|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2509 |
26.9.2024 |
REGOLAMENT (UE, Euratom) 2024/2509 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Settembru 2024
dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
(riformulazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 322(1) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Jeħtieġ li jsiru għadd ta’ emendi lir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (il-“baġit”) fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Finanzjament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u ma jirregolax jew ma jaffettwax l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi adottati abbażi tat-TFUE u tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TEU), inkluż fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit. |
|
(3) |
Filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit u wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (4), jenħtieġ li jsiru ċerti emendi mmirati sabiex ir-regoli finanzjarji ġenerali jiġu allinjati mal-qafas legali l-ġdid, jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta’ ġestjoni effiċjenti tal-kriżijiet u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsiru simplifikazzjonijiet immirati, aġġornamenti tekniċi u korrezzjonijiet. |
|
(4) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, ir-referenzi għall-atti bażiċi jenħtieġ li jiġu sostitwiti u r-referenzi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (5), għar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/768 (6) u għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (7) jenħtieġ li jiżdiedu mar-referenzi użati f’dan ir-Regolament kollu. |
|
(5) |
Fl-interess taċ-ċarezza, ir-referenzi kollha għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) li tħassar jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(6) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li għadd ta’ kontroreferenzi jiġu kkoreġuti. |
|
(7) |
Hemm bżonn li jiġu riflessi aħjar in-natura speċifika u l-funzjonament tal-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji u tal-garanziji baġitarji. Għalhekk jenħtieġ li ċerti definizzjonijiet u regoli dwar il-garanziji baġitarji, l-impenji baġitarji, l-impenji legali, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament, ir-riċevituri u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-riċevituri jiġu aġġustati. Jenħtieġ li tiżdied definizzjoni tal-fażi tal-kostituzzjoni tal-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-definizzjonijiet jiġu aġġornati biex jirriflettu b’mod partikolari l-emendi għar-regoli tal-akkwist u l-introduzzjoni ta’ regoli dwar donazzjonijiet mhux finanzjarji. |
|
(8) |
Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza dwar ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni li huma organizzazzjonijiet mhux governattivi, jenħtieġ li tkun introdotta definizzjoni ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li tipprevedi kriterji għall-identifikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, u jenħtieġ li l-applikanti għall-għotjiet jiddikjaraw l-istatus legali tagħhom, inkluż jekk humiex organizzazzjonijiet mhux governattivi. |
|
(9) |
Jenħtieġ li f’dan ir-Regolament tiddaħħal referenza għar-reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit stabbilita fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 huwa l-fulkru tal-qafas legali għall-implimentazzjoni tal-baġit. |
|
(10) |
Huwa essenzjali li fl-implimentazzjoni tal-baġit, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jirrispettaw il-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni, fejn rilevanti f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, jadottaw miżuri xierqa u jieħdu azzjoni biex jipproteġu l-baġit, pereżempju permezz ta’ sospensjoni tal-pagamenti, f’każijiet fejn l-implimentazzjoni minn Stat Membru ta’ azzjoni ffinanzjata mill-fondi tal-Unjoni tkun affettwata min-nuqqas ta’ rispett minn dak l-Istat Membru tal-valuri u d-drittijiet fundamentali rilevanti tal-Unjoni. |
|
(12) |
Il-prinċipji baġitarji fundamentali jenħtieġ li jinżammu. Jenħtieġ li d-derogi eżistenti minn dawk il-prinċipji għal oqsma speċifiċi bħar-riċerka, l-azzjonijiet esterni u l-fondi strutturali jiġu rieżaminati u ssimplifikati sa fejn possibbli, filwaqt li titqies ir-relevanza li għad għandhom, il-valur miżjud tagħhom għall-baġit u l-piż li jimponu fuq il-persuni kkonċernati. |
|
(13) |
Jenħtieġ li r-regoli dwar ir-riporti tal-approprjazzjonijiet ikunu ppreżentati b’mod aktar ċar u jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn riporti awtomatiċi u dawk mhux awtomatiċi. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkonċernati jipprovdu informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kemm dwar ir-riporti awtomatiċi kif ukoll dwar dawk mhux awtomatiċi. |
|
(14) |
Jenħtieġ li jkun possibbli li d-dħul assenjat estern jiġi riportat u użat għall-programm jew l-azzjoni li jmiss bil-ħsieb li tali fondi jintużaw b’mod effiċjenti. Jenħtieġ li jkun possibbli li d-dħul assenjat intern jiġi riportat biss għas-sena finanzjarja sussegwenti, ħlief meta dan ir-Regolament jipprevedi mod ieħor. |
|
(15) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 u l-atti bażiċi relatati miegħu, ċerti regoli relatati mal-prinċipji baġitarji, b’mod partikolari fir-rigward tal-kanċellazzjoni u r-riport, id-diżimpenji u d-disponibbiltà mill-ġdid ta’ approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal diżimpenji, stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060 (11) u (UE) 2021/2116 (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li jiġu inkorporati f’dan ir-Regolament |
|
(16) |
Fir-rigward tad-dħul assenjat intern, jenħtieġ li jitħalla jsir il-finanzjament ta’ proġetti ta’ bini ġodda bid-dħul miksub mill-kiri u mill-bejgħ ta’ bini. Għal dan l-għan, jenħtieġ li tali dħul jitqies bħala dħul assenjat intern li jista’ jiġi riportat sa meta jiġi eżawrit. |
|
(17) |
Fl-interess tas-simplifikazzjoni u sabiex jiġi allinjat aħjar iż-żmien tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri mal-ħtiġijiet ta’ pagament korrispondenti, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali kollha mill-Istati Membri għall-azzjonijiet u l-programmi tal-Unjoni, inklużi l-kontribuzzjonijiet volontarji, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess trattament u jitqiesu bħala dħul assenjat estern. |
|
(18) |
Sabiex tiżdied it-trasparenza u l-viżibbiltà fil-preżentazzjoni tad-dħul assenjat filwaqt li tinżamm is-sustanza tal-informazzjoni msemmija qabel, jenħtieġ li informazzjoni dettaljata dwar l-ammont stmat tad-dħul assenjat intern u estern li mistenni li jidħol, u l-allokazzjoni prevista għal-linji baġitarji rilevanti, jiġu pprovduti f’anness, li jifforma parti integrali mill-baġit. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu ċċarati r-rekwiżiti ta’ rapportar li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tad-dħul assenjat intern u estern fis-sena preċedenti. Dan se jiżgura li l-informazzjoni kollha dwar l-implimentazzjoni tad-dħul assenjat u t-tbassir tad-dħul assenjat li għandu jiġi riċevut tiġi ppreżentata b’mod ċar u aċċessibbli. |
|
(19) |
Jenħtieġ li r-regoli dwar it-trasferimenti li huma soġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali jiġu aġġornati biex iqisu r-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza stabbilita skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsiru aġġustamenti sabiex jirriflettu li l-abbozzi ta’ baġits emendatorji ma għadhomx meħtieġa għall-mobilizzazzjoni tar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza. |
|
(20) |
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw kwalunkwe donazzjoni li ssir lill-Unjoni. |
|
(21) |
Sabiex tkun possibbli reazzjoni rapida f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ taċċetta donazzjonijiet in natura, irrispettivament mill-valur tagħhom, fejn tali donazzjonijiet isiru għall-finijiet ta’ għajnuna umanitarja, appoġġ ta’ emerġenza, protezzjoni ċivili jew għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet. Sabiex jiġu ggarantiti salvagwardji xierqa, jenħtieġ li l-Kummissjoni taċċetta biss tali donazzjonijiet meta l-aċċettazzjoni tkun konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tat-trasparenza, ma twassalx għal kunflitti ta’ interess u ma tagħmilx ħsara lill-immaġni tal-Unjoni u ma tagħmilx ħsara jew tirriskja li tagħmel ħsara lis-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. Fil-mument tal-aċċettazzjoni, jenħtieġ li d-donatur ma jkunx f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni skont is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni u jenħtieġ li ma jiġix irreġistrat bħala eskluż fil-bażi ta’ data korrispondenti. Meta l-Kummissjoni taċċetta donazzjoni, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jipprovdi l-informazzjoni fuqha fir-rapport annwali tal-attività tiegħu. |
|
(22) |
Jenħtieġ li tiddaħħal dispożizzjoni ta’ awtorizzazzjoni sabiex ikun possibbli sponsorizzar in natura minn persuna ġuridika ta’ avveniment jew attività għal skopijiet promozzjonali jew ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva. |
|
(23) |
Jenħtieġ li l-kunċett tal-attwazzjoni fir-rigward tal-baġit tal-UE jiġi ċċarat. Il-prestazzjoni jenħtieġ li tkun marbuta mal-applikazzjoni diretta tal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba. Il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba jenħtieġ ukoll li jiġi definit, u jenħtieġ li tiġi stabbilita rabta bejn l-objettivi stabbiliti u l-indikaturi tal-prestazzjoni, ir-riżultati kif ukoll l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fl-użu tal-approprjazzjonijiet. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, waqt li jiġu evitati kunflitti ma’ oqfsa tal-prestazzjoni eżistenti tal-programmi differenti, it-terminoloġija tal-prestazzjoni, b’mod partikolari l-output u r-riżultati, jenħtieġ li jiġu definiti. |
|
(24) |
Fid-dawl tal-għan orizzontali tal-integrazzjoni tal-perspettiva bejn il-ġeneri, tal-miri ta’ monitoraġġ tal-infiq fuq il-klima u tal-prestazzjoni li jikkontribwixxu għat-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-tnaqqis tal-bijodiversità, jenħtieġ li jiġu introdotti indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni għall-baġit, kif ukoll fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, u l-protezzjoni tal-bijodiversità. Tali indikaturi jenħtieġ li jkunu konċiżi u proporzjonati, jevitaw id-duplikazzjoni u ikunu limitati fin-numru u ma jirriżultawx f’piż amministrattiv eċċessiv. Jenħtieġ li jkunu bbażati fuq metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva u, fejn xieraq, fuq evidenza xjentifika rikonoxxuta b’mod wiesa’. Fejn xieraq, id-data miġbura fir-rigward ta’ tali indikaturi jenħtieġ li tinqasam skont il-ġeneru u jenħtieġ li tinġabar b’mod li jippermetti l-aggregazzjoni ta’ tali data fil-programmi rilevanti kollha. |
|
(25) |
Meta titqies l-importanza li jiġu indirizzati l-isfidi klimatiċi u ambjentali u sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-baġit tikkontribwixxi biex jinkiseb il-Patt Ekoloġiku Ewropew kif imsemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew il-miri enerġetiċi u klimatiċi tal-Unjoni u n-newtralità klimatika sal-2050, jenħtieġ li l-kunċett ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-baġit jiġi estiż biex jinkludi l-implimentazzjoni ta’ programmi u attivitajiet b’mod sostenibbli, li ma jfixkilx milli jinkisbu l-objettivi ambjentali tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi. |
|
(26) |
Huwa importanti li jiġu promossi d-drittijiet soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tax-xogħol ġusti, f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Artikolu 9 tat-TFUE. Fejn ikun fattibbli u xieraq, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw il-liġi nazzjonali applikabbli rilevanti, il-liġi tal-Unjoni, il-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-ftehimiet kollettivi meta jimplimentaw programmi u attivitajiet iffinanzjati mill-baġit. |
|
(27) |
F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13), jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun ta’ kwalità għolja u jenħtieġ li din tiffoka fuq oqsma fejn għandha l-akbar valur miżjud għaċ-ċittadini u tkun kemm jista’ jkun effiċjenti u effettiva biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika komuni tal-Unjoni. L-assoġġettar għal evalwazzjoni tal-programmi ta’ nfiq u tal-attivitajiet kemm eżistenti kif ukoll dawk ġodda li jinvolvu nfiq sinifikanti jista’ jgħin biex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
|
(28) |
Sabiex jiġi implimentat l-impenn tal-Kummissjoni li tkun diġitali b’mod awtomatiku u biex jitrawmu kontrolli u awditi aktar effiċjenti u kwalitattivi billi jiżdied il-livell ta’ assigurazzjoni filwaqt li titnaqqas l-ispiża, huwa xieraq li tiġi introdotta referenza espliċita għall-użu ta’ għodod diġitali u teknoloġiji emerġenti bħat-tagħlim awtomatiku, l-awtomatizzazzjoni tal-proċessi robotiċi, l-estrazzjoni tad-data u l-intelliġenza artifiċjali. |
|
(29) |
Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit kontra l-irregolaritajiet inkluż il-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess, u l-finanzjament doppju, jenħtieġ li jiġu introdotti miżuri standardizzati għall-ġbir, it-tqabbil u l-aggregazzjoni tal-informazzjoni dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni. B’mod partikolari, għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi, jew għar-rimedju tal-irregolaritajiet, hemm bżonn li jkunu jistgħu jiġu identifikati l-persuni fiżiċi li jibbenefikaw b’mod dirett jew indirett mill-finanzjament tal-Unjoni jew li jużaw ħażin dak il-finanzjament. Ir-reġistrazzjoni u l-ħżin elettroniċi tad-data dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni, inklużi s-sidien benefiċjarji tagħhom kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), u li dik id-data ssir disponibbli b’mod regolari f’sistema ta’ monitoraġġ u informazzjoni, integrata u interoperabbli, inkluż għall-estrazzjoni tad-data u bħala għodda għall-valutazzjoni tar-riskju (sistema tal-IT integrata unika) ipprovduta mill-Kummissjoni, jenħtieġ li jiffaċilitaw il-valutazzjoni tar-riskju għall-finijiet tal-għażla, l-għoti, il-ġestjoni finanzjarja, il-monitoraġġ, l-investigazzjoni, il-kontroll u l-awditjar u jikkontribwixxu għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu effettivi irregolaritajiet inkluż il-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess, u l-finanzjament doppju. Jenħtieġ li r-regoli relatati mar-reġistrazzjoni, il-ħżin, it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data jkunu konformi mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Is-sistema tal-IT integrata unika jenħtieġ li tiġi żviluppata bil-ħsieb li jiġi evitat ir-rapportar doppju u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u għal entitajiet ta’ implimentazzjoni oħra. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taġixxi bħala l-kontrollur u tkun responsabbli għall-iżvilupp, il-ġestjoni u s-superviżjoni tas-sistema tal-IT integrata unika. Jenħtieġ li l-Istati Membri, il-korpi investigattivi, ta’ kontroll u ta’ awditjar tal-Unjoni inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-“UPPE”) ikollhom aċċess għal dik id-data fi ħdan l-eżerċizzju tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li tali aċċess jirrispetta l-prinċipji ta’ neċċessità u proporzjonalità. Id-data disponibbli permezz tas-sistema tal-IT integrata unika jenħtieġ li tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill fuq bażi ta’ każ b’każ sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat għall-eżerċizzju tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza għall-Kummissjoni. |
|
(30) |
Is-sistema tal-IT integrata unika jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-interoperabbiltà, fejn informazzjoni aġġornata dwar ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni jenħtieġ li tinkiseb minn dik is-sistema u tiġi ttrasferita fiha, b’mod awtomatiku, f’ħin reali meta jkun fattibbli, bl-użu, forst l-oħrajn tal-bażijiet tad-data nazzjonali rilevanti, is-sistemi interni tal-korpi u tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ pagament u l-bażijiet tad-data nazzjonali tal-akkwist pubbliku u tal-offerti, id-data disponibbli pubblikament, u d-data minn bażijiet ta’ data oħra tal-Kummissjoni, biex b’hekk tiġi żgurata informazzjoni u data komprensiva u kompleta. |
|
(31) |
Is-sistema tal-IT integrata unika jenħtieġ li titfassal u tiġi stabbilita b’mod li jippermetti l-aggregazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti b’rabta mal-istess riċevituri fi programmi ta’ finanzjament differenti tal-Unjoni. Jenħtieġ li tuża biss indikaturi tar-riskju li huma oġġettivi, proporzjonati, meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju, kif ukoll ibbażati fuq sorsi affidabbli ta’ data u informazzjoni aġġornati, u fejn possibbli f’ħin reali. Jenħtieġ li s-sistema tal-IT integrata unika tkun iddisinjata għall-użu tagħha f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data, inkluż il-minimizzazzjoni tad-data u l-limitazzjoni tal-ħżin, applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali. |
|
(32) |
Għall-fini li jiġi żgurat li l-funzjonijiet tas-sistema tal-IT integrata unika jibqgħu ta’ standard għoli, jenħtieġ li ċerti azzjonijiet u miżuri jiġu implimentati fejn fattibbli, inkluż l-allinjament tal-oqsma tad-data mas-sistemi u l-bażijiet tad-data tal-IT nazzjonali u tal-Kummissjoni rilevanti, b’żidiet meħtieġa għall-fini tal-għodda tal-estrazzjoni tad-data u tal-valutazzjoni tar-riskju, inkluż referenza għall-identifikatur uniku tal-operazzjonijiet; l-integrazzjoni tas-sistemi u tal-bażijiet tad-data nazzjonali rilevanti tal-IT mas-sistema tal-IT integrata unika għal skambju awtomatiku ta’ informazzjoni; l-għoti tal-possibbiltà lill-utenti li jfasslu u jiġbru indikaturi tar-riskju u l-piżijiet tagħhom skont il-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet ta’ fond, programm jew pajjiż tal-Unjoni; l-użu tal-intelliġenza artifiċjali għall-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data; l-għoti ta’ bosta possibbiltajiet lill-utenti li jużaw għażliet ta’ tiftix u kapaċitajiet ta’ filtrazzjoni; l-għoti ta’ gwida lill-utenti dwar l-interpretazzjoni u l-użu tad-data u r-riżultati; u taħriġ dwar kif wieħed għandu jinnaviga s-sistema tal-IT integrata unika, jivvaluta r-riskji u jużahom fil-verifiki u l-awditi. |
|
(33) |
F’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza stabbilit fl-Artikolu 15 tat-TFUE, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom iwettqu xogħolhom kemm jista’ jkun b’mod miftuħ. Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit, l-applikazzjoni ta’ dak il-prinċipju jimplika li ċ-ċittadini jenħtieġ li jkunu jafu fejn, u għal liema skop, ikunu qed jintefqu il-fondi mill-Unjoni. Tali informazzjoni trawwem dibattitu demokratiku, tikkontribwixxi għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni, issaħħaħ il-kontroll u l-iskrutinju istituzzjonali fuq in-nefqa tal-Unjoni u tikkontribwixxi biex tqawwilha l-kredibbiltà. Jenħtieġ li l-komunikazzjoni tkun aktar immirata u li jkollha l-għan li żżid il-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni mill-Unjoni għaċ-ċittadini. Tali objettivi jenħtieġ li jinkisbu permezz tal-pubblikazzjoni, idealment bl-użu ta’ għodda moderni ta’ komunikazzjoni, ta’ informazzjoni rilevanti dwar ir-riċevituri kollha ta’ fondi ffinanzjati mill-baġit, li tqis l-interessi leġittimi ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà ta’ dawk ir-riċevituri u, f’dak li jikkonċerna l-persuni fiżiċi, id-dritt tagħhom għall-privatezza u l-ħarsien tad-data personali tagħhom. Għalhekk, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jadottaw approċċ selettiv fil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni jenħtieġ li jkunu bbażati fuq kriterji rilevanti sabiex jipprovdu informazzjoni sinifikanti. |
|
(34) |
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, jenħtieġ li jiġi segwit l-ogħla livell ta’ trasparenza fir-rigward ta’ informazzjoni dwar ir-riċevituri. L-informazzjoni dwar ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi ċċentralizzata u ppubblikata f’sit web dedikat tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bħas-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja, u jenħtieġ li tkun faċilment aċċessibbli permezz ta’ soluzzjonijiet tekniċi sikuri u xierqa. Jenħtieġ li r-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni jkopru l-metodi kollha ta’ implimentazzjoni tal-baġit, inkluż minn istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni. |
|
(35) |
Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni biex timplimenta l-baġit b’mod indirett permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-Istati Membri. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, huwa għaldaqstant xieraq li organizzazzjoni ta’ Stat Membru tkun definita bħala entità stabbilita minn Stat Membru bħala korp regolat bil-liġi pubblika, jew bħala korp regolat bil-liġi privata, fdat b’missjoni ta’ servizz pubbliku u pprovdut b’garanziji finanzjarji adegwati minn dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju provdut lil tali korpi regolati bil-liġi privata minn Stat Membru f’konformità ma’ rekwiżiti eżistenti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, f’forma deċiża minn dak l-Istat Membru u li ma tirrikjedix neċessarjament garanzija bankarja, jitqies bħala garanziji finanzjarji adegwati. |
|
(36) |
Jenħtieġ li d-data personali li tirreferi għal persuni fiżiċi ma tkunx pubblikament disponibbli għal żmien itwal mill-perjodu li matulu l-fondi jkunu qegħdin jintużaw mir-riċevitur u, għalhekk, jenħtieġ li titneħħa wara sentejn. |
|
(37) |
Fil-maġġoranza tal-każijiet koperti minn dan ir-Regolament, il-pubblikazzjoni tikkonċerna persuni fiżiċi. Meta huma kkonċernati persuni fiżiċi, jenħtieġ li l-pubblikazzjoni ta’ data personali tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità bejn l-importanza tal-ammont mogħti u l-ħtieġa li jiġi kkontrollat l-aħjar użu tal-fondi. F’tali każijiet, il-pubblikazzjoni tar-reġjun fil-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) hija konsistenti mal-objettiv tal-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-riċevituri u tiggarantixxi trattament ugwali bejn l-Istati Membri ta’ daqs differenti, filwaqt li jiġi rispettat id-dritt tar-riċevituri għal ħajja privata u, b’mod partikolari, il-protezzjoni tad-data personali tagħhom. |
|
(38) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li jiġu speċifikati s-sitwazzjonijiet li fihom jenħtieġ li ma ssirx pubblikazzjoni. Pereżempju, jenħtieġ li ma tiġix ippubblikata informazzjoni fir-rigward ta’ boroż ta’ studju jew ta’ forom oħra ta’ appoġġ dirett imħallas lil persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn, ta’ ċerti kuntratti b’valur baxx ħafna jew ta’ sostenn finanzjarju taħt ċertu limitu pprovdut permezz ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji, jew f’każijiet fejn id-divulgazzjoni toħloq ir-riskju li jiġu mhedda d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi kkonċernati kif inhuma protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew li ssir ħsara għall-interessi kummerċjali tar-riċevituri. Madankollu, għal għotjiet jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda eżenzjoni speċjali mill-obbligu li tkun ippubblikata informazzjoni abbażi ta’ limitu speċifiku sabiex tinżamm il-prattika attwali u tkun possibbli t-trasparenza. |
|
(39) |
Meta tkun ippubblikata data personali tar-riċevituri għall-finijiet ta’ trasparenza b’rabta mal-użu tal-fondi tal-Unjoni u l-kontroll tal-proċeduri ta’ għoti, jenħtieġ li dawn ir-riċevituri jkunu infurmati dwar tali pubblikazzjoni, kif ukoll dwar id-drittijiet tagħhom u l-proċeduri applikabbli għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet, f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2018/1725 u (UE) 2016/679 (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(40) |
Sabiex jiġi ggarantit ir-rispett għall-prinċipju tat-trattament ugwali għar-riċevituri kollha, jenħtieġ li tiġi ppubblikata wkoll l-informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi, f’konformità mal-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu grad imdaqqas ta’ trasparenza għal kuntratti akbar mil-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). |
|
(41) |
F’każ ta’ ġestjoni indiretta u kondiviża, jenħtieġ li l-persuni, l-entitajiet jew il-korpi ddeżinjati li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni dwar ir-riċevituri u ir-riċevituri finali. F’każ ta’ ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi ppubblikata f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur. Jenħtieġ li l-Istati Membri li jirċievu u jimplimentaw fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni diretta jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar ir-riċevituri tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni informazzjoni dwar sit web uniku, inkluża referenza għall-indirizz tiegħu, fejn wieħed isib informazzjoni dwar ir-riċevituri u r-riċevituri finali. |
|
(42) |
Fl-interess ta’ leġġibbiltà u trasparenza akbar tad-data dwar l-istrumenti finanzjarji implimentati b’ġestjoni diretta u indiretta, huwa xieraq li l-obbligi kollha ta’ rapportar jinġabru f’dokument ta’ ħidma wieħed li għandu jkun mehmuż mal-abbozz ta’ baġit. |
|
(43) |
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jiġu evitati ċerti duplikazzjonijiet u tiġi allinjata t-tempistika tar-rapportar mad-disponibbiltà tad-data rilevanti, filwaqt li jiġi żgurat li ma tintilef ebda informazzjoni, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-garanziji baġitarji, il-fond ta’ proviżjonament komuni u l-obbligazzjonijiet kontinġenti koperti permezz tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji jinġabru f’dawk it-tliet kategoriji u jiġu ppreżentati b’mod komprensiv fir-rapporti rispettivi. |
|
(44) |
Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-akkuratezza fir-rappurtar, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji ppreżentata fid-dokument ta’ ħidma mehmuż mal-abbozz ta’ baġit tinkludi informazzjoni dwar it-telf realizzat mill-assi. |
|
(45) |
Sabiex tiġi ggarantita s-sinkronizzazzjoni mal-iskeda ta’ żmien għall-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, jenħtieġ li d-dokument ta’ ħidma dwar il-politika tal-bini tal-Kummissjoni jiġi mehmuż mal-abbozz ta’ baġit. |
|
(46) |
Sabiex tippromwovi l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) kif ukoll il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’, għal skopijiet ta’ informazzjoni, tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ korpi responsabbli għall-attivitajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll gwida metodoloġika mhux vinkolanti li tispjega l-istrateġija u l-approċċ ta’ kontroll tagħha, inklużi listi ta’ kontroll, u eżempji tal-aħjar prattika. Jenħtieġ li din il-gwida tiġi aġġornata kulmeta jkun meħtieġ. |
|
(47) |
Il-każistika (17) li tobbliga lill-Kummissjoni tħallas l-imgħax jew imposta oħra dovuta fuq l-ammonti ta’ multi kkanċellati jew imnaqqsa mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ġġenerat sitwazzjoni ġdida u imprevedibbli. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-deroga tippermetti li jitnaqqas mid-dħul tal-baġit ta’ kull imgħax jew imposta oħra dovuta, fuq l-ammonti ta’ multi kkanċellati jew imnaqqsa, penali jew sanzjonijiet oħra, inkluż kull redditu negattiv relatat ma’ dawk l-ammonti. Jenħtieġ li din l-eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ dħul negattiv tkun limitata għal dik is-sitwazzjoni speċifika. Sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju ġenerali tar-restawr għall-istat preċedenti (restitutio in integrum) applikabbli għal multi, penali jew sanzjonijiet oħra imposti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni li aktar tard jiġu kkanċellati jew imnaqqsa mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huwa meħtieġ li jiġi previst li kull redditu negattiv fuq l-ammont miġbur proviżorjament ta’ tali multi, penali jew sanzjonijiet oħra imposti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jitnaqqasx mill-ammont li għandu jitħallas lura. Bħala kumpens għat-telf tat-tgawdija ta’ flejjes mid-data li fiha l-parti terza kkonċernata proviżorjament tkun ħallset il-multa lill-Kummissjoni sad-data tar-rimborż, l-ammont li għandu jitħallas lura jenħtieġ li jiżdied b’imgħax bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament miżjuda b’punt perċentwali u nofs bħala kumpens adegwat għal tali partijiet terzi f’sitwazzjonijiet bħal dawn, li jeskludi l-ħtieġa li tiġi applikata kull rata ta’ imgħax oħra fuq dak l-ammont. Barra minn hekk, din ir-rata tikkorrispondi għar-rata tal-imgħax applikabbli fir-rigward tad-debitur meta d-debitur jagħżel li jiddifferixxi l-ħlas ta’ multa, penali oħra jew sanzjoni, u tipprovdi garanzija finanzjarja minflok pagament. Tali imgħax u imposti jenħtieġ li jitnaqqsu biss bħala dħul negattiv sal-31 ta’ Diċembru 2027, sakemm tinstab soluzzjoni definittiva għall-qafas finanzjarju pluriennali wara l-2027 fir-rigward tar-rata tal-imgħax u imposti oħra li jenħtieġ li jitħallsu bħala kumpens adegwat għar-rimborż ta’ multi kkanċellati jew imnaqqsa, penali oħra jew sanzjonijiet. Jenħtieġ li din is-soluzzjoni definittiva tqis l-esperjenza tal-passat u l-iżviluppi futuri mistennija u jenħtieġ li tkun konformi mal-applikazzjoni tal-prinċipji baġitarji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Bil-għan li jkun iggarantit biżżejjed fluss ta’ flus biex jiġu kkumpensati l-partijiet terzi kkonċernati għat-telf tat-tgawdija ta’ flejjes fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 109(4), jista’ jkun meħtieġ li l-ammonti riċevuti permezz ta’ multi, penali jew sanzjonijiet oħra u kwalunkwe imgħax dovut jew introjtu ieħor iġġenerat minnhom ikunu jistgħu jiddaħħlu fil-baġit sa tmiem is-sena finanzjarja ta’ wara. Sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa ta’ dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi l-informazzjoni kollha disponibbli fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(48) |
Fid-dawl tal-volum akbar ta’ operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self imwettqa mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni għall-finanzjament tal-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li t-trasparenza fir-rigward ta’ dawn l-operazzjonijiet tissaħħaħ aktar. Sabiex tiġi indirizzata l-kumplessità akbar ta’ dawn l-operazzjonijiet u sabiex tiġi ggarantita viżibbiltà aħjar tal-kontenut tagħhom, jenħtieġ li mad-dokument anness mat-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni tiżdied ħarsa ġenerali komprensiva tal-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self imwettqa mill-Kummissjoni . Dik il-ħarsa ġenerali jenħtieġ li tinkludi fost l-oħrajn, informazzjoni dettaljata dwar il-maturitajiet, l-iskeda tal-pagamenti, l-imgħax dovut fuq livell aggregat, il-bażi tal-investituri fis-suq primarju, u, fejn applikabbli, id-dimensjoni u l-kostijiet tal-aggregazzjoni komuni ta’ likwidità li tirfed l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, kif ukoll il-pjan ta’ self. Barra minn hekk, jenħtieġ li dik il-ħarsa ġenerali tistabbilixxi d-data sottostanti u l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni biex tikkalkula l-imgħax imġarrab u tistma l-imgħax dovut, mingħajr ma tinkludi l-ebda informazzjoni sensittiva għas-suq. |
|
(49) |
Huwa xieraq li tkun prevista l-possibbiltà li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ma’ xulxin sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet tagħhom u wkoll il-possibbiltà ta’ konklużjoni ta’ tali ftehimiet bejn id-dipartimenti ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi tal-Unjoni, l-uffiċċji Ewropej, il-korpi jew il-persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) skont it-Titolu V tat- TUE u l-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-Bord tal-Gvernaturi tal-iskejjel Ewropej għall-provvista ta’ servizzi, għall-forniment ta’ prodotti jew għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew ta’ kuntratti tal-bini. |
|
(50) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, hemm bżonn li jiġi ċċarat li l-liġi applikabbli, li skontha għandha tittieħed kull azzjoni xierqa fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess, tinkludi l-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali relatati mal-kunflitti ta’ interess. |
|
(51) |
Sabiex tiżdied l-inklużività, jenħtieġ li korpi tad-dritt privat jew tal-Unjoni stabbiliti fi Stat Membru u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji, jiżdiedu mal-lista ta’ entitajiet li lilhom jistgħu jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit sa fejn dawn ikunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew korpi tad-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku eliġibbli fl-ambitu ta’ ġestjoni indiretta, u jingħatawlhom garanziji finanzjarji adegwati. Meta tali korpi privati jew tal-liġi tal-Unjoni ma jibbenefikawx minn sostenn finanzjarju pprovdut minn Stat Membru, jenħtieġ li garanziji finanzjarji adegwati jieħdu l-forma ta’ obbligazzjoni in solidum mill-korpi ta’ kontroll jew garanziji finanzjarji ekwivalenti. |
|
(52) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-proċedura biex jiġu stabbiliti uffiċċji Ewropej ġodda u li ssir distinzjoni bejn il-kompiti obbligatorji u dawk mhux obbligatorji tat-tali uffiċċji. Jenħtieġ li tiġi introdotta l-possibbiltà għal istituzzjonijiet tal-Unjoni, għall-korpi tal-Unjoni u għal uffiċċji Ewropej oħrajn li jiddelegaw is-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni lid-direttur ta’ uffiċċju Ewropew. L-uffiċċji Ewropej jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz għall-provvista ta’ servizzi, għall-forniment ta’ prodotti jew għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew ta’ kuntratti tal-bini. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għat-tfassil ta’ rekords kontabilistiċi, dispożizzjonijiet li jawtorizzaw lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni sabiex jiddelega wħud mill-kompiti tiegħu lill-persunal f’dawk l-uffiċċji u proċeduri operatorji għal kontijiet bankarji li l-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tiftaħ f’isem uffiċċju Ewropew. |
|
(53) |
Sabiex titjieb il-kosteffikaċja tal-aġenziji eżekuttivi u fid-dawl tal-esperjenza prattika miksuba ma’ korpi oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jiġi inkarigat bil-kompiti kollha jew b’parti mill-kompiti tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-aġenzija eżekuttiva kkonċernata. |
|
(54) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat li d-diretturi tal-aġenziji eżekuttivi jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega meta jimmaniġġjaw approprjazzjonijiet operazzjonali ta’ programmi delegati lill-aġenziji tagħhom. Sabiex jinkiseb l-effett sħiħ tal-gwadanji fl-effiċjenza li jirriżultaw minn ċentralizzazzjoni globali ta’ ċerti servizzi ta’ appoġġ, jenħtieġ li jsir provvediment b’mod espliċitu għall-possibbiltà li l-aġenziji eżekuttivi jimplimentaw nefqiet amministrattivi. |
|
(55) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-atturi finanzjarji, b’mod partikolari l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u l-uffiċjali tal-kontabbiltà. |
|
(56) |
Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Awdituri u l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jiġu infurmati dwar il-ħatra ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, ta’ awditur intern u ta’ uffiċjal tal-kontabbiltà, jew dwar it-terminazzjoni tad-dmirijiet tiegħu, fi żmien ġimagħtejn minn tali ħatra jew terminazzjoni. |
|
(57) |
Jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni jkunu kompletament responsabbli għall-operazzjonijiet kollha ta’ dħul u ta’ nefqa eżegwiti taħt l-awtorità tagħhom, u għal sistemi ta’ kontroll intern, u jenħtieġ li jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, inkluż, fejn hemm bżonn, permezz ta’ proċeduri dixxiplinari. |
|
(58) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll il-kompiti, ir-responsabbiltajiet u l-prinċipji tal-proċeduri li jridu jiġu osservati mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni. Jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega jiżguraw li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega u l-persunal tagħhom jirċievu informazzjoni u taħriġ dwar l-istandards ta’ kontroll u l-metodi u t-tekniki rispettivi u li jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll. Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jirrapporta, f’forma ta’ rapport annwali, lill-istituzzjoni tiegħu tal-Unjoni dwar it-twettiq tad-dmirijiet. Dak ir-rapport jenħtieġ li jinkludi l-informazzjoni finanzjarja u ta’ ġestjoni meħtieġa sabiex jappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ garanzija ta’ dak l-uffiċjal dwar it-twettiq ta’ dmirijietu, inkluża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet imwettqin. Id-dokumenti ta’ appoġġ relatati mal-operazzjonijiet imwettqa jenħtieġ li jinżammu għal mill-inqas ħames snin. Jenħtieġ li l-forom diversi kollha ta’ proċeduri nnegozjati għall-għoti tal-kuntratti pubbliċi jkunu s-suġġett ta’ rapport speċjali mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega lill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni u ta’ rapport minn dik l-istituzzjoni tal-Unjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, minħabba li dawk il-proċeduri jirrappreżentaw derogi mill-proċeduri normali ta’ għoti. |
|
(59) |
Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat ir-rwol doppju ta’ Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u tad-deputati tagħhom fin-nuqqas tagħhom, bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u, fir-rigward ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, għall-Kummissjoni. |
|
(60) |
Jenħtieġ li d-delega tas-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet operazzjonali tat-taqsima tagħha stess tal-baġit lid-deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni tkun ristretta għal sitwazzjonijiet li fihom it-twettiq ta’ dawk il-kompiti mid-deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkun strettament neċessarju sabiex tiġi żgurata kontinwità tal-operat fin-nuqqas ta’ Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li d-deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ma jitħallewx jeżerċitaw dawk is-setgħat fuq bażi sistematika jew għal raġunijiet ta’ qsim ta’ xogħol intern. |
|
(61) |
Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-kontabbiltà jkun reponsabbli għall-implimentazzjoni korretta tal-pagamenti, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tal-ammonti riċevibbli. Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-kontabbiltà jimmaniġġja t-teżor, il-kontijiet tal-bank u l-fajls ta’ partijiet terzi, iżomm il-kontijiet u jkun responsabbli għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jkun l-unika persuna li hija intitolata li tistabbilixxi r-regoli tal-kontabbiltà u t-tabelli tal-kontijiet armonizzati, filwaqt li jenħtieġ li l-uffiċjali tal-kontabbiltà tal-istituzzjonijiet kollha l-oħrajn tal-Unjoni jistabbilixxu l-proċeduri tal-kontabbiltà applikabbli fl-istituzzjonijiet tagħhom. |
|
(62) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll l-arranġamenti għall-ħatra u għat-terminazzjoni tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà. |
|
(63) |
Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-kontabbiltà jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li l-kontijiet miftuħin għar-rekwiżiti tal-immaniġġjar ta’ flus u l-kontijiet tal-imprest ma jkunux f’sitwazzjoni midjuna. |
|
(64) |
Huwa xieraq li l-mezzi ta’ pagament awtorizzati għall-ġestjoni tat-teżor jiġu allinjati ma’ metodi moderni ta’ pagament, inklużi karti ta’ kreditu u portafolli elettroniċi. |
|
(65) |
Meta jitqies li l-pagamenti mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni permezz tar-regoli standard għall-operazzjonijiet baġitarji, tat-teżor u tal-kontabbiltà (proċeduri baġitarji) qed jiġu eżegwiti dejjem aktar permezz tat-teżor ċentrali u, bħala konsegwenza, l-għadd ta’ tranżazzjonijiet u l-ammonti mħallsa permezz ta’ kontijiet tal-imprest jonqsu, huwa xieraq li r-regoli dwar il-ħolqien, l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-kontijiet tal-imprest jiġu ssimplifikati. |
|
(66) |
Jenħtieġ li jiġu stipulati wkoll il-kundizzjonijiet għall-użu tal-kontijiet tal-imprest, sistema ta’ ġestjoni li tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-proċeduri baġitarji normali u li tikkonċerna biss ammonti limitati, filwaqt li jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-amministraturi tal-imprest, kif ukoll dawk tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà b’rabta mal-kontroll tal-kontijiet tal-imprest. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kontijiet tal-imprest fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għal approprjazzjonijiet mit-taqsimiet tal-baġit relatati kemm mal-Kummissjoni kif ukoll mas-SEAE. Huwa xieraq ukoll li, f’ċerti kundizzjonijiet, ikun awtorizzat l-użu ta’ kontijiet tal-imprest fid-delegazzjoni tal-Unjoni għal pagamenti ta’ ammonti limitati bi proċeduri baġitarji. Rigward il-ħatra ta’ amministraturi tal-imprest, jenħtieġ li jkun possibbli li dawn jintgħażlu anki minn fost il-persunal fl-impjieg tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ġestjoni ta’ kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja kull meta ma jkunx hemm persunal tal-Kummissjoni disponibbli kopert mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (18) (ir-Regolamenti tal-Persunal). |
|
(67) |
Sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja kull meta ma jkun hemm disponibbli ebda persunal tal-Kummissjoni kopert mir-Regolamenti tal-Persunal u jkun hemm diffikultajiet tekniċi sabiex l-impenji legali kollha jiġu ffirmati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jenħtieġ li jkun awtorizzat li l-persunal imħaddem mill-Kummissjoni f’dak il-qasam jassumi impenji legali ta’ valur baxx ħafna li jasal sa EUR 2 500 li jkunu marbutin ma’ pagamenti eżegwiti mill-kontijiet tal-imprest, u li jkun awtorizzat li Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jew id-deputati tagħhom jassumu impenji legali fuq l-istruzzjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni. |
|
(68) |
Ladarba jkunu ġew definiti l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-atturi finanzjarji, huwa biss possibbli li dawn jinżammu responsabbli taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal. Fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni ġew stabbiliti bordijiet speċjalizzati dwar l-irregolaritajiet finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Madankollu, minħabba l-għadd limitat ta’ każijiet ippreżentati lilhom u għal raġunijiet ta’ effiċjenza, huwa xieraq li l-funzjonijiet tagħhom jiġu ttrasferiti lil bord interistituzzjonali mwaqqaf skont dan ir-Regolament (“il-bord”). Jenħtieġ li l-bord jitwaqqaf bil-għan li jivvaluta t-talbiet u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa li jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-esklużjoni u l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji riferiti lilu mill-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-awtonomija amministrattiva tagħhom fir-rigward tal-membri tal-persunal tagħhom. Dak it-trasferiment għandu wkoll l-għan li jevita xogħol doppju u li jimmitiga r-riskji ta’ rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet kontradittorji, f’każijiet li fihom ikunu involuti kemm attur ekonomiku kif ukoll membru tal-persunal ta’ istituzzjoni jew korp tal-Unjoni. Hemm bżonn li tinżamm il-proċedura li permezz tagħha jkun possibbli għal uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jfittex konferma ta’ struzzjoni li dak l-uffiċjal iqis li tkun irregolari jew li tmur kontra l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u b’hekk jinħeles minn kull obbligazzjoni. Il-kompożizzjoni tal-bord jenħtieġ li tiġi mmodifikata meta jissodisfa dan ir-rwol. Jenħtieġ li l-bord ma jkollu l-ebda setgħa investigattiva. |
|
(69) |
Rigward id-dħul, jenħtieġ li jiġu indirizzati l-aġġustamenti negattivi tar-riżorsi proprji koperti mir-Regolamenti tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 (20) u (UE, Euratom) 2021/770 (21). Ħlief fil-każ ta’ riżorsi proprji, jenħtieġ li jinżammu l-kompiti u l-kontrolli eżistenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni fl-istadji differenti tal-proċedura: l-istabbiliment tal-istima tal-ammonti riċevibbli, il-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ rkupru, il-ħruġ tan-nota ta’ debitu li tinforma lid-debitur li ġie stabbilit l-ammont riċevibbli, u d-deċiżjoni, fejn neċessarju, li jiġi rrinunzjat intitolament soġġett għall-kriterji li jiggarantixxu l-konformità mal-ġestjoni finanzjarja tajba sabiex jiġi żgurat ġbir effiċjenti tad-dħul. |
|
(70) |
Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkun jista’ jirrinunzja għalkollox jew parzjalment għall-irkupru ta’ ammont riċevibbli stabbilit meta d-debitur ikun daħal f’xi wieħed mill-proċedimenti ta’ insolvenza ddefiniti fir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), b’mod partikolari f’każijiet ta’ arranġamenti ġudizzjarji, kompożizzjonijiet u proċedimenti analogi. |
|
(71) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar proċeduri għall-aġġustament jew għat-tnaqqis sa żero ta’ stima tal-ammont riċevibbli. |
|
(72) |
Jenħtieġ li jiġi ċċarat iż-żmien tad-dħul fil-baġit ta’ ammonti riċevuti bħala multi, penali oħrajn u sanzjonijiet, u ta’ kwalunkwe imgħax akkumulat jew introjtu ieħor iġġenerat minnhom. |
|
(73) |
Minħabba l-iżviluppi reċenti fis-swieq finanzjarji u r-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, jenħtieġ li jiġu rieżaminati d-dispożizzjonijiet dwar ir-rata tal-imgħax għal multi jew għal penali oħrajn. |
|
(74) |
Sabiex tkun riflessa n-natura speċifika ta’ ammonti riċevibbli li jikkonsistu f’multi jew penali oħrajn imposti minn istituzzjonijiet tal-Unjoni taħt it-TFUE jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-Trattat Euratom), jenħtieġ li jiddaħħlu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rati tal-imgħax applikabbli għal ammonti dovuti iżda li għadhom ma tħallsux, f’każ li tali ammonti jiżdiedu mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
|
(75) |
Ir-regoli dwar l-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati u imsaħħa. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jirkupra l-ammonti billi jpaċihom ukoll kontra ammonti dovuti lid-debitur minn aġenzija eżekuttiva meta jimplimenta l-baġit. |
|
(76) |
Sabiex ikunu garantiti ċ-ċertezza legali u t-trasparenza, jenħtieġ li jiġu ddefiniti regoli dwar skadenzi li fihom jenħtieġ li tintbagħat nota ta’ debitu. |
|
(77) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-assi waqt li tagħti prijorità lill-mira tas-sigrutà u l-likwidità tal-flejjes, jenħtieġ li l-ammonti relatati ma’ multi, penalitajiet jew sanzjonijiet oħrajn imposti taħt it-TFUE jew it-Trattat Euratom, bħal multi ta’ kompetizzjonijiet li jkunu qegħdin jiġu kkontestati, jenħtieġ li jinġabru fuq bażi proviżorja. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll għall-Kummissjoni li tinvesti dawk l-ammonti f’assi finanzjarji, u li tiddetermina l-assenjazzjoni tar-redditu fuqhom. Peress li l-Kummissjoni mhijiex l-unika istituzzjoni tal-Unjoni li hija intitolata timponi multi, penali oħrajn jew sanzjonijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar tali multi, penali oħrajn jew sanzjonijiet imposti minn istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u li jiġu stabbiliti regoli għall-irkupru tagħhom li jenħtieġ ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-Kummissjoni. |
