|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2523 |
25.9.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2523
tat-23 ta’ Settembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija
(notifikata bid-dokument C(2024) 6746)
(It-test Rumen biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u dan jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li din il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u ddefinit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2119 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandu jistabbilixxi dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara t-tifqigħat ta’ din il-marda, iridu jkunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat addizzjonali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini fil-kontej ta’ Tulcea, Constanta, Timis u Ialomita. B’riżultat ta’ dan, l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ġiet emendata kif xieraq biex iqis dawk it-tifqigħat addizzjonali. L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2203 (5). |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2203 ’l hawn, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni b’sitt tifqigħat ġodda tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini: waħda fil-kontea ta’ Tulcea; u ħamsa fil-kontea ta’ Timis. Kull waħda minn dawn it-tifqigħat il-ġodda tinsab fil-parametru ta’ barra taż-żoni ristretti ulterjuri, u fil-limiti taż-żoni ta’ protezzjoni u taż-żoni ta’ sorveljanza, li kienu diġà ġew stabbiliti wara t-tifqigħat ta’ qabel. |
|
(7) |
Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għar-Rumanija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 jenħtieġ li jiġu aġġustati aktar, sabiex jiġi evitat li l-marda tkompli tinxtered fir-Rumanija u lejn il-bqija tal-Unjoni, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom jenħtieġ li tiġi aġġustata. Għaldaqstant, jeħtieġ jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, li huma stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(8) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn din il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-Istat Membru kkonċernat minnha, kif ukoll il-livell tar-riskju li din il-marda tkompli tinxtered. Jenħtieġ li d-durata tal-miżuri tkun tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health). Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir li l-marda tkompli tinxtered, b’mod partikolari minħabba l-fatt li, skont l-informazzjoni pprovduta mir-Rumanija, it-tifqigħat tal-marda qed ikomplu jseħħu kemm f’Timis kif ukoll f’Tulcea, ferm iktar minn xahar wara li ġiet irrappurtata l-ewwel tifqigħa fi kwalunkwe waħda mill-kontej. |
|
(9) |
Minħabba s-severità u l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u sabiex jiġi limitat minnufih it-tixrid tal-marda, jeħtieġ jiġi żgurat li ma jkunx hemm movimenti tal-annimali miż-żoni ta’ protezzjoni, miż-żoni ta’ sorveljanza u miż-żoni ristretti ulterjuri lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri, u li għal ċertu perjodu ta’ żmien jiġu esklużi d-derogi possibbli mill-projbizzjoni fuq il-movimenti tal-annimali miż-żoni ristretti stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda fuq distanzi twal. |
|
(10) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar u l-ħtieġa li l-marda ma titħalliex tinxtered mill-istabbilimenti affettwati fir-Rumanija lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jibdew japplikaw malajr kemm jista’ jkun. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2119 tad-29 ta’ Lulju 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija (ĠU L, 2024/2119, 30.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2119/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2203 tad-29 ta’ Awwissu 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija (ĠU L, 2024/2203, 30.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2203/oj).
ANNESS
A. Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Kontea u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li jiffurmaw parti miż-żona ristretta fir-Rumanija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Raggruppament tal-kontea ta’ Tulcea RO-PPR-2024-00001 RO-PPR-2024-00002 RO-PPR-2024-00003 RO-PPR-2024-00004 RO-PPR-2024-00005 RO-PPR-2024-00007 RO-PPR-2024-00008 RO-PPR-2024-00009 RO-PPR-2024-00010 RO-PPR-2024-00011 RO-PPR-2024-00012 RO-PPR-2024-00013 RO-PPR-2024-00014 RO-PPR-2024-00015 RO-PPR-2024-00016 RO-PPR-2024-00017 RO-PPR-2024-00020 RO-PPR-2024-00021 RO-PPR-2024-00022 RO-PPR-2024-00024 RO-PPR-2024-00025 RO-PPR-2024-00026 RO-PPR-2024-00027 RO-PPR-2024-00028 RO-PPR-2024-00031 RO-PPR-2024-00032 RO-PPR-2024-00033 RO-PPR-2024-00034 RO-PPR-2024-00035 RO-PPR-2024-00037 RO-PPR-2024-00038 RO-PPR-2024-00039 RO-PPR-2024-00040 RO-PPR-2024-00041 RO-PPR-2024-00044 RO-PPR-2024-00045 RO-PPR-2024-00047 RO-PPR-2024-00048 RO-PPR-2024-00049 RO-PPR-2024-00050 RO-PPR-2024-00051 RO-PPR-2024-00052 RO-PPR-2024-00054 RO-PPR-2024-00055 RO-PPR-2024-00056 RO-PPR-2024-00058 RO-PPR-2024-00062 Il-kontea ta’ Constanta RO-PPR-2024-00006 |
Protection zone: In the county of Tulcea, the following communes:
In the county of Constanta, the following communes:
|
19.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone I: In the county of Tulcea, the following communes:
In the county of Constanta, the following communes:
excluding the areas contained in any protection zone |
28.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Surveillance zone II: In the county of Tulcea, the following communes:
In the county of Constanta, the following communes:
|
20.9.2024 – 28.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Constanta RO-PPR-2024-00018 |
