stadtviertel Radewell/Osendorf, Stadtviertel Planena

Burgenlandkreis

Gemarkung Wengelsdorf, Gemarkung Lützen.

20.10.2024

SACHSEN-ANHALT

Landkreis Saalekreis

Gemarkung Wallendorf, Zöschen und Zweimen

Gemarkung Kötzschlitz, Kötzschau, Kreypau, Friedensdorf, Luppenau, Burgliebenau, Lochau, Raßnitz, Röglitz, Ermlitz und Horburg-Maßlau

12.10.2024 – 20.10.2024

Stat Membru: Franza

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Département Ille-et-Vilaine (35):

FR-HPAI(P)-2024-00005

COMBOURG

LOURMAIS

MEILLAC - Au Nord de la départementale D974, du croisement de la Villée jusqu'au croisement de la départementale D81 et Secteur à l'Est de la départementale D81 jusqu'au Plessis Morgat puis secteur au Nord de la départementale D73

BONNEMAIN - Secteur entre la route de la Maignerie, la départementale D9 et la route de la Buet

10.9.2024 - 19.9.2024

BAGUER-MORVAN

LA BOUSSAC

BROUALAN

LA CHAPELLE-AUX-FILTZMÉENS

CUGUEN

DINGÉ

DOL-DE-BRETAGNE -Secteur compris entre la D795 et la D4

EPINIAC

LANRIGAN

NOYAL-SOUS-BAZOUGES

PLERGUER- Secteur au sud de la D676

PLEUGUENEUC

QUÉBRIAC

SAINT-DOMINEUC

SAINT-LÉGER-DES-PRÉS

MESNIL-ROC'H- Secteur au sud de la D9

TRÉMEHEUC

LE TRONCHET

19.9.2024

Départements Morbihan (56) et Loire-Atlantique (44):

FR-HPAI(P)-2024-00006

Département Loire Atlantique

ASSERAC- N D33 D82

HERBIGNAC – O ruisseau KEROUGAS

Département Morbihan

CAMOEL

12.9.2024 - 21.9.2024

Département Loire Atlantique

ASSERAC S D33 D82

HARBIGNAC E ruisseau KEROUGAS

MESQUER- N D452 D52

SAINT MOLF- N D48 jusqu’à ancienne cure puis N D52 et D33

Département Morbihan

ARZAL

BILLIERS

FEREL

Marzan, sud de la N165

Muzillac, sud de la N165

Nivillac, sud-ouest de la N165

Pénestin

La Roche Bernard

21.9.2024

Département Finistère (29):

FR-HPAI(P)-2024-00007

HANVEC- A l’Est de la D18 puis au Nord de la C1 puis à l’Est de la D42 jusqu’à la rivière Le Faou

SAINT ELOY- A l’Est de la D18

SIZUN- Au Sud de la D18 jusqu’au croisement de la D30 et au Sud de la D30 jusqu’au chemin du comte

SAINT RIVOAL- A l’Est de la D30 jusqu’au croisement de la D42 et au Nord de la D42

LOPREC- A l’Ouest de la D42

25.9.2024 - 3.10.2024

HANVEC- Au Nord Est de la N165

SAINT ELOY- Le reste de la commune non couverte par la ZP

SIZUN- Le reste de la commune non couverte par la ZP

SAINT RIVOAL- Le reste de la commune non couverte par la ZP

LOPEREC- Le reste de la commune non couverte par la ZP

LE TREHOU- Toute la commune

LE FAOU- Toute la commune

IRVILLAC- A l’Est de la D47 jusqu’à Irvillac puis à l’Est d’une ligne allant de Irvillac au lieu dit la croix de cleguer puis à l’Est de la route de Menez cleguer

TREFLEVENEZ- Au Sud Est d’une ligne allant du lieu dit Kerezellec au lieu dit Kerdidreux

LA MARTYRE- Au Sud Est de la ligne allant du lieu dit Moulin du Cann au lieu dit Rohel Coat

PLOUDIRY- Au Sud de la ligne allant du lieu dit Keramen Izella au lieu dit Saint Antoine jusqu’à la D30

LOCMELAR- Au Sud de la ligne passant par les lieux dits Treonvel et Kernonnen

SAINT SAUVEUR- Au Sud de la rivière An Dour Kamm

COMMANA- A l’Ouest de la D11

BRASPART- A l’Ouest de la ligne passant par les lieux dits Kerventurus, Pennallen, Oppidum, Pont Koad, Kerjean, Treofferd, Le Youdig

PONT DE BUIS LES QUIMERCH- Au Nord d’une ligne partant de l’antenne relais et passant par les lieux dits Chateau du Bot, Kerivin, Milin An Traon, Le Squiriou et Poulhy

ROSNOEN- Au Nord de la N165

3.10.2024

Stat Membru: Il-Polonja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PL-HPAI(P)-2024-00026

1.

w powiecie świebodzińskim:

a.

w gminie Świebodzin, miejscowości: Chociule, Lubogóra, Rudgerzowice, Świebodzin obręb 3, Lubinicko (część miejscowości leżąca na zachód od drogi 303 i dalej od drogi 1230F do przecięcia z drogą ekspresową S3)

b.

w gminie Skąpe, miejscowości: Ołobok, Łąkie, Radoszyn, Darnawa

15.9.2024 - 23.9.2024

1.

w powiecie świebodzińskim:

a.

w gminie Skąpe, miejscowości: Niesulice, Rokitnica, Międzylesie, Skąpe, Pałck, Niekarzyn, Błonie

b.

w gminie Świebodzin, miejscowości: Borów, Wilkowo, Rozłogi, Świebodzin obręby 1, 2, 4, Ługów, Grodziszcze, Kupienino, Glińsk, Osogóra, Raków, Jeziory, Rosin, Podlesie, Kępsko, Rzeczyca (część miejscowości leżąca na południe od drogi 92 i dalej część miejscowości leżąca na południowy zachód od drogi 1218F do skrzyżowania drogi 92 z drogą 1202F), Rusinów (część miejscowości leżącą na południe od drogi 1219F), Lubinicko (część miejscowości na wschód od drogi 303 i dalej od drogi 1230F do przecięcia z drogą ekspresową S3)

c.

w gminie Szczaniec, miejscowości: Ojerzyce, Wolimirzyce, Kiełcze, Opalewo (zachodnia część miejscowości od granicy administracyjnej miejscowości Wolimirzyce do granicy administracyjnej z miejscowością Kiełcze), Smardzewo (część miejscowości na zachód od drogi 303 do skrzyżowania z drogą 1201F i dalej część miejscowości na zachód od drogi 1201F),

d.

w gminie Lubrza, miejscowości: Przełazy, Mostki, Lubrza (część miejscowości znajdująca się pomiędzy drogą 1242F i drogą prowadzącą do miejscowości Krzemionka)

2.

w powiecie zielonogórskim: w gminie Sulechów miejscowości: Kalsk, Głogusz, Kije (część miejscowości na północ od drogi nr 277 do granic administracyjnych miejscowości i dalej drogą nr 277 na wschód do przecięcia z trasą S 3), Buków (miejscowości na zachód od drogi 1201F)

23.9.2024

Parti C

Żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:

Stat Membru: L-ebda

Żona li tinkludi:

Data sa meta l-miżuri għandhom jibqgħu applikabbli f’konformità mal-Artikolu 3a

 

 

*

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2529/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)