|
(78) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament fuq għotjiet, akkwisti, fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni (fondi fiduċjarji tal-Unjoni), premjijiet, strumenti finanzjarji, faċilitajiet jew pjattaformi ta’ taħlit u garanziji baġitarji. Fl-istess ħin, sabiex tingħata perspettiva aktar fit-tul lir-riċevituri potenzjali, jenħtieġ li jkun permess li jiġu adottati deċiżjonijiet ta’ finanzjament għal aktar minn sena finanzjarja filwaqt li jiġi speċifikat li l-implimentazzjoni tkun soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet baġitarji għas-snin finanzjarji rispettivi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitnaqqas l-għadd tal-elementi meħtieġa għad-deċiżjoni ta’ finanzjament. F’konformità mal-għan ta’ simplifikazzjoni, id-deċiżjoni ta’ finanzjament jenħtieġ li fl-istess ħin tikkostitwixxi programm annwali jew pluriennali ta’ ħidma. Peress li huma diġà stabbiliti fil-baġit annwali l-kontribuzzjonijiet lill-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71, jenħtieġ li ma jkun hemm ebda rekwiżit li tiġi adottata deċiżjoni ta’ finanzjament speċifika f’dak ir-rigward. |
|
(79) |
Fir-rigward tan-nefqa, jenħtieġ li jiġu ċċarati kemm ir-relazzjoni bejn id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, l-impenji baġitarji globali u l-impenji baġitarji individwali kif ukoll il-kunċetti ta’ impenn baġitarju u legali sabiex jiġi stabbilit qafas ċar għall-fażijiet differenti tal-implimentazzjoni tal-baġit. |
|
(80) |
Sabiex b’mod partikolari jitqies l-għadd ta’ impenji legali assunti minn delegazzjonijiet u rappreżentazzjonijiet tal-Unjoni u ċ-ċaqliq fir-rata tal-kambju esperjenzat minnhom, jenħtieġ li l-impenji baġitarji proviżorji jkunu possibbli wkoll f’każijiet li fihom ir-riċevituri finali u l-ammont ikunu magħrufin. |
|
(81) |
Sabiex il-FAEG jiġi allinjat mal-proċeduri kontabilistiċi u baġitarji ġenerali, jenħtieġ li hekk kif ikun teknikament possibbli jitħalla jipproċedi b’impenji baġitarji individwali biex isiru l-pagamenti, mingħajr il-bżonn li l-ewwel isir impenn proviżorju globali biex isiru l-pagamenti segwiti minn impenji individwali f’perjodu ta’ mhux aktar minn xahrejn, jew, f’ċerti kundizzjonijiet, perjodu itwal. Barra minn hekk, biex ikunu jistgħu jipproċedu l-impenji baġitarji individwali u l-pagamenti għall-ewwel xahar tas-sena finanzjarja f’Diċembru, jenħtieġ li n-nefqa ta’ ġestjoni ta’ rutina għall-FAEG tiżdied mat-tipi ta’ nefqa li għalihom huma awtorizzati l-pagamenti li jsiru bil-quddiem. |
|
(82) |
Rigward it-tipoloġija tal-pagamenti li huwa possibbli li jsiru mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li tiġi pprovduta kjarifika tad-diversi tipi ta’ pagamenti, f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba. Ir-regoli għall-ikklerjar tal-pagamenti tal-prefinanzjament jenħtieġ li jiġu ċċarati aktar b’mod partikolari għal sitwazzjonijiet li fihom ma jkunx possibbli kklerjar interim. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiddaħħlu dispożizzjonijiet xierqa fl-impenji legali assunti. |
|
(83) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula li l-pagamenti jridu jsiru f’limiti ta’ żmien speċifikati u li, f’każ ta’ nuqqas ta’ rispett ta’ tali limiti ta’ żmien, il-kredituri jkunu intitolati għal imgħaxijiet ta’ inadempjenza li jiġu addebitati għall-baġit, ħlief f’każ tal-Istati Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI). |
|
(84) |
Jenħtieġ li l-elementi ewlenin tal-fatturi elettroniċi fl-akkwist pubbliku jkunu bbażati fuq ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). |
|
(85) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ offerti mhux xierqa fl-akkwist pubbliku tiġi riveduta biex tinkludi offerti fejn l-operatur ekonomiku ma jkollux aċċess għall-akkwist. |
|
(86) |
Hemm bżonn li jiġi ċċarat li kuntratti speċifiċi fl-ambitu ta’ kuntratti qafas konklużi ma’ operatur ekonomiku wieħed jistgħu jingħataw u jiġu mmodifikati fil-limiti tat-termini previsti fil-kuntratt qafas. |
|
(87) |
Meta jitqies li l-miżuri ta’ pubbliċità ex ante huma l-istess bħal dawk għal proċeduri miftuħa, ristretti u kompetittivi b’negozjar, jenħtieġ li taħt ċerti kundizzjonijiet ikun permess l-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt wara li tkun falliet proċedura kompetittiva b’negozjar. |
|
(88) |
Jeħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist ta’ dan ir-Regolament is-servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni tad-dokumenti li jipprovdu n-nutara, fil-każijiet meta l-proċeduri li jirregolaw tali servizzi fl-Istat Membru kkonċernat ma jkunux miftuħa għall-kompetizzjoni. |
|
(89) |
Huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li jkun hemm proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għal servizzi li jipprovdu organizzazzjonijiet tal-Istati Membri li ma jistgħux jipparteċipaw fi proċeduri kompetittivi. |
|
(90) |
Sabiex tiġi ggarantita l-konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (24), jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jitlob li l-provi għall-kriterji għall-esklużjoni u għall-għażla jiġu ppreżentati qabel id-deċiżjoni ta’ għoti. |
|
(91) |
Huwa xieraq li jiġu integrati d-dispożizzjonijiet dwar il-validazzjoni u l-awtorizzazzjoni tan-nefqa f’artikolu wieħed u li tiddaħħal definizzjoni ta’ “diżimpenji”. Peress li t-tranżazzjonijiet jitwettqu f’sistemi kompjuterizzati, jeħtieġ li l-iffirmar ta’ kupun “mgħoddi għall-pagament” bħala espressjoni tad-deċiżjoni ta’ validazzjoni jiġi sostitwit minn firma b’sigurtà elettronika, ħlief f’għadd limitat ta’ każijiet. Jenħtieġ ukoll li jiġi ċċarat li l-validazzjoni tan-nefqa tapplika għall-kostijiet kollha eliġibbli, inklużi, kif ikun il-każ għall-ikklerjar tal-prefinanzjament, kostijiet li mhumiex assoċjati ma’ talba għall-pagament. |
|
(92) |
Sabiex tonqos il-kumplessità, jiġu ssimplifikati r-regoli eżistenti u titjieb il-leġġibbiltà ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għal aktar minn strument ta’ implimentazzjoni tal-baġit wieħed. Għal dawn ir-raġunijiet, ċerti dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu raggruppati, l-għażla tal-kliem u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħrajn jenħtieġ li jiġu allinjati u ripetizzjonijiet u kontroreferenzi żejda jenħtieġ li jitneħħew. |
|
(93) |
Jenħtieġ li kull Istituzzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi kumitat tal-progress dwar l-awditu intern bil-kompitu li jiggarantixxi l-indipendenza tal-awditur intern, jimmonitorja l-kwalità tax-xogħol ta’ awditu intern u jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet dwar l-awditu intern u estern jiġu kkunsidrati kif suppost u jsir segwitu għalihom mis-servizzi tagħha. Il-kompożizzjoni ta’ dak il-kumitat tal-progress tal-awditjar intern jenħtieġ li jkun deċiż minn kull istituzzjoni tal-Unjoni b’kont meħud tal-awtonomija organizzattiva tagħha u l-importanza tal-pariri minn esperti indipendenti. |
|
(94) |
Jenħtieġ li titpoġġa aktar enfasi akbar fuq il-prestazzjoni u r-riżultati tal-proġetti ffinanzjati mill-baġit. Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi ddefinita forma addizzjonali ta’ finanzjament li mhijiex marbuta mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti minbarra l-forom ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni diġà stabbiliti sew (rimborż tal-kostijiet eliġibbli fil-fatt imġarrbin, kostijiet unitarji, somom f’daqqa u finanzjament b’rata fissa). Jenħtieġ li l-forma addizzjonali ta’ finanzjament tkun ibbażata fuq l-issodisfar ta’ ċerti kundizzjonijiet ex ante jew fuq il-ksib ta’ riżultati mkejlin b’referenza għal tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni. |
|
(95) |
Meta l-kontribuzzjoni tal-Unjoni tieħu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet u fejn ir-rimborż ikun ibbażat fuq ir-riżultati, il-kisba ta’ dawk ir-riżultati jenħtieġ li titkejjel jew permezz ta’ stadji importanti jew miri predefiniti, u l-kisba ta’ tali stadji importanti jew miri jenħtieġ li tiġi vverifikata qabel ma titħallas il-kontribuzzjoni. Ir-rekords u d-dokumenti ta’ sostenn marbuta mal-kisba tal-miri jew l-istadji importanti jenħtieġ li jinżammu għall-finijiet ta’ kontrolli jew awditi ex post, inkluż mill-Qorti tal-Awdituri. |
|
(96) |
Meta l-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-kapaċità operazzjonali u finanzjarja tar-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni jew tas-sistemi u l-proċeduri tagħhom, jenħtieġ li tkun kapaċi tiddependi fuq il-valutazzjonijiet diġà mwettqin minnha, minn entitajiet oħrajn jew donaturi bħal aġenziji nazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex tevita valutazzjonijiet duplikati tal-istess riċevituri. Jenħtieġ li tintuża l-possibbiltà għal rikonoxximent reċiproku tal-valutazzjonijiet imwettqin minn entitajiet oħrajn fejn tali valutazzjonijiet ikunu saru f’konformità ma’ kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament għall-metodu ta’ implimentazzjoni applikabbli. Għaldaqstant, sabiex jitrawwem ir-rikonoxximent reċiproku tal-valutazzjonijiet fost id-donaturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi r-rikonoxximent ta’ standards aċċettati f’livell internazzjonali jew l-aħjar prattiki internazzjonali. |
|
(97) |
Huwa importanti wkoll li jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn ir-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni jiġu awditjati diversi drabi minn entitajiet differenti dwar l-użu ta’ dawn il-fondi. Għaldaqstant jenħtieġ li tkun possibbli d-dipendenza fuq awditi diġà mwettqin minn awdituri indipendenti dment li jkun hemm evidenza suffiċjenti tal-kompetenza u l-indipendenza tagħhom u dment li x-xogħol tal-awditjar ikun ibbażat fuq standards aċċettati ta’ awditjar fil-livell internazzjonali li jipprovdu aċċertazzjoni raġonevoli u li jkunu twettqu fuq id-dikjarazzjonijiet u r-rapporti finanzjarji li jistipulaw l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali awditi sussegwentement jifformaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva fuq l-użu tal-fondi tal-Unjoni. Għal dak l-għan huwa importanti li jkun żgurat li r-rapport tal-awditur indipendenti u d-dokumentazzjoni tal-awditjar relatata isiru disponibbli, fuq talba, lill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri. |
|
(98) |
Sabiex tkun possibbli d-dipendenza fuq valutazzjonijiet u awditi u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq persuni u entitajiet li jirċievu fondi tal-Unjoni, huwa importanti li jiġi ggarantit li kwalunkwe informazzjoni diġà disponibbli fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jew korpi u entitajiet oħra li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni, terġa’ tintuża sabiex ikunu evitati talbiet multipli lir-riċevituri jew il-benefiċjarji. |
|
(99) |
Sabiex ikun previst mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fit-tul mar-riċevituri, jenħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li jiġu ffirmati ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja. Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja jenħtieġ li jiġu implimentati permezz ta’ għotjiet jew ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ma’ persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni. Għal dak l-għan, il-kontenut minimu ta’ tali ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jenħtieġ li jiġi speċifikat. Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja jenħtieġ li ma jillimitawx indebitament l-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni. |
|
(100) |
Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għas-sospensjoni, it-terminazzjoni jew it-tnaqqis ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni jiġu armonizzati fl-istrumenti ta’ implimentazzjoni tal-baġit differenti, bħal għotjiet, akkwist, ġestjoni indiretta, premjijiet, eċċ. Jenħtieġ li jiġu definiti r-raġunijiet għal tali sospensjoni, terminazzjoni jew tnaqqis. Meta sussegwentement jinstabu irregolaritajiet jew frodi li jkunu seħħew matul proċedura ta’ għoti, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jieħu ċerti miżuri korrettivi sakemm ma jkunx iġġustifikat li dan ma jsirx, pereżempju meta l-implimentazzjoni tal-impenn legali tkun fl-interess tal-istituzzjoni jew tal-korp ikkonċernat, jew fejn ikun hemm bżonn li tiġi ggarantita l-kontinwità tas-servizz. |
|
(101) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi perjodi standard li għalihom jenħtieġ li r-riċevituri jżommu d-dokument relatati mal-kontribuzzjonijiet mill-Unjoni sabiex jiġu evitati rekwiżiti kuntrattwali diverġenti jew sproporzjonati filwaqt li xorta jiġi pprovdut biżżejjed żmien għall-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex jiksbu aċċess għal tali data u dokumenti u jwettqu l-kontrolli u l-awditi ex post. Barra minn hekk, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni jenħtieġ li tkun obbligata tikkoopera fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
|
(102) |
Sabiex tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-parteċipanti u lir-riċevituri u sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-possibbiltà li jeżerċitaw id-dritt ta’ difiża tagħhom, jenħtieġ li l-parteċipanti u r-riċevituri jitħallew jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom qabel ma jadottaw xi miżura li taffettwa b’mod avvers id-drittijiet tagħhom u jenħtieġ li jkunu infurmati dwar il-mezzi ta’ rimedju disponibbli sabiex jikkontestaw tali miżura. |
|
(103) |
Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ma hemmx bżonn li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jipprovdi opportunità lil parteċipant biex jippreżenta osservazzjonijiet meta dan il-parteċipant ikun ġie rifjutat minn proċedura ta’ għoti. Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ikun speċifikat ukoll fid-dispożizzjoni dwar proċeduri kontradittorji u mezzi ta’ rimedju. |
|
(104) |
Meta wieħed iqis l-ambjent ġeopolitiku dejjem aktar diffiċli b’theddid ibridu u ċibernetiku li qed jevolvi b’mod rapidu, kif ukoll il-bżonn għal trasformazzjoni diġitali bl-esponiment inerenti tagħha għal vulnerabbiltajiet tekniċi, l-Unjoni għandha bżonn tiggarantixxi l-protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, kif rifless fil-politika pubblika u fil-liġi. Dan jikkonċerna l-preservazzjoni tal-interessi fundamentali tas-soċjetà bħall-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-frodi. Filwaqt li tirrispetta kull ftehim internazzjonali tal-Unjoni, l-għoti ta’ fondi tal-Unjoni fir-rigward ta’ assi u interessi strateġiċi, bħal infrastruttura diġitali jew spazjali, u sistemi u servizzi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, tista’ teżiġi l-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi biex tiġi ggarantita tali protezzjoni inkluż għall-integrità tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, u ta’ ktajjen tal-provvista relatati. Jenħtieġ li t-tipi ta’ kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-applikazzjoni tagħhom jiġu ċċarati. Madankollu, il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament mhumiex eżawrjenti, u huwa possibbli li att bażiku jinkludi kundizzjonijiet speċifiċi dment li ma jimmodifikax jew ma jidderogax mir-rekwiżiti u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà u l-ordni pubbliku. |
|
(105) |
Sabiex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni unika. |
|
(106) |
Jenħtieġ li s-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni tapplika għal parteċipanti, riċevituri, entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom il-kandidat jew l-offerent ikun biħsiebu joqgħod, għal sottokuntratturi ta’ kuntrattur, għal sidien benefiċjarji u entitajiet affiljati ta’ entità eskluża, persuni fiżiċi, garanti, kif ukoll għal kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni fejn il-baġit ikun implimentat b’ġestjoni indiretta, għal kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni fl-ambitu ta’ strumenti finanzjarji implimentati b’ġestjoni diretta, għal parteċipanti jew riċevituri li dwarhom taw informazzjoni entitajiet li jimplimentaw il-baġit b’ġestjoni kondiviża, u għal sponsors. |
|
(107) |
Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi rinfurzata s-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni. Huwa importanti li jiġi evitat li persuna jew entità f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni tkun tista’ tapplika għall-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni, jew tintgħażel għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, jew li tirċievi tali fondi fil-kuntest ta’ programm f’ġestjoni kondiviża. Meta jkun hemm sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun jista’ jeskludi persuna jew entità, dment li din tal-aħħar tkun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni u titqies bħala mhux affidabbli minħabba li jkun wettaq ċerti tipi serji ta’ mġiba ħażina. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ informazzjoni stabbiliti f’atti bażiċi oħra, persuni u entitajiet li jimplimentaw il-baġit taħt ġestjoni kondiviża jenħtieġ li jgħaddu lill-Kummissjoni, permezz ta’ kwalunkwe mezz uffiċjali, bħas-sistema ta’ informazzjoni awtomatizzata stabbilita mill-Kummissjoni li bħalissa qed tintuża għar-rappurtar ta’ frodi u irregolaritajiet (is-“Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet”), informazzjoni li tappartjeni għal fatti u sejbiet stabbiliti, fil-kuntest ta’ tali sentenzi finali jew deċiżjonijiet amministrattivi finali b’referenza biss għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 138(1), il-punti (c)(iv) u (d), meta jsiru jafu b’tali informazzjoni. Fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli ikollu s-setgħa ta’ esklużjoni, abbażi ta’ klassifikazzjoni preliminari fil-liġi magħmula mill-bord, wara li jikkunsidra l-fatti u l-konstatazzjonijiet stabbiliti fil-kuntest ta’ awditi jew investigazzjonijiet imwettqa mill-OLAF, l-UPPE jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew kwalunkwe verifika, awditu jew kontroll ieħor imwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Jenħtieġ li tali esklużjoni tiġi rreġistrata fil-bażi ta’ data tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni. Il-persuni u l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit taħt ġestjoni kondiviża jenħtieġ li jikkonsultaw il-bażi ta’ data tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni qabel ma jagħtu fondi tal-Unjoni jew jagħżlu l-parteċipanti u l-benefiċjarji. Din il-konsultazzjoni jenħtieġ li tikkonċerna l-persuna jew l-entità li tapplika għall-fondi tal-Unjoni jew li tintgħażel biex timplimentahom. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jinfurzaw l-esklużjonijiet irreġistrati fil-bażi ta’ data fir-rigward ta’ tali persuni jew entitajiet li japplikaw, jew jintgħażlu, biex jimplimentaw fondi tal-Unjoni għad-durata kollha tal-esklużjoni. Dik l-esklużjoni jenħtieġ li żżomm l-integrità tal-proċess tal-akkwist jew tal-għażla u tissalvagwardjaha kontra l-parteċipazzjoni ta’ individwi jew entitajiet involuti fi mġiba ħażina serja. Jenħtieġ li l-applikazzjonijiet għal pagament mill-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża, li jinkludu nefqa relatata ma’ persuna jew entità li tkun ġiet eskluża, ma jiġux rimborżati. Meta l-fondi jiġu żborżati lill-Istati Membri skont oqfsa bbażati fuq il-prestazzjoni, jentħieġ li japplikaw regoli speċifiċi, kif stabbilit fir-regoli speċifiċi għas-settur. |
|
(108) |
Huwa importanti li jiġi enfasizzat li s-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni jenħtieġ li tapplika biss fir-rigward tal-fondi tal-Unjoni żborżati lill-Istati Membri b’ġestjoni diretta, fejn l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, sal-punt li l-Kummissjoni jkollha responsabbiltajiet rilevanti skont il-qafas legali rispettiv . Għalhekk, ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu limitati għall-obbligu li tirreferi każ lill-bord għall-fini tal-esklużjoni ta’ persuna jew entità jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jsir konxju ta’ mġiba ħażina serja wara sentenzi finali, deċiżjonijiet amministrattivi finali, jew fatti u konstatazzjonijiet stabbiliti fil-kuntest ta’ awditi jew investigazzjonijiet imwettqa li jikkonċernaw dawk il-fondi mill-OLAF, l-UPPE jew il-Qorti tal-Awdituri jew kwalunkwe verifika, awditu, jew kontroll ieħor imwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Mingħajr preġudizzju għal dawn ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jibqgħu responsabbli biex jivverifikaw l-informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta’ esklużjoni rreġistrati fil-bażi ta’ data tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni, biex jinfurzaw tali deċiżjonijiet u biex jiżguraw li ma tiġi ppreżentata l-ebda applikazzjoni għal pagament relatata ma’ persuna jew entità li tinsab f’tali sitwazzjoni ta’ esklużjoni. Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi għas-settur u l-applikazzjoni volontarja, jenħtieġ li s-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni ma tapplikax għar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). |
|
(109) |
Jenħtieġ li jiġi ċċarat li, meta deċiżjoni li tiġi rreġistrata persuna jew entità fis-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija jew ta’ esklużjoni tittieħed fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni ta’ esklużjoni fir-rigward ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tkun membru tal-korp amministrattiv, dak maniġerjali jew dak superviżorju ta’ dik il-persuna jew l-entità, jew li għandha setgħat ta’ rappreżentazzjoni, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll fir-rigward ta’ dik il-persuna jew entità, jew fir-rigward ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tassumi obbligazzjoni illimitata għad-djun ta’ dik il-persuna jew entità jew fir-rigward ta’ persuna fiżika li tkun essenzjali għall-għoti jew għall-implimentazzjoni tal-impenn legali, l-informazzjoni rreġistrata fil-bażi ta’ data trid tinkludi l-informazzjoni dwar dawk il-persuni. |
|
(110) |
Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-esklużjoni ta’ persuna jew entità mill-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ għoti jew l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja fuq persuna jew entità u d-deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni relatata tittieħed mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, fid-dawl tal-awtonomija tiegħu fi kwistjonijiet amministrattivi. Fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali u f’każijiet marbuta ma’ ksur serju tal-kuntratt, jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli jieħdu d-deċiżjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ klassifikazzjoni preliminari fil-liġi wara li jikkunsidraw ir-rakkomandazzjoni tal-bord. Jenħtieġ li l-bord jivvaluta wkoll id-durata tal-esklużjoni f’ każijiet fejn id-durata ma tkunx ġiet stabbilita permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali. |
|
(111) |
Jenħtieġ li r-rwol tal-bord ikun li jiżgura t-tħaddim koerenti tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni. Jenħtieġ li l-bord ikun magħmul minn president permanenti, viċi president permanenti li jenħtieġ li jkun deputat tal-president, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentant tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jagħmel it-talba. |
|
(112) |
Sabiex is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni tiġi allinjata mar-regoli tal-akkwist pubbliku u biex tissaħħaħ l-effettività tagħha, it-tentattiv li jiġi influwenzat l-għoti ta’ fondi tal-Unjoni jew il-ksib mhux dovuta ta’ fondi tal-Unjoni inkluż fir-rigward ta’ kunflitti ta’ interess jenħtieġ li jiġi inkluż b’mod espliċitu bħala sitwazzjoni speċifika ta’ esklużjoni minħabba mġiba professjonali ħażina ħafna. |
|
(113) |
B’kont debitu għall-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jeskludi persuna jew entità meta tkun uriet nuqqas ta’ integrità billi assuma mġiba ħażina li tkun inkompatibbli mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħall-inċitament għad-diskriminazzjoni, il-mibegħda jew il-vjolenza kontra grupp ta’ persuni jew membru ta’ grupp, fejn l-imġiba tista’ taffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni tal-kuntratt. |
|
(114) |
Jenħtieġ li tiżdied raġuni awtonoma ta’ esklużjoni fil-każ ta’ nuqqas iintenzjonat u mhux ġustifikat ta’ kooperazzjoni fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet, kontrolli jew awditi mwettqa minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, l-OLAF, l-UPPE jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri peress li dan jista’ jkollu implikazzjonijiet serji fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
|
(115) |
Il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi ma tippreġudikax il-valutazzjoni finali tal-imġiba tal-persuna jew tal-entità kkonċernata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li r-rakkomandazzjoni tal-bord, kif ukoll id-deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jiġu riveduti wara n-notifika ta’ din il-valutazzjoni finali. |
|
(116) |
Jenħtieġ li persuna jew entità tiġi eskluża mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fejn ikun ġie stabbilit minn sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew entità hija ħatja ta’ mġiba professjonali ħażina serja, ta’ nonkonformità, kemm jekk intenzjonata jew le, mal-obbligi marbuta mal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew ta’ taxxi, ta’ ħolqien ta’ entità taħt ġuriżdizzjoni differenti bil-ħsieb li jiġu evitati l-obbligi fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligu legali ieħor, ta’ frodi li jaffettwa l-baġit, ta’ korruzzjoni, ta’ mġiba marbuta ma’ organizzazzjoni kriminali, ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, ta’ reati terroristiċi jew reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, ta’ tħaddim tat-tfal jew ta’ forom oħra ta’ traffikar tal-bnedmin jew tat-twettiq ta’ irregolarità. Jenħtieġ li persuna jew entità tiġi eskluża wkoll fil-każ ta’ ksur serju ta’ impenn legali, inkluż ksur tar-rekwiżit li jitwettaq kwalunkwe kuntratt bl-ogħla standard professjonali, jew f’każ ta’ falliment jew f’każi ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni f’ investigazzjonijiet, kontrolli u awditi. Fil-valutazzjoni ta’ dawn ir-raġunijiet għall-esklużjoni, atti dannużi b’mod mhux raġonevoli kkundannati fil-liġi internazzjonali tal-kummerċ jistgħu jitqiesu bħala fattur rilevanti, fejn jinvolvu mġiba professjonali ħażina serja. |
|
(117) |
F’konformità mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2023 (26), meta jieħu deċiżjoni dwar l-esklużjoni ta’ persuna jew entità abbażi ta’ mġiba professjonali ħażina serja, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jibbaża fuq evidenza li tkun speċifika, konvinċenti u konkreta biżżejjed u li, għalhekk, tkun kapaċi tistabbilixxi b’mod ċar u inekwivoku li l-applikant kien involut fi mġiba ħażina li jkollha impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tiegħu li, barra minn hekk, tindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. |
|
(118) |
Meta jkun qed jiddeċiedi dwar l-esklużjoni ta’ persuna jew entità, jew l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja fuq persuna jew entità, u dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni relatata, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiżgura konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, billi jqis b’mod partikolari s-serjetà tas-sitwazzjoni, l-impatt baġitarju tagħha, iż-żmien li għadda mill-imġiba rilevanti, id-durata tal-imġiba u r-rikorrenza tagħha, jekk l-imġiba kinitx intenzjonata jew il-livell ta’ negliġenza li ntwera u l-livell ta’ kollaborazzjoni tal-persuna jew tal-entità mal-awtorità kompetenti u l-kontribut ta’ dik il-persuna jew entità fl-investigazzjoni. |
|
(119) |
Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun jista’ wkoll jeskludi lil persuna jew entità fejn persuna fiżika jew ġuridika li tassumi obbligazzjoni illimitata għad-djun tal-attur ekonomiku tkun falluta jew f’sitwazzjoni simili ta’ insolvenza jew fejn dik il-persuna fiżika jew ġuridika tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew it-taxxi, fejn tali sitwazzjonijiet għandhom impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dak l-attur ekonomiku. |
|
(120) |
Sabiex tkompli tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jeskludi jew jimponi penali finanzjarja fuq is-sidien benefiċjarji u l-entitajiet affiljati tal-entità eskluża li kienu involuti fl-imġiba ħażina tal-entità eskluża. Il-possibbiltà li jiġu esklużi s-sidien benefiċjarji u l-entitajiet affiljati hija maħsuba biex ma tħallix li persuna jew entità li tkun ġiet eskluża milli tintgħażel biex timplimenta l-fondi tal-Unjoni tkun tista’ tkompli tipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwist u għoti, permezz ta’ kumpanija ġdida jew entitajiet affiljati eżistenti. |
|
(121) |
Sabiex tiżdied l-effettività tagħha, jenħtieġ li s-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni tapplika wkoll għal persuni fiżiċi li jitqiesu responsabbli għall-imġiba ħażina ta’ entità, sabiex ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti jew jintgħażlu biex jimplimentaw fondi tal-Unjoni f’kapaċità personali jew permezz ta’ identità korporattiva ġdida, mingħajr preġudizzju għad-dritt li wieħed jinstema’. |
|
(122) |
Fuq talba tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li l-bord tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni jkollu l-fakultà li joħroġ ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu permezz ta’ proċedura mħaffa, mingħajr preġudizzju għad-dritt li wieħed jinstema’. Jenħtieġ li tali proċedura tintuża meta ċ-ċirkostanzi jew in-natura tal-każ jeżiġu dan, pereżempju meta sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali tkun inħarġet minn awtorità ta’ Stat Membru iżda t-tul ta’ żmien tal-esklużjoni ma jkunx stabbilit; jew tkun inħarġet sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali minn pajjiż terz; jew tkun diġà ġiet imposta sanzjoni ekwivalenti għal esklużjoni fuq il-persuna jew l-entità bis-saħħa ta’ deċiżjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali. |
|
(123) |
Jenħtieġ li persuna jew entità ma tkunx soġġetta għal deċiżjoni dwar esklużjoni meta tkun ħadet miżuri ta’ rimedju, u b’hekk tkun uriet li tista’ tiġi fdata. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà ma tapplikax f’każ tal-aktar attivitajiet kriminali serji. |
|
(124) |
Fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn każijiet li fihom huwa possibbli li tiġi imposta penali finanzjarja bħala alternattiva għall-esklużjoni, fuq naħa waħda, u każijiet li fihom is-serjetà tal-imġiba tar-riċevitur ikkonċernat meta jkun ipprova indebitament jikseb fondi tal-Unjoni tiġġustifika l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja apparti l-esklużjoni sabiex jiġi żgurat effett deterrenti, fuq in-naħa l-oħra. Jenħtieġ li jiġi ddefinit ukoll l-ammont massimu tal-penali finanzjarja li tista’ tiġi imposta mill-awtorità kontraenti. |
|
(125) |
Jenħtieġ li penali finanzjarja tiġi imposta biss fuq riċevitur u mhux fuq parteċipant peress li l-ammont tal-penali finanzjarja li tiġi imposta jkun ikkalkolat fuq il-bażi tal-valur tal-impenn legali inkwistjoni. |
|
(126) |
Il-possibbiltà ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet dwar esklużjoni jew li jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi ma tiddependix mill-possibbiltà li jiġu applikati penali kuntrattwali, bħal danni likwidati. |
|
(127) |
Jenħtieġ li d-durata ta’ esklużjoni tkun limitata fiż-żmien, bħal fil-każ taħt id-Direttiva 2014/24/UE, u jenħtieġ li tkun f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
|
(128) |
Jeħtieġ li jiġu determinati d-data tal-bidu u d-durata tal-perjodu ta’ limitazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-esklużjoni jew għall-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji. |
|
(129) |
Huwa importanti li jkun jista’ jissaħħaħ l-effett ta’ deterrent miksub permezz tal-esklużjoni u tal-penali finanzjarja. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-effett ta’ deterrent jissaħħaħ bil-possibbiltà li tiġi ppubblikata l-informazzjoni marbuta mal-esklużjoni u/jew il-penali finanzjarja, b’mod li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data stipulati fir-Regolamenti (UE) 2018/1725 u (UE) 2016/679. Tali pubblikazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi sabiex ikun żgurat li l-istess mġiba ma tirrepetix ruħha. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità jenħtieġ li jiġi speċifikat f’liema sitwazzjonijiet jenħtieġ li ma ssirx pubblikazzjoni. Fl-valutazzjoni tiegħu, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jikkunsidra kull rakkomandazzjoni tal-bord. Sa fejn huma kkonċernati l-persuni fiżiċi, jenħtieġ li d-data personali tiġi ppubblikata biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ġġustifikati mis-serjetà tal-imġiba jew l-impatt tagħha fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
|
(130) |
Jenħtieġ li l-informazzjoni relatata ma’ esklużjoni jew ma’ penali finanzjarja tiġi ppubblikata biss f’ċerti każijiet bħal mġiba professjonali ħażina serja, frodi, nuqqas sinifikanti fl-adempiment tal-obbligi ewlenin ta’ impenn legali ffinanzjat mill-baġit, jew irregolarità, jew fejn tinħoloq entità taħt ġuriżdizzjoni differenti bil-ħsieb li jiġu evitati obbligi fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligu legali ieħor. |
|
(131) |
Jenħtieġ li l-kriterji għall-esklużjoni jkunu separati b’mod ċar mill-kriterji li jwasslu għal ċaħda possibbli minn proċedura ta’ għoti. |
|
(132) |
L-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni bikrija ta’ riskji u dwar deċiżjonijiet dwar l-esklużjoni u l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji fuq persuna jew entità jenħtieġ li tiġi ċċentralizzata. Għal dak l-għan, jenħtieġ li informazzjoni relatata tinħażen f’bażi ta’ data maħluqa u mħaddma mill-Kummissjoni bħala sidt is-sistema ċentralizzata. Jenħtieġ li dik is-sistema taħdem f’konformità mad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali. |
|
(133) |
Filwaqt li l-ħolqien u t-tħaddim tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni jenħtieġ li jkunu r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, jenħtieġ li istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, kif ukoll il-persuni u l-entitajiet kollha li jimplimentaw fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni diretta, kondiviża u indiretta, jieħdu sehem f’dik is-sistema billi jibagħtu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u l-bord jiggarantixxu d-dritt ta’ difiża tal-persuna jew l-entità. Jenħtieġ li l-istess dritt jingħata lil persuna jew entità, fil-kuntest ta’ identifikazzjoni bikrija, fejn att previst minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkun jista’ jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet tal-persuna jew entità kkonċernata. Fil-każijiet ta’ frodi, ta’ korruzzjoni jew ta’ kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li għadhom mhumiex soġġetti għal sentenza finali, jenħtieġ li jkun possibbli għall-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli li jiddifferixxi n-notifika tal-persuna jew entità u għall-bord li jiddifferixxi d-dritt tal-persuna jew entità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha. Tali differiment jenħtieġ li jiġi ġustifikat biss fejn ikun hemm raġunijiet leġittimi serji biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali. |
|
(134) |
Jenħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tingħata ġuriżdizzjoni mingħajr limitu fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-esklużjoni u tal-penali finanzjarji imposti f’konformità ma’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 261 TFUE. |
|
(135) |
Sabiex jiġu indirizzati t-tentattivi minn entitajiet biex jevitaw il-konsegwenzi negattivi possibbli tal-imġiba ħażina tagħhom, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta’ notifika soġġetti għal kundizzjonijiet preċiżi fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-użu ta’ sistema ta’ skambju elettroniku japplika għal proċeduri bħal dawn. |
|
(136) |
Sabiex jiffaċilitaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-metodi kollha ta’ implimentazzjoni tal-baġit, jenħtieġ li ikun possibbli li l-persuni u l-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit biex ikollhom aċċess għall-bażi ta’ data ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni u jivverifikaw l-esklużjonijiet deċiżi mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Il-bażi ta’ data dwar l-identifikazzjoni bikrija u l-esklużjoni jenħtieġ li tiġi kkonsultata qabel persuna jew entità tingħata jew tintgħażel biex timplimenta jew tirċievi fondi tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-bażi tad-data tiġi kkonsultata fi stadji oħra tal-implimentazzjoni tal-impenn legali. |
|
(137) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament irawwem l-objettiv tal-amministrazzjoni elettronika, b’mod partikolari l-użu tad-data elettronika fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn istituzzjonijiet tal-Unjoni u partijiet terzi. |
|
(138) |
Jenħtieġ li l-progress lejn l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni u l-preżentazzjoni elettronika tad-dokumenti, inkluż l-akkwist elettroniku, fejn ikun xieraq, li jikkostitwixxu miżura ewlenija ta’ simplifikazzjoni, ikun akkumpanjat minn kundizzjonijiet ċari biex jiġu aċċettati s-sistemi li jridu jintużaw, bil-għan li jiġi stabbilit ambjent legalment b’saħħtu filwaqt li tinżamm il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni għall-parteċipanti, għar-riċevituri u għall-uffiċċji tal-awtorizzazzjoni kif stipulat f’dan ir-Regolament. |
|
(139) |
Sabiex jittejbu l-governanza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi diġitali interoperabbli, jenħtieġ li l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi tal-Unjoni japplikaw kemm jista’ jkun il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà. |
|
(140) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kompożizzjoni u l-kompiti tal-kumitat inkarigat mill-valutazzjoni tad-dokumenti ta’ applikazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist, mill-proċeduri ta’ għoti ta’ għotjiet u f’kompetizzjonijiet għal premjijiet. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-kumitat li jinkludi esperti esterni fejn tkun prevista dik il-possibbiltà fl-att bażiku. |
|
(141) |
B’konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jitlob kjarifiki jew dokumenti neqsin filwaqt li jirrispetta l-prinċipju ta’ trattament ugwali u mingħajr ma jbiddel b’mod sostanzjali d-dokumenti tal-applikazzjoni. Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkollu l-possibbiltà li jiddeċiedi li ma jagħmilx dan biss f’każijiet iġġustifikati kif xieraq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkun jista’ jikkoreġi żball klerikali ovvju jew jitlob lill-parteċipant jikkoreġih. |
|
(142) |
Jenħtieġ li l-ġestjoni finanzjarja tajba teżiġi li l-Kummissjoni tipproteġi lilha nfisha billi titlob garanziji fi żmien il-ħlas tal-prefinanzjament. Jenħtieġ li r-rekwiżit għall-kuntratturi u għall-benefiċjarji li jippreżentaw garanziji ma jkunx awtomatiku, iżda jenħtieġ li jkun ibbażat fuq analiżi tar-riskji. Meta, matul l-implimentazzjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jiskopri li garanti mhuwiex jew ma għadux awtorizzat joħroġ garanziji f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkun jista’ jitlob li tinbidel il-garanzija. |
|
(143) |
Is-settijiet ta’ regoli differenti għal ġestjoni diretta u indiretta, b’mod partikolari fir-rigward tal-kunċett tal-“kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit”, ħolqu konfużjoni u involvew riskji ta’ żbalji ta’ kwalifikazzjoni kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għas-sħab tagħha u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu ssimplifikati u armonizzati. |
|
(144) |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni ex ante tal-pilastri ta’ persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni b’ġestjoni indiretta jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddependi kemm jista’ jkun fuq is-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri , inkluża d-diliġenza dovuta, ta’ dawk il-persuni u entitajiet li tqiesu ekwivalenti għal dawk użati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, importanti li jiġi ċċarat li, fejn il-valutazzjoni ssib oqsma li fihom il-proċeduri fis-seħħ ma jkunux biżżejjed sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tiffirma ftehimiet ta’ kontribuzzjoni filwaqt li tieħu miżuri superviżorji adegwati. Importanti wkoll li jiġi ċċarat f’liema każijiet huwa possibbli għall-Kummissjoni li tiddeċiedi li ma teżiġix valutazzjoni ex ante tal-pilastri sabiex tiffirma ftehimiet ta’ kontribuzzjoni. |
|
(145) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit, huwa xieraq li tiġi ċċarata ulterjorment l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità għall-ġestjoni indiretta. Filwaqt li l-prinċipju tal-proporzjonalità ma jistax jaffettwa n-natura tal-obbligi imposti mill-qafas legali applikabbli rilevanti, jenħtieġ li jintuża b’mod sistematiku fil-kooperazzjoni mas-sħab ta’ implimentazzjoni tal-Unjoni, sabiex jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-preservazzjoni tal-kapaċità tal-Unjoni li timplimenta l-politiki tagħha. Jenħtieġ li jsiru ċerti aġġustamenti u ristrutturar tad-dispożizzjonijiet rilevanti. Jenħtieġ li din ma tiġi interpretata bħala li tillimita d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (27), lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri, u, fejn xieraq, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. |
|
(146) |
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, hemm bżonn li tkun prevista applikazzjoni tal-obbligi previsti minn dan ir-Regolament għar-riċevituri finali li jirċievu appoġġ mill-baġit fil-kuntest ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji. Jenħtieġ li din l-applikazzjoni debitament tqis in-natura tar-riċevituri finali u tal-azzjoni, u r-riskji finanzjarji involuti u tkun proporzjonata magħhom. Jenħtieġ li jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn b’mod partikolari meta r-riċevituri finali huma intrapriżi mikro u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u operaturi ekonomiċi komparabbli b’fatturat jew total tal-karta tal-bilanċ ekwivalenti. |
|
(147) |
Ir-regoli finanzjarji stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jinżammu sempliċi u ċari sabiex tiġi evitata regolamentazzjoni żejda u piżijiet amministrattivi addizzjonali għar-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni, l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew persuni u entitajiet oħra li jimplimentaw il-baġit. |
|
(148) |
Jenħtieġ li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi applikat ukoll għall-valutazzjoni tar-regoli, is-sistemi u l-proċeduri ta’ entitajiet li diġà saritilhom valutazzjoni pożittiva, bħal entitajiet li jużaw regoli stabbiliti mill-Kummissjoni, li jenħtieġ li jiġu eżentati minn valutazzjoni ex ante . Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni b’ġestjoni kondiviża jiġu eżentati mill-valutazzjoni ex ante . |
|
(149) |
Hemm bżonn li jiġi ċċarat li meta l-entitajiet jintgħażlu biex jaħdmu b’ġestjoni indiretta bħala riżultat ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess, jitħaddmu l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni. |
|
(150) |
Jenħtieġ li r-remunerazzjoni ta’ persuni u entitajiet li jimplimentaw il-baġit tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni, fejn rilevanti u possibbli. |
|
(151) |
Sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-baġit meta jiġi implimentat b’ġestjoni indiretta, huwa xieraq li s-sħab ta’ implimentazzjoni jintalbu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar każijiet suspettati ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra u li jinkludu tali obbligu fi ftehimiet li huma kkonkludew ma’ partijiet terzi b’ġestjoni indiretta. |
|
(152) |
Il-Kummissjoni tidħol fi sħubijiet ma’ pajjiżi terzi permezz ta’ ftehimiet ta’ finanzjament. Importanti li jiġi ċċarat il-kontenut ta’ tali ftehimiet ta’ finanzjament, b’mod partikolari għal dawk il-partijiet ta’ azzjoni li huma implimentati mill-pajjiż terz b’ġestjoni indiretta. |
|
(153) |
Importanti li tiġi rikonoxxuta n-natura speċifika ta’ faċilitajiet jew pjattaformi ta’ taħlit fejn il-Kummissjoni tħallat il-kontribuzzjoni tagħha ma’ dik ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u li tiġi ċċarata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji. |
|
(154) |
Jenħtieġ li r-regoli u l-prinċipji tal-akkwist applikabbli għall-kuntratti pubbliċi mogħtijin minn istituzzjonijiet tal-Unjoni f’isimhom stess ikunu bbażati fuq regoli stabbiliti fid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) u fid-Direttiva 2014/24/UE. |
|
(155) |
L-esperjenza wriet li l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist skont dan ir-Regolament mhijiex adatta għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi finanzjarji b’konnessjoni mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), użati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-għoti u tat-teħid b’self, il-ġestjoni tal-assi u l-operazzjonijiet tat-teżor tagħha. Dan jinkludi s-servizzi li jipprovdu l-banek ċentrali, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, u entitajiet nazzjonali fdati bil-ħruġ u l-ġestjoni tad-dejn sovran. Għal din ir-raġuni u f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/24/UE, jenħtieġ li r-regoli dwar l-akkwist stabbiliti f’dan ir-Regolament ma japplikawx għal dawn is-servizzi. |
|
(156) |
Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, huwa xieraq li tiġi mmodifikata d-definizzjoni ta’ kriżi, li tapplika b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet komuni u għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni u li jenħtieġ li tkopri s-saħħa pubblika u tal-annimali, l-emerġenzi tas-sikurezza alimentari u tas-sigurtà alimentari u t-theddid għas-saħħa globali. Sabiex tippermetti l-flessibbiltà meħtieġa biex tiġi ggarantita reazzjoni rapida għal ċirkostanzi mhux previsti ta’ urġenza estrema li jirriżultaw minn kriżi, jenħtieġ li l-awtorità kontraenti titħalla tapplika regoli ta’ akkwist simplifikati, bħall-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt applikabbli għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u l-aċċettazzjoni ta’ evidenza dwar kriterji għall-esklużjoni u għall-għażla mill-offerent preżunt rebbieħ wara d-deċiżjoni tal-għoti iżda fi kwalunkwe każ qabel jiġi ffirmat il-kuntratt. Jenħtieġ li l-awtorità kontraenti jkollha wkoll il-flessibbiltà li b’mod eċċezzjonali timmodifika kuntratt jew kuntratt qafas, lil hinn mil-limiti applikabbli, mingħajr proċedura ta’ akkwist sabiex tirrispondi għal kriżi. Barra minn hekk, f’sitwazzjoni ta’ kriżi jenħtieġ li jkun possibbli, b’mod eċċezzjonali, li jiżdiedu awtoritajiet kontraenti ġodda wara t-tnedija ta’ proċedura ta’ akkwist u qabel l-iffirmar tal-kuntratt jew wara modifika ta’ kuntratt mingħajr ma tiġi ristretta l-kompetizzjoni. Jenħtieġ li tkun mitluba dikjarazzjoni ta’ kriżi f’konformità mar-regoli interni rilevanti qabel ma jsir rikors għal tali regoli simplifikati, ħlief għall-akkwist fil-qasam tal-azzjoni esterna fejn tali dikjarazzjoni ma tkunx mitluba. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiġġustifikaw każ b’każ l-urġenza estrema li tirriżulta mill-kriżi ddikjarata. |