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above. |
28.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
20.9.2024 – 28.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Tulcea RO-PPR-2024-00029 RO-PPR-2024-00030 |
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above. |
28.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
20.9.2024 – 28.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Tulcea RO-PPR-2024-00036 |
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above. |
28.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
20.9.2024 – 28.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Constanta RO-PPR-2024-00042 RO-PPR-2024-00043 |
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above. |
28.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
20.9.2024 – 28.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Constanta RO-PPR-2024-00057 RO-PPR-2024-00059 |
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above. |
28.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
20.9.2024 – 28.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Constanta RO-PPR-2024-00060 |
Surveillance zone: Those parts of the county of Constanta, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 44.2045, Long. 28.19483 (2024/60), excluding the areas included in any protection zone. |
15.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone: Those parts of the county of Constanta, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 44.2045, Long. 28.19483 (2024/60) |
7.9.2024 – 15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Ialomita RO-PPR-2024-00053 |
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above. |
28.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
20.9.2024 – 28.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Tulcea RO-PPR-2024-00046 |
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above. |
28.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
20.9.2024 – 28.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Timis RO-PPR-2024-00019 RO-PPR-2024-00061 RO-PPR-2024-00063 RO-PPR-2024-00064 RO-PPR-2024-00065 RO-PPR-2024-00066 RO-PPR-2024-00067 |
Protection zone: Those parts of the counties of Timis, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.280895, Long. 21.473979 (2024/61), Lat. 45.280971, Long. 21.460345 (2024/63), Lat. 45.279911, Long. 21.47413 (2024/64), Lat. 45.281111, Long. 21.471944 (2024/65), Lat. 45.280833, Long. 21.464167 (2024/66). Lat. 45.280274, Long. 21.472984 (2024/67) |
7.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone: Those parts of the counties of Timis and Caras-Severin, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.261807, Long. 21.451327 (2024/19) Lat. 45.280895, Long. 21.473979 (2024/61), Lat. 45.280971, Long. 21.460345 (2024/63), Lat. 45.279911, Long. 21.47413 (2024/64), Lat. 45.281111, Long. 21.471944 (2024/65), Lat. 45.280833, Long. 21.464167 (2024/66). Lat. 45.280274, Long. 21.472984 (2024/67) excluding the areas included in any protection zone. |
16.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone: Those parts of the counties of Timis and Caras-Severin, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.261807, Long. 21.451327 (2024/19) Lat. 45.280895, Long. 21.473979 (2024/61), Lat. 45.280971, Long. 21.460345 (2024/63), Lat. 45.279911, Long. 21.47413 (2024/64), Lat. 45.281111, Long. 21.471944 (2024/65), Lat. 45.280833, Long. 21.464167 (2024/66). Lat. 45.280274, Long. 21.472984 (2024/67). |
8.10.2024 – 16.10.2024 |
B. Żoni ristretti ulterjuri
|
Kontea |
Żoni inklużi fiż-żona ristretta ulterjuri stabbilita fir-Rumanija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Tulcea |
The entire county of Tulcea, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
28.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The entire county of Tulcea |
29.9.2024 – 28.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Constanta |
The following communes:
excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
28.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following communes:
|
29.9.2024 – 28.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Braila |
The entire county of Braila, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
28.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The entire county of Braila |
29.9.2024 – 28.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Calarasi |
The entire county of Calarasi, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
28.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The entire county of Calarasi. |
29.9.2024 – 28.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Ialomita |
The entire county of Ialomita, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
28.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The entire county of Ialomita. |
29.9.2024 – 28.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Galati |
The entire county of Galati, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
28.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The entire county of Galati. |
29.9.2024 – 28.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Timis |
The following communes
excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
15.11.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following communes
|
16.10.2024 – 15.11.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontea ta’ Caras-Severin |
The following communes
excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
15.11.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following communes
|
16.10.2024 – 15.11.2024 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2523/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)