|
(157) |
Fil-każ ta’ kuntratti mħalltin, jenħtieġ li l-metodoloġija tal-awtoritajiet kontraenti għad-determinazzjoni tar-regoli applikabbli tkun iċċarata. |
|
(158) |
Jenħtieġ li l-miżuri ta’ pubbliċità ex ante u ex post meħtieġa biex titnieda proċedura ta’ akkwist jiġu ċċarati għal kuntratti bl-istess livelli limitu jew akbar minn dawk stabbiliti fid-Direttiva 2014/24/UE, għal kuntratti inqas dawk il-livelli limitu u għal kuntratti li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. |
|
(159) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi lista eżawrjenti tal-proċeduri kollha ta’ akkwist disponibbli għal istituzzjonijiet tal-Unjoni irrispettivament mil-limiti. |
|
(160) |
Fl-interessi ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ SMEs, jenħtieġ li jsir provvediment għal proċeduri nnegozjati għal kuntratti b’valur medju. |
|
(161) |
Meta hemm bżonn, jenħtieġ li jkun possibbli li jitwettaq akkwist konġunt bejn, minn naħa waħda, awtorità kontraenti waħda jew aktar mill-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi tal-Unjoni jew l-aġenziji eżekuttivi, mingħajr ma dawk l-istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji jkunu obbligati jakkwistaw xogħlijiet, provvisti jew servizzi. Sabiex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jibbenefikaw għalkollox mill-potenzjal tas-suq intern f’termini ta’ ekonomiji ta’ skala u kondiviżjoni tar-riskji u tal-benefiċċji, jenħtieġ li jitwessgħu l-possibbiltajiet għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għall-korpi tal-Unjoni jew għall-aġenziji eżekuttivi biex jixtru provvisti jew servizzi f’isem żewġ Stati Membri jew aktar. Istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni jew aġenzija eżekuttiva jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-proċedura ta’ akkwist rilevanti akkont tal-Istati Membri jew f’isimhom abbażi ta’ ftehim bejn il-partijiet, jew jaġixxu bħala bejjiegħa bl-ingrossa, billi jixtru, jaħżnu u jbigħu mill-ġdid jew jagħtu provvisti u servizzi, inklużi kirjiet, lil Stati Membri jew organizzazzjonijiet sħab li jkunu għażlu. F’konformità mar-regoli dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni sekondarja ma’ dan ir-Regolament, atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni jista’ jkun fihom regoli aktar speċifiċi dwar l-akkwist konġunt jew l-akkwist f’isem l-Istati Membri. Meta jagħmlu dan, tali atti jenħtieġ li jindikaw b’mod ċar tali derogi u jiddikjaraw ir-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikawhom. |
|
(162) |
Bħal fil-każ tad-Direttiva 2014/24/UE, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti li jiġi kkonsultat is-suq qabel it-tnedija ta’ proċedura ta’ akkwist. Sabiex jiġi żgurat li sħubija tal-innovazzjoni tintuża biss meta x-xogħlijiet, il-provvisti u s-servizzi mixtieqa ma jkunux jeżistu fis-suq jew bħala attività ta’ żvilupp qrib is-suq, jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġi stabbilit obbligu li tali konsultazzjoni tas-suq preliminari ssir qabel ma tintuża sħubija tal-innovazzjoni. |
|
(163) |
Jenħtieġ li tiġi ċċarata l-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet kontraenti għall-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jiġi żgurat li jiksbu l-aħjar valur għall-flus fil-kuntratti tagħhom, b’mod partikolari billi jintalbu tikketti speċifiċi jew bl-użu ta’ metodi ta’għoti xierqa. |
|
(164) |
F’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li jiġi ggarantit progress lejn l-implimentazzjoni ta’ aspetti ekoloġiċi billi jiġu inklużi, meta rilevanti, għas-sejħiet għall-offerti, kriterji ekoloġiċi għall-għażla u għall-għoti, li jinċentivaw lill-operaturi ekonomiċi biex joffru għażliet aktar sostenibbli. |
|
(165) |
Sabiex jiġi żgurat li, fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti, l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi ambjentali, soċjali u tal-liġi tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali, minn ftehimiet kollettivi jew il-konvenzjonijiet soċjali u ambjentali internazzjonali applikabbli elenkati fl-Anness X tad-Direttiva 2014/24/UE, jenħtieġ li dawn l-obbligi jkunu parti mir-rekwiżiti minimi definiti mill-awtorità kontraenti u jenħtieġ li jiġu integrati fil-kuntratti ffirmati mill-awtorità kontraenti. |
|
(166) |
Huwa xieraq li każijiet differenti normalment magħrufa bħala sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess jiġu identifikati u ttrattati b’mod differenti. Jenħtieġ li l-kunċett ta’ “kunflitt ta’ interess” jintuża biss għall-każijiet li fihom persuna jew entità b’responsabbiltajiet għall-ipproggrammar tal-baġit, għall-implimentazzjoni, għall-awditjar jew għall-kontroll tiegħu, jew uffiċjal jew aġent ta’ istituzzjoni tal-Unjoni jew awtoritajiet nazzjonali f’kull livell ikun jinsab f’sitwazzjoni bħal din. Jenħtieġ li t-tentattivi biex tiġi influwenzata proċedura ta’ għoti b’mod mhux xieraq jew biex tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali jiġu ttrattati bħala mġiba professjonali ħażina serja li tista’ twassal għal ċaħda mill-proċedura ta’ għoti u/jew esklużjoni mill-fondi tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi għandhom mnejn ikunu f’sitwazzjoni fejn jenħtieġ li ma jintgħażlux biex jimplimentaw kuntratt minħabba interess professjonali li joħloq kunflitt. Pereżempju, jenħtieġ li kumpanija ma tevalwax proġett li ħadet sehem fih jew awditur ma jkunx f’pożizzjoni li jawditja kontijiet li jkun iċċertifika fl-imgħoddi. Il-valutazzjoni tal-kunflitti ta’ interess, u l-obbligu li jiġu stabbiliti sistemi li jidentifikaw u jipprevjenu tali kunflitti, jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Gwida xierqa dwar il-valutazzjoni tal-kunflitti ta’ interess jenħtieġ li tipprovdi kjarifika addizzjonali għal dawk li jivvalutaw tali sitwazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, bil-għan li tikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali. |
|
(167) |
Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm interessi kunfliġġenti professjonali li jistgħu jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-kapaċità li l-kuntratt jitwettaq b’mod indipendenti, imparzjali u oġġettiv, hemm bżonn li jiġu ċċarati l-obbligi tal-awtorità kontraenti u tal-kandidati jew l-offerenti. Minn naħa, jenħtieġ li l-kandidati, l-offerenti, u, fejn xieraq, l-entitajiet li jiddependu fuq il-kapaċità tagħhom kif ukoll is-sottokuntratturi previsti jiddikjaraw li ma hemmx tali interessi kunfliġġenti, ujipprovdu informazzjoni relatata meta mitluba Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-awtorità kontraenti tivvaluta l-eżistenza ta’ tali interessi kunfliġġenti professjonali meta jiġu ddikjarati jew abbażi ta’ informazzjoni addizzjonali. Meta jiġu stabbiliti tali interessi professjonali kunfliġġenti, jenħtieġ li dan iwassal għal rifjut mill-għoti. |
|
(168) |
Jenħtieġ li suq intern kompetittiv u miftuħ jiżgura kundizzjonijiet ekwi u jippermetti lill-operaturi ekonomiċi kemm Ewropej kif ukoll barranin jikkompetu fuq il-merti. Is-sussidji barranin jistgħu joħolqu distorsjoni fis-suq intern u jimminaw il-kundizzjonijiet ekwi fil-proċeduri ta’ akkwist fejn, pereżempju, l-operaturi ekonomiċi li jkunu ngħataw is-sussidji jkunu bbenefikaw minn sussidji barranin. Sabiex jagħmel tajjeb għal dan ir-riskju, ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) stabbilixxa regoli u proċeduri għall-investigazzjoni ta’ sussidji barranin li attwalment jew potenzjalment joħolqu distorsjoni fis-suq intern u, fejn rilevanti, biex jiżgura li dawk id-distorsjonijiet jiġu rimedjati. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-regoli applikabbli għall-Istati Membri u l-proċeduri ta’ akkwist skont dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi tal-Unjoni u l-aġenziji eżekuttivi jenħtieġ li japplikaw mutatis mutandis l-istess regoli u proċeduri dwar is-sussidji barranin stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2560. |
|
(169) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mad-dettalji proċedurali u l-elementi relatati rigward ir-rieżami preliminari u l-investigazzjoni fil-fond ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja barranija miksuba fi proċedura ta’ akkwist. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31). |
|
(170) |
F’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi vverifikat jekk operatur ekonomiku huwiex eskluż, li jiġu applikati kriterji għall-għażla u għall-għoti, kif ukoll li tiġi vverifikata l-konformità mad-dokumenti ta’ akkwist f’kull ordni. Bħala riżultat, jenħtieġ li jkun possibbli li offerti jiġu miċħudin fuq il-bażi tal-kriterji għall-għoti mingħajr kontroll minn qabel tal-offerent korrispondenti fir-rigward tal-kriterji għall-esklużjoni jew għall-għażla. |
|
(171) |
Jenħtieġ li l-kuntratti jingħataw fuq il-bażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża f’konformità mal-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/24/UE. |
|
(172) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, hu meħtieġ li jiġi ċċarat li l-kriterji għall-għażla huma strettament marbuta mal-evalwazzjoni ta’ kandidati jew ta’ offerenti u li l-kriterji għalll-għoti ta’ kuntratt huma strettament marbuta mal-evalwazzjoni tal-offerti. Sabiex ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jiġu allinjati mad-Direttiva 2014/24/UE, jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jitħallew ukoll jużaw bħala kriterju għall-għoti l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt, meta dan jista’ jkollu impatt fuq il-kwalità tal-prestazzjoni tal-kuntratt u, b’riżultat ta’ dan, il-valur ekonomiku tal-offerta. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti li jagħmlu użu minn xi wieħed minn dawn il-kriterji għall-għoti jiggarantixxu, b’mezzi kuntrattwali xierqa, li l-persunal assenjat għall-prestazzjoni tal-kuntratt effettivament jissodisfa l-istandards ta’ kwalità speċifikati. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jagħtu l-kunsens tagħhom għal kwalunkwe sostituzzjoni ta’ tali persunal u jivverifikaw jekk il-persunal sostitut joffrix livell ekwivalenti ta’ kwalità bħall-persunal sostitwit. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda trikkib u evalwazzjoni doppja tal-istess element skont il-kriterji għall-għażla u għall-għoti. |
|
(173) |
Sabiex jitnaqqsu l-proċeduri li jieħdu wisq ħin u sabiex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-possibbiltajiet li joffri dan il-metodu ta’ xiri, hemm bżonn li jiġu ssimplifikati r-regoli li jirregolaw dawk is-sistemi. B’mod partikolari, jenħtieġ li dawk is-sistemi jitħaddmu fil-forma ta’ proċedura ristretta, biex b’hekk kull operatur ekonomiku li jippreżenta talba biex jipparteċipa u jissodisfa l-kriterji għall-esklużjoni u għall-għażla jkun jista’ jieħu sehem fi proċeduri ta’ akkwist li jsiru permezz tas-sistema dinamika għax-xiri matul il-perjodu ta’ validità tagħha, li jenħtieġ li ma jkunx limitat għal erba’ snin. L-offerti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fil-forma ta’ katalogu elettroniku b’mod partikolari għal prodotti jew servizzi kummerċjalment disponibbli fis-suq. Barra minn hekk, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li r-rekwiżit li jinħatar kumitat tal-ftuħ u tal-evalwazzjoni jiġi rinunzjat għal akkwisti speċifiċi fl-ambitu ta’ sistema dinamika għax-xiri. |
|
(174) |
Meta jitqies il-progress fid-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-ftuħ fil-pubbliku għal proċeduri miftuħa jista’ jiġi organizzat mill-bogħod permezz ta’ vidjokonferenzi. |
|
(175) |
Sabiex jiġu ssimplifikati u allinjati mar-regoli applikabbli għall-akkwist mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’isimhom stess, jenħtieġ li jitneħħa, fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, l-obbligu li tiġi ppubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni il-lista ta’ kandidati magħżula li għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw l-offerta. |
|
(176) |
L-akkwist mill-Unjoni jenħtieġ li jiggarantixxi li l-fondi tal-Unjoni jintużaw b’mod effettiv, trasparenti u xieraq, filwaqt li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq ir-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni. B’rabta ma’ dan, jenħtieġ li l-akkwist elettroniku jikkontribwixxi għall-użu aħjar tal-fondi tal-Unjoni u jtejjeb l-aċċess għall-kuntratti għall-operaturi ekonomiċi kollha. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni li jwettqu akkwist jippubblikaw regoli ċari fuq is-siti web tagħhom dwar l-għoti, in-nefqa u l-monitoraġġ, kif ukoll il-kuntratti kollha mogħtija, inkluż il-valur tagħhom. |
|
(177) |
Fl-akkwist elettroniku, jenħtieġ li l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni mal-parteċipanti jiddependi kemm jista’ jkun fuq standards eżistenti, bħad-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist u l-istandards ta’ Fatturazzjoni elettronika b’mandat rispettivament mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/7 (32) u mid-Direttiva 2014/55/UE. |
|
(178) |
Jenħtieġ li tiġi ċċarata l-eżistenza ta’ fażi ta’ ftuħ u evalwazzjoni għal kwalunkwe proċedura. Jenħtieġ li deċiżjoni tal-għoti dejjem tkun ir-riżultat ta’ evalwazzjoni. |
|
(179) |
Meta jiġu nnotifikati dwar l-eżitu ta’ proċedura, jenħtieġ li l-kandidati u l-offerenti jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni u jirċievu dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet li jkun ibbażat fuqhom il-kontenut tar-rapport ta’ evalwazzjoni. |
|
(180) |
Huwa xieraq li jiġi speċifikat li, meta mitlub, jenħtieġ li l-offerenti li ma jiġux aċċettati u li jkunu ppreżentaw offerti konformi jirċievu informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta li ntgħażlet. Jenħtieġ li l-offerenti li ma jirbħux, fuq talba, jirċievu informazzjoni addizzjonali anki meta l-konformità tal-offerta tagħhom ma tkunx ġiet ivverifikata minħabba l-ordni magħżula tal-kriterji. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-offerenti rifjutati jenħtieġ li ma jkollhomx aċċess għal tali informazzjoni. |
|
(181) |
Għal kuntratti qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, jenħtieġ li ma jkunx hemm l-obbligu li tingħata informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta ta’ suċċess lil xi kuntrattur li l-offerta tiegħu ma kinitx suċċess, għar-raġuni li l-wasla ta’ tali informazzjoni minn partijiet għall-istess kuntratt qafas kull darba li terġa’ tinfetaħ kompetizzjoni tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom. |
|
(182) |
Jenħtieġ li awtorità kontraenti tkun tista’ tikkanċella proċedura ta’ akkwist, jew parzjalment tikkanċella fil-każ ta’ proċeduri jingħataw f’lottijiet jew permezz ta’ akkwist minn diversi sorsi, qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkunu intitolati jitolbu kumpens. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għal sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kontraenti tkun aġixxiet b’tali mod li huwa possibbli li tinżamm responsabbli għad-danni f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni. |
|
(183) |
Jenħtieġ li l-għoti ta’ kuntratti pubbliċt ta’ kuntratti wara akkwist minn diversi sorsi jkun permess f’każijiet debitament ġustifikati, b’mod partikolari, sabiex tiġi evitata d-dipendenza żejda fuq fornitur wieħed, għal tagħmir u servizzi kritiċi, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-indipendenza teknoloġika u l-kontinwità tas-servizzi. |
|
(184) |
Kif huwa l-każ fid-Direttiva 2014/24/UE, hemm bżonn li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li fihom huwa possibbli li jiġi mmodifikat kuntratt matul l-eżekuzzjoni tiegħu mingħajr proċedura ta’ akkwist ġdida. B’mod partikolari, jenħtieġ li ma jkunx hemm bżonn ta’ proċedura ta’ akkwist ġdida fil-każ ta’ bidliet amministrattivi, suċċessjoni universali u applikazzjoni ta’ klawżoli jew għażliet ta’ reviżjoni ċari u inekwivoki li ma jibdlux ir-rekwiżiti minimi tal-proċedura inizjali. Jenħtieġ li proċedura ta’ akkwist ġdida tkun meħtieġa fil-każ ta’ modifiki materjali għall-kuntratt inizjali, b’mod partikolari għall-ambitu u l-kontenut tad-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-partijiet, inkluż fir-rigward tad-distribuzzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Dawn il-modifiki juru l-intenzjoni tal-partijiet li jinnegozjaw mill-ġdid it-termini jew il-kundizzjonijiet essenzjali ta’ dak il-kuntratt, b’mod partikolari jekk il-modifiki kien ikollhom influwenza fuq l-eżitu tal-proċedura kieku t-termini jew kundizzjonijiet modifikati kienu parti mill-proċedura inizjali. |
|
(185) |
L-esperjenza miksuba wriet li hemm bżonn jiġi ċċarat f’liema każijiet modifika titqies li tbiddel is-suġġett tal-kuntratt. |
|
(186) |
Huwa meħtieġ li tkun prevista l-għażla li tiġi rikjesta garanzija ta’ eżekuzzjoni fir-rigward ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi kumplessi sabiex tiġi garantita l-konformità ma’ obbligi kuntrattwali sostanzjali u sabiex tiġi żgurata eżekuzzjoni tajba matul id-durata kollha tal-kuntratt. Jeħtieġ ukoll li jsir provvediment għall-għażla li tiġi rikjesta garanzija taż-żamma ta’ flus biex ikun kopert il-perjodu ta’ obbligazzjoni kuntrattwali, skont il-prattika komuni fis-setturi kkonċernati. |
|
(187) |
Sabiex jiġu determinati l-limiti u l-proċeduri applikabbli, jeħtieġ li jiġi ċċarat jekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-aġenziji u l-korpi eżekuttivi tal-Unjoni humiex meqjusa bħala awtoritajiet kontraenti. Jenħtieġ li ma jitqisux bħala awtoritajiet kontraenti f’każijiet fejn huma jixtru minn korp ċentrali għax-xiri. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jifformaw entità legali waħda u d-dipartimenti tagħhom ma jistgħux jikkonkludu kuntratti, iżda jistgħu biss jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz bejniethom stess. |
|
(188) |
Huwa xieraq li tiġi inkluża referenza f’dan ir-Regolament għal-limiti stipulati fid-Direttiva 2014/24/UE applikabbli għal xogħlijiet, u għal provvisti u servizzi, u fid-Direttiva 2014/23/UE għall-konċessjonijiet . Għalhekk, jenħtieġ li r-reviżjoni ta’ dawn il-limiti kif previst fid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/23/UE jkunu direttament applikabbli għall-akkwist u għall-konċessjonijiet skont dan ir-Regolament respettivament. |
|
(189) |
Jenħtieġ li l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni jkunu ssimplifikati billi jiġu applikati l-limiti stabbilit fid-Direttiva 2014/23/UE għall-konċessjonijiet. |
|
(190) |
Għal raġunijiet ta’ armonizzazzjoni u ta’ simplifikazzjoni, il-proċeduri standard applikabbli għall-akkwist jenħtieġ li jiġu applikati wkoll għal xiri previst fis-sistema simplifikata għal kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 74 tad-Direttiva 2014/24/UE. Għalhekk, il-limitu minimu għal xiri bis-sistema simplifikata jenħtieġ li jkun allinjat mal-limitu minimu għal kuntratti ta’ servizz. |
|
(191) |
Sabiex il-proċeduri ta’ akkwist jiġu adattati aħjar għall-kundizzjonijiet tas-suq barra mill-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi li taħthom id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jagħtu kuntratti f’isimhom stess f’pajjiżi terzi. Għalhekk, huwa xieraq li ssir reviżjoni tal-limiti għall-għoti ta’ kuntratti applikati mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u li dawn jiġu allinjati ma’ dawk applikati għall-għoti ta’ kuntratti fil-qasam tal-azzjonijiet esterni. |
|
(192) |
Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-perjodu ta’ sospensjoni li jkollhom jiġu osservati qabel l-iffirmar ta’ kuntratt jew kuntratt qafas. |
|
(193) |
Ir-regoli applikabbli għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttivi 2014/23/UE u 2014/24/UE. |
|
(194) |
Jenħtieġ li r-regoli dwar l-aċċess għall-akkwist, applikabbli kemm fil-ħin tal-preżentazzjoni tal-offerti kif ukoll matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt, jinkludu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni (miżuri tal-Istrument ta’ Akkwist Internazzjonali) adottati skont ir-Regolament (UE) 2022/1031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) kif ukoll l-obbligi rispettivi fuq l-offerenti li jirbħu stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(195) |
Sabiex titnaqqas il-kumplessità, jiġu ssimplifikati r-regoli eżistenti u titjieb iċ-ċarezza tar-regoli tal-akkwist, jenħtieġ li jerġgħu jiġu raggruppati d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-akkwist u d-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni u li jitneħħew ir-ripetizzjonijiet żejda u l-kontroreferenzi. |
|
(196) |
Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema operaturi ekonomiċi għandhom aċċess għall-akkwist taħt dan ir-Regolament skont il-post ta’ stabbiliment tagħhom u li tiġi prevista b’mod espliċitu l-possibbiltà ta’ tali aċċess ukoll għal organizzazzjonijiet internazzjonali. |
|
(197) |
F’każijiet debitament ġustifikati, meta l-kuntratt ikun se jingħata minn delegazzjoni tal-Unjoni f’pajjiż terz jew esklussivament fl-interess ta’ delegazzjoni tal-Unjoni f’pajjiż terz, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jitħalla jiftaħ l-aċċess għall-proċedura ta’ akkwist għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li ma jkollux ftehim speċjali mal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist. Jenħtieġ li dik il-flessibbiltà tingħata b’mod partikolari fejn ma jkun hemm l-ebda persuna fiżika jew ġuridika stabbilita f’pajjiżi li għandhom aċċess għall-akkwist skont ftehim speċjali mal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist li jistgħu jipprovdu x-xogħol, il-provvisti jew is-servizzi meħtieġa. |
|
(198) |
Sabiex jinkiseb bilanċ bejn il-bżonn ta’ trasparenza u ta’ koerenza akbar fir-regoli tal-akkwist minn naħa, u l-bżonn li tiġi pprovduta flessibbiltà fuq ċerti aspetti tekniċi ta’ dawk ir-regoli min-naħa l-oħra, jenħtieġ li r-regoli tekniċi dwar l-akkwist jiġu stabbiliti f’anness għal dan ir-Regolament u jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ emendi għal dak l-anness. |
|
(199) |
Hemm il-ħtieġa li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu fuq l-għotjiet, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ azzjoni jew korp eliġibbli għal għotja, kif ukoll fir-rigward tal-impenji legali li jistgħu jintużaw biex ikopru l-għotjiet. B’mod partikolari, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet ta’ għotja jiġu eliminati b’mod gradwali minħabba l-użu limitat tagħhom u l-introduzzjoni progressiva tal-għotjiet elettroniċi. Jenħtieġ li l-istruttura tiġi ssimplifikata billi d-dispożizzjonijiet fuq l-istrumenti li mhumiex għotjiet jitmexxew għal partijiet oħrajn ta’ dan ir-Regolament. In-natura tal-korpi li jistgħu jirċievu għotjiet operatorji jenħtieġ li tiġi ċċarata billi ma tibqax issir referenza għal korpi bi skop ta’ interess ġenerali għall-Unjoni billi dawk il-korpi huma koperti mill-kunċett ta’ korpi li għandhom objettiv li jagħmel parti minn politika tal-Unjoni u li jsostniha. |
|
(200) |
Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri u titjieb iċ-ċarezza ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontenut tal-applikazzjoni għall-għotja, tas-sejħa għal proposti u tal-ftehim ta’ għoti jenħtieġ li jiġu ssimplifikati u jsiru uniformi. |
|
(201) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet iffinanzjati minn diversi donaturi meta l-finanzjament ġenerali tal-azzjoni ma jkunx magħruf fi żmien l-impenn tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat il-mod li bih tiġi ddefinita l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u l-metodu ta’ kif jiġi vverifikat l-użu tagħha. |
|
(202) |
Jenħtieġ li tiġi introdotta kategorija ġdida ta’ għotjiet ta’ valur baxx ħafna li jaslu sa ammont ta’ EUR 15 000 bl-għan li jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti amministrattivi għall-applikanti għall-finanzjament tal-Unjoni. Minħabba l-valur baxx ħafna ta’ għotjiet bħal dawn, jenħtieġ li r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fuq l-unur u għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja jiġu rinunzjati. |
|
(203) |
Sabiex l-applikazzjonijiet għall-għotjiet jiġu ssimplifikati aktar f’konformità ma’ ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jiddeċiedi, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, li l-kontrolli tal-kapaċità finanzjarja jkunu ffukati biss fuq il-benefiċjarju ewlieni. |
|
(204) |
L-esperjenza miksuba fl-użu ta’ finanzjament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi uriet li tali forom ta’ finanzjament jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi b’mod sinifikanti u jnaqqsu r-riskju ta’ żball b’mod sostanzjali. Irrispettivament mill-qasam ta’ intervent tal-Unjoni, is-somom f’daqqa, il-kostijiet unitarji u r-rati fissi huma forom adegwati ta’ finanzjament, b’mod partikolari għal azzjonijiet standardizzati u rikorrenti, bħall-mobbiltà jew attivitajiet ta’ taħriġ. Barra minn hekk, billi l-kooperazzjoni istituzzjonali bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri u tal-pajjiżi benefiċjarji jew sħab (il-ġemellaġġ istituzzjonali) jiġi implimentat mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, l-użu ta’ għażliet ta’ spejjeż issimplifikati hu ġustifikat u jenħtieġ li jrawwem l-involviment tagħhom. Fl-interess ta’ effiċjenza akbar, jenħtieġ li l-Istati Membri u riċevituri oħrajn ta’ fondi tal-Unjoni jkunu jistgħu jagħmlu użu aktar frekwenti mill-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati. F’dan il-kuntest, il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji u ta’ rati fissi jenħtieġ li jsiru aktar flessibbli. Jenħtieġ li jiġi previst b’mod espliċitu l-istabbiliment ta’ somom f’daqqa uniċi li jkopru l-kostijiet eliġibbli kollha tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma. Barra minn hekk, sabiex titrawwem enfasi fuq ir-riżultati, jenħtieġ li tingħata prijorità lil finanzjament ibbażat fuq l-output. Somom f’daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi bbażati fuq l-input jenħtieġ li jibqgħu possibbiltàmeta dawk ibbażati fuq l-output ma jkunux possibbli jew xierqa. |
|
(205) |
Sabiex żgur ikun hemm iċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jiġi ċċarat li, fejn għotja tieħu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż, id-dispożizzjonijiet dwar estimu tal-baġit, kofinanzjament u ebda finanzjament doppju ma japplikawx peress li ma jistgħux jiġu applikati f’każ fejn l-ammont li għandu jiġi rimborżat huwa marbut ma’ kundizzjonijiet jew riżultati definiti u huwa diżakkoppjat mill-ispejjeż sottostanti. |
|
(206) |
Il-proċeduri amministrattivi għall-awtorizzazzjoni ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji u ta’ rati fissi jenħtieġ li jiġu ssimplifikati billi s-setgħa għal tali awtorizzazzjoni tingħata lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Fejn xieraq, tali awtorizzazzjoni tista’ tingħata mill-Kummissjoni fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet jew tan-nefqa jew fid-dawl tal-għadd ta’ uffiċjali tal-awtorizzazzjoni kkonċernati. |
|
(207) |
Sabiex titneħħa d-diskrepanza fid-disponibbiltà ta’ data użata sabiex jiġu stabbiliti somom f’daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi, jenħtieġ li jkun permess l-użu ta’ ġudizzju espert. |
|
(208) |
Filwaqt li jenħtieġ li jiġi attwat il-potenzjal tal-użu aktar frekwenti ta’ forom simplifikati ta’ finanzjament, jenħtieġ li tiġi aċċertata l-konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u b’mod partikolari mal-prinċipji ta’ ekonomija, effiċjenza u ebda finanzjament doppju. Għal dan l-għan, jenħtieġ li forom issimplifikati ta’ finanzjament jiggarantixxu li r-riżorsi użati jkunu adegwati għall-għanijiet li għandhom jintlaħqu, li l-istess spejjeż ma jiġux iffinanzjati aktar minn darba mill-baġit, li l-prinċipju ta’ kofinanzjament jiġi rispettat u li jiġi evitat kumpens żejjed kumplessiv tar-riċevituri. Għalhekk, forom simplifikati ta’ finanzjament jenħtieġ li jkunu bbażati fuq data statistika jew kontabilistika, fuq mezzi oġġettivi simili jew fuq ġudizzji esperti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jibqgħu japplikaw verifiki, kontrolli u valutazzjonijiet perjodiċi xierqa. |
|
(209) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifiki u tal-kontrolli għall-kuntrarju tal-valutazzjoni perjodika ta’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi jenħtieġ li jiġi ċċarat. Jenħtieġ li dawn il-verifiki u kontrolli jiffokaw fuq l-adempiment tal-kundizzjonijiet li jattivaw il-pagament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi, inkluż, fejn meħtieġa, il-ksib ta’ outputs u/jew riżultati. Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li ma jkunux jeħtieġu r-rapportar fuq il-kostijiet li fil-fatt iġarrab il-benefiċjarju. Meta l-ammonti ta’ finanzjament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi jkunu ġew determinati ex ante mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew mill-Kummissjoni, jenħtieġ li dawn ma jiġux ikkontestati b’kontrolli ex post. Jenħtieġ li dan ma jipprevenix it-tnaqqis ta’ għotja f’każ ta’ implimentazzjoni fqira, parzjali jew tardiva jew ta’ irregolarità, frodi jew ksur ta’ obbligi oħrajn. B’mod partikolari, jenħtieġ li għotja titnaqqas meta l-kundizzjonijiet li jattivaw il-pagament ta’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi ma jkunux ġew issodisfati. Il-frekwenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjonijiet perjodiċi jenħtieġ li jiddependu fuq l-evoluzzjoni u n-natura tal-kostijiet, b’mod partikolari filwaqt li jitqiesu bidliet sostanzjali fil-prezzijiet tas-suq u ċirkostanzi rilevanti oħra. Il-valutazzjoni perjodika tista’ twassal għal aġġustamenti tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi applikabbli għal ftehimiet futuri iżda jenħtieġ li ma tintużax sabiex jinxteħet dubju fuq il-valur tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi diġà miftehmin. Il-valutazzjoni perjodika ta’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi għandha mnejn teħtieġ aċċess għall-kontijiet tal-benefiċjarju għal skopijiet statistiċi u metodoloġiċi u tali aċċess huwa meħtieġ ukoll għal skopijiet ta’ prevenzjoni u individwazzjoni ta’ frodi. |
|
(210) |
Meta għotja tieħu l-forma ta’ rata fissa, kost unitarju jew somma f’daqqa u għalhekk ma jkun hemm l-ebda verifika ex post tal-ispejjeż sottostanti, ma jkunx possibbli li jiġi vverifikat li l-ispejjeż eliġibbli ġġarrbu matul il-ħajja tal-azzjoni. Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-verifiki u l-kontrolli ex post fuq il-benefiċjarji jivverifikaw li l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li jiskattaw il-pagament tar-rata fissa, tal-kostijiet unitarji, jew tas-somma f’daqqa nkiseb matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni. |
|
(211) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni f’ambjent ta’ disponibbiltà limitata ta’ riżorsi, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut il-valur tal-ħidma pprovduta mill-voluntiera bħala kostijiet eliġibbli. Għaldaqstant, jenħtieġ li tali organizzazzjonijiet jkunu jistgħu jiddependu aktar fuq il-volontarjat sabiex jipprovdu kofinanzjament għall-azzjoni jew għall-programm tax-xogħol. Mingħajr preġudizzju għar-rata ta’ kofinanzjament massima speċifikata fl-att bażiku, f’dawn il-każijiet l-għotja tal-Unjoni tenħtieġ li tkun limitata għall-kostijiet eliġibbli stmati għajr dawk li jkopru l-volontarjat. Peress li l-volontarjat jipprovduh partijiet terzi mingħajr ma dawn jitħallsu remunerazzjoni mill-benefiċjarju, il-limitazzjoni tevita r-rimborż ta’ kostijiet li l-benefiċjarju ma jkunx ġarrab. Barra minn hekk il-valur tal-volontarjat jenħtieġ li ma jaqbiżx 50 % tal-kontribuzzjonijiet in natura u kwalunkwe kofinanzjament ieħor. |
|
(212) |
Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat li, meta l-kontribuzzjonijiet in natura minn partijiet terzi fil-forma ta’ volontarjat jiġu ppreżentati bħala spejjeż eliġibbli fl-estimu tal-baġit, jenħtieġ li l-kofinanzjament li għalih jiġi applikat il-limitu ta’ 50 % ikun jinkludi s-sorsi kollha ta’ finanzjament, jiġifieri l-għotja tal-Unjoni, il-kontribuzzjonijiet in natura u sorsi oħra ta’ finanzjament. |
|
(213) |
Sabiex jiġi protett wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-finanzi pubbliċi, jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jinżamm il-prinċipju ta’ nonprofitt. |
|
(214) |
Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-każ ta’ profitt f’għotja ffinanzjata mill-baġit, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-irkupru tal-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż eliġibbli jenħtieġ li ma jiddifferenzjax bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba u l-ispejjeż simplifikati. |
|
(215) |
Fil-prinċipju jenħtieġ li l-għotjiet jingħataw wara sejħa għal proposti. Meta jiġu permessi eċċezzjonijiet, jenħtieġ li dawn jiġu interpretati u applikati b’mod restrittiv f’termini ta’ kamp ta’ applikazzjoni u durata. Il-possibbiltà eċċezzjonali li jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lil korpi b’monopolju de facto jew de jure jenħtieġ li tintuża biss meta l-korpi kkonċernati jkunu l-uniċi kapaċi li jimplimentaw it-tipi rilevanti ta’ attivitajiet jew ikunu ngħataw tali monopolju mil-liġi jew minn awtorità pubblika. |
|
(216) |
Fil-qafas tal-bidla għal għotjiet elettroniċi u akkwist elettroniku, jenħtieġ li l-applikanti u l-offerenti jintalbu jagħtu prova tal-istatus legali u l-vijabbiltà finanzjarja tagħhom darba biss fi żmien perjodu speċifiku u jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jerġgħu jippreżentaw dokumenti ta’ appoġġ f’kull proċedura ta’ għoti. Għaldaqstant hemm bżonn li jiġu allinjati r-rekwiżiti għall-għadd ta’ snin li għalihom ikunu se jintalbu dokumenti fil-qafas ta’ proċeduri ta’ għoti ta’ għotjiet u ta’ proċeduri ta’ akkwist. |
|
(217) |
Benefiċjarju ta’ għotja jista’ jipprovdi appoġġ finanzjarju lil parti terza abbażi tal-issodisfar ta’ ċerti kundizzjonijiet, u jenħtieġ li l-ammont imħallas lil xi parti terza ma jaqbiżx EUR 60 000. Jenħtieġ li jkun possibbli li dan l-ammont jinqabeż meta jkunimpossibbli jew diffiċli wisq li jinkisbu l-objettivi tal-azzjoni mod ieħor. Sabiex ikun hemm aktar flessibbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ emerġenza, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jinqabeż dak l-ammont mingħajr ġustifikazzjoni każ b’każ fil-każijiet ta’ għajnuna umanitarja, operazzjonijiet ta’ appoġġ ta’ emerġenza, operazzjonijiet ta’ protezzjoni ċivili jew għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet. L-uffiċjal awtorizzanti jenħtieġ li jirrapporta dwar tali każijiet. |
|
(218) |
Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni jew programm ta’ ħidma teżiġi li benefiċjarju jwettaq akkwist, jenħtieġ li jiġi ċċarat li kull benefiċjarju jista’ juża l-prattiki ta’ xiri tiegħu stess sakemm dawn jiggarantixxu l-aħjar valur għall-flus, jew kif xieraq, l-aktar prezz baxx, irrispettivament minn jekk il-benefiċjarju jagħtix kuntratt pubbliku u huwiex awtorità kontraenti skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ “kuntratt” tiġi emendata skont dan. |
|
(219) |
Bħala tip siewi ta’ appoġġ finanzjarju mhux relatat ma’ kostijiet prevedibbli, l-użu ta’ premjijiet jenħtieġ li jiġi ffaċilitat u r-regoli applikabbli jenħtieġ li jiġu ċċarati. Jenħtieġ li l-premjijiet jitqiesu li huma komplementari, u mhux sostituti, għal strumenti ta’ finanzjament oħrajn bħall-għotjiet. |
|
(220) |
Sabiex il-premjijiet jkunu jistgħu jiġu implimentati b’mod aktar flessibbli, l-obbligu taħt ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li jiġu ppubblikati kompetizzjonijiet għal premjijiet b’valur unitarju ta’ EUR 1 000 000 jew aktar fid-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjaw l-abbozz ta’ baġit jenħtieġ li jiġi sostitwit b’obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn qabel u li tali premjijiet jissemmew b’mod espliċitu fid-deċiżjoni ta’ finanzjament. |
|
(221) |
Jenħtieġ li l-premjijiet jingħataw f’konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-karatteristiċi minimi tal-kompetizzjonijiet, b’mod partikolari l-arranġamenti għall-ħlas tal-premju lir-rebbieħa wara l-għoti tiegħu, u l-mezzi xierqa ta’ pubblikazzjoni. Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ għoti ddefinita b’mod ċar ukoll, mill-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet sal-informazzjoni lill-applikanti u n-notifika tal-applikant rebbieħ, li tirrifletti l-proċedura ta’ għoti ta’ għotjiet. |
|
(222) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-istrumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja u r-regoli dwar il-limitazzjoni tal-obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni, il-ġlieda kontra l-frodi u l-ħasil tal-flus, l-istralċ ta’ strumenti finanzjarji u r-rapportar. |
|
(223) |
Fl-aħħar snin l-Unjoni użat dejjem aktar strumenti finanzjarji li jippermettu ingranaġġ akbar tal-baġit li jrid jinkiseb, iżda, fl-istess ħin, jiġġeneraw riskju finanzjarju għall-baġit. Dawk l-istrumenti finanzjarji jinkludu mhux biss l-istrumenti finanzjarji koperti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, iżda anki strumenti oħrajn, bħal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja, li fl-imgħoddi kienu rregolati biss mir-regoli stabbiliti fl-atti bażiċi rispettivi tagħhom. Importanti li jiġi stabbilit qafas komuni sabiex tiġi żgurata l-omoġeneità tal-prinċipji applikabbli għal dak is-sett ta’ strumenti u li jerġgħu jiġu raggruppati taħt Titolu ġdid f’dan ir-Regolament, li jinkludi taqsimiet dwar garanziji baġitarji u dwar l-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi minbarra r-regoli eżistenti applikabbli għall-istrumenti finanzjarji. |
|
(224) |
L-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jistgħu jkunu siewja fit-tkattir tal-effett tal-fondi tal-Unjoni meta dawn il-fondi jiġu raggruppati ma’ fondi oħra u jinkludu effett ta’ ingranaġġ. L-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jenħtieġ li jiġu implimentati biss jekk ma jkun hemm ebda riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern jew inkonsistenza mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(225) |
Fil-qafas tal-approprjazzjonijiet annwali awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għal programm partikolari, jenħtieġ li l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jintużaw abbażi ta’ evalwazzjoni ex ante li turi li huma effettivi biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. |
|
(226) |
Jenħtieġ li strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja jiġu awtorizzati permezz ta’ att bażiku. Meta, f’każijiet debitament iġġustifikati, l-istrumenti finanzjarji jiġu stabbiliti mingħajr att bażiku, jenħtieġ li jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-baġit. |
|
(227) |
L-istrumenti li potenzjalment jaqgħu taħt it-Titolu X, bħal għoti b’self, garanziji, investimenti ta’ ekwità, investimenti ta’ kważi ekwità u strumenti għall-“kondiviżjoni tar-riskji” jenħtieġ li jiġu definiti. Id-definizzjoni ta’ strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji jenħtieġ li tippermetti l-inklużjoni ta’ titjib tal-kreditu għal bonds tal-proġetti, li jkopru r-riskju tal-ħlas tad-dejn ta’ proġett u jtaffu r-riskju tal-kreditu tad-detenturi tal-bonds permezz ta’ titjib tal-kreditu fil-forma ta’ self jew garanzija. |
|
(228) |
Kwalunkwe pagament mill-ġdid minn strument finanzjarju jew garanzija baġitarja jenħtieġ li jintuża għall-istrument jew garanzija li pproduċew il-pagament mill-ġdid bil-għan li tissaħħaħ l-effiċjenza ta’ dak l-istrument jew garanzija, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att bażiku, u jenħtieġ li jitqies meta jiġu proposti approprjazzjonijiet futuri għal dak l-istrument jew garanzija. |
|
(229) |
Dan ir-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni għandha s-setgħa, fl-att bażiku rilevanti, li tissellef f’isem l-Unjoni jew l-Euratom għall-fini ta’ self fuq self tal-ammonti korrispondenti lill-Istati Membri benefiċjarji jew lil pajjiżi terzi skont il-kundizzjonijiet applikabbli għat-teħid b’self. F’dak ir-rigward, il-flussi tal-flus bejn il-fondi mislufa u s-self jitqabblu wieħed ma’ wieħed. Dan ifisser li l-Unjoni jenħtieġ li twettaq operazzjonijiet tas-suq abbażi tal-ħtiġijiet ta’ żborż għal kull każ speċifiku ta’ self, li jillimita l-possibbiltà li jiġu ppjanati b’mod koerenti diversi operazzjonijiet ta’ teħid b’self u li jiġu strutturati maturitajiet biex jinkisbu l-aħjar kostijiet. |
|
(230) |
Il-finanzjament ta’ programmi individwali ta’ assistenza finanzjarja permezz ta’ metodi separati ta’ finanzjament joħloq kostijiet u kumplessità billi programmi differenti ta’ assistenza finanzjarja jikkompetu għal għadd limitat ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament. Dan jifframmenta l-provvista tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u jnaqqas il-likwidità u l-interess tal-investituri fil-programmi separati, minkejja li t-titoli ta’ dejn kollha tal-Unjoni għandhom l-istess kwalità kreditizja għolja. Jenħtieġ għalhekk li l-assistenza finanzjarja tiġi organizzata b’metodu uniku ta’ finanzjament li jsaħħaħ il-likwidità tal-bonds tal-Unjoni u l-attraenza u l-kosteffettività tal-ħruġ tal-Unjoni. |
|
(231) |
L-esperjenza reċenti fil-ħtiġijiet ta’ finanzjament għall-Ukrajna enfasizzat l-iżvantaġġi ta’ approċċ frammentat għall-organizzazzjoni tad-dejn tal-Unjoni. Sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni bħala emittent ta’ dejn denominat f’euro, huwa essenzjali li l-ħruġ il-ġdid kollu jiġi organizzat permezz ta’ metodu uniku ta’ finanzjament, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, bħall-ħruġ tal-Euratom, il-ħruġ żgħir u l-finanzjament ta’ programmi ta’ assistenza finanzjarja li għalihom l-atti bażiċi daħlu fis-seħħ qabel id-9 ta’ Novembru 2022. |
|
(232) |
Il-mudell għal metodu ta’ finanzjament uniku, u l-biċċa l-kbira tal-elementi tal-infrastruttura meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu, diġà ġew stabbiliti fil-forma ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053. Dik l-istrateġija ppermettiet il-mobilizzazzjoni b’suċċess ta’ fondi għal għotjiet u self skont ir-Regolament (UE) 2021/241 u firxa ta’ programmi oħra tal-Unjoni msemmija fir-Regolament (UE) 2020/2094 (34). Fid-dawl tal-kumplessità mistennija tal-operazzjonijiet meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament urġenti tal-Ukrajna, u biex jiġu antiċipati l-operazzjonijiet ta’ teħid u għoti b’self futuri possibbli, huwa xieraq li tiġi stabbilita strateġija diversifikata ta’ finanzjament bħala l-metodu uniku ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self. |
|
(233) |
L-użu ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata jenħtieġ li jippermetti l-implimentazzjoni flessibbli tal-programm ta’ finanzjament, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tan-newtralità baġitarja u l-bilanċ baġitarju kif stabbilit fl-Artikolu 310(1) tat-TFUE. Jenħtieġ li l-kostijiet tal-programm ta’ finanzjament jiġġarrbu kompletament mill-benefiċjarji abbażi ta’ metodoloġija unika għall-allokazzjoni tal-kostijiet li tiżgura l-allokazzjoni trasparenti u proporzjonali tal-kostijiet. L-obbligi ta’ ripagament jenħtieġ li jibqgħu jaqgħu fuq il-benefiċjarji tal-assistenza finanzjarja, f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
|
(234) |
L-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata tirrikjedi li jiġi segwit sett uniku ta’ regoli fir-rigward tal-programmi kollha ta’ għoti u teħid b’self li jiddependu fuqha. |
|
(235) |
Jenħtieġ li strateġija ta’ finanzjament diversifikata tipprovdi lill-Kummissjoni b’aktar flessibbiltà fir-rigward taż-żmien u l-maturità tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament uniku u tippermetti żborżi regolari u kostanti lil pajjiżi benefiċjarji differenti. Jenħtieġ li tali strateġija tkun ibbażata fuq il-ġbir flimkien ta’ strumenti ta’ finanzjament. Dan jagħti lill-Kummissjoni l-flessibbiltà li torganizza pagamenti lill-benefiċjarji indipendentement mill-kundizzjonijiet tas-suq fiż-żmien tal-iżborż, filwaqt li jnaqqas ir-riskju li l-Kummissjoni jkollha biex tiġbor ammonti fissi f’kundizzjonijiet volatili jew avversi. |
|
(236) |
L-għoti ta’ din il-flessibbiltà lill-Kummissjoni jkun jeħtieġ l-istabbiliment ta’ ppuljar ta’ likwidità komuni. Tali funzjoni ta’ likwidità ċentralizzata trendi l-kapaċità ta’ finanzjament tal-Unjoni aktar reżiljenti, u tkun kapaċi tiflaħ għad-diskrepanzi temporanji bejn il-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ kollha, abbażi ta’ kapaċità robusta ta’ tbassir ta’ likwidità. |
|
(237) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni timplimenta t-tranżazzjonijiet kollha meħtieġa bl-għan li jkun hemm preżenza regolari fis-suq tal-kapital, li tikseb l-aħjar kostijiet ta’ finanzjament possibbli u li tiffaċilita t-tranżazzjonijiet f’titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom. |
|
(238) |
Bl-estensjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata għal firxa usa’ ta’ programmi, huwa għalhekk xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħha. Jenħtieġ li dawk l-arranġamenti jinkludu qafas ta’ governanza, proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju, u metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet, li jenħtieġ li jirrispettaw l-Artikolu 223(4), il-punt (e), ta’ dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni, b’mod regolari u komprensiv, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-aspetti kollha tal-istrateġija tagħha tat-teħid b’self u l-ġestjoni ta d-dejn. |
|
(239) |
Fl-interess taċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali fir-rigward tal-assistenza finanzjarja diġà mogħtija u fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35), ir-regoli f’dan ir-Regolament dwar strateġija ta’ finanzjament diversifikata jenħtieġ li japplikaw biss għall-programmi ta’assistenza finanzjarja li l-atti bażiċi tagħha jidħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2022 jew wara. |
|
(240) |
Huwa importanti li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati għall-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji implimentati b’ġestjoni indiretta jingħataw fil-ħin biex il-Qorti tal-Awdituri tikkunsidrahom meta tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji. |
|
(241) |
Hu xieraq li jiġi rikonoxxut l-allinjament tal-interessi fit-tiftix tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u, b’mod partikolari, li l-BEI u l-FEI ikollhom il-kompetenza speċifika li jimplimentaw strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji. |
|
(242) |
Il-BEI u l-FEI, filwaqt li jaġixxu bħala grupp, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jittrasferixxu parti mill-implimentazzjoni lil xulxin, fejn tali trasferiment għandu mnejn ikun ta’ benefiċċju għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni partikolari u kif definit aktar fil-ftehim rilevanti mal-Kummissjoni. |
|
(243) |
Għall-konsistenza u sabiex jittieħed kont tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027, għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji, hemm bżonn li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet dwar ir-rapportar minn persuni jew entitajiet fdati biex jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni indiretta, dwar l-applikazzjoni tat-Titolu X f’każ li dawn jiġu kkombinati ma’ appoġġ anċillari mill-baġit, inklużi għotjiet, u dwar kombinament ma’ fondi tal-Unjoni implimentati b’ġestjoni kondiviża. |
|
(244) |
Jenħtieġ li jiġi ċċarat li, fejn l-istrumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji jkunu kkombinati ma’ forom anċillari ta’ appoġġ mill-baġit, jenħtieġ li r-regoli dwar l-istrumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji jkunu japplikaw għall-miżura kollha. Jenħtieġ li tali regoli jkunu kkomplementati, fejn applikabbli, minn rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi. |
|
(245) |
L-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li timxi mal-politika tal-Unjoni dwar ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, u l-aġġornamenti għaliha, kif stipulata fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, b’mod partikolari l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2016 dwar il-kriterji u l-proċess li jwassal għall-istabbiliment tal-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa (36) u l-Anness għalihom, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2017 dwar il-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa (37) u l-Annessi għalihom. |
|
(246) |
Il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi ġeneralment ikunu operazzjonijiet li ma jidhrux fil-baġit li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-karta bilanċjali tal-Unjoni. Filwaqt li ġeneralment jibqgħu operazzjonijiet li ma jidhrux fil-baġit, l-inklużjoni tagħhom f’dan ir-Regolament tipprovdi protezzjoni akbar tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u qafas aktar ċar għall-awtorizzazzjoni, għall-ġestjoni u għall-kontabbiltà tagħhom. |
|
(247) |
L-Unjoni nediet inizjattivi importanti fuq il-bażi tal-garanziji baġitarji bħall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) jew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD). Il-karatteristiċi ta’ dawk l-istrumenti huma li jiġġeneraw obbligazzjoni kontinġenti għall-Unjoni u jimplikaw il-proviżjonament ta’ fondi sabiex jitqiegħed għad-dispożizzjoni marġini ta’ likwidità li jippermetti sabiex il-baġit iwieġeb fil-ħin għall-obbligi ta’ pagament li għandhom mnejn jirriżultaw minn dawk l-obbligazzjonijiet kontinġenti. Sabiex tiġi ggarantita l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Unjoni u, b’hekk, il-kapaċità tagħha li tforni finanzjament effettiv, huwa essenzjali li l-awtorizzazzjoni, il-proviżjonament u l-monitoraġġ tal-obbligazzjonijiet kontinġenti jsegwu sett robust ta’ regoli li jenħtieġ li jiġi applikat għall-garanziji baġitarji kollha. |
|
(248) |
L-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-garanziji baġitarji jistgħu jkopru firxa wiesgħa ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment. Il-possibbiltà li tissejjaħ garanzija baġitarja ma tistax tiġi skedata b’ċertezza sħiħa fuq bażi annwali kif inhu l-każ ta’ self li jkollu skeda definita għall-pagament mill-ġdid. Għaldaqstant huwa indispensabbli li jitwaqqaf qafas għall-awtorizzazzjoni u għall-monitoraġġ ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti li jiggarantixxi l-osservanza sħiħa, fi kwalunkwe waqt, tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet annwali għall-pagamenti stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053. |
|
(249) |
Dak il-qafas jenħtieġ li jipprevedi wkoll il-ġestjoni u l-kontroll, inkluż ir-rapportar regolari dwar l-iskopertura finanzjarja tal-Unjoni. Ir-rata ta’ proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskji finanzjarji li jirriżultaw mill-istrument relatat. Is-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti jenħtieġ li tiġi vvalutata kull sena fil-kuntest tal-proċedura baġitarja. Jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ twissija bikrija sabiex jiġi evitat nuqqas ta’ provvedimenti biex jiġu koperti l-obbligazzjonijiet finanzjarji. |
|
(250) |
L-użu dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji, tal-garanziji baġitarji u tal-assistenza finanzjarja jitlob li jiġi mmobilizzat u pproviżjonat volum sinifikanti ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament. Sabiex jingħata ingranaġġ filwaqt li jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni kontra obbligazzjonijiet finanzjarji, importanti li jiġi ottimizzat l-ammont ta’ proviżjonament meħtieġ u li jinkisbu żidiet fl-effiċjenza billi dawk il-provvedimenti jinġabru f’fond ta’ proviżjonament komuni. Barra minn hekk, l-użu aktar flessibbli ta’ dawk il-provvedimenti miġburin jippermetti rata ta’ proviżjonament globali effettiva li tagħti l-protezzjoni mitluba b’ammont ottimizzat ta’ riżorsi. |
|
(251) |
Ir-regoli applikabbli għall-proviżjonament u għall-fond ta’ proviżjonament komuni jenħtieġ li jipprovdu qafas ta’ kontroll intern sod. Il-linji gwida applikabbli għall-immaniġġjar tar-riżorsi fil-fond ta’ proviżjonament komuni jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta mal-uffiċjal kontabilistiku tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji jew l-assistenza finanzjarja jissorveljaw b’mod attiv l-obbligazzjonijiet finanzjarji taħt ir-responsabbiltà tagħhom u l-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni jenħtieġ li jieħu ħsieb il-flus u l-assi fil-fond skont ir-regoli u l-proċeduri stipulati mill-uffiċjal kontabilistiku tal-Kummissjoni. |
|
(252) |
Jenħtieġ li l-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja jsegwu l-istess sett ta’ prinċipji stabbiliti għall-istrumenti finanzjarji. Il-garanziji baġitarji, b’mod partikolari, jenħtieġ li jkunu irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u fuq talba. Jenħtieġ li jiġu implimentati b’ġestjoni indiretta jew, f’każijiet eċċezzjonali biss, b’ġestjoni diretta. Jenħtieġ li jkopru biss operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment u jenħtieġ li l-kontropartijiet tagħhom jikkontribwixxu bir-riżorsi tagħhom stess għall-operazzjonijiet koperti. |
|
(253) |
L-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi jenħtieġ tieħu l-forma ta’ selfa, linja ta’ kreditu jew kwalunkwe strument ieħor meqjus xieraq sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa fl-att bażiku rilevanti biex tissellef il-fondi meħtieġa fis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji, biex jiġi evitat l-involviment tal-Unjoni fi kwalunkwe trasformazzjoni ta’ maturitajiet li tkun tesponiha għal riskju tal-imgħax jew għal kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor. |
|
(254) |
Id-dispożizzjonijiet relatati mal-istrumenti finanzjarji jenħtieġ li japplikaw mill-aktar fis possibbli sabiex jinkisbu s-simplifikazzjoni u l-effettività fil-mira. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-garanziji baġitarji u mal-assistenza finanzjarja, kif ukoll mal-fond ta’ proviżjonament komuni, jenħtieġ li japplikaw mill-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020. Dak il-kalendarju ser jippermetti li ssir preparazzjoni dettaljata tal-għodod il-ġodda għall-ġestjoni tal-obbligazzjonijiet kontinġenti. Ser jippermetti wkoll li jsir allinjament bejn il-prinċipji stipulati fit-Titolu X u, minn naħa, il-proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020 u, min-naħa l-oħra, il-programmi speċifiċi relatati ma’ dak il-qafas. |
|
(255) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38) jistabbilixxi regoli ġodda għal, fost affarijiet oħra, il-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-finanzjament, l-għoti u t-tqassim tal-fondi, id-donazzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet, il-finanzjament ta’ kampanji għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, in-nefqa rimborżabbli, il-projbizzjoni ta’ ċertu finanzjament, il-kontijiet, ir-rapportar u l-awditjar, l-implimentazzjoni u l-kontroll, il-penali, il-kooperazzjoni bejn l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri, u t-trasparenza. |
|
(256) |
Jenħtieġ li jiġu inklużi regoli f’dan ir-Regolament dwar il-kontribuzzjonijiet mill-baġit għall-partiti politiċi Ewropej kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. |
|
(257) |
L-appoġġ finanzjarju mogħti lill-partiti politiċi Ewropej jenħtieġ li jieħu l-forma ta’ kontribuzzjoni speċifika, li tikkorrispondi għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ dawk il-partiti. |
|
(258) |
Għalkemm l-appoġġ finanzjarju jingħataw mingħajr il-ħtieġa ta’ programm ta’ ħidma annwali, jenħtieġ li l-partiti politiċi Ewropej jiġġustifikaw ex post l-użu tajjeb tal-finanzjament tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jenħtieġ li jivverifika jekk il-finanzjament ikunx intuża sabiex titħallas nefqa rimborżabbli kif stabbilit fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej jenħtieġ li jintefqu sal-aħħar tas-sena finanzjarja ta’ wara dik tal-għoti tagħhom, wara liema, kwalunkwe finanzjament li ma jintefaqx jenħtieġ li jiġi rkuprat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. |
|
(259) |
Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni mogħti għall-finanzjament tal-kostijiet operatorji tal-partiti politiċi Ewropej ma jintużax għal skopijiet oħra għajr dawk stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, b’mod partikolari biex jiffinanzja direttament jew indirettament terzi persuni bħall-partiti politiċi nazzjonali. Il-partiti politiċi Ewropej jenħtieġ li jużaw il-kontribuzzjonijiet biex iħallsu perċentwal tan-nefqa attwali u futura, u mhux nefqa jew dejn imġarrba qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal kontribuzzjonijiet. |
|
(260) |
L-għoti ta’ kontribuzzjonijiet jenħtieġ ukoll li jiġi ssimplifikat u adattat għall-ispeċifiċitajiet ta’ partiti politiċi Ewropej, b’mod partikolari bin-nuqqas ta’ kriterji għall-għażla, bl-istabbiliment ta’ pagament ta’ prefinanzjament sħiħ wieħed bħala regola ġenerali, u bil-possibbiltà li jintużaw somom f’daqqa, u finanzjament ta’ rata fissa u ta’ kostijiet unitarji. |
|
(261) |
Il-kontribuzzjonijiet mill-baġit jenħtieġ li jiġu sospiżi, jitnaqqsu jew jintemmu jekk partiti politiċi Ewropej jiksru r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. |
|
(262) |
Jenħtieġ li l-penali li jkunu bbażati kemm fuq dan ir-Regolament kif ukoll fuq ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġu imposti b’mod koerenti u jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju ta’ ne bis in idem. F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-penali amministrattivi u/jew finanzjarji previsti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jiġux imposti f’xi wieħed mill-każijiet li għalihom diġà jkunu ġew imposti penali abbażi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. |
|
(263) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas ġenerali li bih l-appoġġ mill-baġit jista’ jintuża bħala strument fil-qasam tal-azzjonijiet esterni inkluż l-obbligu għall-pajjiż terz li jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni adegwata u puntwali sabiex tevalwa l-issodisfar tal-kundizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet miftehmin li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
|
(264) |
Sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-proċedura għall-istabbiliment ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni tenħtieġ li tiġi ċċarata. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu speċifikati l-prinċipji applikabbli għall-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari l-importanza li jiġu żgurati kontribuzzjonijiet minn donaturi oħrajn li jiġġustifikaw l-istabbiliment tagħhom b’rabta mal-valur miżjud. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-atturi finanzjarji u tal-bord tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni u li jiġu ddefiniti regoli li jiżguraw rappreżentanza ġusta tad-donaturi parteċipanti fil-bord tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni u vot pożittiv mill-Kummissjoni għall-użu tal-fondi. Huwa importanti wkoll li jiġi stabbilit f’aktar dettall ir-rekwiżiti tar-rapportar applikabbli għall-fondi fiduċjarji tal-Unjoni. |
|
(265) |
Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista’ tipparteċipa f’inizjattivi globali, meta tali parteċipazzjoni tikkontribwixxi biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. Sabiex jiġi pprovdut qafas legali xieraq għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni f’inizjattivi globali, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal inizjattivi bħal dawn tiġi inkluża bħala strument ġdid għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-użu ta’ dan il-veikolu finanzjarju ġdid ikun soġġett għal kundizzjonijiet, li l-issodisfar tagħhom jiżgura livell ta’ protezzjoni komparabbli ma’ strumenti oħra ta’ implimentazzjoni tal-baġit. Tali kundizzjonijiet jenħtieġ li jinkludu l-eżistenza ta’ sistemi interni u esterni xierqa għall-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet, fejn is-sistemi operati mill-entitajiet implimentattivi tal-inizjattiva globali jenħtieġ li jitqiesu bħala sistemi esterni. L-użu tad-dispożizzjonijiet relatati mal-inizjattivi globali jenħtieġ li jkun limitat għal każijiet fejn strumenti ta’ implimentazzjoni tal-baġit oħra previsti fir-Regolament Finanzjarju ma jippermettux li jinkisbu l-objettivi ta’ politika rispettivi tal-UE bl-istess skala u impatt. Fejn ikun possibbli u xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħaqad ma’ kwalunkwe bord ta’ governanza jew kumitat ta’ tmexxija ekwivalenti ta’ inizjattiva globali sabiex tiżgura l-aktar rappreżentanza effettiva għall-interess tal-Unjoni. Fl-interess tat-trasparenza u tat-teħid effettiv tad-deċiżjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni, mill-aktar fis possibbli, tipprovdi informazzjoni dettaljata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe kontribut maħsub għal inizjattiva globali, sabiex ikunu jistgħu jagħtu dik l-informazzjoni l-konsiderazzjoni dovuta. |
|
(266) |
Sabiex jadattaw għall-progress fid-diġitalizzazzjoni, jenħtieġ li l-listi ta’ esperti esterni mfassla wara sejħa għal espressjoni ta’ interess jkunu validi għal aktar mid-durata tal-programm pluriennali dment li tiġi ggarantita rotazzjoni tal-esperti u li esperti ġodda jkunu jistgħu jesprimu l-interess tagħhom. Barra minn hekk, hemm bżonn li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitħallew jattiraw esperti esterni b’ħiliet għolja sabiex jiġi żgurat li l-proċess ta’ evalwazzjoni u l-opinjonijiet u l-pariri speċifiċi pprovduti mill-esperti jkunu ta’ kwalità għolja. Sabiex jirnexxilhom jikkompetu ma’ atturi oħra fis-suq, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitħallew joffru remunerazzjoni aktar kompetittiva f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati. Fl-aħħar nett, fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li r-regoli applikabbli għall-esperti esterni remunerati jiġu ċċarati biex jirriflettu l-istadji differenti tal-proċedura ta’ għoti. |
|
(267) |
Sabiex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jingħatalhom qafas legali ċar biex jagħtu servizzi, provvisti jew xogħlijiet, jenħtieġ li d-donazzjonijiet mhux finanzjarji jiġu inklużi bħala strument ġdid għall-implimentazzjoni tal-baġit. Jenħtieġ li dan l-istrument ma jiġix konfuż mal-qafas ġenerali ta’ appoġġ ipprovdut mill-Unjoni lil pajjiżi terzi, li huwa ta’ natura usa’, iżda jista’ jinkludi donazzjonijiet mhux finanzjarji. Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li tali strument jipprovdi bażi ġuridika stabbli b’mod partikolari għal sitwazzjonijiet futuri ta’ kriżi u ta’ emerġenza u jiggarantixxi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkollhom l-għodod xierqa ta’ appoġġ baġitarju biex jgħinu lill-Istati Membri, lil persuni u lil entitajiet oħra meta l-appoġġ ikun l-aktar meħtieġ. Jenħtieġ li dan l-istrument jiġi implimentat b’ġestjoni diretta jew b’ġestjoni indiretta minn korp tal-Unjoni. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet relatati, bħad-definizzjonijiet, is-sospensjoni, it-terminazzjoni u t-tnaqqis, u l-kumitat ta’ evalwazzjoni jiġu għaldaqstant aġġustati. Fl-interess ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-provvisti li ma jmorrux, iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet amministrattivi, ma jingħatawx b’donazzjoni qabel ma jkun naqas parzjalment il-valur tagħhom. |
|
(268) |
L-istess bħall-introduzzjoni tad-donazzjonijiet mhux finanzjarji, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu jistgħu jagħtu premjijiet li mhumiex finanzjarji. Dan huwa importanti wkoll sabiex ikunu jistgħu jsiru kompetizzjonijiet fost iż-żgħażagħ li ma jkollhomx kont bankarju fl-Istat Membru tagħhom, iżda li jkunu jistgħu faċilment jirċievu l-premju tagħhom b’mod prattiku. Għal dan il-għan, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ u d-dispożizzjonijiet dwar “premjijiet” jiġu aġġustati kif xieraq. |
|
(269) |
B’konformità mas-simplifikazzjoni tar-regoli eżistenti u sabiex tiġi evitata ripetizzjoni żejda, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti fit-Tieni Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, applikabbli għall-FAEG, għar-riċerka, għall-azzjonijiet esterni u għal fondi speċifiċi tal-Unjoni, jiddaħħlu biss fil-partijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, sakemm id-dispożizzjonijiet għadhom jintużaw u għadhom rilevanti. |
|
(270) |
Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabbiltà jiġu ssimplifikati u ċċarati. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu raggruppati flimkien id-dispożizzjonijiet kollha dwar il-kontijiet annwali u rapportar finanzjarju ieħor. |
|
(271) |
Jenħtieġ li l-iskadenzi għall-osservazzjonijiet mill-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji u għall-preżentazzjoni tal-kontijiet finali jiġu aġġustati biex titqies l-iskeda tal-proċedura ta’ kwittanza. |
|
(272) |
Il-kontijiet tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Unjoni, inkluż dħul assenjat u l-elementi tan-nefqa speċifiċi relatati, il-bilanċ li jirriżulta, u l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni li jidhru fil-karta tal-bilanċ, inklużi dawk li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ self, jenħtieġ li jiġu koperti fid-deċiżjoni tal-kwittanza. Bl-istess mod, l-eżami mill-Qorti tal-Awdituri tad-dħul kollu jenħtieġ li jinkludi d-dħul assenjat u l-partiti tan-nefqa relatati. |
|
(273) |
Il-mod li bih istituzzjonijiet tal-Unjoni bħalissa jirrappurtaw dwar proġetti ta’ bini lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jenħtieġ li jittejjeb. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti ta’ bini ġodda bid-dħul li jirċievu għal binjiet diġà mibjugħin. Konsegwentement, jenħtieġ li tiddaħħal referenza dwar id-dħul assenjat intern fid-dispożizzjonijiet dwar proġetti ta’ bini. Dan jippermetti li jintlaħqu l-bidliet li jinbidlu fil-politika ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li jiġu ffrankati spejjeż u tiddaħħal flessibbiltà akbar. |
|
(274) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni tħeġġeġ ir-rinnovazzjoni tal-binjiet sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom u jsiru aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Filwaqt li titqies l-evoluzzjoni rapida tas-suq għal bini effiċjenti fl-enerġija, hemm bżonn akut li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jinkorporaw l-impenji tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fil-politika tal-bini tagħhom stess u jirrinnovaw il-binjiet tagħhom, u li jagħtu prijorità lill-investimenti li huma l-aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Barra minn hekk, l-iżvilupp reċenti tal-metodi ta’ ħidma aċċellerati mill-pandemija tal-COVID-19 jirrikjedi li l-istokk tal-uffiċċju tal-istituzzjonijiet jiġi adattat sabiex tiġi żviluppata politika dinamika tal-uffiċċju. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li jkun permess il-finanzjament ta’ rinnovazzjonijiet strutturali permezz ta’ self, dment li dan iwassal għal iffrankar, f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu biżżejjed informazzjoni għall-finijiet tal-approvazzjoni minn qabel tagħhom, inkluż dwar il-valur miżjud tar-rinnovazzjoni strutturali prevista u l-kontribut tagħha għat-tranżizzjoni ekoloġika. Jenħtieġ li l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “proġetti ta’ bini ġodda” titwessa’ u, b’mod partikolari, tinkludi proġetti li jikkonċernaw ir-rinnovazzjoni strutturali. |
|
(275) |
Sabiex jiġu adattati r-regoli applikabbli għal ċerti korpi tal-Unjoni, ir-regoli dettaljati dwar l-akkwist u dwar il-kundizzjonijiet dettaljati u l-proporzjon minimu għar-rata ta’ proviżjonament effettiva, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regolament finanzjarju qafas għal korpi mwaqqfin taħt it-TFUE u t-Trattat Euratom, il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata, emendi fl-Anness I għal dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet dettaljati u l-metodoloġija għall-kalkolu tar-rata ta’ proviżjonament effettiva u l-emendar tal-proporzjon minimu definit tar-rata ta’ proviżjonament effettiva, li jenħtieġ li ma jiġix iffissat f’livell aktar baxx minn 85 %. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(276) |
Jenħtieġ li xi modifiki rigward l-għoti ta’ aċċess mill-Kummissjoni għal data dwar ir-riċevituri għall-finijiet ta’ pubblikazzjoni, u fir-rigward tar-reġistrazzjoni u l-ħżin elettroniċi ta’ data dwar ir-riċevituri u s-sidien benefiċjarji tagħhom u l-aċċess permezz tas-sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u l-punteġġ tar-riskju għall-analiżi ta’ dik id-data japplikaw biss għal programmi adottati fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali minn ta’ wara l-2027 u ffinanzjati minnu, sabiex tiġi ggarantita tranżizzjoni bla xkiel billi jingħata biżżejjed żmien għall-adattament meħtieġ tas-sistemi tad-data elettronika u tal-ftehimiet rilevanti, kif ukoll l-għoti ta’ gwida u taħriġ. |
|
(277) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta sa tmiem l-2027 valutazzjoni tal-prontezza tas-sistema tal-IT integrata unika. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tevalwa jekk l-interoperabbiltà tiġi żgurata mas-sistemi u l-bażijiet tad-data rilevanti tal-IT, inklużi dawk tal-Istati Membri, li jippermettu trasferiment awtomatiku tal-informazzjoni rilevanti f’ħin reali fejn fattibbli, u jevitaw id-duplikazzjoni tar-rapportar; jekk l-indikaturi tar-riskju użati mis-sistema tal-IT integrata unika jkunux uniformi, oġġettivi, proporzjonati u meħtieġa biżżejjed għall-valutazzjoni tar-riskju, u jkunu bbażati fuq sorsi affidabbli ta’ informazzjoni; jekk is-sistema tal-IT integrata unika tippermettix l-użu tal-intelliġenza artifiċjali għall-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data; u jekk is-sistema tal-IT integrata unika tikkonformax mal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data. |
|
(278) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fis-7 ta’ Lulju 2022. |
|
(279) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
SUĠĠETT, DEFINIZZJONIJIET U PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-baġit”) u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet tagħhom.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“applikant” tfisser persuna fiżika jew entità b’personalità ġuridika jew mingħajrha li ppreżentat applikazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ għotjiet, jew fi proċedura ta’ għoti ta’ donazzjoni mhux finanzjarja jew f’kompetizzjoni għal premjijiet; |
|
(2) |
“dokument ta’ applikazzjoni” tfisser offerta, talba għall-parteċipazzjoni, applikazzjoni wara talba għal espressjoni ta’ interess, applikazzjoni għal għotja, applikazzjoni għal donazzjoni mhux finanzjarja jew applikazzjoni f’kompetizzjoni għal premjijiet; |
|
(3) |
“proċedura ta’ għoti” tfisser proċedura ta’ akkwist, proċedura ta’ għoti ta’ għotjiet, kompetizzjoni għal premjijiet, proċedura ta’ għoti ta’ donazzjoni mhux finanzjarja, jew proċedura għall-għażla ta’ esperti jew persuni jew entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c); |
|
(4) |
“att bażiku” tfisser att legali, minbarra rakkomandazzjoni jew opinjoni, li jipprovdi bażi legali għal azzjoni u għall-implimentazzjoni tan-nefqa korrispondenti mdaħħla fil-baġit jew tal-garanzija baġitarja jew tal-assistenza finanzjarja appoġġata mill-baġit, u li jista’ jieħu kwalunkwe waħda minn dawn il-forom:
|
|
(5) |
“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew entità b’personalità ġuridika jew mingħajrha li magħha jkun ġie ffirmat ftehim ta’ għotja; |
|
(6) |
“faċilità jew pjattaforma ta’ taħlit” tfisser qafas ta’ kooperazzjoni stabbilit bejn il-Kummissjoni u istituzzjonijiet ta’ finanzjament tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet ta’ finanzjament pubbliċi oħrajn bil-ħsieb li jikkombinaw forom mhux ripagabbli ta’ appoġġ u/jew strumenti finanzjarji u/jew garanziji baġitarji mill-baġit u forom ripagabbli ta’ appoġġ minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet ta’ finanzjament pubbliċi oħrajn, kif ukoll minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament fis-settur privat u investituri tas-settur privat; |
|
(7) |
“implimentazzjoni tal-baġit” tfisser it-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-awditjar ta’ approprjazzjonijiet baġitarji f’konformità mal-metodi previsti fl-Artikolu 62; |
|
(8) |
“impenn baġitarju” tfisser l-operazzjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jirriserva l-approprjazzjonijiet tal-baġit li huma meħtieġa biex ikopru pagamenti sussegwenti biex jiġu onorati l-impenji legali; |
|
(9) |
“garanzija baġitarja” tfisser strument li permezz tiegħu l-Unjoni tappoġġja programm ta’ azzjonijiet billi fil-baġit iddaħħal obbligu finanzjarju irrevokabbli u inkundizzjonat li jkun jista’ jsir rikors għalih jekk iseħħ avveniment speċifikat matul l-implimentazzjoni tal-programm, u li jibqa’ validu għad-durata tal-maturità tal-impenji li jkunu saru skont il-programm appoġġjat; |
|
(10) |
“kuntratt ta’ bini” tfisser kuntratt li jkopri x-xiri, l-iskambju, il-lokazzjoni fit-tul, l-użufrutt, il-lokazzjoni, il-kiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, bil-possibbiltà jew le ta’ xiri, ta’ art, ta’ binjiet jew ta’ proprjetà immobbli oħra. Dan ikopri kemm bini eżistenti kif ukoll bini qabel it-tlestija dment li l-kandidat ikun kiseb permess tal-bini validu għalih. Dan ma jkoprix bini mfassal f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-awtorità kontraenti li huwa kopert minn kuntratti ta’ xogħlijiet; |
|
(11) |
“kandidat” tfisser operatur ekonomiku li jkun talab stedina jew li jkun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura ristretta, proċedura kompetittiva bin-negozjar, djalogu kompetittiv, sħubija għall-innovazzjoni, kompetizzjoni dwar id-disinn jew proċedura nnegozjata; |
|
(12) |
“korp ċentrali għax-xiri” tfisser awtorità kontraenti li tipprovdi attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri u, fejn applikabbli, attivitajiet anċillari ta’ xiri; |
|
(13) |
“verifika” tfisser l-ivverifikar ta’ aspett speċifiku ta’ operazzjoni ta’ dħul jew ta’ nefqa; |
|
(14) |
“kuntratt ta’ konċessjoni” tfisser kuntratt għal interess pekunjarju konkluż bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar fis-sens tal-Artikoli 177 u 181, sabiex it-twettiq ta’ xogħlijiet jew il-forniment u l-ġestjoni ta’ servizzi jiġu fdati f’idejn operatur ekonomiku (il-“konċessjoni”), u fejn:
|
|
(15) |
“fażi tal-kostituzzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-proviżjonament globali jitħallas fil-fond ta’ proviżjonament komuni; |
|
(16) |
“obbligazzjoni kontinġenti” tfisser obbligazzjoni finanzjarja potenzjali li tista’ tiġġarrab skont l-eżitu ta’ avveniment futur; |
|
(17) |
“kuntratt” tfisser kuntratt pubbliku jew kuntratt ta’ konċessjoni jew, għat-Titolu VIII, sottokuntratt jew kuntratt ta’ xiri konkluż minn benefiċjarju; |
|
(18) |
“kuntrattur” tfisser operatur ekonomiku li miegħu jkun ġie ffirmat kuntratt pubbliku; |
|
(19) |
“ftehim ta’ kontribuzzjoni” tfisser ftehim konkluż ma’ persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c)(ii) sa (viii); |
|
(20) |
“kontroll” tfisser kwalunkwe miżura li tittieħed biex tingħata aċċertazzjoni raġonevoli rigward l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet, l-affidabbiltà tar-rappurtar, is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni, il-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet u s-segwitu tagħhom, u l-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, b’kont meħud tan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll tan-natura tal-pagamenti kkonċernati. Il-kontrolli jistgħu jinvolvu diversi verifiki, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe politika u proċedura għall-ksib tal-objettivi msemmija fl-ewwel sentenza; |
|
(21) |
“kontroparti” tfisser il-parti li tingħata garanzija baġitarja; |
|
(22) |
“kriżi” tfisser:
|
|
(23) |
“diżimpenn” tfisser operazzjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jkun responsabbli jħassar ir-riżerva kollha tal-approprjazzjonijiet jew parti mit-tali riżerva li qabel tkun saret permezz ta’ impenn baġitarju; |
|
(24) |
“sistema dinamika għax-xiri” tfisser proċess kompletament elettroniku biex isir xiri ta’ oġġetti użati b’mod komuni li ġeneralment ikunu disponibbli fis-suq; |
|
(25) |
“operatur ekonomiku” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inkluż entità pubblika, jew grupp ta’ persuni tali, li joffru l-forniment ta’ prodotti, twettaq xogħlijiet jew tipprovdi servizzi jew proprjetà immobbli; |
|
(26) |
“investiment ta’ ekwità” tfisser l-għoti ta’ kapital lil kumpanija, b’investiment dirett jew indirett inkambju għall-proprjetà sħiħa jew parzjali ta’ dik il-kumpanija, u fejn l-investitur fil-kapital jista’ jassumi xi kontroll ġestjonali tal-kumpanija u jkun jista’ jipparteċipa fil-profitti tal-kumpanija; |
|
(27) |
“uffiċċju Ewropew” tfisser struttura amministrattiva stabbilita mill-Kummissjoni, jew mill-Kummissjoni flimkien ma’ istituzzjoni waħda jew oħrajn tal-Unjoni, sabiex jitwettqu kompiti trasversali speċifiċi; |
|
(28) |
“deċiżjoni amministrattiva finali” tfisser deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva b’effett finali u vinkolanti f’konformità mal-liġi applikabbli; |
|
(29) |
“assi finanzjarji” tfisser kwalunkwe assi fil-forma ta’ flus, jew strument ta’ ekwità ta’ entità pubblika jew privata jew id-dritt kuntrattwali li wieħed jirċievi flus jew assi finanzjarju ieħor mingħand tali entità; |
|
(30) |
“strument finanzjarju” tfisser miżura tal-Unjoni ta’ appoġġ finanzjarju pprovdut mill-baġit sabiex jiġi indirizzat objettiv speċifiku ta’ politika tal-Unjoni wieħed jew aktar li tista’ tkun fil-forma ta’ investimenti ta’ ekwità jew ta’ kważi ekwità, self jew garanziji, jew ta’ strumenti oħrajn ta’ qsim tar-riskju, u li tista’, fejn ikun xieraq, tkun ikkombinata ma’ forom oħrajn ta’ appoġġ finanzjarju jew ma’ fondi taħt ġestjoni kondiviża jew fondi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ); |
|
(31) |
“obbligazzjoni finanzjarja” tfisser obbligu kuntrattwali li jiġu forniti flus jew assi finanzjarju ieħor lil entità oħra; |
|
(32) |
“sussidju barrani” tfisser kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560 ipprovduta minn pajjiż terz li taqa’ fid-deskrizzjoni prevista fl-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament; |
|
(33) |
“kuntratt qafas” tfisser kuntratt pubbliku konkluż bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar, li l-iskop tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw kuntratti speċifiċi li jaqgħu taħtu li għandhom jingħataw matul perjodu speċifiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista; |
|
(34) |
“proviżjonament globali” tfisser l-ammont totali ta’ riżorsi meqjusa meħtieġa matul il-ħajja kollha ta’ garanzija baġitarja jew assistenza finanzjarja lil pajjiż terz b’riżultat tal-applikazzjoni tar-rata ta’ proviżjonament msemmija fl-Artikolu 214(1) għall-ammont tal-garanzija baġitarja jew assistenza finanzjarja lil pajjiż terz awtorizzata mill-att bażiku msemmi fl-Artikolu 213(1), il-punti (b) u (c); |
|
(35) |
“għotja” tfisser kontribuzzjoni finanzjarja permezz ta’ donazzjoni. Meta tali kontribuzzjoni tingħata b’ġestjoni diretta, għandha tkun regolata mit-Titolu VIII; |
|
(36) |
“garanzija” tfisser impenn bil-miktub ta’ assunzjoni ta’ responsabbiltà sħiħa jew parzjali għad-dejn jew l-obbligu ta’ parti terza jew għall-prestazzjoni sħiħa u tajba min-naħa ta’ dik il-parti terza f’każ li jseħħ avveniment li jiskatta tali garanzija, bħal fil-każ ta’ inadempjenza; |
|
(37) |
“garanzija fuq talba” tfisser garanzija li trid tkun onorata mill-garanti fuq talba tal-kontroparti, minkejja kwalunkwe nuqqas fl-infurzabbiltà tal-obbligu sottostanti; |
|
(38) |
“kontribuzzjoni in natura” tfisser riżorsi mhux finanzjarji li partijiet terzi jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas lil benefiċjarju; |
|
(39) |
“impenn legali” tfisser att li bih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jassumi jew jistabbilixxi obbligu li jirriżulta f’xi pagament sussegwenti u r-rikonoxximent tan-nefqa koperta minn impenn baġitarju, jew obbligu li tingħata donazzjoni mhux finanzjarja, u li jinkludi ftehimiet speċifiċi u kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja u kuntratti qafas; |
|
(40) |
“effett ta’ ingranaġġ” tfisser l-ammont ta’ finanzjament rimborżabbli pprovdut lir-riċevituri finali eliġibbli maqsum bl-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni; |
|
(41) |
“riskju ta’ likwidità” tfisser ir-riskju li assi finanzjarji miżmuma fil-fond komuni ta’ proviżjonament jistgħu ma jinbigħux matul ċertu perjodu ta’ żmien mingħajr telf sinifikanti; |
|
(42) |
“self” tfisser ftehim li jobbliga lis-sellief iqiegħed ammont miftiehem ta’ flus disponibbli għal min jissellef għal perjodu miftiehem u li taħtu, min jissellef ikun obbligat iħallas dak l-ammont fil-perjodu miftiehem; |
|
(43) |
“għotja ta’ valur baxx” tfisser għotja ta’ EUR 60 000 jew anqas; |
|
(44) |
“organizzazzjoni ta’ Stat Membru” tfisser entità stabbilita fi Stat Membru bħala korp regolat mill-liġi pubblika jew bħala korp regolat mill-liġi privata fdata b’missjoni ta’ servizz pubbliku u pprovduta b’garanziji finanzjarji adegwati mill-Istat Membru; |
|
(45) |
“metodu ta’ implimentazzjoni” tfisser kwalunkwe mill-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit imsemmija fl-Artikolu 62, jiġifieri l-ġestjoni diretta, il-ġestjoni indiretta u l-ġestjoni kondiviża; |
|
(46) |
“azzjoni b’bosta donaturi” tfisser kwalunkwe azzjoni fejn il-fondi tal-Unjoni jinġabru flimkien ma’ mill-inqas donatur ieħor; |
|
(47) |
“akkwist minn diversi sorsi” tfisser akkwist fejn ikun maħsub li jingħataw kuntratti multipli konklużi bil-miktub b’mod parallel bejn diversi operaturi ekonomiċi u awtorità kontraenti waħda jew aktar skont it-tifsira tal-Artikolu 177(1), sabiex tiġi fdata l-eżekuzzjoni ta’ servizzi, provvisti jew xogħlijiet identiċi jew kważi identiċi li għandhom jitwettqu b’mod parallel minn kuntratturi differenti; |
|
(48) |
“effett multiplikatur” tfisser l-investiment mir-riċevituri finali eliġibbli maqsum bl-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni; |
|
(49) |
“organizzazzjoni mhux governattiva” tfisser organizzazzjoni volontarja, indipendenti mill-gvern, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, li mhijiex partit politiku jew trade union; |
|
(50) |
“output” tfisser l-eżiti ġġenerati mill-azzjoni ddeterminata f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur; |
|
(51) |
“parteċipant” tfisser kandidat jew offerent fi proċedura ta’ akkwist, applikant fi proċedura ta’ għoti ta’ għotjiet jew fi proċedura ta’ għoti ta’ donazzjoni mhux finanzjarja, espert fi proċedura għall-għażla ta’ esperti, applikant f’kompetizzjoni għal premjijiet jew persuna jew entità li tieħu sehem fi proċedura għall-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni skontl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c); |
|
(52) |
“offerent rebbieħ preżunt” tfisser kwalunkwe offerent fi proċedura ta’ akkwist li jiġi kklassifikat l-ewwel, soġġett għal aktar verifiki u l-preżentazzjoni ta’ dokumenti ta’ sostenn dwar il-kriterji għall-esklużjoni u/jew għall-għażla sabiex jiġi propost mill-kumitat ta’ evalwazzjoni bħala offerent rebbieħ. Meta l-proċedura ta’ għoti tipprevedi l-għoti tal-kuntratt lil diversi offerenti, allura “offerent rebbieħ preżunt” titqies li tirreferi għall-offerenti daqs l-għadd ta’ kuntratti li għandhom jingħataw, li jkunu kklassifikati l-aħjar. |
|
(53) |
“premju” tfisser kontribuzzjoni mogħtija bħala premju wara kompetizzjoni. Meta tali kontribuzzjoni tingħata taħt ġestjoni diretta, hija għandha tkun regolata mit-Titolu IX; |
|
(54) |
“akkwist” tfisser l-akkwiżizzjoni permezz ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet, ta’ provvisti jew ta’ servizzi u l-akkwiżizzjoni jew il-kiri ta’ art, ta’ bini jew ta’ proprjetà immobbli oħra, minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand operaturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti; |
|
(55) |
“dokument tal-akkwist” tfisser kwalunkwe dokument prodott jew imsemmi mill-awtorità kontraenti biex jiddeskrivi jew jiddetermina elementi tal-proċedura ta’ akkwist, inkluż:
|
|
(56) |
“interessi professjonali kunfliġġenti” tfisser sitwazzjoni li fiha l-attivitajiet professjonali preċedenti jew li jkunu għaddejjin ta’ operatur ekonomiku jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-kapaċità tiegħu li jwettaq kuntratt b’mod indipendenti, imparzjali u oġġettiv; |
|
(57) |
“kuntratt pubbliku” tfisser kuntratt għal interess pekunjarju konkluż bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar fis-sens tal-Artikoli 177 u 181, sabiex, bil-pagament ta’ prezz imħallas totalment jew parzjalment mill-baġit, tinkiseb il-provvista ta’ assi mobbli jew immobbli, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew il-provvista ta’ servizzi, li jinkludu:
|
|
(58) |
“investiment ta’ kważi ekwità” tfisser tip ta’ finanzjament li jinkwadra ruħu bejn l-ekwità u d-dejn, li għandu riskju akbar mid-dejn superjuri u riskju iżgħar mill-ekwità komuni u li jista’ jiġi strutturat bħala dejn, tipikament mingħajr garanzija u subordinat u f’xi każijiet konvertibbli f’ekwità, jew f’ekwità preferuta; |
|
(59) |
“riċevitur” tfisser benefiċjarju, kuntrattur, espert estern remunerat jew persuna jew entità li tirċievi premjijiet, donazzjonijiet mhux finanzjarji jew sostenn mill-baġit minn strument finanzjarju jew garanzija baġitarja, jew persuna li timplimenta fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c); |
|
(60) |
“ftehim ta’ riakkwist” tfisser il-bejgħ ta’ titoli għal flus bi ftehim li jerġgħu jinxtraw lura f’data futura speċifikata, jew fuq talba; |
|
(61) |
“approprjazzjoni tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku” tfisser approprjazzjoni li tkun imdaħħla jew f’wieħed mit-titoli tal-baġit relatati mal-qasam ta’ politika marbutin ma’ “Riċerka indiretta” jew “Riċerka diretta” jew f’kapitolu li jirrigwarda l-attivitajiet tar-riċerka f’titolu ieħor; |
|
(62) |
“riżultat” tfisser l-effetti tal-implimentazzjoni ta’ azzjoni ddeterminata f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur; |
|
(63) |
“strument ta’ qsim tar-riskju” tfisser strument finanzjarju li jippermetti l-kondiviżjoni ta’ riskju definit bejn żewġ entitajiet jew aktar, fejn ikun xieraq bi skambju għal remunerazzjoni li jkun intlaħaq qbil dwarha; |
|
(64) |
“kuntratt ta’ servizz” tfisser kuntratt li jkopri s-servizzi intellettwali u mhux intellettwali kollha għajr dawk li huma koperti minn kuntratti ta’ provvista, kuntratti ta’ xogħlijiet jew kuntratti ta’ bini; |
|
(65) |
“ġestjoni finanzjarja tajba” tfisser l-implimentazzjoni tal-baġit f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja; |
|
(66) |
“Regolamenti tal-Persunal” tfisser ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68; |
|
(67) |
“sottokuntrattur” tfisser operatur ekonomiku li jkun propost minn kandidat jew offerent jew kuntrattur biex iwettaq parti minn kuntratt jew minn benefiċjarju sabiex iwettaq parti mill-kompiti kofinanzjati minn għotja; |
|
(68) |
“abbonament” tfisser somom imħallsa lill-korpi li l-Unjoni hija membru fihom, f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-baġit u l-kundizzjonijiet ta’ pagament stabbiliti mill-korp ikkonċernat; |
|
(69) |
“kuntratt ta’ provvista” tfisser kuntratt li jkopri x-xiri, il-lokazzjoni, il-kiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, bil-possibbiltà jew le ta’ xiri, ta’ prodotti u li jistgħu jinkludu, bħala aspett sekondarju, operazzjonijiet fuq il-post u ta’ installazzjoni; |
|
(70) |
“assistenza teknika” tfisser, bla preġudizzju għar-regoli speċifiċi għas-setturi, l-appoġġ u l-attivitajiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ programm jew azzjoni, b’mod partikolari attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni, ta’ awditjar u ta’ kontroll; |
|
(71) |
“offerent” tfisser attur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta; |
|
(72) |
“Unjoni” tfisser l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, jew it-tnejn li huma, skont il-kuntest; |
|
(73) |
“istituzzjoni tal-Unjoni” tfisser il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (is-“SEAE”); il-Bank Ċentrali Ewropew ma għandux jitqies bħala istituzzjoni tal-Unjoni; |
|
(74) |
“bejjiegħ” tfisser attur ekonomiku rreġistrat f’lista ta’ bejjiegħa li għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw talbiet għall-parteċipazzjoni fi jew għall-preżentazzjoni ta’ offerti; |
|
(75) |
“għotja ta’ valur baxx” tfisser għotja ta’ EUR 15 000 jew anqas; |
|
(76) |
“voluntier” tfisser persuna li taħdem fuq bażi mhux obbligatorja mingħajr ħlas għal organizzazzjoni; |
|
(77) |
“xogħol” tfisser l-eżitu ta’ xogħlijiet ta’ bini jew ta’ inġinerija ċivili meħuda fl-intier tagħhom li minnu nnifsu jaqdi funzjoni ekonomika jew teknika; |
|
(78) |
“kuntratt ta’ xogħlijiet” tfisser kuntratt li jkopri:
|
Artikolu 3
Konformità ta’ leġiżlazzjoni sekondarja ma’ dan ir-Regolament
1. Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tal-baġit, u li jinsabu f’att bażiku, għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-baġit stabbiliti fit-Titolu II.
2. Bla preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe proposta jew emenda għal proposta mressqa lill-awtorità leġiżlattiva li jkun fiha derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament minbarra dawk stabbiliti fit-Titolu II, jew mill-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament għandha tindika b’mod ċar dawn id-derogi u għandha tagħti r-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikawhom fil-premessi u fil-memorandum ta’ spjegazzjoni ta’ tali proposti jew emendi.
Artikolu 4
Perjodi, dati u limiti ta’ żmien
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (39) għandu japplika għall-iskadenzi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Protezzjoni ta’ data personali
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.
TITOLU II
PRINĊIPJI
Artikolu 6
Rispett għall-prinċipji baġitarji u r-reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
1. Il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat f’konformità mal-prinċipji tal-unità, l-akkuratezza baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba u t-trasparenza kif stabbilit f’dan ir-Regolament.
2. L-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom jikkonformaw ukoll mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092.
3. Fl-implimentazzjoni tal-baġit, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-Artikolu 51 tal-Karta, u għandhom jirrispettaw il-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE rilevanti fl-implimentazzjoni tal-baġit.
KAPITOLU 1
Prinċipji tal-unità u tal-akkuratezza baġitarja
Artikolu 7
Ambitu tal-baġit
1. Għal kull sena finanzjarja, il-baġit għandu jipprevedi u jawtorizza d-dħul u n-nefqa kollha meqjusa neċessarji għall-Unjoni. Għandu jinkludi:
|
(a) |
id-dħul u n-nefqa tal-Unjoni, inkluża n-nefqa amministrattiva li tirriżulta mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-TUE li jirrigwardaw il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK), u n-nefqa operazzjonali kkaġunata mill-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet meta tkun iddebitata lill-baġit; |
|
(b) |
id-dħul u n-nefqa mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
2. Il-baġit għandu jkun fih approprjazzjonijiet differenzjati, li jikkonsistu f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta’ pagament, u approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
L-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja jikkonsistu minn:
|
(a) |
approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit, inkluż minn baġits emendatorji; |
|
(b) |
approprjazzjonijiet riportati minn snin finanzjarji preċedenti; |
|
(c) |
approprjazzjonijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni mill-ġdid f’konformità mal-Artikolu 15; |
|
(d) |
approprjazzjonijiet li jirriżultaw minn pagamenti ta’ prefinanzjament li jkunu tħallsu lura f’konformità l-Artikolu 12(4), il-punt (b); |
|
(e) |
approprjazzjonijiet ipprovduti wara li jasal id-dħul assenjat matul is-sena finanzjarja jew riportat minn snin finanzjarji preċedenti. |
3. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom ikopru l-kost totali tal-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja, soġġetti għall-Artikolu 114(2).
4. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament għadhom ikopru l-pagamenti mwettqa biex jiġu rispettati l-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew fis-snin finanzjarji preċedenti. Għandhom ikopru wkoll il-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 214.
5. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu milli jiġu impenjati approprjazzjonijiet b’mod globali jew milli jsiru impenji baġitarji f’pagamenti parzjali annwali kif previst b’mod rispettiv l-Artikolu 112(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) u fl-Artikolu 112(2).
Artikolu 8
Regoli speċifiċi dwar il-prinċipji tal-unità u l-akkuratezza baġitarja
1. Id-dħul u n-nefqa kollha għandhom jiġu rreġistrati f’linja baġitarja.
2. Mingħajr preġudizzju għan-nefqa awtorizzata li tirriżulta minn obbligazzjonijiet kontinġenti previsti fl-Artikolu 213(2), l-ebda nefqa ma tista’ tkun impenjata jew awtorizzata li tiżboq l-approprjazzjonijiet awtorizzati.
3. Approprjazzjoni għandha tiddaħħal fil-baġit biss jekk din tkun għal element ta’ nefqa meqjus bħala meħtieġ.
4. L-imgħax iġġenerat mill-pagamenti tal-prefinanzjament magħmulin mill-baġit ma għandux ikun dovut lill-Unjoni ħlief kif ikun previst mod ieħor fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew fil-ftehimiet ta’ finanzjament ikkonċernati.
KAPITOLU 2
Prinċipju tal-annwalità
Artikolu 9
Definizzjoni
L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għandhom ikunu awtorizzati għal sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.
Artikolu 10
Kontabbiltà baġitarja għad-dħul u l-approprjazzjonijiet
1. Id-dħul ta’ sena finanzjarja għandu jiddaħħal fil-kontijiet għal dik is-sena fuq il-bażi tal-ammonti miġbura matulha. Madankollu, ir-riżorsi proprji għax-xahar ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn qabel skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.
2. L-entrati fir-rigward tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u r-riżorsi proprji bbażati fuq l-Dħul Nazzjonali Gross jistgħu jiġu aġġustati f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.
3. L-entrati fir-rigward tar-riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (c), tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 jistgħu jiġu aġġustati f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2021/770.
4. L-impenji għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tal-impenji legali u fuq il-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 214 li jsiru, sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Madankollu, l-impenji baġitarji globali msemmija fl-Artikolu 112(4) għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tal-impenji baġitarji sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.
5. Il-pagamenti jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tal-pagamenti magħmulin mill-uffiċjal tal-kontabbiltà sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.
6. B’deroga mill-paragrafi 5 u 6:
|
(a) |
in-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għandha tiddaħħal fil-kontijiet għal sena finanzjarja abbażi tal-pagamenti mill-ġdid magħmulin mill-Kummissjoni lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, dment li l-ordni għall-pagament tkun waslet għand l-uffiċjal tal-kontabbiltà sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara; |
|
(b) |
in-nefqa implimentata taħt ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-FAEG għandha tiddaħħal fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tar-rimborżi magħmulin mill-Kummissjoni lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, inkluż in-nefqa ddebitata sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara kif stipulat fl-Artikoli 30 u 31. |
Artikolu 11
Impenjar tal-approprjazzjonijiet
1. L-approprjazzjonijiet mdaħħla fil-baġit jistgħu jiġu impenjati mill-1 ta’ Jannar, ladarba l-baġit jiġi adottat b’mod definittiv.
2. Mill-15 ta’ Ottubru tas-sena finanzjarja, in-nefqa segwenti tista’ tiġi impenjata bil-quddiem mal-approprjazzjonijiet ipprovduti għas-sena finanzjarja ta’ wara:
|
(a) |
nefqa amministrattiva ta’ rutina, dment li tali nefqa tkun ġiet approvata fl-aħħar baġit adottat kif xieraq, u sa massimu ta’ kwart wieħed biss tal-approprjazzjonijiet korrispondenti totali deċiżi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għas-sena finanzjarja kurrenti; |
|
(b) |
nefqa tal-ġestjoni ta’ rutina għall-FAEG, dment li l-bażi għal tali nefqa tkun stabbilita f’att bażiku eżistenti, u sa massimu ta’ tliet kwarti biss tal-approprjazzjonijiet korrispondenti totali deċiżi mill-Parlament u mill-Kunsill għas-sena finanzjarja kurrenti. |
Artikolu 12
Kanċellazzjoni u riporti ta’ approprjazzjonijiet
1. L-approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha jkunu ġew imdaħħla għandhom jiġu kkanċellati, sakemm ma jiġux riportati f’konformità mal-paragrafi 2 sa 8.
2. L-approprjazzjonijiet segwenti jistgħu jiġu riportati b’deċiżjoni li tittieħed skont il-paragrafu 3, iżda għas-sena finanzjarja ta’ wara biss:
|
(a) |
approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet mhux differenzjati, li għalihom il-parti l-kbira tal-istadji preparatorji tal-proċedura ta’ impenn tkun tlestiet sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja. Tali approprjazzjonijiet jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, bl-eċċezzjoni ta’ approprjazzjonijiet mhux differenzjati relatati ma’ proġetti ta’ bini li jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara; |
|
(b) |
approprjazzjonijiet li huma meħtieġa meta l-awtorità leġiżlattiva tkun adottat att bażiku fil-kwart finali tas-sena finanzjarja u l-Kummissjoni ma tkunx tista’ timpenja l-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom għal dak l-iskop sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Tali approprjazzjonijiet jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara; |
|
(c) |
approprjazzjonijiet ta’ pagament li huma meħtieġa biex ikopru impenji eżistenti jew impenji marbuta ma’ approprjazzjonijiet ta’ impenn riportati, meta l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li hemm provvediment dwarhom fil-linji baġitarji rilevanti għas-sena finanzjarja ta’ wara ma jkunux biżżejjed; |
|
(d) |
approprjazzjonijiet mhux impenjati li jirrigwardaw l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116. |
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta’ dan il-paragrafu, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jiġu riportati biex jiffinanzjaw ir-riżerva għall-agrikoltura fis-snin finanzjarji ta’ wara għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 16(2), it-tielet subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament u għal kwalunkwe perjodu lil hinn mill-2027 previst fir-regoli speċifiċi applikabbli għas-settur.
Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha l-ewwel tagħmel użu mill-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja kurrenti u ma għandhiex tagħmel użu mill-approprjazzjonijiet riportati sakemm l-oħrajn ikunu għadhom ma ġewx eżawriti.
Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet mhux impenjati kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta’ dan il-paragrafu, ma għandhomx jeċċedu, fil-limitu ta’ 2 % tal-approprjazzjonijiet inizjali vvotati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, l-ammont tal-aġġustament tal-pagamenti diretti applikati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116 matul is-sena finanzjarja preċedenti. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jiġu riversati lil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/2116.
3. L-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar ir-riporti msemmija fil-paragrafu 2 sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara. Hi għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta’ Marzu bid-deċiżjoni ta’ riport li tkun ħadet. Hija għandha tiddikjara wkoll, għal kull linja baġitarja, kif il-kriterji fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ġew applikati għal kull riport.
4. L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu riportati fir-rigward ta’:
|
(a) |
approprjazzjonijiet għar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza u għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. Tali approprjazzjonijiet jistgħu jiġu riportati biss għas-sena finanzjarja ta’ wara u jistgħu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena; |
|
(b) |
approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat intern. Tali approprjazzjonijiet jistgħu jiġu riportati biss għas-sena finanzjarja ta’ wara u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, bl-eċċezzjoni tad-dħul assenjat intern minn kirjiet u minn bejgħ ta’ bini u art li jista’ jiġi riportat sakemm jiġi eżawrit. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn, kif imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40), ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) u r-Regolament (UE) 2021/1060 , li jkunu disponibbli fil-31 ta’ Diċembru li jiġu minn pagamenti mill-ġdid ta’ pagamenti ta’ prefinanzjament, jistgħu jiġu riportati sal-għeluq tal-programm u jiġu użati meta meħtieġ, dment li ma jkunx għad hemm approprjazzjonijiet għall-impenji oħra disponibbli; |
|
(c) |
approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat estern. Tali approprjazzjonijiet għandhom jintużaw għalkollox sakemm l-operazzjonijiet kollha li jirrigwardaw il-programm jew l-azzjoni li jkunu ġew assenjati għalihom ikunu twettqu jew huma jkunu jistgħu jiġu riportati u jintużaw għall-programm jew għall-azzjoni sussegwenti. Dan ma għandux ikun japplika għad-dħul imsemmi fl-Artikolu 21(2), il-punt (g)(iii), li għalih għandhom jiġu kkanċellati l-approprjazzjonijiet mhux impenjati fi żmien ħames snin; |
|
(d) |
approprjazzjonijiet ta’ pagament relatati mal-FAEG li jirriżultaw minn sospensjonijietf’konformità mal-Artikoli 40, 41 u 42 tar-Regolament (UE) 2021/2116. |
5. It-trattament tad-dħul assenjat estern kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) f’ċerti programmi tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punt (e), għandu jkun konformi mal-Protokoll Nru 32 anness mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE).
6. Barra mill-informazzjoni prevista fil-paragrafu 3, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar approprjazzjonijiet li ġew riportati awtomatikament, inklużi l-ammonti involuti u d-dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu li taħtu l-approprjazzjonijiet ġew riportati.
7. L-approprjazzjonijiet mhux differenzjati legalment impenjati fi tmiem is-sena finanzjarja għandhom jitħallsu sa tmiem is-sena finanzjarja ta’ wara.
8. Bla preġudizzju għall-paragrafu 4, approprjazzjonijiet imqiegħda f’riżerva u approprjazzjonijiet għan-nefqa tal-persunal ma għandhomx jiġu riportati. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, in-nefqa għall-persunal tinkludi r-remunerazzjoni u l-allokazzjonijiet għall-membri u għall-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li huma soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal.
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet dettaljati dwar kanċellazzjoni u riporti ta’ approprjazzjonijiet
1. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati msemmija fil-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jistgħu jiġu riportati biss jekk l-impenji ma setgħux isiru qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja għal raġunijiet mhux attribwibbli għall-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u jekk l-istadji ta’ tħejjija jkunu avvanzati biżżejjed sabiex ikun raġonevoli li wieħed jistenna li l-impenn ikun ser isir sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, jew, relattivament għal proġetti ta’ bini, sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara.
2. L-istadji ta’ tħejjija msemmija fl-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), li għandhom jitlestew sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja sabiex ikun jista’ jsir riport għas-sena finanzjarja ta’ wara, huma b’mod partikolari:
|
(a) |
għal impenji baġitarji individwali fis-sens tal-Artikolu 112(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), meta titlesta l-għażla ta’ kuntratturi, benefiċjarji, rebbieħa tal-premjijiet jew delegati potenzjali; |
|
(b) |
għal impenji baġitarji globali fis-sens tal-Artikolu 112(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament jew l-għeluq tal-konsultazzjoni mad-dipartimenti kkonċernati f’kull istituzzjoni tal-Unjoni għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament. |
3. L-approprjazzjonijiet riportati f’konformità mal-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), li ma jkunux ġew impenjati sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, jew sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara għal ammonti relatati ma’ proġetti ta’ bini, għandhom jiġu kkanċellati awtomatikament.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet li jkunu ġew ikkanċellati f’konformità mal-ewwel subparagrafu fi żmien xahar wara l-kanċellazzjoni.
Artikolu 14
Diżimpenji
1. Meta jiġu diżimpenjati l-impenji baġitarji fi kwalunkwe sena finanzjarja wara dik li fiha jkunu saru bħala riżultat tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni totali jew parzjali tal-azzjonijiet li għalihom dawn kienu allokati, l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal tali diżimpenji għandhom jiġu kkanċellati, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42) u ir-Regolamenti (UE) Nru 514/2014, (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/2116 u minkejja l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.
2. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn imsemmija fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 514/2014, (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/2116 għandhom jiġu diżimpenjati awtomatikament f’konformità ma’ dawn ir-Regolamenti.
3. Dan l-Artikolu ma japplikax għad-dħul assenjat estern imsemmi fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 15
It-tqegħid għad-dispożizzjoni mill-ġdid ta’ approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal diżimpenji
1. L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-diżimpenji msemmija fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 514/2014, (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/2116 jistgħu jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’każ ta’ żball evidenti attribwibbli biss għall-Kummissjoni.
Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha teżamina d-diżimpenji magħmula matul is-sena finanzjarja preċedenti u għandha tiddeċiedi, sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja kurrenti, fuq il-bażi ta’ ħtiġijiet, jekk ikunx meħtieġ li tagħmel l-approprjazzjonijiet korrispondenti disponibbli mill-ġdid.
2. Barra l-każ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal diżimpenji għandhom jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-każ ta’ diżimpenn ta’ riżorsi trasferiti lura lejn il-fond li minnu ġew inizjalment trasferiti f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/1060.
3. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għall-ammont tad-diżimpenji magħmula bħala riżultat ta’ non implimentazzjoni parzjali jew totali tal-proġetti ta’ riċerka korrispondenti jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-ġdid għall-benefiċċju tal-programm ta’ riċerka li għalih jappartjenu l-proġetti jew is-suċċessur tiegħu fil-kuntest tal-proċedura baġitarja.
Artikolu 16
Regoli applikabbli fil-każ ta’ adozzjoni tard tal-baġit
1. Jekk il-baġit ma jkunx ġie adottat b’mod definittiv fil-bidu tas-sena finanzjarja, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 315 TFUE (is-sistema ta’ dodiċeżmi proviżorji). L-impenji u l-pagamenti jistgħu jsiru fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. L-impenji jistgħu jsiru għal kull kapitolu sa massimu ta’ kwart tat-total tal-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tal-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti flimkien ma’ dodiċeżmu għal kull xahar li jkun għadda.
Il-limitu tal-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwaru fl-abbozz ta’ baġit ma għandux jinqabeż.
Il-pagamenti jistgħu jsiru kull xahar għal kull kapitolu sa massimu ta’ dodiċeżmu tal-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tal-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu, dik is-somma ma għandhiex tkun aktar minn dodiċeżmu tal-approprjazzjonijiet previsti fl-istess kapitolu tal-abbozz ta’ baġit.
3. L-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tal-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti, kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-approprjazzjonijiet ivvotati fil-baġit, inkluż permezz ta’ baġits emendatorji, u wara aġġustament għat-trasferimenti li jkunu saru matul dik is-sena finanzjarja.
4. Jekk il-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-ġestjoni jkunu jitolbu dan, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jawtorizza nefqa li tkun aktar minn dodiċeżmu proviżorju iżda li ma jaqbiżx total ta’ erba’ dodiċeżmi proviżorji, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, kemm għall-impenji kif ukoll għall-pagamenti b’mod addizzjonali ma’ dawk li jsiru disponibbli b’mod awtomatiku f’konformità mal-paragrafi 1 u 2. Il-Kunsill għandu mingħajr dewmien jippreżenta d-deċiżjoni tiegħu dwar l-awtorizzazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara l-adozzjoni tagħha sakemm il-Parlament Ewropew ma jiħux xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
waqt li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, jiddeċiedi li jnaqqas in-nefqa qabel l-iskadenza tat-30 jum, f’liema każ il-Kummissjoni għandha tressaq proposta ġdida; |
|
(b) |
jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li ma jixtieqx inaqqas in-nefqa, f’liema każ id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza tat-30 jum. |
Id-dodiċeżmi addizzjonali għandhom ikunu awtorizzati b’mod sħiħ u ma għandhomx ikunu diviżibbli.
5. Jekk, għal kapitolu partikolari, l-awtorizzazzjoni ta’ erba’ dodiċeżmi proviżorji mogħtija skont il-paragrafu 4 ma tkunx suffiċjenti biex tiġi koperta n-nefqa meħtieġa biex tkun evitata interruzzjoni fil-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam kopert mill-kapitolu kkonċernat, tista’ eċċezzjonalment tingħata awtorizzazzjoni biex jinqabeż l-ammont tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu korrispondenti tal-baġit tas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu f’konformità mal-proċeduri previsti fil-paragrafu 4. Madankollu, it-total kumplessiv disponibbli tal-approprjazzjonijiet fil-baġit tas-sena finanzjarja preċedenti jew l-abbozz ta’ baġit, kif propost, ma għandux jinqabeż fl-ebda ċirkostanza.
KAPITOLU 3
Prinċipju tal-ekwilibriju
Artikolu 17
Definizzjoni u ambitu
1. Id-dħul u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.
2. L-Unjoni u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 ma għandhomx jidħlu għal dejn fil-qafas tal-baġit.
Artikolu 18
Bilanċ mis-sena finanzjarja
1. Il-bilanċ minn kull sena finanzjarja għandu jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta’ wara bħala dħul fil-każ ta’ surplus jew bħala approprjazzjoni ta’ pagament fil-każ ta’ defiċit.
2. L-estimi għad-dħul jew l-approprjazzjonijiet ta’ pagament imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiddaħħlu fil-baġit matul il-proċedura baġitarja u f’ittra ta’ emenda ppreżentata skont l-Artikolu 42 ta’ dan ir-Regolament. L-esitmi għandhom jitħejjew skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE, Euratom) 2021/768.
3. Wara li jiġu ppreżentati l-kontijiet proviżorji għal kull sena finanzjarja, kull diskrepanza bejn dawn il-kontijiet u l-estimi għandha tiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta’ wara permezz ta’ baġit emendatorju ddedikat għal dik id-diskrepanza biss. F’tali każ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta’ baġit emendatorju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament fi żmien 15 il-jum wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji.
KAPITOLU 4
Prinċipju tal-unità tal-kontijiet
Artikolu 19
Użu tal-euro
1. Il-qafas finanzjarju pluriennali u l-baġit għandhom jitħejjew u jiġu implementati f’euro u l-kontijiet għandhom ikunu ppreżentati f’euro. Madankollu, għall-finijiet ta’ flussi tal-flus imsemmija fl-Artikolu 77, l-uffiċjal tal-kontabbiltà, u fil-każ ta’ kontijiet tal-imprest, l-amministraturi tal-imprest, u, għall-ħtiġiet tal-ġestjoni amministrattiva tal-Kummissjoni u tas-SEAE, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, għandhom ikunu awtorizzati jwettqu operazzjonijiet f’muniti oħrajn.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi, jew f’kuntratti, ftehimiet ta’ għotja, ftehimiet ta’ kontribuzzjoni u ftehimiet ta’ finanzjament speċifiċi, il-konverżjoni mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandha ssir bir-rata tal-kambju tal-euro ta’ kuljum ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea dakinhar li d-dipartiment tal-awtorizzazzjoni joħroġ l-ordni għall-pagament jew l-ordni ta’ rkupru.
Jekk ma tiġi ppubblikata ebda rata ta’ kuljum bħal din, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu juża dik imsemmija fil-paragrafu 3.
3. Għall-finijiet tal-kontijiet previsti fl-Artikoli 82, 83 u 84, il-konverżjoni bejn l-euro u munita oħra ssir bl-użu tar-rata tal-kambju tal-kontabbiltà ta’ kull xahar tal-euro. Dik ir-rata tal-kambju tal-kontabbiltà għandha tiġi stabbilita mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni permezz ta’ kwalunkwe sors ta’ informazzjoni meqjus bħala kredibbli, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju fil-jum preċedenti tal-aħħar tax-xogħol tax-xahar qabel dak li għalih tiġi stabbilita r-rata.
4. L-operazzjonijiet ta’ konverżjoni tal-munita għandhom jitwettqu b’tali mod li jiġi evitat milli jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livell tal-kofinanzjament tal-Unjoni jew impatt detrimentali fuq il-baġit. Meta xieraq, ir-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u muniti oħrajn tista’ tiġi kkalkolata billi tittieħed il-medja tar-rata tal-kambju ta’ kuljum f’perjodu partikolari.
KAPITOLU 5
Prinċipju tal-universalità
Artikolu 20
Ambitu
Bla preġudizzju għall-Artikolu 21, id-dħul totali għandu jkopri t-total tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament. Bla preġudizzju għall-Artikolu 27, id-dħul u n-nefqa jiddaħħlu bis-sħiħ fil-baġit mingħajr tpaċija diretta.
Artikolu 21
Dħul assenjat
1. Id-dħul assenjat estern u d-dħul assenjat intern għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw elementi speċifiċi tan-nefqa.
2. Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern:
|
(a) |
kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifiċi addizzjonali minn Stati Membri inklużi kontribuzzjonijiet volontarji għal programmi, strumenti u attivitajiet tal-Unjoni; |
|
(b) |
approprjazzjonijiet relatati mad-dħul iġġenerat mill-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar stabbilit mill-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar anness għat-TUE u għat-TFUE. |
|
(c) |
għall-imgħax fuq id-depożiti u l-multi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (43); |
|
(d) |
id-dħul allokat għal skop speċifiku, bħall-introjtu minn fondazzjonijiet, minn sussidji, minn rigali u minn legati, inkluż id-dħul allokat speċifiku għal kull istituzzjoni tal-Unjoni; |
|
(e) |
il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-attivitajiet tal-Unjoni minn pajjiżi terzi jew mingħand korpi barra minn dawk stabbiliti taħt it-TFUE jew it-Trattat Euratom; |
|
(f) |
id-dħul assenjat intern imsemmi fil-paragrafu 3, sal-punt li dan ikun anċillari għad-dħul estern assenjat imsemmi f’dan il-paragrafu; |
|
(g) |
id-dħul mill-attivitajiet ta’ natura kompetittiva mwettqin miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) li jikkonsistu fi kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:
|
3. Dawn li ġejjin jikkostitwixxu dħul assenjat intern:
|
(a) |
dħul minn partijiet terzi fir-rigward ta’ oġġetti, servizzi jew xogħol fornuti fuq talba tagħhom; |
|
(b) |
dħul li joriġina mill-pagament mill-ġdid, f’konformità mal-Artikolu 101, ta’ ammonti mħallsa bi żball; |
|
(c) |
ir-rikavat mill-forniment ta’ oġġetti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet lil dipartimenti oħrajn f’istituzzjoni tal-Unjoni, jew lil istituzzjonijiet jew korpi oħrajn tal-Unjoni, inkluż rifużjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħrajn tal-Unjoni ta’ allokazzjonijiet ta’ missjonijiet imħallsa f’isimhom; |
|
(d) |
pagamenti tal-assigurazzjoni riċevuti; |
|
(e) |
id-dħul mill-kirjiet u mill-bejgħ ta’ bini u ta’ art; |
|
(f) |
pagamenti mill-ġdid għal strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji skont l-Artikolu 212(3), it-tieni subparagrafu; |
|
(g) |
dħul li jirriżulta mir-rimborż sussegwenti ta’ taxxi skont l-Artikolu 27(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b). |
4. Id-dħul assenjat għandu jiġi riportat u ttrasferit skont l-Artikolu 12(4), il-punti (b) u (c), u l-Artikolu 32.
5. Att bażiku jista’ jassenja d-dħul li huwa jipprevedi għal partiti speċifiċi tan-nefqa. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-att bażiku, tali dħul għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern.
6. Il-baġit għandu jinkludi linji li jakkomodaw id-dħul assenjat estern u d-dħul assenjat intern u għandu, fejn possibbli, jindika l-ammont.
Artikolu 22
Struttura biex takkomoda dħul assenjat u provvediment ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu) u għall-Artikolu 24, l-istruttura li takkomoda dħul assenjat fil-baġit irid ikollha:
|
(a) |
fid-dikjarazzjoni tad-dħul ta’ kull taqsima tal-istituzzjoni tal-Unjoni, linja baġitarja biex tirċievi d-dħul; |
|
(b) |
fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, il-kummenti, inklużi kummenti ġenerali, li juru liema linji baġitarji jistgħu jirċievu l-approprjazzjonijiet korrispondenti għad-dħul assenjat li jsiru disponibbli; |
|
(c) |
fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, anness, li jifforma parti integrali mill-baġit, li jistabbilixxi l-linji baġitarji kollha li għalihom huwa previst dħul assenjat intern jew estern u li jipprovdi informazzjoni dwar l-estimu tal-ammont ta’ tali dħul li għandu jiġi riċevut u l-ammont stmat ta’ dħul bħal dan li għandu jiġi riċevut li għandu jiġi riportat minn snin preċedenti għal kull linja baġitarja. |
Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tiddaħħal pro memoria, filwaqt li l-estimu tad-dħul għandu jiddaħħal fil-kummenti għal skopijiet ta’ informazzjoni.
2. L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat isiru disponibbli awtomatikament, kemm bħala approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll bħala approprjazzjonijiet ta’ pagament, meta d-dħul jiġi riċevut mill-istituzzjoni tal-Unjoni, ħlief f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
fil-każ previst fl-Artikolu 21(2), il-punt (a), għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u meta l-ftehim ta’ kontribuzzjoni jkun espress f’euro, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni meta l-Istat Membru jiffirma l-ftehim ta’ kontribuzzjoni; |
|
(b) |
fil-każ previst fl-Artikolu 21(2), il-punt (b), u fl-Artikolu 21(2), il-punti (g)(i) u (iii), l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni malli jsir l-estimu tal-ammont riċevibbli; |
|
(c) |
fil-każ previst fl-Artikolu 21(2), il-punt (c), id-dħul tal-ammonti fid-dikjarazzjoni tad-dħul iwassal għall-provvediment, fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament. |
L-approprjazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-Artikolu 20.
3. L-estimi tal-ammonti riċevibbli msemmija fl-Artikolu 21(2), il-punti (b) u (g), għandhom jintbagħtu lill-uffiċjal tal-kontabbiltà għar-reġistrazzjoni.
Artikolu 23
Kontribuzzjonijiet minn Stati Membri għal programmi ta’ riċerka
1. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-finanzjament ta’ ċerti programmi supplimentari ta’ riċerka, imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 għandhom jitħallsu kif ġej:
|
(a) |
seba’ dodiċeżmi tas-somma li tiddaħħal fil-baġit għandhom jitħallsu sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja kurrenti; |
|
(b) |
il-ħames dodiċeżmi li jifdal għandhom jitħallsu sal-15 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja kurrenti. |
2. Jekk il-baġit ikun għadu ma ġiex adottat definittivament fil-bidu tas-sena finanzjarja, il-kontribuzzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq is-somma mdaħħla fil-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti.
3. Kwalunkwe kontribuzzjoni jew pagament ieħor li l-Istati Membri jridu jagħmlu lill-baġit għandhom jiddaħħlu fil-kont jew kontijiet tal-Kummissjoni sa tletin jum mis-sejħa għall-fondi.
4. Il-pagamenti li jsiru għandhom jiddaħħlu fil-kont previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 u għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati minn dak ir-Regolament.
Artikolu 24
Dħul assenjat li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f’ċerti programmi tal-Unjoni
1. L-istruttura tal-baġit, biex takkomoda d-dħul mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f’ċerti programmi tal-Unjoni, għandha tkun kif ġej:
|
(a) |
fid-dikjarazzjoni tad-dħul, għandha tiddaħħal linja baġitarja b’entrata pro memoria sabiex takkomoda l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed mill-Istati tal-EFTA għas-sena finanzjarja; |
|
(b) |
fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, anness, li jifforma parti integrali mill-baġit, għandu jistabbilixxi l-linji baġitarji kollha li jkopru l-attivitajiet tal-Unjoni li jieħdu sehem fihom l-Istati tal-EFTA, u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-estimu tal-ammont tal-parteċipazzjoni ta’ kull Stat tal-EFTA. |
2. Taħt l-Artikolu 82 tal-Ftehim ŻEE, l-ammonti tal-parteċipazzjoni annwali tal-Istati tal-EFTA, kif ikkonfermati lill-Kummissjoni mill-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea skont l-Artikolu 1(5) tal-Protokoll Nru 32 anness mal-Ftehim ŻEE, għandhom iwasslu għad-dispożizzjoni, fil-bidu tas-sena finanzjarja, tal-ammonti sħaħ tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament korrispondenti.
3. L-użu tad-dħul li jirriżulta mill-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ Stati tal-EFTA għandu jiġi ssorveljat separatament.
Artikolu 25
Donazzjonijiet
1. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jaċċettaw kwalunkwe donazzjoni magħmula lill-Unjoni, bħall-introjtu minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati.
2. L-aċċettazzjoni ta’ donazzjoni ta’ valur ta’ EUR 50 000 jew aktar li tinvolvi imposta finanzjarja, inklużi kostijiet ta’ segwitu, li taqbeż l-10 % tal-valur tad-donazzjoni mogħtija, għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu fuq il-kwistjoni fi żmien xahrejn mindu jirċievu talba għal tali awtorizzazzjoni mingħand l-istituzzjonijiet ikkonċernati tal-Unjoni. Jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni matul dak il-perjodu, l-istituzzjonijiet kkonċernati tal-Unjoni għandhom jieħdu deċiżjoni finali fir-rigward tal-aċċettazzjoni tad-donazzjoni. L-istituzzjonijiet ikkonċernati tal-Unjoni għandhom, fit-talba tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jispjegaw l-imposti finanzjarji li jirriżultaw meta jiġu aċċettati donazzjonijiet magħmula lill-Unjoni.
3. Minkejja l-paragrafu 2, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ taċċetta kwalunkwe donazzjoni in natura magħmula lill-Unjoni, irrispettivament mill-valur tagħha, meta tali donazzjoni ssir għall-finijiet ta’ għajnuna umanitarja, appoġġ ta’ emerġenza, protezzjoni ċivili jew għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet.
Il-Kummissjoni tista’ taċċetta tali donazzjoni sakemm:
|
(a) |
l-aċċettazzjoni hija f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tat-trasparenza; |
|
(b) |
ma tagħtix lok għal kunflitti ta’ interess; |
|
(c) |
ma tagħmilx ħsara lill-immaġni tal-Unjoni; |
|
(d) |
ma tagħmilx ħsara jew ma hemmx ir-riskju li tagħmel ħsara lis-sigurtà jew lill-ordni pubbliku tal-Unjoni jew tal-Istati Membri; |
|
(e) |
id-donatur ma jkunx, fil-mument tal-proċedura ta’ aċċettazzjoni, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 138(1) u 143(1) u ma jkunx irreġistrat bħala eskluż fil-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 144(1). Id-donatur għandu jippreżenta d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 139. |
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jipprovdi informazzjoni fir-rapport tal-attività annwali msemmi fl-Artikolu 74(9) dwar il-każijiet kollha fejn il-Kummissjoni aċċettat donazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 26
Sponsorizzar korporattiv
1. “Sponsorizzar korporattiv” tfisser ftehim li bih persuna ġuridika tappoġġa, in natura, avveniment jew attività għal skopijiet promozzjonali jew ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva.
2. Fuq il-bażi tar-regoli interni speċifiċi, li għandhom jiġu ppubblikati fis-siti web rispettivi tagħhom, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu f’ċerti eċċezzjonijiet jaċċettaw sponsorizzar korporattiv dment li:
|
(a) |
ikun hemm kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ trattament ugwali u trasparenza fl-istadji kollha tal-proċedura għall-aċċettazzjoni ta’ sponsorizzar korporattiv; |
|
(b) |
jikkontribwixxi għall-immaġni pożittiva tal-Unjoni u jkollu rabta diretta mal-objettiv prinċipali ta’ avveniment jew ta’ attività; |
|
(c) |
la jiġġenera kunflitt ta’ interess u lanqas ma jikkonċerna esklużivament avvenimenti soċjali; |
|
(d) |
l-avveniment jew l-attività ma tkunx iffinanzjata esklużivament permezz ta’ sponsorizzar korporattiv; |
|
(e) |
is-servizz bi tpattija għal sponsorizzar korporattiv ikun limitat għall-viżibbiltà pubblika tal-marka kummerċjali jew isem l-isponsor; |
|
(f) |
l-isponsor mhuwiex, fil-ħin tal-proċedura ta’ sponsorizzar, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 138(1) u 143(1) u mhuwiex irreġistrat bħala eskluż fil-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 144(1). |
3. Meta l-valur tal-isponsorizzar korporattiv jaqbeż l-EUR 5 000, l-isponsor għandu jiġi elenkat f’reġistru pubbliku li jinkludi informazzjoni dwar it-tip ta’ avveniment jew ta’ attività li jkunu sponsorizzati.
Artikolu 27
Regoli dwar it-tnaqqis u l-aġġustamenti tar-rati tal-kambju
1. Jista’ jsir it-tnaqqis li ġej minn talbiet għall-pagament, li imbagħad jingħaddew għall-pagament tal-ammont nett:
|
(a) |
penali imposti fuq partijiet għal kuntratti jew fuq benefiċjarji; |
|
(b) |
skontijiet, rifużjonijiet u tnaqqis fuq fatturi individwali u dikjarazzjonijiet tal-kostijiet; |
|
(c) |
imgħax iġġenerat minn pagamenti ta’ prefinanzjament; |
|
(d) |
aġġustamenti għal ammonti mħallsa indebitament. |
L-aġġustamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (d), jistgħu jsiru bi tnaqqis dirett minn pagament ġdid interim jew mill-pagament tal-bilanċ lill-istess persuna li għandha titħallas taħt il-kapitolu, l-artikolu u s-sena finanzjarja li fiha sar il-pagament eċċessiv.
Ir-regoli tal-kontabbiltà tal-Unjoni għandhom japplikaw għat-tnaqqis imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (c) u (d).
2. Il-kost tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti lill-Unjoni li jinkorporaw taxxi rifużi lura mill-Istati Membri skont il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, għandu jiġi ddebitat mill-baġit għall-ammont qabel it-taxxa.
3. Il-kost tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti lill-Unjoni li jinkorporaw taxxi rifużi lura minn pajjiżi terzi fuq il-bażi tal-ftehimiet rilevanti jista’ jiġi ddebitat lill-baġit għal kwalunkwe wieħed mill-ammonti li ġejjin:
|
(a) |
l-ammont qabel it-taxxa; |
|
(b) |
l-ammont li jinkludi t-taxxa. |
Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), it-taxxi rimborżati sussegwentement għandhom jiġu ttrattati bħala dħul assenjat intern.
4. Aġġustamenti jistgħu jsiru fir-rigward tad-differenzi fil-kambju li jseħħu fl-implimentazzjoni tal-baġit. Il-qligħ jew it-telf finali għandu jkun inkluż fil-bilanċ tas-sena finanzjarja.
KAPITOLU 6
Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni
Artikolu 28
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu allokati għal skopijiet speċifiċi bit-titolu u bil-kapitolu. Il-kapitoli jerġgħu jinqasmu f’artikoli u partiti.
2. Il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni jistgħu jittrasferixxu approprjazzjonijiet fil-baġit soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 29 sa 32.
L-approprjazzjonijiet jistgħu jkunu ttrasferiti biss lejn linji baġitarji li għalihom il-baġit għandu approprjazzjonijiet awtorizzati jew li jkollhom entrata pro memoria.
Il-limiti msemmija fl-Artikoli 29, 30 u 31 għandhom jiġu kkalkolati fiż-żmien li ssir it-talba għat-trasferiment u b’referenza għall-approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit, inkluż il-baġits emendatorji.
L-ammont li jrid jiġi kkunsidrat għall-fini ta’ kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikoli 29, 30 u 31 għandu jkun is-somma tat-trasferimenti li jridu jsiru mil-linja baġitarja li minnha jkunu qegħdin isiru t-trasferimenti, wara li jkun sar l-aġġustament għat-trasferimenti li saru qabel. L-ammont li jikkorrispondi għat-trasferimenti li jitwettqu b’mod awtonomu mill-Kummissjoni, jew minn kwalunkwe istituzzjoni oħra kkonċernata tal-Unjoni mingħajr deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ma jittiħidx inkunsiderazzjoni.
Il-proposti għat-trasferimenti u l-informazzjoni kollha għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar trasferimenti magħmula skont l-Artikoli 29, 30 u 31 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta’ sostenn adatti u dettaljati li juru l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet u l-estimi tal-ħtiġijiet sal-aħħar ta’ dik is-sena finanzjarja, kemm għal-linji baġitarji li fihom għandhom jiġu ttrasferiti l-approprjazzjonijiet, kif ukoll għal dawk li minnhom iridu jittieħdu l-approprjazzjonijiet.
Artikolu 29
Trasferimenti minn istituzzjonijiet tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni
1. Kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni tista’, fit-taqsima proprja tagħha tal-baġit, tittrasferixxi approprjazzjonijiet:
|
(a) |
minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja murija fil-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment; |
|
(b) |
minn kapitolu wieħed għal ieħor mingħajr limitu. |
2. Bla preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, tliet ġimgħat qabel ma tagħmel trasferiment, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni tal-Unjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Fil-każ li jitqajmu oġġezzjonijiet debitament ġustifikati f’dan il-perjodu jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.
3. Kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fit-taqsima tagħha tal-baġit, trasferimenti minn titolu għal ieħor li jeċċedu l-limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), dan l-Artikolu. Dawn it-trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.
4. Kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni tista’, fit-taqsima tagħha tal-baġit, tagħmel trasferimenti fl-artikoli bla ma tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn qabel.
Artikolu 30
Trasferimenti mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni tista’, fit-taqsima tagħha stess tal-baġit, b’mod awtonomu:
|
(a) |
tittrasferixxi approprjazzjonijiet fl-istess kapitolu; |
|
(b) |
fir-rigward tan-nefqa fuq persunal u amministrazzjoni li hija komuni għal diversi titoli, tittrasferixxi approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja li tidher fil-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment, u sa massimu ta’ 30 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja li tidher fil-linja baġitarja li jsir it-trasferiment għaliha; |
|
(c) |
fir-rigward tan-nefqa operazzjonali, tittrasferixxi approprjazzjonijiet bejn kapitoli fl-istess titolu sa total massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja murija fil-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment; |
|
(d) |
fir-rigward tal-approprjazzjonijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku implimentati mill-JRC, fit-titolu tal-baġit li jirrigwarda il-qasam ta’ politika “Riċerka diretta”, titrasferixxi approprazzjonijiet bejn kapitoli sa massimu ta’ 15 % tal-approprjazzjonijiet fil-linja baġitarja li minnha jkun sar it-trasferiment; |
|
(e) |
fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, titrasferixxi approprjazzjonijiet operazzjonali minn titolu għal ieħor, dment li l-approprjazzjonijiet jintużaw għall-istess fini; |
|
(f) |
fir-rigward tan-nefqa operazzjonali tal-fondi implimentata taħt ġestjoni kondiviża, bl-eċċezzjoni tal-FAEG, tittrasferixxi approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor, dment li l-approprjazzjonijiet ikkonċernati jkunu għall-istess objettiv fis-sens tar-Regolament li jistabbilixxi l-fond ikkonċernat jew jikkostitwixxu nefqa ta’ assistenza teknika; |
|
(g) |
tittrasferixxi approprjazzjonijiet mill-partita baġitarja ta’ garanzija baġitarja lill-partita baġitarja ta’ garanzija baġitarja oħra, fil-każijiet eċċezzjonali meta r-riżorsi proviżjonati fil-fond ta’ proviżjonament komuni ta’ din tal-aħħar ma jkunux biżżejjed sabiex iħallsu talba għal pagament ta’ garanzija u soġġett għall-irkupru sussegwenti tal-ammont trasferit skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 215(4). |
In-nefqa msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, għandha tkopri l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(4) għal kull qasam ta’ politika.
Meta l-Kummissjoni tittrasferixxi approprjazzjonijiet tal-FAEG skont l-ewwel subparagrafu wara l-31 ta’ Diċembru, għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tagħha dwar dawk it-trasferimenti.
Tliet ġimgħat qabel ma tagħmel it-trasferimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Fil-każ li jitqajmu oġġezzjonijiet debitament ġustifikati f’dan il-perjodu jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.
Permezz ta’ deroga mir-raba’ subparagrafu, il-Kummissjoni tista’, matul l-aħħar xahrejn tas-sena finanzjarja, b’mod awtonomu tittrasferixxi approprjazzjonijiet relatati ma’ nefqa fuq persunal, persunal estern u aġenti oħrajn minn titolu għal ieħor sa limitu totali ta’ 5 % tal-approprjazzjonijiet għal dik is-sena. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tagħha dwar dawk it-trasferimenti.
2. Il-Kummissjoni tista’, fit-taqsima tagħha tal-baġit, tiddeċiedi dwar it-trasferimenti li ġejjin ta’ approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor, sakemm tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha:
|
(a) |
trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet mit-titolu tal-“provvedimenti” msemmi fl-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament, fejn l-unika kundizzjoni għat-tneħħija tar-riżerva tkun l-adozzjoni ta’ att bażiku skont l-Artikolu 294 tat-TFUE; |
|
(b) |
f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati bħal diżastri umanitarji u kriżijiet internazzjonali li jseħħu wara l-1 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja, trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet mhux użati għal dik is-sena li jkunu għadhom disponibbli fit-titoli baġitarji li jaqgħu taħt l-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali ddedikat għall-azzjoni esterna tal-Unjoni għat-titoli li jirrigwardaw l-operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja. |
Artikolu 31
Proposti ta’ trasferiment ippreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni
1. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tissottometti l-proposti ta’ trasferiment tagħha b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti għal trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-fondi implimentati taħt ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-FAEG lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara. It-trasferiment tal-approprjazzjonijiet tal-pagament jista’ jsir minn kwalunkwe partita baġitarja. F’tali każijiet, il-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat.
Jekk it-trasferiment ma jkunx approvat jew ikun approvat biss parzjalment mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-parti korrispondenti tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 10(7), il-punt (b), għandha tiġi ddebitata mill-approprjazzjonijiet tal-pagament fis-sena finanzjarja ta’ wara.
3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet f’konformità mal-paragrafi 4 sa 8.
4. Ħlief f’ċirkustanzi urġenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, b’dan tal-aħħar jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandhom jiddeliberaw fuq kull proposta ta’ trasferiment fi żmien sitt ġimgħat mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewha. F’ċirkostanzi urġenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fi żmien tliet ġimgħat minn meta jirċievu l-proposta.
5. Meta l-Kummissjoni jkun beħsiebha tittrasferixxi approprjazzjonijiet tal-FAEG skont dan l-Artikolu, din għandha tissottometti proposti ta’ trasferiment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara. F’tali każijiet, il-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat.
6. Proposta ta’ trasferiment għandha tiġi approvata jew ikkunsidrata biex tiġi approvata, jekk fil-perjodu ta’ sitt ġimgħat, iseħħ kwalunkwe wieħed minn dawn:
|
(a) |
il-Parlament Ewropew u l-Kunsill japprovawha; |
|
(b) |
jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill japprovaha u l-istituzzjoni l-oħra ma tiħux azzjoni; |
|
(c) |
la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jieħdu deċiżjoni biex jemendaw jew jirrifjutaw il-proposta ta’ trasferiment. |
7. Sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jitolbux mod ieħor, il-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
it-trasferiment jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-approprjazzjonijiet tal-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment u ma jaqbiżx il-EUR 5 000 000; |
|
(b) |
it-trasferiment jirrigwarda biss l-approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-ammont globali tat-trasferiment ma jaqbiżx il-EUR 100 000 000. |
8. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikun emenda l-ammont tat-trasferiment filwaqt li l-istituzzjoni l-oħra tkun approvatu jew ma tkunx ħadet azzjoni, jew jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma emendaw l-ammont tat-trasferiment, l-iżgħar miż-żewġ ammonti għandu jitqies bħala approvat, sakemm l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata ma tirtirax il-proposta ta’ trasferiment tagħha.
Artikolu 32
Trasferimenti soġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali
1. L-approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat jistgħu jkunu ttrasferiti biss jekk dan id-dħul jintuża għall-iskop li għalih ikun assenjat.
2. Deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti sabiex ikun permess l-użu tar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza skont l-Artikolu 9(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 għandhom jittieħdu mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill wara proposta mill-Kummissjoni.
Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31(3) u (4). Jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jaqblux mal-proposta tal-Kummissjoni u ma jistgħux jilħqu pożizzjoni komuni, huma ma għandhomx jaġixxu fuq dik il-proposta.
Il-Proposti għal trasferimenti mir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza għall-assistenza skont l-Artikolu 9(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta’ sostenn xierqa u dettaljati li juru:
|
(a) |
l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli għall-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet u l-estimu tar-rekwiżiti sa tmiem is-sena finanzjarja għal-linja baġitarja li għaliha jrid isir it-trasferiment; |
|
(b) |
analiżi tal-possibbiltajiet ta’ riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet. |
KAPITOLU 7
Prinċipju tal-ġestjoni u l-l-prestazzjoni finanzjarja tajba
Artikolu 33
Prestazzjoni u prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja
1. L-approprjazzjonijiet għandhom jintużaw skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u b’hekk għandhom jiġu implimentati b’osservanza lejn il-prinċipji li ġejjin:
|
(a) |
il-prinċipju tal-ekonomija li jirrikjedi li r-riżorsi użati mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha għandhom ikunu disponibbli fi żmien debitu, fi kwantità u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz; |
|
(b) |
il-prinċipju tal-effiċjenza li jikkonċerna l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati, l-attivitajiet imwettqa u l-ksib tal-objettivi; |
|
(c) |
il-prinċipju tal-effikaċja li jikkonċerna kemm intlaħqu l-objettivi fil-mira permezz tal-attivitajiet imwettqa. |
2. F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-użu tal-approprjazzjonijiet għandu jiffoka fuq il-prestazzjoni u għal dak il-għan:
|
(a) |
l-objettivi għall-programmi u għall-attivitajiet għandhom jiġu stabbiliti ex-ante; |
|
(b) |
il-progress fil-ksib tal-objettivi, inklużi dawk integrati, fejn rilevanti, għandu jiġi ssorveljati bl-indikaturi tal-prestazzjoni; |
|
(c) |
il-progress fil-ksib ta’ dawk l-objettivi u l-problemi dwarhom għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 41(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), u mal-Artikolu 253(1), il-punt (e); |
|
(d) |
il-programmi u l-attivitajiet għandhom, meta fattibbli u xieraq f’konformità mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur, jiġu implimentati biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti tagħhom mingħajr ma ssir ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, kif stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44); |
|
(e) |
il-programmi u l-attivitajiet għandhom, meta fattibbli u xieraq f’konformità mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur, jiġu implimentati biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti tagħhom li jirrispettaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg skont il-liġi nazzjonali applikabbli, il-liġi tal-Unjoni, il-konvenzjonijiet tal-ILO u l-ftehimiet kollettivi; |
|
(f) |
il-programmi u l-attivitajiet għandhom, meta fattibbli u xieraq f’konformità mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur, jiġu implimentati b’kont meħud tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u f’konformità ma’ metodoloġija xierqa għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri. |
3. Meta rilevanti, għandhom jiġu definiti objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, rilevanti u marbuta bil-ħin kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u indikaturi li huma rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli, robusti u bbażati fuq evidenza xjentifika rikonoxxuta b’mod mifrux u metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva. Meta xieraq, id-data miġbura fir-rigward ta’ tali indikaturi għandha tinqasam skont il-ġeneru u għandha tinġabar b’mod li jippermetti l-aggregazzjoni ta’ tali data fil-programmi rilevanti kollha.
Artikolu 34
Evalwazzjonijiet
1. Programmi u attivitajiet li jinvolvu nfiq sinifikanti għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet ex ante u retrospettivi, li għandhom ikunu proporzjonati għall-objettivi u n-nefqa.
2. L-evalwazzjonijiet ex ante li jappoġġaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet għandhom ikunu bbażati fuq evidenza dwar il-prestazzjoni tal-programmi jew tal-attivitajiet relatati u għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati, il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni, l-objettivi, l-effetti mistennija tal-alternattivi differenti u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.
Għal programmi jew attivitajiet kbar li jkunu mistennija li jkollhom impatti ekonomiċi, ambjentali jew soċjali sinifikanti, l-evalwazzjoni ex ante tista’ tieħu l-forma ta’ valutazzjoni tal-impatt li, minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, tanalizza d-diversi alternattivi dwar metodi ta’ implimentazzjoni.
3. L-evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni tal-programm jew tal-attività, inklużi aspetti bħall-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE. Evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni ġġenerata mill-arranġamenti u l-indikaturi ta’ monitoraġġ stabbiliti għall-azzjoni kkonċernata. Dawn għandhom isiru tal-anqas darba matul it-terminu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali u fejn possibbli f’biżżejjed żmien sabiex il-konstatazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjonijiet ex ante jew il-valutazzjonijiet tal-impatt li jappoġġaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet relatati.
Artikolu 35
Dikjarazzjoni finanzjarja obbligatorja
1. Kwalunkwe proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva mill-Kummissjoni, mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jew minn Stat Membru, li jista’ jkollha impatt fuq il-baġit, inkluż bidliet fl-għadd ta’ pożizzjonijiet, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja li turi l-estimi f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament u ta’ impenn, permezz ta’ valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, u minn evalwazzjoni ex ante jew valutazzjoni tal-impatt kif previst fl-Artikolu 34.
Kwalunkwe emenda għal proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva li jista’ jkollha impatt konsiderevoli fuq il-baġit, inkluż tibdil fl-għadd ta’ pożizzjonijiet, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja mħejjija mill-istituzzjoni tal-Unjoni li tkun qed tipproponi l-emenda.
Id-dikjarazzjoni finanzjarja għandha tinkludi d-data finanzjarja u ekonomika meħtieġa għall-valutazzjoni mill-awtorità leġiżlattiva tal-ħtieġa għal azzjoni mill-Unjoni. Għandha tipprovdi informazzjoni xierqa fir-rigward tal-koerenza ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni u kwalunkwe sinerġija possibbli.
Fil-każ ta’ operazzjonijiet pluriennali, id-dikjarazzjoni finanzjarja għandha tinkludi l-iskeda prevedibbli ta’ rekwiżiti annwali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament u pożizzjonijiet, inkluż għall-persunal estern, kif ukoll evalwazzjoni tal-impatt finanzjarju tagħhom fuq perjodu ta’ żmien medju u, fejn possibbli, dak twil.
2. Matul il-proċedura baġitarja, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għal paragun bejn bidliet fl-approprjazzjonijiet meħtieġa u l-previżjonijiet inizjali magħmula fid-dikjarazzjoni finanzjarja fid-dawl tal-progress tad-deliberazzjonijiet dwar il-proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva.
3. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ frodi, ta’ irregolaritajiet u ta’ nuqqas ta’ ksib tal-objettivi, id-dikjarazzjoni finanzjarja għandha tipprovdi informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita, stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli implikati b’tali sistema u valutazzjonital-livell mistenni ta’ riskju ta’ żbalji, kif ukoll informazzjoni dwar miżuri eżistenti u ppjanati ta’ prevenzjoni ta’ frodi u ta’ protezzjoni mill-frodi.
Tali valutazzjoni għandha tqis il-kobor u t-tip probabbli ta’ żbalji, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-qasam ta’ politika kkonċernat u r-regoli applikabbli għalih.
4. Meta jiġu ppreżentati proposti ta’ nfiq riveduti jew ġodda, il-Kummissjoni għandha tagħmel estimu tal-kostijiet u tal-benefiċċji tas-sistemi ta’ kontroll, kif ukoll il-livell mistenni ta’ riskju ta’ żbalji kif imsemmi fil-paragrafu 3.
Artikolu 36
Kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit
1. Skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit għandu jiġi implimentat f’konformità mal-kontroll intern effettiv u effiċjenti adatt għal kull metodu ta’ implimentazzjoni, u skont ir-regoli speċifiċi għas-settur.
2. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit, il-kontroll intern għandu jiġi applikat fil-livelli kollha tal-ġestjoni u għandu jitfassal biex jipprovdi aċċertazzjoni raġonevoli għall-ksib tal-objettivi li ġejjin:
|
(a) |
l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet; |
|
(b) |
l-affidabbiltà tar-rapportar; |
|
(c) |
is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni; |
|
(d) |
il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu ta’ irregolaritajiet inklużi frodi, korruzzjoni, kunflitti ta’ interess u finanzjament doppju, inkluż ukoll permezz tal-użu volontarju ta’ sistema integrata u interoperabbli unika ta’ informazzjoni u monitoraġġ, li tinkludi għodda unika ta’ estrazzjoni ta’ data u kejl tar-riskju, ipprovduta mill-Kummissjoni, u li tippermetti l-aċċess għal u l-ksib, ir-reġistrazzjoni, il-ħżin u l-analiżi tad-data dwar ir-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni inkluż is-sidien benefiċjarji tagħhom, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2015/849, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur; |
|
(e) |
il-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, fejn jittieħed kont tan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti kkonċernati. |
3. Il-kontroll intern effettiv għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar prattiki internazzjonali u jinkludi b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
segregazzjoni tal-kompiti; |
|
(b) |
strateġija xierqa ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar-riskju li tinkludi l-kontroll fil-livell tar-riċevitur; |
|
(c) |
traċċi adegwati għall-awditjar u integrità tad-data f’sistemi tad-data inklużi dawk elettroniċi; |
|
(d) |
proċeduri għall-monitoraġġ tal-effikaċja u l-effiċjenza; |
|
(e) |
proċeduri għas-segwitu ta’ dgħufijiet u eċċezzjonijiet fil-kontroll intern li jkunu identifikati; |
|
(f) |
valutazzjoni perjodika tal-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kontroll intern. |
4. Il-kontroll intern effiċjenti jkun ibbażat fuq l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-implimentazzjoni ta’ strateġija xierqa ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar-riskjukkoordinata fost parteċipanti xierqa involuti fil-katina tal-kontroll; |
|
(b) |
l-aċċessibbiltà għall-atturi xierqa kollha fil-katina tal-kontroll tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa; |
|
(c) |
is-serħan, meta jkun xieraq, fuq dikjarazzjonijiet ta’ sħab ta’ implimentazzjoni u fuq opinjonijiet tal-awditjar indipendenti, dment li l-kwalità tax-xogħol sottostanti tkun adegwata u aċċettabbli u tkun saret f’konformità mal-istandards miftehma; |
|
(d) |
l-applikazzjoni f’waqtha ta’ miżuri korrettivi inklużi, fejn xieraq, penali dissważivi; |
|
(e) |
leġiżlazzjoni ċara u mhux ambigwa bħala bażi għall-politiki kkonċernati, inkluż atti bażiċi dwar l-elementi tal-kontroll intern; |
|
(f) |
l-eliminazzjoni ta’ kontrolli multipli; |
|
(g) |
it-titjib tal-proporzjon kostijiet-benefiċċji tal-kontrolli. |
5. Jekk, matul l-implimentazzjoni, il-livell ta’ żbalji jkun persistentement għoli, il-Kummissjoni għandha tidentifika d-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll, tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ miżuri korrettivi possibbli u tieħu jew tipproponi azzjoni xierqa, bħas-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli, it-titjib tas-sistemi ta’ kontroll u d-disinn mill-ġdid tal-programm jew tas-sistemi ta’ kunsinna.
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-persuni jew l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1) għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli għall-Kummissjoni b’mod elettroniku, f’formatinteroperabbli u li jinqara mill-magni:
|
(a) |
dwar ir-riċevitur: l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 38(2), il-punti (a), (b) u (c), u l-Artikolu 38(6), it-tieni subparagrafu, u, fil-każ ta’persuna fiżika, id-data tat-twelid ukoll; |
|
(b) |
dwar l-operazzjoni: l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 38(2), il-punti (d) u (e), kif ukoll l-identifikatur uniku tal-operazzjoni; |
|
(c) |
dwar is-sid(ien) benefiċjarju/i tar-riċevituri, meta r-riċevituri mhumiex persuni fiżiċi: l-isem/ismijiet, il-kunjom(ijiet), id-data tat-twelid, u n-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru/i ta’ identifikazzjoni tat-taxxa meta disponibbli jew identifikatur uniku ieħor fil-livell tal-pajjiż. |
Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, fejn l-Istati Membri jirċievu u jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’aċċess għall-informazzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu biss meta jkollhom obbligu li jirreġistraw u jaħżnu tali informazzjoni f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur. Fin-nuqqas ta’ tali obbligu skont regoli speċifiċi għas-settur, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’aċċess għall-informazzjoni fil-pussess tagħhom kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, fuq bażi volontarja.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sa tmiem l-2027 valutazzjoni tal-istat ta’ tħejjija tas-sistema msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu, , fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
l-interoperabbiltà tiġi żgurata mas-sistemi u l-bażijiet tad-data rilevanti tal-IT, inklużi dawk tal-Istati Membri, li jippermettu trasferiment awtomatiku tal-informazzjoni rilevanti f’ħin reali fejn fattibbli, u jevitaw id-duplikazzjoni tar-rapportar; |
|
(b) |
l-indikaturi tar-riskju użati mis-sistema msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu jkunu uniformi biżżejjed, oġġettivi, proporzjonati u meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju, u jkunu bbażati fuq sorsi affidabbli ta’ informazzjoni; |
|
(c) |
is-sistema msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu tippermetti l-użu tal-intelliġenza artifiċjali għall-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data; |
|
(d) |
is-sistema msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu tikkonforma mal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “interoperabbiltà” tfisser il-ġbir minimu meħtieġ ta’ data minn u l-komunikazzjoni bejn diversi sorsi sabiex id-data tiġi vvalutata u r-riskji potenzjali jiġu evalwati b’mod effettiv.
L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-persuni jew l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1) jistgħu jużaw is-sistema msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu fuq bażi volontarja.
7. Is-sistema msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu għandha titfassal biex tiffaċilita l-valutazzjoni tar-riskju għall-finijiet tal-għażla, l-għoti, il-ġestjoni finanzjarja, il-monitoraġġ, l-investigazzjoni, il-kontroll u l-awditjar u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu effettivi tal-irregolaritajiet, inklużi l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess ul-finanzjament doppju u għandha:
|
(a) |
tuża biss indikaturi tar-riskju li huma oġġettivi, proporzjonati, meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju, kif ukoll ibbażati fuq sorsi affidabbli u ta’ data u informazzjoni; |
|
(b) |
tkun imfassla għall-użu tagħha f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data, inkluż il-minimizzazzjoni tad-data u l-limitazzjoni tal-ħżin, applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali; |
L-aċċess għad-data pproċessata mis-sistema msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu għandu jikkonforma mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, jirrispetta l-prinċipji ta’ neċessità u proporzjonalità u għandu jkun limitat għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni li jimplimentaw il-baġit, l-Istati Membri li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri li jirċievu u jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-persuni jew l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-korpi investigattivi, ta’ kontroll u ta’ awditjar, inklużi l-OLAF, il-Qorti tal-Awdituri, u l-UPPE, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Id-data disponibbli permezz tas-sistema msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolugħandha tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill fuq bażi ta’ każ b’każ sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat għall-eżerċitar tal-kompetenzi u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza għall-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur skont it-tifsira tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp, il-ġestjoni u s-superviżjoni tas-sistema msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu, għall-iżgurar tas-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, għall-awtentikazzjoni tal-utenti u għall-protezzjoni tas-sistema tal-IT kontra ġestjoni ħażina u użu ħażin.
Id-data għandha tinħażen għall-perjodu meħtieġ u proporzjonat biex jiġi ssodisfat l-fini ddeterminat fil-paragrafu 2, il-punt (d). Il-perjodu massimu possibbli ta’ ħżin ma għandux jaqbeż l-10 snin mill-aħħar talba għal pagament għall-perjodu ppreżentat lill-Kummissjoni.
8. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 144(2) u l-Artikolu 147, u flimkien ma’ kwalunkwe regola speċifika għas-settur applikabbli, il-persuni u l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u l-persuni u l-entitajiet li jimplimentaw il-fondi, meta l-baġit jiġi implimentat skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), mal-Istati Membri, għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni permezz ta’ kwalunkwe mezz uffiċjali, bħas-sistema ta’ informazzjoni awtomatizzata stabbilita mill-Kummissjoni li qed tintuża attwalment għar-rapportar ta’ frodi u irregolaritajiet (is-“Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet”), informazzjoni dwar fatti u sejbiet stabbiliti biss fil-kuntest ta’ sentenzi finali jew deċiżjonijiet amministrattivi finali b’referenza għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 138(1), il-punt (c) (iv) u l-punt (d), meta jsiru jafu b’tali informazzjoni. Għall-istess finijiet, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-informazzjoni meħtieġa l-oħra kollha mitluba mill-Kummissjoni, b’mod partikolari informazzjoni relatata mas-segwitu amministrattiv.
9. L-Istati Membri li jirċievu u jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandhom japplikaw il-paragrafi minn 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.
10. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu mill-Istati Membri li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ir-referenzi għar-riċevituri għandhom jinftiehmu bħala dawk imsemmija fl-Artikolu 38(1), it-tieni subparagrafu.
11. Bħala parti mill-istrateġija ta’ kontroll tagħha, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tfassal u twettaq kontrolli u awditi li jużaw għodod awtomatizzati tal-IT u teknoloġiji emerġenti.
KAPITOLU 8
Prinċipju tat-trasparenza
Artikolu 37
Pubblikazzjoni ta’ kontijiet u baġits
1. Il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat u l-kontijiet ippreżentati f’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.
2. Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jippubblika l-baġit u kwalunkwe baġit emendatorju, kif ikunu adottati b’mod definittiv, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-baġits għandhom ikunu ppubblikati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jkunu iddikjarat adottat b’mod definittiv.
Sakemm jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċifri dettaljati finali tal-baġit għandhom jiġu ppubblikati bil-lingwi kollha fuq is-sit web ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat wara l-adozzjoni definittiva tal-baġit.
Il-kontijiet annwali kkonsolidati għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit web ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni.
Artikolu 38
Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar riċevituri u informazzjoni oħra
1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli f’sit web ċentralizzat informazzjoni dwar ir-riċevituri ta’ fondi ffinanzjati mill-baġit sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha l-fondi jkunu ġew impenjati legalment, fejn il-baġit jiġi implimentat minnha f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 59(1), u mill-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71.
Meta l-baġit jiġi implimentat f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), u mal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli f’sit web ċentralizzat, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu,informazzjoni dwar ir-riċevituri sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha jkun ġie konkluż il-kuntratt jew il-ftehim li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-appoġġ. Meta l-baġit jiġi implimentat f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ir-referenzi f’dan l-Artikolu għar-riċevituri għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-riċevituri, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u l-benefiċjarji kif imsemmi fir-regoli speċifiċi għas-settur. L-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal tali riċevituri għandha tiġi ppubblikata dment li r-regoli speċifiċi għas-settur jirrikjedu l-ġbir u l-ħżin tagħhom.
2. Minbarra fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata, f’format miftuħ, interoperabbli u li jinqara mill-magni, li jippermetti li d-data tiġi ssortjata, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid, filwaqt li jiġu debitament ikkunsidrati r-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà, b’mod partikolari l-protezzjoni ta’ data personali:
|
(a) |
jekk ir-riċevitur huwiex persuna fiżika jew ġuridika; |
|
(b) |
l-isem ġuridiku sħiħ tar-riċevitur fil-każ ta’ persuna ġuridika u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tagħha meta disponibbli jew identifikatur uniku ieħor stabbilit fil-livell tal-pajjiż, l-isem u l-kunjom tar-riċevitur fil-każ ta’ persuna fiżika; |
|
(c) |
il-post fejn jinsab ir-riċevitur, jiġifieri:
|
|
(d) |
l-ammont impenjat u, fil-każ ta’ impenn b’riċevituri multipli, id-diżaggregazzjoni ta’ dan l-ammont għal kull riċevitur meta disponibbli; |
|
(e) |
in-natura u l-iskop tal-miżura. |
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tiġi ppubblikata u ma għandhiex tiġi ppreżentata għall-pubblikazzjoni f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għal:
|
(a) |
ammonti ta’ appoġġ għall-edukazzjoni mħallsin lil persuni fiżiċi u appoġġ dirett ieħor imħallas lil persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn kif imsemmija fl-Artikolu 194(4), il-punt (b); |
|
(b) |
kuntratti ta’ valur baxx ħafna mogħtija lil esperti magħżulin skont l-Artikolu 242(2) kif ukoll kuntratti ta’ valur baxx ħafna anqas mill-ammont imsemmi fil-punt 14.4 tal-Anness I; |
|
(c) |
appoġġ finanzjarju pprovdut permezz ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji għal ammont anqas minn EUR 500 000; |
|
(d) |
każijiet fejn id-divulgazzjoni toħloq ir-riskju li jiġu mhedda d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni jew entitajiet ikkonċernati kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew jekk tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali tar-riċevituri; |
|
(e) |
meta ma jkunx hemm bżonnha għall-pubblikazzjoni f’regoli speċifiċi għas-settur fejn il-baġit jiġi implimentat f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b). |
Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-informazzjoni li ssir disponibbli għandha tkun limitata għal data statistika, miġbura f’konformità ma’ kriterji rilevanti, bħal sitwazzjoni ġeografika, tipoloġija ekonomika tar-riċevituri, tip ta’ appoġġ riċevut u l-qasam politiku tal-Unjoni li fl-ambitu tiegħu jkun ingħata l-appoġġ.
Meta huma kkonċernati persuni fiżiċi, id-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun ibbażata fuq kriterji rilevanti bħall-frekwenza, jew it-tip ta’ miżura u l-ammonti involuti.
4. Persuni jew entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandhom jippubblikaw l-informazzjoni dwar ir-riċevituri f’konformità mar-regoli u l-proċeduri ta’ dawk il-persuni jew l-entitajiet, sal-punt fejn dawn ir-regoli jitqiesu ekwivalenti wara l-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 157 (3) u (4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), u dment li kull pubblikazzjoni ta’ data personali tkun soġġetta għal salvagwardji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Il-korpi nnominati skont l-Artikolu 63(3) għandhom jippubblikaw informazzjoni f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-setturi. Dawn ir-regoli speċifiċi għas-setturi jistgħu, f’konformità mal-bażi legali rilevanti, jidderogaw mill-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat.
L-Istati Membri li jirċievu u jimplimentaw fondi tal-Unjoni, skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandhom jiggarantixxu l-pubblikazzjoni ex post tal-informazzjoni dwar ir-riċevituri tagħhom, f’sit web ċentralizzat msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
5. Is-siti web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinkludu mill-inqas referenza għas-sit elettroniku ċentralizzat imsemmi fil-paragrafu 1 fejn tista’ tinstab l-informazzjoni msemmija f’dak il-paragrafu.
Il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni b’mod xieraq u f’waqtu, informazzjoni dwar sit tal-web ċentralizzat imsemmi fil-paragrafu 1, inkluża referenza għall-indirizz tiegħu, fejn tkun tista’ tinstab l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 4.
6. Għall-finijiet tal-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u għar-regoli speċifiċi għas-settur, il-Kummissjoni għandha tuża d-data rilevanti maħżuna fis-sistema msemmija fl-Artikolu 36(2), il-punt (d), biex tikkontribwixxi għas-sit web uniku msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Barra minn hekk, id-data tinkludi wkoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa ta’ persuni fiżiċi meta disponibbli jew identifikatur uniku ieħor stabbilit fil-livell tal-pajjiż bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tad-data trażmessa mingħajr ma tintuża għall-pubblikazzjoni.
7. Meta tiġi ppubblikata data personali, l-informazzjoni għandha titneħħa sentejn wara l-għeluq tas-sena finanzjarja li matulha l-fondi jkunu ġew impenjati legalment.
Meta l-baġit jiġi implimentat f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), id-data personali għandha titneħħa sentejn wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha jkun ġie stabbilit il-kuntratt jew il-ftehim li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ.
TITOLU III
STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BAĠIT
KAPITOLU 1
Stabbiliment tal-baġit
Artikolu 39
Estimi ta’ dħul u nefqa
1. Kull istituzzjoni tal-Unjoni barra mill-Kummissjoni għandha tħejji estimu tad-dħul u n-nefqa tagħha, li għandha tibgħat lill-Kummissjoni u, b’mod parallel, għal finijiet ta’ informazzjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.
2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkollu konsultazzjonijiet mal-membri tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika tal-iżvilupp, il-politika tal-viċinat, il-kooperazzjoni internazzjonali, l-għajnuna umanitarja u r-rispons f’każ ta’ kriżi, rigward ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.
3. Il-Kummissjoni għandha tħejji l-estimi tagħha, li hija, eżatt wara li tadottahom, għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fil-preparazzjoni tal-estimi tagħha, il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 40.
Artikolu 40
Estimu tal-baġit tal-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 70
Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, kull wieħed mill-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 70 għandu, f’konformità mal-istrument li jkun stabbilieh, jibgħat lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-abbozz tiegħu tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih l-ipprogrammar annwali u pluriennali bl-ippjanar korrispondenti għar-riżorsi umani u finanzjarji.
Artikolu 41
Abbozz ta’ baġit
1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta li tinkludi l-abbozz ta’ baġit lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Settembru tas-sena preċedenti dik li fiha l-baġit għandu jiġi implimentat. Hija għandha tippreżenta dik il-proposta, għal finijiet ta’ informazzjoni, lill-parlamenti nazzjonali.
L-abbozz ta’ baġit għandu jinkludi sommarju tad-dikjarazzjoni ġenerali rigward id-dħul u n-nefqa tal-Unjoni u għandu jikkonsolida l-estimi msemmija fl-Artikolu 39. Jista’ jkun fih ukoll estimi differenti minn dawk imfassla minn istituzzjonijiet tal-Unjoni.
L-abbozz ta’ baġit għandu jsegwi l-istruttura u l-preżentazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 47 sa 52.
Kull waħda mit-taqsimiet tal-abbozz ta’ baġit għandha tiġi ppreċeduta minn introduzzjoni magħmula mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tħejji l-introduzzjoni ġenerali għall-abbozz ta’ baġit. L-introduzzjoni ġenerali għandha tikkonsisti f’tabelli finanzjarji li jkopru d-data prinċipali skont it-titoli u l-ġustifikazzjonijiet għall-bidliet fl-approprjazzjonijiet minn sena finanzjarja għal dik ta’ warajha skont il-kategoriji tan-nefqa tal-qafas finanzjarju pluriennali.
2. Sabiex jiġu pprovduti previżjonijiet aktar preċiżi u affidabbli tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u tal-proposti leġiżlattivi pendenti, il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz ta’ baġit l-ipprogrammar finanzjarju indikattiv għas-snin ta’ wara strutturat skont il-kategorija tan-nefqa, il-qasam ta’ politika u l-linja baġitarja. L-ipprogrammar finanzjarju sħiħ għandu jkopri l-kategoriji ta’ nefqa koperti mill-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020. Għandu jiġi pprovdut sommarju tad-data għall-kategoriji ta’ nefqa mhux koperti mill-punt 26 ta’ dak il-Ftehim Interistituzzjonali.
L-ipprogrammar finanzjarju indikattiv għandu jiġi aġġornat wara l-adozzjoni tal-baġit sabiex jinkorpora r-riżultati tal-proċedura baġitarja u kull deċiżjoni rilevanti oħra.
3. Il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz ta’ baġit:
|
(a) |
tabella komparattiva li tinkludi l-abbozz ta’ baġit għal istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u l-estimi oriġinali ta’ istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni kif mibgħuta lill-Kummissjoni u, fejn applikabbli, li tistabbilixxi r-raġunijiet għalfejn l-abbozz ta’ baġit fih estimi differenti minn dawk imfassla minn istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni; |
|
(b) |
kwalunkwe dokument ta’ ħidma li tqis siewi b’rabta mat-tabelli tal-persunal ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, li juri l-aħħar tabella tal-persunal awtorizzata u li jippreżenta:
|
|
(c) |
għall-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71, dokument ta’ ħidma li jippreżenta d-dħul u n-nefqa, kif ukoll l-informazzjoni kollha dwar il-persunal kif imsemmija fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu; |
|
(d) |
dokument ta’ ħidma dwar l-implimentazzjoni ppjanata tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-dħul assenjat fis-sena preċedenti, inkluża informazzjoni dwar l-ammonti riportati għas-sena finanzjarja u dwar l-impenji pendenti; |
|
(e) |
fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-amministrazzjoni, dokument ta’ ħidma li jippreżenta n-nefqa amministrattiva li għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni skont it-taqsima tagħha tal-baġit u dokument ta’ ħidma dwar il-politika tal-bini tal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 272(1); |
|
(f) |
dokument ta’ ħidma dwar il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji li għandu jkun fihom valutazzjoni tar-riżultati u s-segwitu previst; |
|
(g) |
fir-rigward tal-finanzjament għal organizzazzjonijiet internazzjonali, dokument ta’ ħidma li jkun fih:
|
|
(h) |
dikjarazzjonijiet tal-programm jew kwalunkwe dokument rilevanti ieħor li jkun fih dan li ġej:
|
|
(i) |
sommarju tal-iskeda tal-pagamenti li jagħti fil-qosor skont il-programm u skont it-titolu il-pagamenti dovuti fi snin finanzjarji sussegwenti biex jiġu ssodisfati l-impenji baġitarji proposti fl-abbozz ta’ baġit li jkunu ġew impenjati fi snin finanzjarji preċedenti. |
Meta s-sħubijiet pubbliċi-privati jagħmlu użu minn strumenti finanzjarji, l-informazzjoni relatata ma’ dawk l-istrumenti għandha tkun inkluża fid-dokument ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 4.
4. Meta l-Kummissjoni tagħmel użu minn strumenti finanzjarji, għandha tehmeż dokument ta’ ħidma mal-abbozz ta’ baġit, li għal kull strument finanzjarju għandu jipprovdi dawn li ġejjin:
|
(a) |
referenza għall-istrument finanzjarju u l-att bażiku tiegħu, flimkien ma’ deskrizzjoni ġenerali tal-istrument, l-impatt tiegħu fuq il-baġit, id-durata ta’ żmien tiegħu u l-valur miżjud tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni; |
|
(b) |
l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fl-implementazzjoni, inkluża kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni tal-Artikolu 158(2); |
|
(c) |
il-kontribuzzjoni tal-istrument finanzjarju għall-ksib tal-objettivi tal-programm ikkonċernat kif imkejjel bl-indikaturi stabbiliti inkluża, fejn applikabbli, id-diversifikazzjoni ġeografika; |
|
(d) |
l-operazzjonijiet previsti, inkluż il-volumi mira abbażi tal-ingranaġġ fil-mira u l-kapital privat mistenni li jiġi mobilizzat jew, meta dan ma jkunx disponibbli, tal-effett ta’ ingranaġġ li jirriżulta mill-istrumenti finanzjarji eżistenti; |
|
(e) |
il-linji baġitarji li jikkorrispondu għall-operazzjonijiet rilevanti u l-impenji baġitarji aggregati u l-pagamenti mill-baġit; |
|
(f) |
il-medja tad-durata ta’ żmien bejn l-impenn baġitarju għall-istrumenti finanzjarji u l-impenji legali għal proġetti individwali fil-forma ta’ ekwità jew dejn, fejn dik id-durata ta’ żmien taqbeż it-tliet snin; |
|
(g) |
id-dħul u l-pagamenti mill-ġdid skont l-Artikolu 212(3), ippreżentati separatament, inkluż evalwazzjoni tal-użu tagħhom; |
|
(h) |
il-valur tal-investimenti ta’ ekwità, fir-rigward ta’ snin preċedenti; |
|
(i) |
l-ammont totali ta’ provvedimenti għal riskji u obbligazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni dwar l-iskopertura tal-Unjoni għal riskji finanzjarji, inkluż kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti; |
|
(j) |
telf li jsir minn assi u talbiet għal ħlas ta’ garanzija kemm għas-sena preċedenti kif ukoll iċ-ċifri akkumulati rispettivi; |
|
(k) |
il-prestazzjoni tal-istrument finanzjarju, inklużi l-investimenti magħmulin, l-ingranaġġ fil-mira u l-ingranaġġ miksub u l-effetti multiplikatur, u wkoll l-ammont ta’ kapital privat mobilizzat; |
|
(l) |
ir-riżorsi proviżjonati fil-fond ta’ proviżjonament komuni u, fejn applikabbli, il-bilanċ fuq il-kont fiduċjarju. |
Id-dokument ta’ ħidma msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi fih ukoll ħarsa ġenerali lejn in-nefqa amministrattiva li tirriżulta mit-tariffi tal-ġestjoni u imposti finanzjarji u operatorji oħra mħallsin għall-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji b’kollox u għal kull entità ġestjonarja u għal kull strument finanzjarju ġestit.
Il-Kummissjoni għandha tispjega r-raġunijiet tad-durata msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (f), u għandha, fejn adatt, tipprovdi pjan ta’ azzjoni għat-tnaqqis tad-durata fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ kwittanza.
Id-dokument ta’ ħidma msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jagħti sommarju f’tabella ċara u konċiża b’informazzjoni għal kull strument finanzjarju.
5. Meta l-Unjoni tkun tat garanzija baġitarja, il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz ta’ baġit dokument ta’ ħidma li, għal kull garanzija baġitarja u għall-fond ta’ proviżjonament komuni, jippreżenta dawn li ġejjin:
|
(a) |
referenza għall-garanzija baġitarja u għall-att bażiku tagħha, flimkien ma’ deskrizzjoni ġenerali tal-garanzija baġitarja, l-impatt tagħha fuq l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-baġit, id-durata tagħha u l-valur miżjud tal-appoġġ tal-Unjoni; |
|
(b) |
il-kontropartijiet għall-garanzija baġitarja, inkluż kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni tal-Artikolu 158(2); |
|
(c) |
il-kontribut tal-garanzija baġitarja għall-ksib tal-objettivi tal-garanzija baġitarja kif imkejjel bl-indikaturi stabbiliti, inkluż, fejn applikabbli, id-diversifikazzjoni ġeografika u l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat; |
|
(d) |
informazzjoni dwar l-operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja fuq bażi aggregata skont is-setturi, il-pajjiżi u l-istrumenti, inklużi, fejn applikabbli, portafolli u appoġġ kombinat ma’ azzjonijiet oħrajn tal-Unjoni; |
|
(e) |
l-ammont trasferit lir-riċevituri kif ukoll valutazzjoni tal-effett ta’ ingranaġġ miksub mill-proġetti appoġġati mill-garanzija baġitarja; |
|
(f) |
informazzjoni aggregata fuq l-istess bażi kif imsemmi fil-punt (d) dwar talbiet għal garanzija baġitarja, telf, redditi, ammonti rkuprati u kwalunkwe pagament ieħor riċevut; |
|
(g) |
l-ammont ta’ proviżjonament għall-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kull garanzija baġitarja, u valutazzjoni tal-adegwatezza tar-rata ta’ proviżjonament tagħha u tal-ħtieġa għar-rikostituzzjoni; |
|
(h) |
ir-rata ta’ proviżjonament effettiva tal-fond ta’ proviżjonament komuni u, fejn applikabbli, l-operazzjonijiet sussegwenti f’konformità mal-Artikolu 216(4). |
6. Meta l-Kummissjoni tagħmel użu minn fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni, għandha tehmeż mal-abbozz ta’ baġit dokument ta’ ħidma dettaljat dwar l-attivitajiet appoġġati minn dawk il-fondi fiduċjarji, inklużi:
|
(a) |
dwar l-implimentazzjoni tagħhom, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ monitoraġġ mal-entitajiet li jimplimentaw il-fondi fiduċjarji; |
|
(b) |
l-ispejjeż ta’ ġestjoni tagħhom; |
|
(c) |
il-kontribuzzjonijiet minn donaturi oħrajn barra l-Unjoni; |
|
(d) |
valutazzjoni preliminari tal-prestazzjoni tagħhom ibbażata fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 238(3); |
|
(e) |
deskrizzjoni dwar kif l-attivitajiet tagħhom ikkontribwew għall-objettivi stabbiliti fl-att bażiku tal-istrument li minnu toħroġ il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fondi fiduċjarji. |
7. Il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz ta’ baġit lista tad-deċiżjonijiet tagħha li jimponu multi fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni u l-ammont ta’ kull multa imposta, flimkien ma’ informazzjoni dwar jekk il-multi sarux definittivi jew jekk dawn humiex jew għad jistgħu jsiru soġġetti għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll, fejn possibbli, informazzjoni dwar meta kull multa hija mistennija li ssir definittiva. Il-Kummissjoni għandha tehmeż ukoll mal-abbozz ta’ baġit lista tad-deċiżjonijiet tagħha u l-ammonti li ddaħħlu jew li jistgħu jiddaħħlu bħala dħul negattiv għall-baġit skont l-Artikolu 48(2), il-punt (b).
8. Il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż mal-abbozz ta’ baġit kwalunkwe dokument ta’ ħidma ieħor li tqis bħala utli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill sabiex jivvalutaw it-talbiet tal-baġit.
9. F’konformità mal-Artikolu 8(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (45), il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien mal-abbozz ta’ baġit, dokument ta’ ħidma li jippreżenta, b’mod komprensiv:
|
(a) |
in-nefqa amministrattiva u operazzjonali kollha relatata mal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni, inklużi l-kompiti tal-PESK u tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, u ffinanzjata mill-baġit; |
|
(b) |
in-nefqa amministrattiva globali tas-SEAE għas-sena preċedenti, imqassma f’nefqa skont id-delegazzjoni tal-Unjoni u nefqa għall-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE, flimkien man-nefqa operattiva, imqassma skont iż-żona ġeografika (reġjuni, pajjiżi), l-oqsma tematiċi, id-delegazzjonijiet u l-missjonijiet tal-Unjoni. |
10. Id-dokument ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 9 għandu wkoll:
|
(a) |
juri l-għadd ta’ pożizzjonijiet għal kull grad f’kull kategorija u l-għadd ta’ pożizzjonijiet permanenti u temporanji, inkluż il-persunal kuntrattwali u lokali awtorizzat fil-limiti tal-approprjazzjonijiet f’kull Delegazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll fl-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE; |
|
(b) |
juri kwalunkwe żieda jew tnaqqis, meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti, fil-pożizzjonijiet skont il-grad u l-kategorija fl-amministrazzjoni ċentbrali tas-SEAE u fid-delegazzjonijiet kollha tal-Unjoni; |
|
(c) |
juri l-għadd ta’ pożizzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja u għas-sena finanzjarja preċedenti, kif ukoll l-għadd ta’ pożizzjonijiet okkupati minn uffiċjali diplomatiċi ssekondati mill-Istati Membri, u minn uffiċjali tal-Unjoni; |
|
(d) |
jipprovdi stampa dettaljata tal-persunal kollu fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-mument tal-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ baġit, diżaggregata skont iż-żona ġeografika, il-ġeneru, il-pajjiż individwali u l-missjoni, filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal, l-aġenti kuntrattwali, l-aġenti lokali u l-esperti nazzjonali ssekondati, u tal-approprjazzjonijiet mitluba fl-abbozz tal-baġit għal tipi simili ta’ persunal flimkien ma’ estimi korrispondenti tal-għadd ta’ ekwivalenti ta’ ngaġġ full-time abbażi tal-approprjazzjonijiet mitluba. |
Artikolu 42
Ittra ta’ emenda għall-abbozz ta’ baġit
Fuq il-bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni ġdida li ma kinitx disponibbli fiż-żmien meta ġie stabbilit l-abbozz tal-baġit, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha jew jekk mitluba minn istituzzjoni oħra tal-Unjoni fir-rigward tat-taqsima rispettiva tagħha, tippreżenta simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ittra jew ittri emendatorji għall-abbozz ta’ baġit qabel ma jitlaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 314 TFUE. Tali ittri jistgħu jinkludu ittra emendatorja li taġġorna, b’mod partikolari, l-estimi ta’ nefqa għall-agrikoltura.
Artikolu 43
Obbligi tal-Istati Membri bħala riżultat tal-adozzjoni tal-baġit
1. Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiddikjara l-baġit adottat b’mod definittiv f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 314(9) TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom.
2. Ladarba l-baġit ikun iddikjarat bħala adottat b’mod definittiv, kull Stat Membru għandu, mill-1 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara jew mid-data tad-dikjarazzjoni tal-adozzjoni definittiva tal-baġit jekk dik isseħħ wara l-1 ta’ Jannar, ikun marbut li jagħmel il-pagamenti dovuti lill-Unjoni kif speċifikat fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 u (UE, Euratom) 2021/770.
Artikolu 44
Abbozzi ta’ baġits emendatorji
1. Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta abbozzi ta’ baġits emendatorji li jkunu primarjament ibbażati fuq id-dħul fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
biex iddaħħal fil-baġit il-bilanċ tas-sena finanzjarja preċedenti, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18; |
|
(b) |
biex tirrevedi t-tbassir tar-riżorsi proprji abbażi ta’ previżjonijiet ekonomiċi aġġornati; |
|
(c) |
biex taġġorna t-tbassir rivedut tar-riżorsi proprji u ta’ dħul ieħor, kif ukoll biex teżamina mill-ġdid id-disponibbiltà ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-ħtiġijiet għalihom. |
Jekk ikun hemm ċirkostanzi li ma jkunux jistgħu jiġu evitati u li jkunu eċċezzjonali u mhux previsti, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta abbozz ta’ baġits emendatorji bbażati primarjament fuq l-infiq.
2. Talbiet għal baġits emendatorji, fl-istess ċirkostanzi kif imsemmi fil-paragrafu 1, minn istituzzjonijiet tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.
Qabel jippreżentaw abbozz ta’ baġit emendatorju, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet oħrajn ikkonċernati tal-Unjoni għandhom jeżaminaw il-possibilità ta’ riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet rilevanti, b’referenza partikolari għal kwalunkwe sottoimplimentazzjoni mistennija ta’ approprjazzjonijiet.
L-Artikolu 43 għandu japplika għal baġits emendatorji. Il-baġits emendatorji għandhom ikunu sostanzjati permezz ta’ referenza għall-baġit li jkunu qed jemendaw l-estimi tiegħu.
3. Il-Kummissjoni għandha, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati, tippreżenta l-abbozzi ta’ baġits emendatorji tagħha simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Settembru ta’ kull sena finanzjarja. Hi tista’ tehmeż opinjoni mat-talbiet minn istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni għal baġits emendatorji.
4. L-abbozzi ta’ baġits emendatorji għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet u informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-snin finanzjarji preċedenti u kurrenti li kienu disponibbli meta ġew stabbiliti.
Artikolu 45
Trażmissjoni bikrija tal-estimi u l-abbozzi tal-baġit
Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiftiehmu li jressqu ’l quddiem ċerti dati għat-trażmissjoni tal-estimi, u għall-adozzjoni u t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ baġit. Madankollu, tali arranġament ma għandux ikollu effett li jqassar jew jestendi l-perijodi li jkunu previsti għall-kunsiderazzjoni ta’ dawk it-testi skont l-Artikolu 314 TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom.
KAPITOLU 2
Struttura u preżentazzjoni tal-baġit
Artikolu 46
Struttura tal-baġit
Il-baġit għandu jikkonsisti f’dawn li ġejjin:
|
(a) |
dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u tan-nefqa; |
|
(b) |
taqsimiet separati għal kull istituzzjoni tal-Unjoni, ħlief il-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill li għandhom jaqsmu l-istess taqsima, suddiviżi f’dikjarazzjonijiet tad-dħul u tan-nefqa. |
Artikolu 47
Nomenklatura tal-baġit
1. Id-dħul tal-Kummissjoni u d-dħul u n-nefqa tal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni għandhom ikunu kklassifikati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont it-tip tagħhom jew l-użu li għalih huma assenjati f’titoli, f’kapitoli, f’artikoli u f’partiti.
2. Id-dikjarazzjoni tan-nefqa għat-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni għandha tkun stabbilita fuq il-bażi ta’ nomenklatura adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u kklassifikata skont il-fini tan-nefqa.
Kull titolu għandu jikkorrispondi għal qasam ta’ politika u kull kapitolu għandu, bħala regola, jikkorrispondi għal programm jew għal attività.
Kull titolu jista’ jinkludi approprjazzjonijiet operattivi u dawk amministrattivi. L-approprjazzjonijiet amministrattivi għal titolu għandhom ikunu miġbura flimkien f’kapitolu wieħed.
In-nomenklatura tal-baġit għandha tikkonforma mal-prinċipji tal-ispeċifikazzjoni, tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tat-trasparenza. Hija għandha tipprovdi ċ-ċarezza u t-trasparenza meħtieġa għall-proċess baġitarju, tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-objettivi ewlenin kif riflessi fil-bażijiet legali rilevanti, tagħmel l-għażliet dwar il-prijoritajiet politiċi possibbli u tippermetti l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva.
3. Il-Kummissjoni tista’ titlob li tiddaħħal entrata pro memoria fuq entrata mingħajr approprjazzjonijiet awtorizzati. Tali talba għandha tiġi approvata f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.
4. Meta ppreżentati skont l-iskop, l-approprjazzjonijiet amministrattivi għal titoli individwali għandhom ikunu kklassifikati kif ġej:
|
(a) |
in-nefqa fuq il-persunal awtorizzat fit-tabella tal-persunal, li għandha tinkludi ammont ta’ approprjazzjonijiet u għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal li jikkorrispondu għal dik in-nefqa; |
|
(b) |
in-nefqa fuq il-persunal estern u nefqa oħra imsemmi fl-Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u ffinanzjat mill-intestatura “amministrazzjoni” tal-qafas finanzjarju pluriennali; |
|
(c) |
in-nefqa fuq bini u nefqa relatata oħra, inklużi tindif u manutenzjoni, kiri, telekomunikazzjonijiet, ilma, gass u elettriku; |
|
(d) |
in-nefqa fuq il-persunal estern u għajnuna teknika marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-programmi. |
Kwalunkwe nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni ta’ tip li jkun komuni għal bosta titoli għandha tiġi inkluża f’dikjarazzjoni sommarja separata u kklassifikata skont it-tip.
Artikolu 48
Dħul negattiv
1. Il-baġit ma għandux ikun fih dħul negattiv.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dawn li ġejjin għandhom jitnaqqsu mid-dħul tal-baġit:
|
(a) |
it-total tar-remunerazzjoni negattiva tad-depożiti; |
|
(b) |
meta l-ammonti tal-multi, penali jew sanzjonijiet oħra skont it-TFUE jew it-Trattat Euratom imsemmija fl-Artikolu 108(1) jiġu kkanċellati jew imnaqqsa mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kwalunkwe imgħax jew imposta oħra dovuta lill-partijiet ikkonċernati, inkluż kull redditu negattiv relatat ma’ dawk l-ammonti. |
Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-imgħax jew imposta oħra għandhom ikunu riflessi fl-abbozz ta’ baġit f’linja baġitarja speċifika, u l-Kummissjoni għandha taġġorna l-informazzjoni msemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 41(7) flimkien mal-baġit emendatorju msemmi fl-Artikolu 18(3).
3. Ir-riżorsi proprji mħallsa skont id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 għandhom ikunu ammonti netti u għandhom jintwerew bħala tali fid-dikjarazzjoni sommarja tad-dħul fil-baġit.
Artikolu 49
Dispożizzjonijiet
1. Kull taqsima tal-baġit tista’ tinkludi titolu “dispożizzjonijiet”. L-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu f’dak it-titolu fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
ma jkun jeżisti l-ebda att bażiku għall-azzjoni kkonċernata meta l-baġit ikun ġie stabbilit; |
|
(b) |
ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed jiddubita mill-adegwatezza tal-approprjazzjonijiet jew mill-possibilità tal-implimentazzjoni, f’kundizzjonijiet konformi mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-approprjazzjonijiet mdaħħla fil-linji baġitarji kkonċernati. |
L-approprjazzjonijiet f’dak it-titolu jistgħu jintużaw biss wara trasferimenti f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(2), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet fejn l-adozzjoni tal-att bażiku tkun soġġetta għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 294 TFUE, u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament, għall-każijiet l-oħrajn kollha.
2. Fil-każ ta’ diffikultajiet serji fl-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’, fil-kors ta’ sena finanzjarja, tipproponi li l-approprjazzjonijiet ikunu ttrasferiti lejn it-titolu “provvedimenti”. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jieħdu deċiżjoni rigward dawn it-trasferimenti kif previst fl-Artikolu 31.
Artikolu 50
Riżerva negattiva
It-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni tal-baġit tista’ tinkludi “riżerva negattiva” limitata għal ammont massimu ta’ EUR 200 000 000. Tali riżerva, li għandha tkun mdaħħla f’titolu separat, għandha tinkludi biss approprjazzjonijiet ta’ pagament.
Din ir-riżerva negattiva għandha tkun imħejjija qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja permezz ta’ trasferimenti b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 30 u 31.
Artikolu 51
Riżerva għal Għajnuna ta’ Emerġenza
1. It-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni tal-baġit għandha tinkludi riżerva għall-għajnuna ta’ emerġenza għal pajjiżi terzi.
2. Ir-riżerva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża qabel tmiem is-sena finanzjarja permezz ta’ trasferimenti f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 30 u 32.
Artikolu 52
Preżentazzjoni tal-baġit
1. Il-baġit għandu juri:
|
(a) |
fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u n-nefqa:
|
|
(b) |
f’kull taqsima, id-dħul u n-nefqa li jsegwu l-istess struttura kif stabbilit fil-punt (a); |
|
(c) |
fir-rigward tal-persunal:
|
|
(d) |
fir-rigward tal-assistenza finanzjarja u tal-garanziji baġitarji:
|
|
(e) |
fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji li għandhom jiġu stabbiliti mingħajr att bażiku:
|
|
(f) |
fir-rigward tal-fondi implimentati minn persuni jew entitajiet skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c):
|
|
(g) |
l-ammont totali tan-nefqa tal-PESK imdaħħla f’kapitolu, intitolat “PESK”, b’artikoli speċifiċi, li jkopru n-nefqa tal-PESK u li jkun fih linji baġitarji speċifiċi li jidentifikaw mill-inqas il-missjonijiet ewlenin individwali. |
2. Minbarra d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jehmżu mal-baġit kwalunkwe dokument rilevanti ieħor.
Artikolu 53
Regoli dwar it-tabelli tal-persunal
1. It-tabelli tal-persunal imsemmija fl-Artikolu 52(1), il-punt (c), għandhom jikkostitwixxu limitu assolut għal kull istituzzjoni jew korp tal-Unjoni. Ma għandha ssir ebda ħatra li tiżboq il-limitu stabbilit.
Madankollu, apparti milli fil-każ tal-gradi AD 14, AD 15 u AD 16, kull istituzzjoni jew korp tal-Unjoni jistgħu jimmodifikaw it-tabelli tal-persunal tagħhom b’sa 10 % tal-karigi awtorizzati, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-volum tal-approprjazzjonijiet tal-persunal li jikkorrispondu għal sena finanzjarja sħiħa ma jkunx affettwat; |
|
(b) |
il-limitu tal-għadd totali ta’ pożizzjonijiet awtorizzati minn kull tabella tal-persunal ma jinqabiżx; |
|
(c) |
l-istituzzjoni jew korp tal-Unjoni jkunu ħadu sehem f’eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra kif mibdi permezz tal-eżerċizzju ta’ eżami analitiku tal-persunal tal-Kummissjoni. |
Mill-anqas, tliet ġimgħat qabel ma tagħmel modifika kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. F’każ li jitqajmu oġġezzjonijiet iġġustifikati kif xieraq f’dan il-perjodu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, l-istituzzjoni tal-Unjoni għandha żżomm lura milli tagħmel il-modifiki u għandha tkun tapplika l-proċedura stabbiliti fl-Artikolu 44.
2. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-effetti tax-xogħol part-time awtorizzat mill-awtorità tal-ħatra f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu bbilanċjati b’ħatriet oħrajn.
KAPITOLU 3
Dixxiplina baġitarja
Artikolu 54
Konformità mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u mad-deċiżjoni dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
Il-baġit għandu jkun konformi mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053.
Artikolu 55
Konformità tal-atti tal-Unjoni mal-baġit
Meta l-implimentazzjoni ta’ att tal-Unjoni teċċedi l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit, tali att ma għandux jiġi implimentat f’termini finanzjarji sa meta l-baġit ikun ġie emendat kif meħtieġ.
TITOLU IV
IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 56
Implimentazzjoni tal-baġit f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta d-dħul u n-nefqa tal-baġit f’konformità ma’ dan ir-Regolament, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati.
2. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni hekk li l-approprjazzjonijiet jintużaw f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
Artikolu 57
Informazzjoni dwar it-trasferimenti ta’ data personali għal finijiet ta’ awditjar
Fi proċeduri ta’ għoti, fosthom fi kwalunkwe sejħa magħmula fil-kuntest ta’ għotjiet, ta’ donazzjonijiet mhux finanzjarji, ta’ akkwisti jew ta’ premjijiet implimentati b’ġestjoni diretta, il-benefiċjarji, il-kandidati, l-offerenti u l-parteċipanti potenzjali, għandhom jiġu informati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 li, bl-iskop li jkunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, id-data personali tagħhom tista’ tiġi ttrasferita lis-servizzi ta’ awditjar intern, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-UPPE, jew lill-OLAF u bejn l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, u l-aġenziji eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament u l-korpi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikoli 70 u 71 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 58
Att bażiku u eċċezzjonijiet
1. L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għal kwalunkwe azzjoni tal-Unjoni għandhom jintużawbiss jekk ikun ġie adottat att bażiku.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5, l-approprjazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu implimentati mingħajr att bażiku sakemm l-azzjonijiet li jkunu intenzjonati li jiffinanzjaw ikunu fil-kompetenzi tal-Unjoni:
|
(a) |
approprjazzjonijiet għal proġetti pilota ta’ natura sperimentali mfasslin biex jittestjaw il-fattibbiltà ta’ azzjoni u s-siwi tagħha; |
|
(b) |
approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji fil-qasam tal-applikazzjoni tat-TFUE u t-Trattat Euratom, imfassla għat-tħejjija ta’ proposti li jwasslu għall-adozzjoni ta’ azzjonijiet futuri; |
|
(c) |
approprjazzjonijiet għal miżuri preparatorji fil-qasam tat-Titolu V tat-TUE; |
|
(d) |
approprjazzjonijiet għal azzjonijiet ta’ darba, jew għal azzjonijiet ta’ durata indefinita, imwettqin mill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ kompiti li jirriżultaw mill-prerogattivi tagħha fil-livell istituzzjonali skont it-TFUE u t-Trattat Euratom, barra mid-dritt tagħha ta’ inizjattiva leġiżlattiva li tippreżenta proposti kif imsemmi f’dan il-paragrafu, il-punt (b), u taħt setgħat speċifiċi mogħtija lilha direttament mill-Artikoli 154, 156, 159 u 160 TFUE, l-Artikoli 168(2), 171(2) u 173(2) TFUE, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 175 TFUE, l-Artikolu 181(2) TFUE, l-Artikolu 190 TFUE u l-Artikoli 210(2) u 214(6) TFUE u l-Artikoli 70 u 77 sa 85 tat-Trattat Euratom; |
|
(e) |
approprjazzjonijiet għall-operat ta’ kull istituzzjoni tal-Unjoni skont l-awtonomija amministrattiva tagħha. |
3. Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), l-approprjazzjonijiet ta’ impenn rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn sentejn finanzjarji konsekuttivi. L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet għal proġetti pilota ma għandux jaqbeż l-EUR 40 000 000 fi kwalunkwe sena finanzjarja.
4. Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), azzjonijiet preparatorji għandhom isegwu approċċ koerenti u jistgħu jieħdu forom diversi. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn tliet snin finanzjarji konsekuttivi. Il-proċedura għall-adozzjoni tal-att bażiku rilevanti għandha tiġi konkluża qabel tmiem it-tielet sena finanzjarja. Matul dik il-proċedura, l-impenn ta’ approprjazzjonijiet għandu jikkorrispondi għall-karatteristiċi partikolari tal-azzjoni preparatorja fir-rigward tal-attivitajiet previsti, l-għanijiet mixtieqa u r-riċevituri. Bħala riżultat, l-ammont tal-approprjazzjonijiet impenjati ma għandux jikkorrispondi fil-volum għall-ammont ta’ dawk previsti għall-iffinanzjar tal-azzjoni definittiva nnifisha.
L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji ġodda msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), ma għandux jaqbeż il-EUR50 000 000 fi kwalunkwe sena finanzjarja, u l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet effettivament impenjati għall-azzjonijiet preparatorji ma għandux jaqbeż il-EUR 100 000 000.
5. Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c), miżuri preparatorji għandhom ikunu limitati għal perjodu qasir ta’ żmien u għandhom ikunu mfasslin biex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-azzjoni tal-Unjoni fil-ksib tal-objettivi tal-PESK u għall-adozzjoni tal-istrumenti legali meħtieġa.
Għall-fini tal-operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet, il-miżuri preparatorji għandhom jitfasslu, fost l-oħrajn, biex jivvalutaw il-ħtiġijiet operattivi, jipprevedu allokazzjoni inizjali mgħaġġla ta’ riżorsi, jew biex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet fil-post għall-varar tal-operazzjoni. Il-miżuri preparatorji għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill, fuq proposta tar-Rappreżentanti Għoli.
Sabiex tkun iggarantita l-implimentazzjoni rapida tal-miżuri preparatorji, ir-Rappreżentant Għoli għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kmieni kemm jista’ jkun dwar l-intenzjoni tal-Kunsill li jniedi miżura preparatorja u b’mod partikolari dwar ir-riżorsi meħtieġa stmati għal dak il-għan. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat l-iżborż rapidu tal-fondi.
Il-finanzjament tal-miżuri maqbula mill-Kunsill għat-tħejjija tal-operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet skont it-Titolu V tat-TUE għandu jkopri l-kostijiet inkrementali li jirriżultaw direttament minn skjerament speċifiku fuq il-post ta’ missjoni jew tim li jinvolvi, fost l-oħrajn, persunal minn istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi l-assigurazzjoni għal riskju għoli, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni u l-pagamenti għal kull jum.
Artikolu 59
Implimentazzjoni tal-baġit minn istituzzjonijiet tal-Unjoni ħlief il-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom.
2. Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tagħhom, istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jikkonkludu ftehimiet ma’ xulxin fil-livell ta’ servizz li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-forniment ta’ servizzi, il-provvista ta’ prodotti, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew ta’ kuntratti ta’ bini.
Dawk il-ftehimiet għandhom jippermettu t-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet jew l-irkupru tal-ispejjeż, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tagħhom.
3. Il-ftehimiet fil-livell ta’ servizz imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu miftehmin ukoll bejn dipartimenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni, uffiċċji tal-Unjoni, korpi jew persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u l-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej. Il-Kummissjoni u istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni għandhom jirrapportaw regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ftehimiet fil-livell ta’ servizz li jikkonkludu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni.
Artikolu 60
Delegazzjoni tas-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit
1. Il-Kummissjoni u kull waħda mill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni jistgħu, fid-dipartimenti tagħhom, jiddelegaw is-setgħat tagħhom għall-implimentazzjoni tal-baġit f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u bir-regoli interni tagħhom u fil-limiti li huma jistabbilixxu fl-istrument tad-delega. Dawk li jingħataw din is-setgħa għandhom jaġixxu biss fil-limiti tas-setgħat li jkunu ngħataw lilhom espressament.
2. Barra mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tiddelega s-setgħat tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit rigward l-approprjazzjonijiet operazzjonali tat-taqsima tagħha stess tal-baġit lil Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u, sabiex tiżgura l-kontinwità tan-negozju fin-nuqqas tagħhom, lil deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Tali delega għandha tkun mingħajr ħsara għar-responsabbiltà tal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-implimegntazzjoni tal-baġit. Meta n-nuqqas tal-Kap ta’ delegazzjoni tal-Unjoni jaqbeż l-erba’ ġimgħat, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-deċiżjoni tagħha li tiddelega s-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit. Meta l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, u d-deputati tagħhom fin-nuqqas ta’ dawn ta’ qabel, jaġixxu bħala uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni b’sottodelega tal-Kummissjoni, huma għandhom japplikaw ir-regoli tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit u għandhom ikunu soġġetti għall-istess dmirijiet, obbligi u responsabbiltà bħal kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ieħor b’sottodelega tal-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tirtira d-delega ta’ setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu skont ir-regoli tagħha stess.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-Rappreżentant Għoli għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u d-dipartimenti tal-Kummissjoni.
3. Eċċezzjonalment, is-SEAE jista’ jiddelega s-setgħat tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit rigward l-approprjazzjonijiet amministrattivi tat-taqsima tiegħu stess tal-baġit lill-persunal tal-Kummissjoni ta’ delegazzjonijiet tal-Unjoni fejn dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-amministrazzjoni ta’ tali delegazzjonijiet fin-nuqqas tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni kompetenti tas-SEAE mill-pajjiż fejn tkun ibbażata d-delegazzjoni tiegħu. F’każijiet eċċezzjonali li fihom il-persunal tal-Kummissjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxi bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega tas-SEAE, dan għandu japplika r-regoli interni tas-SEAE għall-implimentazzjoni tal-baġit u għandu jkun soġġett għall-istess dmirijiet, obbligi u responsabbiltà bħal kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ieħor b’sottodelega tas-SEAE.
Is-SEAE jista’ jirtira d-delega tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu skont ir-regoli tiegħu stess.
Artikolu 61
Il-kunflitt ta’ interess
1. L-atturi finanzjarji fis-sens tal-Kapitolu 4 ta’ dan it-Titolu u persuni oħrajn, inkluż awtoritajiet nazzjonali fi kwalunkwe livell, involuti fil-ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża, inkluż l-atti preparatorji tagħhom, l-awditu jew il-kontroll, ma għandhom jieħdu ebda azzjoni li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Unjoni. Għandhom jieħdu wkoll miżuri xierqa sabiex jipprevjenu li jqum kunflitt ta’ interess fil-funzjonijiet taħt ir-responsabbiltà tagħhom u sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu perċepiti b’mod oġġettiv bħala kunflitt ta’ interess.
2. Meta jkun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess li jinvolvi membru tal-persunal ta’ awtorità nazzjonali, il-persuna inkwistjoni għandha tirreferi l-każ lis-superjur ġerarkiku tagħha. Meta jkun jeżisti tali riskju għal persunal kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, il-persuna inkwistjoni għandha tirreferi l-kwistjoni b’delega lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni rilevanti. Is-superjur ġerarkiku rilevanti jew l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jikkonferma bil-miktub, jekk ġiex ikkonstatat li jeżisti kunflitt ta’ interess. Meta jiġi kkonstatat li jeżisti kunflitt ta’ interess, l-awtorità tal-ħatra jew l-awtorità nazzjonali rilevanti għandhom jiżguraw li l-persuna inkwistjoni twaqqaf kull attività fil-kwistjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni rilevanti b’delega jew l-awtorità nazzjonali rilevanti għandhom jiżguraw li tittieħed kull azzjoni xierqa ulterjuri f’konformità mal-liġi applikabbli, inkluż, fil-każijiet li jinvolvu membru tal-persunal ta’ awtorità nazzjonali, mal-liġi nazzjonali relatata mal-kunflitti ta’ interess.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kunflitt ta’ interess ikun jeżisti meta l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor.
KAPITOLU 2
Metodi ta’ implimentazzjoni
Artikolu 62
Metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit bi kwalunkwe wieħed minn dawn il-modi:
|
(a) |
direttament (ġestjoni diretta), kif stabbilit fl-Artikoli minn 125 sa 156, permezz tad-dipartimenti tagħha, inkluż persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni taħt l-awtorità tal-Kap tad-delegazzjoni rispettiv tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 60(2), jew permezz tal-aġenziji eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 69; |
|
(b) |
taħt ġestjoni kondiviża ma’ Stati Membri (ġestjoni kondiviża) kif stabbilit fl-Artikoli 63 u minn 125 sa 129; |
|
(c) |
indirettament (ġestjoni indiretta) kif stabbilit fl-Artikoli minn 125 sa 152 u minn 157 sa 162, fejn dan ikun previst fl-att bażiku jew fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 58(2), il-punti (a) sa (d), billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lil:
|
Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punti (c)(vi) u (vii)l l-ammont ta’ garanziji finanzjarji meħtieġa jistgħu jkunu stipulati fl-att bażiku rilevanti u jkun limitat għall-ammont massimu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-korp ikkonċernat. Fil-każ ta’ aktar minn garanti wieħed, it-tqassim tal-ammont tal-obbligazzjoni totali li għandu jiġi kopert mill-garanziji għandu jiġi speċifikat fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni, li jista’ jipprevedi li l-obbligazzjoni ta’ kull garanti tkun proporzjonata mas-sehem tal-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom lill-korp.
2. Għall-finijiet ta’ ġestjoni diretta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-istrumenti msemmija fit-Titoli VII, VIII, IX, X u XII.
Għall-finijiet ta’ ġestjoni kondiviża, l-istrumenti għall-implimentazzjoni tal-baġit għandhom ikunu dawk previsti f’regoli speċifiċi għas-settur.
Għall-finijiet ta’ ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni għandha tapplika t-Titolu VI u, fil-każ ta’ strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji, it-Titoli VI u X. L-entitajiet ta’ implimentazzjoni għandhom japplikaw l-istrumenti għall-implimentazzjoni tal-baġit stabbiliti fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni kkonċernat.
3. Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit f’konformità mal-Artikolu 317 TFUE u ma għandhiex tiddelega dawk il-kompiti lil partijiet terzi, meta t-tali kompiti jkunu jinvolvu miżura kbira ta’ diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi.
Il-Kummissjoni ma għandhiex, permezz ta’ kuntratti skont it-Titolu VII ta’ dan ir-Regolament, testernalizza kompiti li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika u setgħat diskrezzjonali ta’ ġudizzju.
Artikolu 63
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
1. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b’ġestjoni kondiviża, il-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u għandhom jaċċertaw il-viżibbiltà tal-azzjoni tal-Unjoni meta jamministraw fondi tal-Unjoni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom tal-kontroll u l-awditjar u jassumu r-responsabbiltajiet li jirriżultaw u li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dispożizzjonijiet komplimentari għandhom jiġu stabbiliti f’regoli speċifiċi għas-setturi.
2. Meta jkunu qed iwettqu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, inkluż dawk leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi, biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġifieri billi:
|
(a) |
jiżguraw li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ikunu implimentati b’mod korrett u effikaċi u f’konformità mar-regoli speċifiċi applikabbli għas-settur; |
|
(b) |
jinnominaw korpi responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ fondi tal-Unjoni skont il-paragrafu 3, u s-sorveljanza ta’ tali korpi; |
|
(c) |
jipprevjenu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi; |
|
(d) |
jikkooperaw, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għas-settur, mal-Kummissjoni, l-OLAF, il-Qorti tal-Awdituri u, għal dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, mal-UPPE. |
Biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Istati Membri, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità, u f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur, għandhom iwettqu kontrolli ex ante u ex post inkluż, fejn meħtieġ, kontrolli fuq il-post fuq kampjuni rappreżentattivi u/jew ibbażati fuq ir-riskju tat-tranżazzjonijiet. Għandhom ukoll jirkupraw fondi li ma kellhomx jitħallsu u jressqu proċedimenti legali jekk meħtieġ f’dan ir-rigward.
L-Istati Membri għandhom jimponu penali effettivi, dissważivi u proporzjonati fuq ir-riċevituri fejn previst fir-regoli speċifiċi għas-setturi jew f’dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali.
Bħala parti mill-valutazzjoni tagħha tar-riskji u f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur, il-Kummissjoni għandha tissorvelja s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni, fil-ħidma tagħha ta’ awditjar, għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis il-livell ta’ riskju evalwat b’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur.
3. F’konformità mal-kriterji u l-proċeduri stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-settur, l-Istati Membri għandhom jinnominaw korpi fil-livell xieraq sabiex ikunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tal-fondi tal-Unjoni. Dawn il-korpi jistgħu jwettqu wkoll kompiti mhux relatati mal-ġestjoni ta’ fondi tal-Unjoni u jistgħu jinkarigaw uħud mill-kompiti tagħhom lil korpi oħrajn.
Meta jiddeċiedu dwar in-nomina ta’ korpi, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq jekk is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk li diġà qed jitħaddmu għall-perjodu preċedenti u jekk ħadmux b’mod effikaċi.
Jekk ir-riżultati tal-awditjar u tal-kontroll juru li l-korpi maħtura ma għadhomx konformi mal-kriterji stabbiliti f’regoli speċifiċi għas-setturi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ dawk il-korpi jinstab rimedju għalihom, inkluż billi tintemm in-nomina f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-setturi.
Ir-regoli speċifiċi għas-setturi għandhom jiddefinixxu r-rwol tal-Kummissjoni fil-proċess stabbilit f’dan il-paragrafu.
4. Il-korpi maħtura skont il-paragrafu 3 għandhom:
|
(a) |
jistabbilixxu sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern u jiżguraw il-funzjonament tagħha , li meta xieraq, tkun tista’ tistrieħ fuq kontrolli diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 36(11); |
|
(b) |
jużaw sistema kontabilistika li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli f’waqtha; |
|
(c) |
jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 5, 6 u 7; |
|
(d) |
jiżguraw il-pubblikazzjoni ex post f’konformità mal-Artikolu 38(2) sa (7). |
Kwalunkwe proċessar ta’ data personali għandu jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679.
5. Il-korpi maħtura skont il-paragrafu 3 għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara:
|
(a) |
bil-kontijiet tagħhom dwar in-nefqa magħmula, waqt il-perjodu ta’ referenza rilevanti kif definit f’regoli speċifiċi għas-settur, fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom u li jkunu ġew ippreżentati lill-Kummissjoni għar-rimborż; |
|
(b) |
b’sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u tal-portata tal-iżbalji u tad-dgħufijiet identifikati f’sistemi, kif ukoll tal-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati. |
6. Il-kontijiet imsemmija fil-paragrafu 5, il-punt (a), għandhom jinkludu l-prefinanzjament u s-somom li fir-rigward tagħhom ikunu għaddejjin jew tlestew proċeduri ta’ rkupru. Għandhom ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li tikkonferma li, fl-opinjoni ta’ dawk inkarigati mill-ġestjoni tal-fondi:
|
(a) |
l-informazzjoni ġiet ippreżentata kif suppost, hija kompluta u preċiża; |
|
(b) |
in-nefqa tkun intużat għall-iskop li kienet maħsuba għalih, kif definit f’regoli speċifiċi għas-settur; |
|
(c) |
is-sistemi ta’ kontroll stabbiliti jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. |
7. Il-kontijiet imsemmija fil-paragrafu 5, il-punt (a), u s-sommarju msemmi fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta’ korp tal-awditjar indipendenti, imfassla skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Dik l-opinjoni għandha tistabbilixxi jekk il-kontijiet jagħtux stampa veritiera u ġusta, jekk in-nefqa li fir-rigward tagħha ntalab rimborż mingħand il-Kummissjoni hijiex legali u regolari, u jekk is-sistemi ta’ kontroll imħaddma jiffunzjonawx kif suppost. L-opinjoni għandha tiddikjara wkoll jekk ix-xogħol tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-istqarrijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fil-paragrafu 6.
L-iskadenza tal-15 ta’ Frar stipulata fil-paragrafu 5 tista’ tiġi estiża b’eċċezzjoni mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu, abbażi ta’ komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.
L-Istati Membri jistgħu, fil-livell xieraq, jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6 u f’dan il-paragrafu.
Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu dikjarazzjonijiet iffirmati fil-livell xieraq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6 u f’dan il-paragrafu.
8. Sabiex ikun żgurat li l-fondi tal-Unjoni jintużaw skont ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha:
|
(a) |
tapplika proċeduri għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet tal-korpi maħtura, fejn tiżgura li l-kontijiet ikunu kompluti, preċiżi u veri; |
|
(b) |
teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni in-nefqa li fir-rigward tagħha sar żborż bi ksur tal-liġi applikabbli; |
|
(c) |
tinterrompi skadenzi għal pagamenti jew tissospendi pagamenti fejn dan ikun previst f’regoli speċifiċi għas-settur. |
Il-Kummissjoni għandha ttemm l-interruzzjoni tal-iskadenzi għal pagament jew is-sospensjoni tal-pagamenti, għalkollox jew parzjalment, wara li Stat Membru jkun ippreżenta l-kummenti tiegħu u hekk kif ikun ħa l-miżuri neċessarji. Ir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 74(9) għandu jkopri l-obbligi kollha skont dan il-paragrafu.
9. Ir-regoli speċifiċi għas-setturi għandhom iqisu l-ħtiġijiet tal-programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea b’mod partikolari rigward il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, il-proċess stabbilit fil-paragrafu 3 u l-funzjoni tal-awditu.
10. Il-Kummissjoni tiġbor reġistru ta’ entitajiet responsabbli mill-attivitajiet ta’ ġestjoni, ta’ ċertifikazzjoni u ta’ awditjar taħt regoli speċifiċi għas-settur.
11. L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżorsi allokati lilhom taħt ġestjoni kondiviża flimkien ma’ operazzjonijiet u ma’ strumenti mwettqin skont ir-Regolament (UE) 2015/1017 f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur.
KAPITOLU 3
Uffiċċji ewropej u korpi tal-unjoni
Artikolu 64
Ambitu tal-kompetenzi tal-uffiċċji Ewropej
1. Qabel ma twaqqaf uffiċċju Ewropew ġdid, il-Kummissjoni għandha tagħmel studju tal-kost-benefiċċji u valutazzjoni tar-riskji assoċjati, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tagħhom u tipproponi li ddaħħal l-approprjazzjonijiet meħtieġa f’anness għat-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni.
2. Fl-ambitu tal-kompetenzi tagħhom, l-uffiċċji Ewropej:
|
(a) |
għandhom iwettqu kompiti obbligatorji previsti fl-att ta’ stabbiliment tagħhom jew f’atti legali oħra tal-Unjoni; |
|
(b) |
jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 66, iwettqu kompiti mhux obbligatorji awtorizzati mill-Kumitati Maniġerjali tagħhom wara li jikkunsidraw il-kost-benefiċċji u r-riskji assoċjati għall-partijiet involuti. |
3. Din it-Taqsima għandha tapplika għall-operat tal-OLAF, bl-eċċezzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-paragrafu 4, tal-Artikolu 66 u tal-Artikolu 67(1), (2) u (3).
4. L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet kollha stabbiliti fil-Kapitolu 8 ta’ dan it-Titolu.
Artikolu 65
Approprjazzjonijiet li jirrigwardaw uffiċċji Ewropej
1. L-approprjazzjonijiet awtorizzati għall-implimentazzjoni tal-kompiti obbligatorji ta’ kull uffiċċju Ewropew għandhom jiddaħħlu f’linja baġitarja speċifika fit-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni u għandhom ikunu stabbiliti fid-dettall f’anness għal dik it-taqsima.
L-anness imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jieħu l-għamla ta’ dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa, suddiviża bl-istess mod bħat-taqsimiet tal-baġit.
L-approprjazzjonijiet imdaħħlin f’dak l-anness:
|
(a) |
għandhom ikopru r-rekwiżiti finanzjarji kollha ta’ kull uffiċċju Ewropew fit-twettiq tal-kompiti obbligatorji stipulati fl-att ta’ stabbiliment tiegħu jew f’atti legali oħra tal-Unjoni; |
|
(b) |
jistgħu jkopru rekwiżiti finanzjarji ta’ uffiċċju Ewropew fil-prestazzjoni tal-kompiti mitlubin minn istituzzjonijiet tal-Unjoni, minn korpi tal-Unjoni, minn uffiċċji Ewropej oħra u aġenziji mwaqqfin minn jew f’konformità mat-Trattati u awtorizzati skont l-att ta’ stabbiliment tal-uffiċċju. |
2. Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet imdaħħlin fl-anness għal kull uffiċċju Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddelega l-poteri tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni lid-Direttur tal-uffiċċju Ewropew ikkonċernat, skont l-Artikolu 73.
3. It-tabella tal-persunal ta’ kull uffiċċju Ewropew għandha tkun annessa ma’ dik tal-Kummissjoni.
4. Id-Direttur ta’ kull uffiċċju Ewropew għandu jieħu deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti fl-anness imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’tali trasferimenti.
Artikolu 66
Kompiti mhux obbligatorji
1. Għall-kompiti mhux obbligatorji msemmija fl-Artikolu 64(2), il-punt (b), uffiċċju Ewropew jista’:
|
(a) |
jirċievi delega għad-Direttur tiegħu mingħand istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni u uffiċċji Ewropej oħrajn, flimkien ma’ delega tas-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni rigward l-approprjazzjonijiet imdaħħlin fit-taqsima tal-baġit relatata mal-istituzzjoni tal-Unjoni, tal-korp tal-Unjoni jew ta’ uffiċċju Ewropew ieħor; |
|
(b) |
jikkonkludi ftehimiet fil-livell ta’ servizz ma’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni, uffiċċji oħra Ewropej jew partijiet terzi. |
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni u uffiċċji Ewropej oħrajn ikkonċernati għandhom jistabbilixxu l-limiti u l-kundizzjonijiet għad-delega tas-setgħat. Tali delega għandha tkun maqbula skont l-att ta’ stabbiliment tal-uffiċċju Ewropew, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tad-delega.
3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), id-Direttur tal-uffiċċju Ewropew għandu, skont l-att ta’ stabbiliment tiegħu, jadotta d-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-kompiti, l-irkupru tal-kostijiet imġarrba, u ż-żamma tar-rekords kontabilistiċi korrispondenti. L-uffiċċju Ewropew għandu jirrapporta r-riżultat ta’ tali rekords kontabilistiċi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi tal-Unjoni jew uffiċċji Ewropej oħra kkonċernati.
Artikolu 67
Rekords kontabilistiċi ta’ uffiċċji Ewropej
1. Kull uffiċċju Ewropew għandu jħejji rekords kontabilistiċi tan-nefqa tiegħu, li jagħmluha possibbli li jkun iddeterminat il-proporzjon tas-servizzi tiegħu forniti lil kull istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni jew uffiċċju Ewropew ieħor. Id-Direttur tal-uffiċċju Ewropew ikkonċernat għandu, wara approvazzjoni mill-Kumitat ta’ Ġestjoni tiegħu, jadotta l-kriterji li fuqhom għandhom ikunu bbażati r-rekords kontabilistiċi.
2. Il-kummenti rigward il-linja baġitarja speċifika, li fiha jiddaħħlu l-approprjazzjonijiet totali għal kull uffiċċju Ewropew li lilu ġew iddelegati s-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 66(1), il-punt (a), għandhom juru estimu tal-kostijiet tas-servizzi forniti minn dak l-uffiċċju lil kull istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni u uffiċċju Ewropew ieħor ikkonċernat. Dan għandu jkun ibbażat fuq ir-rekords kontabilistiċi previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Kull uffiċċju Ewropew li lilu ġew iddelegati setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 66(1), il-punt (a), għandu jinnotifika lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, lill-korpi tal-Unjoni u lil uffiċċji Ewropej oħrajn ikkonċernati bir-riżultati tar-rekords kontabilistiċi previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
4. Ir-rekords kontabilistiċi ta’ kull uffiċċju Ewropew għandhom jifformaw parti integrali mill-kontijiet tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 247.
5. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-uffiċċju Ewropew ikkonċernat, jista’ jiddelega lil membru tal-persunal tal-uffiċċju Ewropew uħud mill-kompiti tal-uffiċjal relatati mal-ġbir tad-dħul u mal-pagament tan-nefqa li jsiru direttament mill-uffiċċju Ewropew ikkonċernat.
6. Biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-flus tal-uffiċċju Ewropew, il-kontijiet tal-bank jew il-kontijiet giro tal-uffiċċju postali jistgħu jinfetħu f’ismu mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-Kumitat ta’ Ġestjoni. Il-pożizzjoni tal-likwidità finali għal kull sena għandha tiġi rrikonċiljata u aġġustata bejn l-Uffiċċju Ewropew ikkonċernat u l-Kummissjoni fi tmiem is-sena finanzjarja.
Artikolu 68
Applikabbiltà għall-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-implimentazzjoni tal-baġit mill-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom.
Artikolu 69
Aġenziji eżekuttivi
1. Il-Kummissjoni tista’ tiddelega setgħat lill-aġenziji eżekuttivi sabiex jimplimentaw programm jew proġett sħiħ tal-Unjoni jew parti minnu, inkluż proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji u l-implimentazzjoni tan-nefqa amministrattiva, f’isimha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (46). L-aġenziji eżekuttivi għandhom jinħolqu permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandu jkollhom personalità ġuridika taħt il-liġi tal-Unjoni. Dawn għandhom jirċievu kontribuzzjoni annwali.
2. Id-diretturi ta’ aġenziji eżekuttivi għandhom jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega rigward l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet operazzjonali relatati mal-programmi tal-Unjoni li jimmaniġġjaw bis-sħiħ jew b’mod parzjali.
3. Il-kumitat ta’ tmexxija ta’ aġenzija eżekuttiva jista’ jaqbel mal-Kummissjoni li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-aġenzija eżekuttiva kkonċernata. Il-kumitat ta’ tmexxija jista’ jinkariga lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni b’parti mill-kompiti tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-aġenzija eżekuttiva kkonċernata b’kont meħud tal-kunsiderazzjonijiet kost-benefiċċji. Fiż-żewġ każijiet, għandhom isiru l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi evitat kull kunflitt ta’ interess.
Artikolu 70
Korpi stabbiliti skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 275 ta’ dan ir-Regolament sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament b’regolament finanzjarju qafas għal korpi li jitwaqqfu taħt it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom u li għandhom personalità ġuridika u jirċievu kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit.
2. Ir-regolament finanzjarju qafas għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji u r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1.
3. Ir-regoli finanzjarji tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u soġġett għall-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.
4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdu, kif xieraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz tal-attendenza f’laqgħat tal-korpi rilevanti.
5. L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.
6. Awditur indipendenti estern għandu jivverifika li l-kontijiet annwali ta’ kull korp imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżentaw tajjeb l-introjtu, in-nefqa, u l-qagħda finanzjarja tal-korp rilevanti qabel il-konsolidazzjoni fil-kontijiet finali tal-Kummissjoni. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att bażiku rilevanti, il-Qorti tal-Awdituri għandha tħejji rapport annwali speċifiku dwar kull korp skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 287(1) TFUE. Waqt it-tħejjija ta’ dak ir-rapport, il-Qorti tal-Awdituri għandha tqis ix-xogħol tal-awditjar li jkun għamel l-awditur indipendenti estern u l-azzjoni li tkun ittieħdet b’rispons għall-konstatazzjonijiet tal-awditur.
7. L-aspetti kollha tal-awditjar estern indipendenti msemmi fil-paragrafu 6, inklużi l-konstatazzjonijiet rapportati, għandhom jibqgħu taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 71
Korpi ta’ sħubija pubblika-privata
Il-korpi li għandhom personalità ġuridika li huma stabbiliti b’att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom stess.
Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta’ prinċipji meħtieġa sabiex tiġi aċċertata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 275 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament b’regolament finanzjarju mudell għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata li jistabbilixxi l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi aċċertata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni u li għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 157 .
Ir-regoli finanzjarji tas-sħubija pubblika-privata ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju mudell għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u soġġett għall-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.
L-Artikolu 70(4) sa (7) għandu japplika għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata.
KAPITOLU 4
Atturi finanzjarji
Artikolu 72
Segregazzjoni tad-dmirijiet
1. Id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandhom ikunu segregati u esklużivi b’mod reċiproku.
2. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tipprovdi lil kull attur finanzjarju bir-riżorsi meħtieġa sabiex ikun jista’ jaqdi d-dmirijiet tiegħu jew tagħha u bi statut li jiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu jew tagħha.
Artikolu 73
Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni
1. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha twettaq id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.
2. Għall-fini ta’ dan it-Titolu, “persunal” tfisser persuni koperti mir-Regolamenti tal-Persunal.
3. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha, b’konformità mal-kundizzjonijiet fir-regoli ta’ proċedura tagħha, tiddelega d-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni lill-persunal fil-livell adegwat. Fir-regoli amministrattivi interni tagħha għandha tindika l-persunal li lilu tiddelega dawk id-dmirijiet, l-ambitu tas-setgħat delegati u jekk il-persuni delegati b’dawk is-setgħat jistgħux jissottodelegawhom.
4. Is-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu delegati jew sottodelegati biss lill-persunal.
5. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaġixxi fil-limiti stabbiliti mill-istrument tad-delega jew tas-sottodelega. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni kompetenti jista’ jkun megħjun minn membru wieħed jew aktar tal-persunal fdat, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, bit-twettiq ta’ ċerti operazzjonijiet neċessarji għall-implimentazzjoni tal-baġit u għall-produzzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja u dwar il-ġestjoni.
6. Kull istituzzjoni tal-Unjoni u kull korp tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 70 għandhom jinformaw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-uffiċjali tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn bil-ħatra u t-terminazzjoni tad-dmirijiet ta’ uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega, ta’ awdituri interni u ta’ uffiċjali tal-kontabbiltà, u bi kwalunkwe regola interna li jadottaw fir-rigward ta’ kwistjonijiet finanzjarji.
7. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tinforma lill-Qorti tal-Awdituri b’deċiżjonijiet ta’ delega u bil-ħatra ta’ amministraturi tal-imprest skont l-Artikoli 79 u 88.
Artikolu 74
Setgħat u dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli fl-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa b’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż permezz tal-iżgurar ta’ rappurtaġġ dwar il-prestazzjoni, u sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ legalità u regolarità u ta’ trattament ugwali tar-riċevituri.
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-paragrafu 1, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu, f’konformità mal-Artikolu 36 u mal-istandards minimi adottati minn kull istituzzjoni tal-Unjoni u b’kunsiderazzjoni xierqa għar-riskji assoċjati mal-ambjent tal-ġestjoni u għan-natura tal-azzjonijiet iffinanzjati, jistabbilixxi l-istruttura organizzazzjonali u s-sistemi ta’ kontroll intern xierqa għall-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu. L-istabbiliment ta’ din l-istruttura u dawn is-sistemi għandu jkun appoġġat minn analiżi sħiħa tar-riskju, li tqis l-effikaċja tagħhom meta jitqiesu l-kosteffettività u l-kunsiderazzjonijiet tal-prestazzjoni.
3. Sabiex jimplimenta n-nefqa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jieħu impenji baġitarji u legali, għandu jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-pagamenti, u għandu jwettaq il-passi preliminari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet.
4. Sabiex jimplimenta d-dħul, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jfassal l-estimi tal-ammonti riċevibbli, jistabbilixxi l-intitolamenti li għandhom jiġu rkuprati u joħroġ l-ordnijiet ta’ rkupru. Fejn xieraq, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrinunzja għall-intitolamenti stabbiliti.
5. Sabiex jiġu evitati żbalji u irregolaritajiet qabel l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet u biex jiġu mitigati r-riskji li ma jintlaħqux l-objettivi, kull operazzjoni għandha tkun soġġetta mill-inqas għal kontroll ex ante relatat mal-aspetti operazzjonali u finanzjarji tal-operazzjoni, fuq il-bażi ta’ strateġija ta’ kontroll pluriennali li tqis ir-riskju. Kif imsemmi fl-Artikolu 36(11), il-kontrolli ex ante għandhom jużaw, fejn xieraq, għodod awtomatizzati tal-IT u teknoloġiji emerġenti.
Il-firxa f’termini tal-frekwenza u tal-intensità tal-kontrolli ex ante għandha tiġi ddeterminata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u l-kosteffettività, abbażi tal-analiżi tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni stess tar-riskji. F’każ ta’ dubju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-validazzjoni tal-operazzjonijiet rilevanti għandu, bħala parti mill-kontroll ex-ante, jitlob informazzjoni komplimentari jew jagħmel kontroll fuq il-post sabiex jikseb aċċertazzjoni raġonevoli.
Għal operazzjoni speċifika, il-verifika għandha ssir minn persunal għajr dak li ta bidu għall-operazzjoni. Il-persunal li jwettaq il-verifiki ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal li nedew l-operazzjoni.
6. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jista’ jimplimenta kontrolli ex post sabiex jiġu identifikati u kkoreġuti żbalji u irregolaritajiet ta’ operazzjonijiet wara li jkunu ġew awtorizzati. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta’ kampjun skont ir-riskju u għandhom iqisu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet dwar il-kosteffettività u l-prestazzjoni. Kif imsemmi fl-Artikolu 36(11), il-kontrolli ex post għandhom jużaw, fejn xieraq, għodod awtomatizzati tal-IT u teknoloġiji emerġenti.
Il-kontrolli ex post għandhom jitwettqu minn membri tal-persunal għajr dawk responsabbli għall-kontrolli ex ante . Il-persunal responsabbli għall-kontrolli ex post ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal responsabbli għall-kontrolli ex ante .
Ir-regoli u l-modalitajiet, inkluż il-perijodi ta’ żmien, għat-twettiq tal-awditi tal-benefiċjarji għandhom ikunu ċari, konsistenti u trasparenti, u għandhom ikunu disponibbli għall-benefiċjarji meta jiffirmaw il-ftehim ta’ għotja.
7. L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli u l-persunal responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit għandu jkollhom il-ħiliet professjonali meħtieġa.
F’kull istituzzjoni tal-Unjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura dawn li ġejjin:
|
(a) |
li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega u l-persunal tagħhom jirċievu informazzjoni u taħriġ xierqa u aġġornata b’mod regolari dwar l-istandards ta’ kontroll u l-metodi u t-tekniki disponibbli għal dak il-għan; |
|
(b) |
li jittieħdu miżuri, fejn meħtieġa, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv u effiċjenti tas-sistemi ta’ kontroll skont il-paragrafu 2. |
8. Jekk membru tal-persunal, involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet iqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li dak il-membru tal-persunal huwa obbligat josserva, għandu jinforma lis-superjur ġerarkiku tiegħu b’dan. Jekk il-membru tal-persunal jagħmel dan bil-miktub, is-superjur ġerarkiku għandu jwieġeb bil-miktub. Jekk is-superjur ġerarkiku jonqos milli jieħu azzjoni jew jikkonferma d-deċiżjoni jew l-istruzzjoni inizjali tiegħu u l-membru tal-persunal iqis li tali konferma ma tikkostitwixxix tweġiba raġonevoli għall-problema tiegħu, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega bil-miktub. Jekk dak l-uffiċjal ma jweġibx f’perjodu ta’ żmien raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar, il-membru tal-persunal għandu jgħarraf lill-bord rilevanti msemmi fl-Artikolu 145.
F’każ ta’ kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati fir-Regolamenti tal-Persunal u fid-deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ frodi, ta’ korruzzjoni u ta’ kull attività illegali oħra ta’ detriment għall-interessi tal-Unjoni. Il-kuntratti mal-awdituri esterni li jwettqu awditjar tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom jipprevedu obbligu tal-awditur estern biex jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega bi kwalunkwe suspett ta’ attività illegali, ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni li tista’ tippreġudika l-interessi tal-Unjoni.
9. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jirrapporta lill-istituzzjoni tal-Unjoni tiegħu dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu fil-forma ta’ rapport tal-attività annwali, li jkun fih informazzjoni finanzjarja u dwar il-ġestjoni, inkluż ir-riżultati tal-kontrolli, u li jiddikjara li, minbarra kif speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva marbuta ma’ oqsma definiti ta’ dħul u nefqa, għandu aċċertazzjoni raġonevoli li:
|
(a) |
l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta stampa veritiera u ġusta; |
|
(b) |
ir-riżorsi assenjati għall-attivitajiet deskritti fir-rapport intużaw għall-finijiet intenzjonati tagħhom u f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba; u |
|
(c) |
il-proċeduri ta’ kontroll implimentati jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. |
Ir-rapport annwali tal-attività għandu jinkludi informazzjoni dwar l-operazzjonijiet imwettqin, b’referenza għall-objettivi u l-kunsiderazzjonijiet ta’ prestazzjoni stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi, ir-riskji assoċjati ma’ dawk l-operazzjonijiet, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni globali tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u tal-informazzjoni dwar kemm in-nefqa operazzjonali awtorizzata tikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi strateġiċi tal-Unjoni u tiġġenera valur miżjud tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tħejji sommarju tar-rapporti annwali tal-attività għas-sena preċedenti.
Ir-rapporti annwali tal-attività għas-sena finanzjarja tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u, fejn applikabbli, l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni, uffiċċji u aġenziji Ewropej għandhom jiġu ppubblikati sal-1 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja sussegwenti fuq is-sit web tal-istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni, uffiċċju jew aġenzija Ewropej rispettivi b’mod faċilment aċċessibbli, soġġett għall-kunsiderazzjonijiet ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà ġġustifikati kif meħtieġ.
10. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu, għal kull sena finanzjarja, jirreġistra kuntratti konklużi permezz ta’ proċeduri nnegozjati f’konformità mal-11.1, il-punti (a) sa (f), u l-punt 39 tal-Anness I. Jekk il-proporzjon ta’ proċeduri nnegozjati fir-rigward tal-għadd ta’ proċeduri mogħtija mill-istess uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jiżdied b’mod sinifikanti meta mqabbel mas-snin preċedenti jew jekk dak il-proporzjon ikun ogħla sew mill-medja rreġistrata għall-istituzzjoni tal-Unjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta lill-istituzzjoni tal-Unjoni u jistabbilixxi kwalunkwe miżura meħuda sabiex titreġġa’ lura dik ix-xejra. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tibgħat rapport dwar il-proċeduri nnegozjati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fil-każ tal-Kummissjoni, dak ir-rapport għandu jkun mehmuż mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 75
Żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jistabbilixxi sistemi elettroniċi jew ibbażati fuq karta għaż-żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn oriġinali relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit. Tali dokumenti għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza għas-sena finanzjarja marbuta mad-dokumenti.
Bla preġudizzju għall-ewwel paragrafu, id-dokumenti relatati ma’ operazzjonijiet għandhom fi kwalunkwe każ jinżammu sal-aħħar tas-sena ta’ wara dik meta jingħalqu b’mod definittiv dawk l-operazzjonijiet.
Id-data personali inkluża fid-dokumenti ta’ sostenn għandha, fejn possibbli, titħassar meta dik id-data ma tkunx neċessarja għall-finijiet ta’ kwittanza baġitarja, ta’ kontroll u ta’ awditjar. L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandu japplika għall-konservazzjoni tad-data dwar it-traffiku.
Artikolu 76
Setgħat u dmirijiet tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni
1. Meta l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega skont l-Artikolu 60(2), huma għandhom ikunu soġġetti għall-Kummissjoni bħala l-istituzzjoni tal-Unjoni responsabbli għad-definizzjoni, għall-eżerċizzju, għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega u għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni xierqa tal-fondi, sabiex tiġi żgurata b’mod partikolari l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, ir-rispett għall-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba fil-ġestjoni tal-fondi u l-ħarsien effettiv tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għandhom ikunu soġġetti għar-regoli interni tal-Kummissjoni u għall-Istatut tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ ġestjoni finanzjarja sottodelegati lilhom. Huma jistgħu jkunu assistiti fi dmirijiethom mill-persunal tal-Kummissjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
Għal dan il-għan, il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprevjenu kwalunkwe sitwazzjoni li x’aktarx tqiegħed f’riskju l-kapaċità tal-Kummissjoni biex twettaq ir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit sottodelegat lilhom kif ukoll kwalunkwe kunflitt ta’ prijoritajiet li x’aktarx ikollu impatt fuq l-implimentazzjoni tal-kompiti tal-ġestjoni finanzjarja sottodelegati lilhom.
Meta jinqalgħu sitwazzjoni jew kunflitt tat-tip imsemmi fit-tieni subparagrafu, Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu b’dan mingħajr dewmien lid-Diretturi Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni u tas-SEAE. Dawk id-Diretturi Ġenerali għandhom jieħdu passi xierqa biex isibu soluzzjoni għas-sitwazzjoni.
2. Jekk il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jsibu rwieħhom f’sitwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 74(8), huma għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-bord imsemmi fl-Artikolu 145. Fil-każ ta’ kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati mil-leġiżlazzjoni applikabbli.
3. Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu qed jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega skont l-Artikolu 60(2) għandhom jagħmlu rapporti lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega tagħhom sabiex dan ikun jista’ jintegra r-rapporti tagħhom fir-rapport annwali ta’ attività tiegħu msemmi fl-Artikolu 74(9). Ir-rapporti ta’ Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll interni stabbiliti fid-delegazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-ġestjoni ta’ operazzjonijiet sottodelegati lilhom, u jipprovdu l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 92(5), it-tielet subparagrafu. Dawk ir-rapporti għandhom jiġu mehmuża bħala annessi mar-rapport annwali tal-attività tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, u għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill b’kont dovut meħud, fejn ikun xieraq, tal-kunfidenzjalità tagħhom.
Il-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkooperaw b’mod sħiħ mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdu, kif xieraq, kull informazzjoni addizzjonali neċessarja. F’dan il-kuntest, jistgħu jintalbu jattendu laqgħat tal-korpi rilevanti u jassistu lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli b’delega.
Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni li jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega skont l-Artikolu 60(2) għandhom iwieġbu għal kwalunkwe talba mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega tal-Kummissjoni fuq talba tagħha stess jew, fil-kuntest tal-kwittanza, fuq talba mill-Parlament Ewropew.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sottodelega ta’ setgħat lill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ma tkunx ta’ detriment għall-proċedura ta’ kwittanza, skont l-Artikolu 319 TFUE.
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni meta jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega fin-nuqqas ta’ Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
Artikolu 77
Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà
1. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tappunta uffiċjal tal-kontabbiltà li għandu jkun responsabbli għal f’dik l-istituzzjoni għal dan li ġej:
|
(a) |
l-implimentazzjoni adegwata tal-pagamenti, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tal-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli; |
|
(b) |
il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet skont it-Titolu XIII; |
|
(c) |
iż-żamma tal-kontijiet skont l-Artikoli 82 u 84; |
|
(d) |
l-istabbiliment tar-regoli kontabilistiċi, tal-proċeduri u tat-tabella tal-kontijiet skont l-Artikoli 80 sa 84; |
|
(e) |
jistabbilixxi u jivvalida s-sistemi tal-kontijiet u, fejn meħtieġ, is-sistemi tal-validazzjoni stabbiliti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, sabiex iforni jew jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontijiet; |
|
(f) |
l-immaniġġjar ta’ flus. |
Fir-rigward tal-kompiti msemmija f -ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-uffiċjal tal-kontabbiltà huwa mogħti s-setgħa biex jivverifika fi kwalunkwe ħin il-konformità mal-kriterji ta’ validazzjoni.
2. Ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tas-SEAE għandhom jikkonċernaw biss it-taqsima tal-baġit relatata mas-SEAE kif implimentat mis-SEAE. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibqa’ responsabbli għat-taqsima kollha tal-baġit relatata mal-Kummissjoni, inklużi l-operazzjonijiet ta’ kontabbiltà li jirrigwardaw l-approprjazzjonijiet mgħoddija b’sottodelega lill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-uffiċjal tal-kontabbiltà tas-SEAE fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsima tal-baġit relatata mas-SEAE.
Artikolu 78
Il-ħatra u t-terminazzjoni tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà
1. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha taħtar uffiċjal tal-kontabbiltà mill-uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà jintgħażel mill-istituzzjoni tal-Unjoni fuq il-bażi tal-kompetenza partikolari tiegħu kif murija minn diplomi jew minn esperjenza professjonali ekwivalenti.
2. Jista’ jkun hemm żewġ istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni jew aktar li jaħtru l-istess uffiċjal tal-kontabbiltà.
F’każ bħal dan, huma jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess.
3. Irid jitħejja bilanċ ta’ tqabbil preliminari mingħajr dewmien f’każ ta’ terminazzjoni tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà.
4. Il-bilanċ ta’ tqabbil preliminari akkumpanjat minn rapport tat-trażmissjoni tal-inkarigu għandu jintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà l-ġdid mill-uffiċjal tal-kontabbiltà li jkun qiegħed itemm id-dmirijiet tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, minn uffiċjal fid-dipartiment tiegħu.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà l-ġdid għandu jiffirma l-bilanċ ta’ tqabbil preliminari b’aċċettazzjoni fi żmien xahar mid-data tat-trażmissjoni u jista’ jagħmel riservi.
Ir-rapport tat-trażmissjoni tal-inkarigu għandu jinkludi wkoll ir-riżultat tal-bilanċ ta’ tqabbil preliminari u kull riserva li ssir.
Artikolu 79
Poteri li jistgħu jiġu ddelegati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà
L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’, fit-twettiq tad-doveri tiegħu, jiddelega ċerti kompiti lil persunal subordinat u lil amministraturi tal-imprest maħturin skont l-Artikolu 89(1).
L-istrument tad-delega għandu jistabbilixxi dawk il-kompiti.
Artikolu 80
Regoli tal-kontabbiltà
1. Ir-regoli kontabilistiċi li jridu jiġu applikati minn istituzzjonijiet tal-Unjoni, uffiċċji Ewropej u aġenziji u korpi tal-Unjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu għandhom ikunu bbażati fuq standards kontabilistiċi aċċettati f’livell internazzjonali għas-settur pubbliku. Dawk ir-regoli għandhom jiġu adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-uffiċjali tal-kontabbiltà ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, ta’ uffiċċji Ewropej u ta’ korpi tal-Unjoni oħrajn.
2. L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jiddevja mill-istandards imsemmija fil-paragrafu 1 jekk iqis li dan ikun meħtieġ għal preżentazzjoni ġusta tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-miżati, tal-introjtu u tal-fluss tal-flus. Meta regola kontabilistika tiddevja materjalment minn dawk l-istandards, in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiżvelaw dak il-fatt u r-raġunijiet għal dan.
3. Ir-regoli kontabilistiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-istruttura u l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll il-prinċipji kontabilistiċi sottostanti għall-kontijiet.
4. Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit imsemmija fl-Artikolu 247 għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-baġit stipulati f’dan ir-Regolament. Għandhom jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni tal-baġit. Għandhom jirreġistraw l-operazzjonijiet kollha tad-dħul u tan-nefqa previsti f’dan it-Titolu u jagħtu preżentazzjoni ġusta tagħhom.
Artikolu 81
Organizzazzjoni tal-kontijiet
1. L-uffiċjal tal-kontabbiltà ta’ kull istituzzjoni jew korp tal-Unjoni għandu jfassal u jżomm aġġornati dokumenti li jiddeskrivu l-organizzazzjoni tal-kontijiet u l-proċeduri tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni jew korp tal-Unjoni tiegħu.
2. Id-dħul u n-nefqa għandhom jiġu rreġistrati f’sistema kompjuterizzata skont in-natura ekonomika tal-operazzjoni, bħala dħul jew nefqa kurrenti jew bħala kapital.
Artikolu 82
Żamma tal-kontijiet
1. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jkun responsabbli sabiex jistabbilixxi t-tabelli armonizzati tal-kontijiet li jridu jiġu applikati minn istituzzjonijiet tal-Unjoni, minn uffiċċji Ewropej u mill-aġenziji u korpi tal-Unjoni msemmija f’dan it-Titolu, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 2.
2. L-uffiċjali tal-kontabbiltà għandhom jiksbu mingħand l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni ta’ kontijiet li jagħtu preżentazzjoni ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni baġitarja. L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandu jiggarantixxi l-affidabbiltà ta’ tali informazzjoni.
3. Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mill-istituzzjoni tal-Unjoni jew mill-korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 70, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jiffirmahom u b’hekk jiċċertifika li huwa għandu aċċertazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jagħtu preżentazzjoni ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tal-korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 70.
Għal dak il-fini, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jivverifika li l-kontijiet tħejjew f’konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 80 u l-proċeduri kontabilistiċi, imsemmija fl-Artikolu 77(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), u li d-dħul u n-nefqa kollha jkunu ddaħħlu fil-kontijiet.
4. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu, f’konformità mar-regoli adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, jibgħat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà kwalunkwe informazzjoni finanzjarja u dwar il-ġestjoni li tkun meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jiġi informat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, regolarment u mill-inqas għall-għeluq tal-kontijiet, dwar id-data finanzjarja rilevanti tal-kontijiet bankarji fiduċjarji sabiex jippermetti li l-użu tal-fondi tal-Unjoni jkun rifless fil-kontijiet tal-Unjoni.
L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandhom jibqgħu totalment responsabbli għall-użu xieraq tal-fondi li jamministraw, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa taħt il-kontroll tagħhom u l-kompletezza u l-akkuratezza tal-informazzjoni mibgħuta lill-uffiċjal tal-kontabbiltà.
5. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinnotifika lill-uffiċjal tal-kontabbiltà dwar l-iżviluppi jew il-modifiki sinifikanti kollha ta’ sistema ta’ ġestjoni finanzjarja, ta’ sistema ta’ inventarju jew ta’ sistema għall-valutazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, jekk din tipprovdi data għall-kontijiet tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tintuża biex tissostanzja d-data tagħha, sabiex l-uffiċjal tal-kontabbiltà jkun jista’ jivverifika l-konformità mal-kriterji tal-validazzjoni.
Fi kwalunkwe waqt, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jerġa’ jeżamina sistema ta’ ġestjoni finanzjarja diġà vvalidata u jista’ jitlob li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni sabiex jikkoreġi, b’mod puntwali, id-dgħufijiet possibbli.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jkun responsabbli għall-kompletezza tal-informazzjoni mibgħuta lill-uffiċjal tal-kontabbiltà.
6. L-uffiċjal tal-kontabbiltà huwa mogħti s-setgħa jikkontrolla l-informazzjoni li jirċievi kif ukoll li jwettaq kwalunkwe kontroll ieħor li jqis neċessarju sabiex jiffirma l-kontijiet.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu, jekk ikunu meħtieġa, jagħmel riżervi li jispjegaw eżattament in-natura u l-ambitu ta’ tali riżervi.
7. Is-sistema kontabilistika ta’ istituzzjoni tal-Unjoni għandha sservi għall-organizzazzjoni tal-informazzjoni tal-baġit u tal-finanzi b’tali mod li ċ-ċifri jkunu jistgħu jiddaħħlu, jinħażnu u jiġu rreġistrati.
8. Is-sistema kontabilistika għandha tikkonsisti fil-kontijiet ġenerali u fil-kontijiet baġitarji. Il-kontijiet jinżammu f’euro fuq il-bażi tas-sena kalendarja.
9. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jista’ jżomm ukoll kontijiet tal-ġestjoni dettaljati.
10. Id-dokumenti ta’ sostenn għas-sistema kontabilistika u għat-tħejjija tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 247 għandhom jinżammu għal mill-anqas ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza għas-sena finanzjarja li dwarha jkunu d-dokumenti.
Madankollu, id-dokumenti relatati ma’ operazzjonijiet li jkunu għadhom mhumiex magħluqin għalkollox għandhom jinżammu sal-aħħar tas-sena ta’ wara dik li fiha jingħalqu l-operazzjonijiet. L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandu japplika għall-konservazzjoni tad-data dwar it-traffiku.
Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tiddeċiedi f’liema dipartiment għandhom jinżammu d-dokumenti ta’ sostenn.
Artikolu 83
Kontenut u żamma tal-kontijiet tal-baġit
1. Għal kull suddiviżjoni tal-baġit, il-kontijiet baġitarji għandhom juru:
|
(a) |
fil-każ ta’ nefqa:
|
|
(b) |
fil-każ ta’ dħul:
|
|
(c) |
l-impenji li għad iridu jitħallsu u d-dħul li għad irid jiġi rkuprat, riportati mis-snin finanzjarji preċedenti. |
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandhom jiddaħħlu u jintwerew b’mod separat.
2. Il-kontijiet baġitarji għandhom juru b’mod separat:
|
(a) |
l-użu tal-approprjazzjonijiet riportati u l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja; |
|
(b) |
l-ikklerjar tal-impenji pendenti. |
Fuq in-naħa tad-dħul, l-ammonti li jkunu għad iridu jiġu rkuprati mis-snin finanzjarji preċedenti jintwerew b’mod separat.
Artikolu 84
Kontijiet ġenerali
1. Il-kontijiet ġenerali għandhom, f’ordni kronoloġika, bl-użu tal-metodu tal-kontroentrati, jirreġistraw l-avvenimenti u l-operazzjonijiet kollha li jaffettwaw is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja u l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu.
2. Il-bilanċi u ċ-ċaqliq fil-kontijiet ġenerali għandhom jiddaħħlu fil-kotba tal-kontijiet.
3. L-entrati kontabilistiċi kollha, inklużi l-aġġustamenti għall-kontijiet, għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta’ sostenn, li għandhom jirreferu għalihom l-entrati.
4. Is-sistema kontabilistika għandha tkun tali li tħalli rekord tal-awditjar ċar għall-entrati kontabilistiċi kollha.
Artikolu 85
Kontijiet bankarji
1. Għall-ħtiġijiet tal-ġestjoni ta’ flus, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’, f’isem l-istituzzjoni tal-Unjoni tiegħu, jiftaħ kontijiet ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew ma’ banek ċentrali nazzjonali jew jitlob li jinfetħu tali kontijiet. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli wkoll għall-għeluq ta’ dawk il-kontijiet jew għall-iżgurar li jingħalqu.
2. It-termini li jirregolaw il-ftuħ, l-operat u l-użu tal-kontijiet għandhom, skont il-ħtiġijiet tal-kontroll intern, jistipulaw li ċekkijiet, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu bankarju u kwalunkwe operazzjoni bankarja oħra, iridu jiġu ffirmati minn membru wieħed jew aktar tal-persunal awtorizzat. L-istruzzjonijiet manwali jiġu ffirmati minn tal-anqas żewġ membri tal-persunal li jkunu awtorizzati biex jiffirmaw, jew mill-uffiċjal tal-kontabbiltà.
3. Fl-implimentazzjoni ta’ programm jew azzjoni, jistgħu jinfetħu kontijiet fiduċjarji għan-nom tal-Kummissjoni sabiex tkun possibbli l-ġestjoni tagħhom minn entità skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(ii), (iii), (v) jew (vi).
Tali kontijiet għandhom jinfetħu taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm jew l-azzjoni bi qbil mal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.
Tali kontijiet huma ġestiti taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.
4. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi r-regoli għall-ftuħ, il-ġestjoni u l-għeluq tal-kontijiet fiduċjarji u l-użu tagħhom.
Artikolu 86
Ġestjoni ta’ flus
1. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-uffiċjal tal-kontabbiltà biss għandu jkollu s-setgħa li jamministra l-flus kontanti u l-ekwivalenti għall-flus kontanti. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli għall-kustodja tagħhom.
2. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jara li l-istituzzjoni tal-Unjoni tiegħu għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed fondi sabiex tkopri r-rekwiżiti ta’ flus li jirriżultaw mill-implimentazzjoni baġitarja fil-qafas regolatorju applikabbli u għandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li l-ebda wieħed mill-kontijiet miftuħin f’konformità mal-Artikolu 85(1) ma jkun f’debitu.
3. Il-pagamenti għandhom isiru bi trasferiment ta’ kreditu bankarju, b’ċekk, jew jekk dan ikun awtorizzat b’mod speċifiku mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, b’karta ta’ kreditu, b’karta ta’ debitu, b’portafolli elettroniċi, b’debitu dirett jew b’mezzi oħra ta’ pagament, f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontabbiltà.
Qabel ma jassumi impenn ma’ parti terza, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jikkonferma l-identità tal-benefiċjarju, jistabbilixxi l-entità legali u d-dettalji tal-pagament tal-benefiċjarju u jdaħħalhom fil-fajl komuni tal-istituzzjoni tal-Unjoni li għalih l-uffiċjal tal-kontabbiltà jkun responsabbli.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jagħmel pagamenti biss jekk l-ewwel l-entità legali u d-dettalji tal-pagament tal-benefiċjarju jkunu ddaħħlu f’fajl komuni mill-istituzzjoni tal-Unjoni li għaliha jkun responsabbli l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.
L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandhom jinformaw lill-uffiċjal tal-kontabbiltà dwar kwalunkwe bidla fl-entità legali u fid-dettalji tal-pagament ikkomunikati lilhom mill-benefiċjarju u għandhom jiċċekkjaw li dawk id-dettalji jkunu għadhom validi qabel ma jawtorizzaw xi pagament.
Artikolu 87
L-inventarju tal-assi
1. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-aġenziji jew il-korpi tal-Unjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu għandhom iżommu inventarji li juru l-kwantità u l-valur tal-assi kollha tagħhom, tanġibbli, mhux tanġibbli u finanzjarji, f’konformità ma’ mudell imħejji mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.
Għandhom jivverifikaw ukoll li l-entrati fl-inventarji rispettivi tagħhom jikkorrispondu għas-sitwazzjoni attwali.
L-oġġetti kollha miksuba b’perjodu ta’ użu ta’ aktar minn sena, li mhumiex konsumabbli, u li l-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni tagħhom ikun ogħla minn dak indikat fil-proċeduri kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 77 għandhom jiddaħħlu fl-inventarju u jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-assi fissi.
2. Il-bejgħ tal-assi tanġibbli tal-Unjoni għandu jkun reklamat kif xieraq.
3. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-aġenziji jew il-korpi tal-Unjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dwar is-salvagwardja tal-assi inklużi fl-inventarji rispettivi tagħhom u jiddeċiedu liema dipartimenti amministrattivi huma responsabbli għas-sistema tal-inventarji.
Artikolu 88
Ħolqien ta’ kontijiet tal-imprest
1. Il-ħolqien ta’ kont tal-imprest u l-ħatra ta’ amministratur tal-imprest għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tispeċifika t-termini operatorji u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-kont tal-imprest.
2. Il-kontijiet tal-imprest jistgħu jitwaqqfu għall-pagament tan-nefqa meta, minħabba l-ammonti limitati involuti, ikun materjalment impossibbli jew ineffiċjenti li jitwettqu operazzjonijiet ta’ pagament skont ir-regoli ġenerali għall-operazzjonijiet ta’ nefqa. L-ammont massimu li jista’ jitħallas mill-amministratur tal-imprest f’każijiet bħal dawn għandu jiġi stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabbiltà għal kull tip ta’ nefqa u fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-kontijiet tal-imprest jistgħu jitwaqqfu wkoll għall-ġbir tad-dħul.
Fil-qasam tal-għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, il-kontijiet tal-imprest jistgħu jintużaw mingħajr ebda limitu fuq l-ammont għal perjodu ta’ żmien stabbilit wara li jkunu debitament ġustifikati, filwaqt li jirrispettaw il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar il-linja baġitarja li tikkorrispondi għas-sena finanzjarja kurrenti u f’konformità mar-regoli interni tal-Kummissjoni.
Fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, il-kontijiet tal-imprest jistgħu jintużaw ukoll għall-eżekuzzjoni, f’konformità mar-regoli ġenerali għall-operazzjonijiet ta’ nefqa, ta’ ammonti limitati għal EUR 60 000 għal kull partita ta’ nefqa, jekk tali użu jkun effiċjenti u effettiv fid-dawl tar-rekwiżiti lokali. Meta jkunu meħtieġa għall-pagament tan-nefqa miż-żewġ taqsimiet tal-baġit relatati mal-Kummissjoni u mas-SEAE, dawn għandhom jitwaqqfu bħala kontijiet tal-imprest separati.
Artikolu 89
Amministrazzjoni tal-kontijiet tal-imprest
1. L-amministraturi tal-imprest għandhom jintgħażlu minn uffiċjali jew, jekk ikun hemm bżonn u f’każijiet debitament sostanzjati biss, minn membri oħrajn tal-persunal jew f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli interni tal-Kummissjoni minn persunal imħaddem mill-Kummissjoni fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja dment li l-kuntratti ta’ impjieg tagħhom jiggarantixxu livell ekwivalenti ta’ protezzjoni f’termini ta’ obbligazzjoni kif applikabbli għall-persunal skont l-Artikolu 95.
2. Il-kontijiet tal-imprest għandhom ikunu alimentati bis-superviżjoni tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni u għandhom jitpoġġew taħt ir-responsabbiltà tal-amministraturi tal-imprest.
3. Il-pagamenti li jsiru għandhom jiġu segwiti minn deċiżjonijiet formali ta’ validazzjoni finali jew ordnijiet għall-pagament iffirmati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.
It-tranżazzjonijiet tal-imprest li jitwettqu barra mir-regoli ġenerali għal operazzjonijiet ta’ nefqa għandhom jiġu saldati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni sal-aħħar tax-xahar ta’ wara, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jiġu rikonċiljati l-bilanċ tal-kontijiet u l-bilanċ fil-bank.
4. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jissorvelja l-eżistenza tal-fondi allokati lill-amministraturi tal-imprest u ż-żamma tal-kotba u jivverifika li t-tranżazzjonijiet tal-imprest ikunu saru saż-żmien stipulat.
KAPITOLU 5
Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji
Artikolu 90
Irtirar tad-delega tas-setgħat lill-atturi finanzjarji u sospensjoni ta’ dmirijiethom
1. L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli jistgħu fi kwalunkwe waqt ikollhom id-delega jew is-sottodelega tagħhom imneħħija temporanjament jew definittivament mill-awtorità li taħtarhom.
2. L-uffiċjali tal-kontabbiltà jew l-amministraturi tal-imprest, jew it-tnejn, jistgħu fi kwalunkwe waqt jiġu sospiżi temporanjament jew definittivament minn dmirijiethom mill-awtorità li tkun ħatrithom.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bla preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni dixxiplinari meħuda fir-rigward tal-atturi finanzjarji msemmija f’dawk il-paragrafi.
Artikolu 91
Obbligazzjoni tal-atturi finanzjarji għal attività illegali, frodi jew korruzzjoni
1. Dan il-Kapitolu huwa bla preġudizzju għal kwalunkwe obbligazzjoni taħt id-dritt kriminali, li l-atturi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 90 jistgħu jeħlu kif previst fil-liġi nazzjonali applikabbli u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Unjoni jew uffiċjali tal-Istati Membri.
2. Bla preġudizzju għall-Artikoli 92, 94 u 95 ta’ dan ir-Regolament, kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, uffiċjal tal-kontabbiltà jew amministratur tal-imprest għandu jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u pagament ta’ kumpens f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal, jew, fil-każ ta’ persunal impjegati mill-Kummissjoni fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja kif imsemmi fl-Artikolu 89(1) ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-kuntratti ta’ impjieg tagħhom. Fil-każ ta’ attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-awtoritajiet u l-korpi deżinjati bil-leġiżlazzjoni applikabbli, b’mod partikolari lill-OLAF.
Artikolu 92
Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jkun soġġett għall-pagament ta’ kumpens kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal.
2. L-obbligu li jitħallas kumpens għandu japplika b’mod partikolari jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jew b’mod intenzjonat jew minħabba negliġenza serja min-naħa tiegħu:
|
(a) |
jiddetermina li għandhom jiġu rkuprati intitolamenti jew joħroġ ordnijiet ta’ rkupru, jimpenja nefqa jew jiffirma ordni għall-pagament mingħajr ma jkun konformi ma’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
jonqos milli jfassal dokument li jistabbilixxi ammont riċevibbli, jittraskura milli joħroġ ordni ta’ rkupru jew jittardja l-ħruġ tagħha jew jittardja l-ħruġ ta’ ordni għall-pagament, u b’hekk jesponi lill-istituzzjoni tal-Unjoni għal kawża ċivili minn partijiet terzi. |
3. Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega li jirċievi istruzzjoni vinkolanti li huwa jqis irregolari jew li tmur kontra l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari minħabba li l-istruzzjoni ma tkunx tista’ tiġi eżegwita bir-riżorsi allokati lilu, għandu jinforma lill-awtorità li mingħandha jkun irċieva d-delega jew is-sottodelega dwar dak il-fatt, bil-miktub. Jekk l-istruzzjoni tiġi kkonfermata bil-miktub u dik il-konferma tasal fil-ħin u tkun ċara biżżejjed, fis-sens li tkun tirreferi espliċitament għall-punti li jkunu ġew ikkontestati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega ma għandux jinżamm responsabbli. Huwa għandu jeżegwixxi l-istruzzjoni, sakemm din ma tkunx manifestament illegali jew tikkostitwixxi ksur tal-istandards tas-sikurezza rilevanti.
L-istess proċedura għandha tapplika f’każijiet meta uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jqis li deċiżjoni, li tkun fir-responsabbiltà tiegħu li jieħu, tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew meta uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jsir jaf, waqt l-eżekuzzjoni ta’ istruzzjoni vinkolanti, li ċ-ċirkostanzi tal-każ jistgħu jagħtu lok għal tali sitwazzjoni.
Kwalunkwe struzzjoni li tiġi kkonfermata fiċ-ċirkostanzi msemmija f’dan il-paragrafu għandha tiġi rreġistrata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega responsabbli u tissemma fir-rapport tal-attività annwali tiegħu.
4. Fil-każ ta’ sottodelega fl-ambitu tas-servizzi tiegħu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jibqa’ responsabbli għall-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi interni ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ u għall-għażla tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega.
5. Fil-każ ta’ sottodelega lil Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u d-deputati tagħhom, l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega għandhom ikunu responsabbli kemm għad-definizzjoni tas-sistemi interni ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ, kif ukoll għall-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom. Il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli għat-twaqqif u l-funzjonament xierqa ta’ dawk is-sistemi, f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, u għall-ġestjoni tal-fondi u l-operazzjonijiet li dawn jeżegwixxu fid-delegazzjoni tal-Unjoni taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Qabel ma jibdew jaqdu dmirijiethom, huma għandhom isegwu korsijiet speċifiċi ta’ taħriġ dwar il-kompiti u r-responsabilitajiet tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.
Il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom, f’konformità mal-Artikolu 76(3), jirrapportaw dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Kull sena, il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega tal-Kummissjoni l-assigurazzjoni dwar is-sistemi interni ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ fid-delegazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-ġestjoni tal-operazzjonijiet sottodelegati lilhom, u r-riżultati tagħhom, sabiex jippermettu lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jifformula d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni prevista fl-Artikolu 74(9).
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni meta jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega fin-nuqqas ta’ Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
Artikolu 93
Trattament tal-irregolaritajiet finanzjarji min-naħa ta’ membru tal-persunal
1. Bla preġudizzju għas-setgħat tal-OLAF u għall-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-korpi tal-Unjoni, tal-uffiċċji jew il-korpi Ewropej jew il-persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE fir-rigward tal-membri tal-persunal tagħhom u b’kunsiderazzjoni xierqa tal-protezzjoni tal-informaturi, kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament jew ta’ dispożizzjoni relatata mal-ġestjoni finanzjarja jew mal-kontroll tal-operazzjonijiet, li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta’ membru tal-persunal għandu jiġi riferut għal opinjoni lill-bord imsemmi fl-Artikolu 145, minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorità tal-ħatra inkarigata minn kwistjonijiet dixxiplinari; |
|
(b) |
l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, inklużi l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u d-deputati tagħhom fin-nuqqas tagħhom li jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega f’konformità mal-Artikolu 60(2). |
Meta l-bord jiġi mgħarraf direttament b’xi kwistjoni minn membru tal-persunal, huwa għandu jibgħat il-fajl lill-awtorità tal-ħatra tal-istituzzjoni tal-Unjoni, tal-korp tal-Unjoni, tal-uffiċċju Ewropew jew tal-korp jew tal-persuna kkonċernati u għandu jinforma lill-membru tal-persunal b’dan. L-awtorità tal-ħatra tista’ titlob l-opinjoni tal-bord dwar il-każ.
2. Talba għal opinjoni tal-bord skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-fatti u l-att jew l-ommissjoni li l-bord jintalab jivvaluta, kif ukoll minn dokumenti rilevanti ta’ sostenn, inklużi rapporti ta’ kwalunkwe investigazzjoni li tkun saret. Kull fejn hu possibbli, l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata f’forma anonimizzata.
Qabel ma tissottometti talba jew kwalunkwe tagħrif addizzjonali lill-bord, l-awtorità tal-ħatra jew l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, skont kif ikun xieraq, għandhom jagħtu lill-membru tal-persunal involut l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, wara li jiġu nnotifikati lilu d-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fl-ewwel subparagrafu, sa fejn dik in-notifika ma timminax serjament it-twettiq ta’ investigazzjonijiet ulterjuri.
3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-bord imsemmi fl-Artikolu 145 għandu jkun kompetenti biex jivvaluta jekk, abbażi tal-elementi ppreżentati lilu skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u kwalunkwe tagħrif addizzjonali riċevut, tkunx seħħet irregolarità finanzjarja. Abbażi tal-opinjoni tal-bord, l-istituzzjoni tal-Unjoni, il-korp tal-Unjoni, l-uffiċċju Ewropew jew il-korp jew il-persuna kkonċernati għandhom jiddeċiedu dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu xierqa f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal. Jekk il-bord jintebaħ bi problemi sistemiċi, dan għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx il-membru tal-persunal involut, kif ukoll lill-awditur intern.
4. Meta il-bord jagħti l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dan għandu jkun magħmul mill-membri msemmija fl-Artikolu 145(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) kif ukoll minn dawn il-membri addizzjonali li ġejjin, li għandhom jinħatru b’kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li jkunu evitati l-kunflitti ta’ interessi:
|
(a) |
rappreżentant tal-awtorità tal-ħatra inkarigata bi kwistjonijiet dixxiplinari tal-istituzzjoni tal-Unjoni, tal-korp tal-Unjoni, tal-uffiċċju Ewropew jew tal-korp jew tal-persuna kkonċernati meta l-każ jiġi riferut f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jew rappreżentant tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli meta l-każ jiġi riferut f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b); |
|
(b) |
membru maħtur mill-kumitat tal-persunal tal-istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni, uffiċċju Ewropew jew korp jew persuna kkonċernati; |
|
(c) |
membru tas-servizz legali tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tħaddem lill-membru tal-persunal ikkonċernat. |
Meta l-bord jagħti l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1, din għandha tkun indirizzata lill-awtorità tal-ħatra tal-istituzzjoni tal-Unjoni, tal-korp tal-Unjoni, tal-uffiċċju Ewropew jew tal-korp jew tal-persuna kkonċernati.
5. Il-bord ma għandu jkollu l-ebda setgħa investigattiva. L-istituzzjoni tal-Unjoni, il-korp tal-Unjoni, l-uffiċċju Ewropew jew il-korp jew il-persuna kkonċernati għandhom jikkooperaw mal-bord bil-ħsieb li jiġi żgurat li dan tal-aħħar ikollu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu.
6. Meta l-bord iqis li l-każ huwa kwistjoni tal-OLAF, huwa għandu, f’konformità mal-paragrafu 1, jibgħat il-fajl lill-awtorità tal-ħatra rilevanti mingħajr dewmien u jgħarraf lill-OLAF minnufih.
7. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw b’mod sħiħ lill-Unjoni fl-infurzar ta’ kwalunkwe obbligazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal, ta’ persunal temporanju li għalih japplika l-Artikolu 2, il-punt (e), tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 94
Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabbiltà
Uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u pagament ta’ kumpens, kif stabbilit fil-proċeduri fir-Regolamenti tal-Persunal u f’konformità magħhom. Uffiċjal tal-kontabbiltà jista’, b’mod partikolari, isir soġġett għal dan b’riżultat ta’ xi waħda mill-forom li ġejjin ta’ mġiba ħażina min-naħa tiegħu:
|
(a) |
telf jew ikkawżar ta’ danni lil fondi, assi jew dokumenti li jkun qiegħed jieħu ħsieb; |
|
(b) |
bdil ta’ kontijiet bankarji jew kontijiet giro postali b’mod żbaljat; |
|
(c) |
irkuprar jew pagament ta’ ammonti li ma jkunux konformi mal-ordnijiet ta’ rkupru jew l-ordnijiet għall-pagament korrispondenti; |
|
(d) |
nuqqas ta’ ġbir tad-dħul dovut. |
Artikolu 95
Regoli applikabbli għall-amministratur tal-imprest
Amministratur tal-imprest jista’, b’mod partikolari, jinżamm responsabbli b’riżultat ta’ xi waħda mill-forom li ġejjin ta’ mġiba ħażina minn naħa tiegħu:
|
(a) |
telf jew ikkawżar ta’ danni lil fondi, assi jew dokumenti li jkun qiegħed jieħu ħsieb; |
|
(b) |
nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn adegwati għall-pagamenti li jkun għamel; |
|
(c) |
pagamenti magħmula lil persuni li mhumiex intitolati għal tali pagamenti; |
|
(d) |
nuqqas ta’ ġbir tad-dħul dovut. |
KAPITOLU 6
Operazzjonijiet ta’ dħul
Artikolu 96
Riżorsi proprji
1. Estimu tad-dħul kostitwit mir-riżorsi proprji, kif imsemmi fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 għandu jiddaħħal fil-baġit f’euro. Ir-riżorsi proprji korrispondenti għandhom ikunu disponibbli f’konformità mar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 609/2014 u (UE, Euratom) 2021/770.
2. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jħejji skeda li tindika meta r-riżorsi proprji definiti fid-Deċiżjoni (EU, Euratom) 2020/2053 se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.
Ir-riżorsi proprji għandhom jiġu stabbiliti u rkuprati f’konformità mar-regoli adottati skont dik id-Deċiżjoni.
Għal skopijiet kontabilistiċi, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu joħroġ ordni ta’ rkupru għal krediti u debiti għall-kont għar-riżorsi proprji msemmija fir-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 609/2014 u (UE, Euratom) 2021/770.
Artikolu 97
Estimu tal-ammonti riċevibbli
1. Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkollu informazzjoni suffiċjenti u affidabbli fir-rigward ta’ xi miżura jew sitwazzjoni li tista’ twassal biex ikun hemm ammont dovut lill-Unjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jagħmel estimu tal-ammont riċevibbli.
2. L-estimu tal-ammont riċevibbli għandu jkun aġġustat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli malli dan isir jaf b’avveniment li jimmodifika l-miżura jew is-sitwazzjoni li wasslet biex isir l-estimu.
Meta jistabbilixxi l-ordni ta’ rkupru dwar miżura jew sitwazzjoni li qabel kienet wasslet biex isir estimu tal-ammonti riċevibbli, tali estimu għandu għaldaqstant jiġi aġġustat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.
Jekk l-ordni ta’ rkupru tinħareġ għall-istess ammont bħall-estimu oriġinali tal-ammonti riċevibbli, dan l-estimu għandu jitnaqqas għal żero.
3. B’deroga mill-paragrafu 1, l-ebda estimu tal-ammont riċevibbli ma għandu jsir qabel mal-Istati Membri jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti tar-riżorsi proprji definiti fid-Deċiżjoni (EU, Euratom) 2020/2053, li jitħallsu f’intervalli stabbiliti mill-Istati Membri. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu joħroġ ordni ta’ rkupru fir-rigward ta’ dawk l-ammonti.
Artikolu 98
Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli
1. Sabiex jistabbilixxi ammont riċevibbli, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu:
|
(a) |
jivverifika li d-dejn jeżisti; |
|
(b) |
jiddetermina jew jivverifika r-realtà u l-ammont tad-dejn; u |
|
(c) |
jivverifika l-kundizzjonijiet li fihom ikun dovut id-dejn. |
L-istabbiliment tal-ammont riċevibbli għandu jikkostitwixxi r-rikonoxximent tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ debitur u l-istabbiliment tal-intitolament li d-debitur jintalab iħallas id-dejn.
2. Kwalunkwe ammont riċevibbli li huwa identifikat bħala ammont fiss, ċert u dovut għandu jiġi stabbilit b’ordni ta’ rkupru li permezz tagħha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjal tal-kontabbiltà biex jirkupra l-ammont. Din għandha tiġi segwita minn nota ta’ debitu mibgħuta lid-debitur, ħlief f’każijiet meta titwettaq minnufih proċedura ta’ rinunzja f’konformità mal-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu. Kemm l-ordni ta’ rkupru kif ukoll in-nota ta’ debitu għandhom jitfasslu mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat in-nota ta’ debitu minnufih wara li jistabbilixxi l-ammont riċevibbli u mhux aktar tard minn perjodu ta’ ħames snin minn meta l-istituzzjoni tal-Unjoni kienet, f’ċirkustanzi normali, f’pożizzjoni li tagħmel pretensjoni għad-dejn tagħha. Dan il-perjodu ma għandux japplika meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jistabbilixxi li, minkejja l-isforzi li tkun għamlet l-istituzzjoni tal-Unjoni, id-dewmien fit-teħid ta’ azzjoni kien ikkaġunat mill-imġiba tad-debitur.
3. Sabiex jistabbilixxi ammont riċevibbli, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura li:
|
(a) |
l-ammont riċevibbli jkun ċert, jiġifieri ma jkun soġġett għall-ebda kundizzjoni; |
|
(b) |
l-ammont riċevibbli jkun fiss, espress preċiżament f’termini ta’ flus kontanti; |
|
(c) |
l-ammont riċevibbli jkun dovut u ma jkun soġġett għall-ebda żmien ta’ pagament; |
|
(d) |
id-dettalji tad-debitur ikunu korretti; |
|
(e) |
l-ammont ikun irreġistrat fil-partita baġitarja korretta; |
|
(f) |
id-dokumenti ta’ sostenn ikunu kif suppost; u |
|
(g) |
jkun hemm konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 101(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) jew (b). |
4. In-nota ta’ debitu tinforma lid-debitur li:
|
(a) |
l-Unjoni stabbiliet l-ammont riċevibbli; |
|
(b) |
jekk il-pagament tad-debitu jsir qabel id-data tal-għeluq, kif speċifikat fin-nota ta’ debitu, ma jkun dovut l-ebda imgħax ta’ inadempjenza; |
|
(c) |
jekk il-pagament tad-dejn ma jsirx sal-iskadenza msemmija fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu, id-dejn għandu jġorr imgħax bir-rata msemmija fl-Artikolu 99, bla l-ebda preġudizzju għal kwalunkwe regolament speċifiku applikabbli; |
|
(d) |
jekk il-pagament tad-dejn ma jsirx sal-iskadenza msemmija fil-punt (b), l-istituzzjoni tal-Unjoni twettaq l-irkupru permezz ta’ tpaċija jew permezz ta’ infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata bil-quddiem; |
|
(e) |
l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jeffettwa l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel l-iskadenza msemmija fil-punt (b), meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta huwa jkollu raġunijiet ġustifikati biex jemmen li l-ammont dovut lill-Unjoni jkun se jintilef, wara li d-debitur ikun ġie mgħarraf bir-raġunijiet u d-data tal-irkupru permezz ta’ tpaċija; |
|
(f) |
jekk, wara li jittieħdu l-passi kollha stipulati fil-punti minn (a) sa (e) ta’ dan is-subparagrafu, l-ammont ikun għadu ma ġiex irkuprat kollu, l-istituzzjoni tal-Unjoni teżerċita l-irkupru permezz tal-infurzar ta’ deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 100(2) jew permezz ta’ azzjoni legali. |
Meta wara l-verifika tad-dettalji tad-debitur jew abbażi ta’ informazzjoni rilevanti oħra disponibbli dak iż-żmien, ikun ċar li d-dejn jaqa’ taħt il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 101(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) jew (b), jew li n-nota ta’ debitu ma tkunx intbagħtet f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu, wara li jkun stabbilixxa l-ammont riċevibbli, jiddeċiedi li jirrinunzja direttament l-irkupru f’konformità mal-Artikolu 101 mingħajr ma jibgħat nota ta’ debitu, bi qbil mal-uffiċjal tal-kontabbiltà.
Fil-każijiet l-oħra kollha, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jistampa n-nota ta’ debitu u jibgħatha lid-debitur. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jiġi mgħarraf li n-nota ta’ debitu ntbagħtet permezz tas-sistema ta’ informazzjoni finanzjarja.
5. L-ammonti mħallsa indebitament għandhom jiġu rkuprati.
Artikolu 99
Imgħax ta’ inadempjenza
1. Bla preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ regolamenti speċifiċi, kwalunkwe ammont riċevibbli li ma jitħallasx lura fl-iskadenza msemmija fl-Artikolu 98(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandu jġorr imgħax f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
2. Ħlief fil-każ imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, ir-rata tal-imgħax għall-ammonti riċevibbli li ma jitħallsux lura fl-iskadenza msemmija fl-Artikolu 98(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih tkun l-iskadenza, miżjuda bi:
|
(a) |
tmien punti perċentwali meta l-avveniment li jobbliga jkun kuntratt ta’ provvista jew kuntratt ta’ servizz; |
|
(b) |
tliet punti perċentwali u nofs fil-każijiet l-oħra kollha. |
3. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat mill-jum kalendarju ta’ wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 98(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), sal-jum kalendarju meta d-dejn jitħallas lura kollu.
L-ordni ta’ rkupru li tikkorrispondi għall-ammont tal-imgħax ta’ inadempjenza tinħareġ meta dak l-imgħax fil-fatt jitħallas.
4. Fil-każ ta’ multi, penali jew sanzjonijiet oħra, ir-rata tal-imgħax għal ammonti riċevibbli mhux imħallsa jew koperti minn garanzija finanzjarja aċċettabbli għall-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni sal-iskadenza stabbilita fid-deċiżjoni tal-istituzzjoni tal-Unjoni li timponi multa, penali jew sanzjoni oħra għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih tkun ġiet adottata d-deċiżjoni li timponi multa, penali jew sanzjoni oħra, miżjuda bi tliet punti perċentwali u nofs.
Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha skont l-Artikolu 261 tat-TFUE, iżżid l-ammont ta’ multa jew penali oħra, l-imgħax fuq l-ammont taż-żieda għandu jiddekorri mid-data tas-sentenza tal-Qorti.
5. Meta r-rata tal-imgħax ġenerali tkun negattiva, din għandha tiġi stabbilita għal żero fil-mija.
Artikolu 100
Awtorizzazzjoni tal-irkupru
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, billi joħroġ ordni ta’ rkupru, jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà biex jirkupra ammont riċevibbli li dak l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun stabbilixxa (l-“awtorizzazzjoni tal-irkupru”).
2. Istituzzjoni tal-Unjoni tista’ formalment tistabbilixxi ammont bħala riċevibbli minn persuni għajr Stati Membri permezz ta’ deċiżjoni li għandha tkun infurzabbli fis-sens tal-Artikolu 299 tat-TFUE.
Jekk il-protezzjoni effiċjenti u f’waqtha tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tkun teħtieġ hekk, istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jitolbu lill-Kummissjoni tadotta tali deċiżjoni infurzabbli għall-benefiċċju tagħhom fir-rigward ta’ pretensjonijiet li jitqajmu fir-rigward ta’ persunal jew b’rabta ma’ membri jew ex membri ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, dment li dawk l-istituzzjonijiet ikunu qablu mal-Kummissjoni dwar il-modalitajiet prattiċi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
Tali ċirkostanzi eċċezzjonali għandhom jitqiesu li jeżistu meta ma jkun hemm l-ebda prospett ta’ rkupru tad-dejn mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni permezz ta’ pagament volontarju jew permezz ta’ tpaċija kif previst fl-Artikolu 101(1) u l-kundizzjonijiet għar-rinunzja tal-irkupru skont l-Artikolu 101(2) u (3) ma jkunux issodisfati. Fil-każijiet kollha, id-deċiżjoni infurzabbli għandha tispeċifika li l-ammonti mitlubin għandhom jiddaħħlu fit-taqsima tal-baġit relatata mal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni, li għandha taġixxi ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Id-dħul għandu jiddaħħal bħala dħul ġenerali għajr jekk ikun jikkostitwixxi dħul assenjati kif previst fl-Artikolu 21(3).
L-istituzzjoni tal-Unjoni li tagħmel it-talba għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe avveniment li x’aktarx ibiddel l-irkupru u għandha tintervjeni biex tappoġġja lill-Kummissjoni f’każ ta’ appell kontra d-deċiżjoni infurzabbli.
Artikolu 101
Regoli dwar l-irkupru
1. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jaġixxi fuq ordnijiet għall-irkupru għal ammonti riċevibbli li jkunu ġew iddeterminati debitament mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jeżerċita d-diliġenza dovuta biex jiżgura li l-Unjoni tirċievi d-dħul tagħha u għandu jiżgura li d-drittijiet tagħha jkunu salvagwardjati.
Rimborż parzjali minn debitur li jkun soġġett għal diversi ordnijiet ta’ rkupru għandu l-ewwel jitħallas fuq l-aktar intitolament antik sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mid-debitur. Kwalunkwe pagament parzjali għandu l-ewwel ikopri l-imgħax.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jirkupra l-ammonti dovuti lill-baġit billi jpaċihom f’konformità mal-Artikolu 102.
2. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jirrinunzja għall-irkupru tal-ammont riċevibbli kollu jew ta’ parti minnu f’dawn il-każijiet biss:
|
(a) |
meta l-kost prevedibbli tal-irkupru jkun akbar mill-ammont li għandu jiġi rkuprat u r-rinunzja ma tkunx ta’ ħsara għall-immaġini tal-Unjoni; |
|
(b) |
meta l-ammont riċevibbli ma jkunx jista’ jiġi rkuprat fid-dawl taż-żmien tiegħu, tad-dewmien fid-dispaċċ tan-nota ta’ debitu fit-termini ddefiniti fl-Artikolu 98(2), jew tal-insolvenza tad-debitur, jew ta’ xi proċediment ieħor ta’ insolvenza; |
|
(c) |
meta l-irkupru ma jkunx konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jippjana li jirrinunzja għalkollox jew parzjalment għall-irkupru ta’ ammont riċevibbli stabbilit, huwa għandu jiżgura li r-rinunzja tkun regolari u tkun konformi mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u proporzjonalità. Id-deċiżjoni ta’ rinunzja għal irkupru għandha tiġi sostanzjata. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jiddelega s-setgħa biex tittieħed dik id-deċiżjoni.
3. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaġixxi f’konformità mal-proċeduri ddeterminati minn qabel stabbiliti fl-istituzzjoni tal-Unjoni tiegħu u għandu japplika l-kriterji li ġejjin li huma obbligatorji u applikabbli fiċ-ċirkostanzi kollha:
|
(a) |
il-fatti, filwaqt li jqis il-gravità tal-irregolarità li twassal għall-istabbiliment tal-ammont riċevibbli (frodi, reat ripetut, intenzjoni, diliġenza, bona fide, żball manifest); |
|
(b) |
l-impatt li r-rinunzja tal-irkupru jkollha fuq l-operazzjonijiet tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tagħha (l-ammont involut, ir-riskju li jinħoloq preċedent, l-imminar tal-awtorità tal-liġi). |
4. Skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, meta dan ikun xieraq, iqis il-kriterji addizzjonali li ġejjin:
|
(a) |
kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni li tiġi kkawżata mir-rinunzja tal-irkupru; |
|
(b) |
id-danni ekonomiċi u soċjali li jistgħu jinħolqu li kieku d-dejn kellu jiġi rkuprat kollu. |
5. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tibgħat kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar ir-rinunzji mogħtija minnha skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. L-informazzjoni dwar ir-rinunzji li jkunu anqas minn EUR 60 000 għandha tingħata bħala ammont totali. Fil-każ tal-Kummissjoni, dak ir-rapport għandu jkun mehmuż mas-sommarju tar-rapporti tal-attività annwali msemmija fl-Artikolu 74(9).
6. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jikkanċella ammont riċevibbli stabbilit b’mod sħiħ jew parzjali. Il-kanċellazzjoni parzjali ta’ ammont riċevibbli stabbilit ma timplikax ir-rinunzja tal-intitolament stabbilit li jifdal tal-Unjoni.
Fil-każ ta’ żball, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkanċella totalment jew parzjalment l-ammont riċevibbli stabbilit u jagħti raġunijiet adegwati.
Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tistabbilixxi fir-regoli interni tagħha l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tiddelega s-setgħat ta’ kanċellazzjoni ta’ ammont riċevibbli stabbilit.
7. L-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja għat-twettiq tal-kontrolli u tal-awditi u għall-irkupru tal-ammonti minfuqa indebitament, kif previst fir-regoli speċifiċi għas-settur. Jekk l-Istati Membri jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet huma stess, dawn għandhom ikunu eżentati mill-korrezzjonijiet finanzjarji min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn l-irregolaritajiet.
8. Il-Kummissjoni għandha tapplika korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-Istati Membri sabiex teskludi mill-finanzjamenti tal-Unjoni n-nefqa mġarrba bi ksur tal-liġi applikabbli. Il-Kummissjoni għandha ssejjes il-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq l-identifikazzjoni tal-ammonti minfuqa indebitament, u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit. Meta dawn l-ammonti ma jkunux jistgħu jiġu identifikati b’mod preċiż, il-Kummissjoni tista’ tapplika korrezzjonijiet estrapolati jew b’rata fissa f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur.
Il-Kummissjoni għandha, fid-deċiżjoni tagħha dwar l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja, tqis in-natura u l-gravità tal-ksur tal-liġi applikabbli kif ukoll l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit, inklużi n-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll.
Il-kriterji biex jiġu definiti l-korrezzjonijiet finanzjarji u l-proċedura li għandha tiġi segwita jistgħu jkunu stabbiliti f’regoli speċifiċi għas-settur.
9. Il-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet estrapolati jew b’rata fissa għandha tkun stabbilita f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista’ tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Artikolu 102
Irkupru permezz ta’ tpaċija
1. Meta d-debitur ikollu pretensjoni fuq l-Unjoni, jew fuq aġenzija eżekuttiva meta din timplimenta l-baġit, li tkun ċerta fis-sens tal-Artikolu 98(3), il-punt (a), ta’ ammont fiss u dovuta fir-rigward ta’ somma stabbilita permezz ta’ ordni għall-pagament, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu, wara li tinqabeż l-iskadenza msemmija f-Artikolu 98(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), jirkupra l-ammonti riċevibbli stabbiliti permezz ta’ tpaċija.
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u meta l-uffiċjal tal-kontabbiltà jkollu raġunijiet ġustifikati biex jemmen li l-ammont dovut lill-Unjoni jkun se jintilef, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jikseb l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel ma tinqabeż l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 98(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b).
L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jikseb ukoll l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel ma tinqabeż l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 98(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta jaqbel id-debitur.
2. Qabel jipproċedi bi kwalunkwe rkupru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jikkonsulta mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u jinforma lid-debituri kkonċernati, inkluż dwar il-mezzi ta’ rimedju f’konformità mal-Artikolu 134.
Meta d-debitur ikun awtorità nazzjonali jew waħda mill-entitajiet amministrattivi tagħha, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jinforma wkoll lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrikorri għall-irkupru permezz ta’ tpaċija mill-anqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel ma jipproċedi bl-irkupru. Madankollu, bi qbil mal-Istat Membru jew mal-entità amministrattiva kkonċernata, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel tgħaddi dik l-iskadenza.
3. It-tpaċija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-istess effett bħal pagament u għandha teħles lill-Unjoni mill-ammont tad-dejn u, meta dan ikun xieraq, mill-imgħax dovut.
4. Il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza ma għandux jaffettwa d-dritt tal-uffiċjal tal-kontabbiltà li jipproċedi b’irkupru permezz ta’ tpaċija kif imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 103
Proċedura ta’ rkupru meta ma jsirx pagament volontarju
1. Bla preġudizzju għall-Artikolu 102, jekk l-ammont sħiħ ma jkunx ġie rkuprat sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 98(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u mingħajr dewmien għandu jibda l-proċedura sabiex iwettaq l-irkupru bi kwalunkwe mezz previst mil-liġi, inkluż, meta dan ikun xieraq, permezz tal-infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata bil-quddiem.
2. Bla preġudizzju għall-Artikolu 102, meta l-metodu ta’ rkupru msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jkunx jista’ jintuża u d-debitur ikun naqas milli jħallas b’reazzjoni għal ittra ta’ avviż formali mibgħuta mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jwettaq l-irkupru permezz tal-infurzar ta’ deċiżjoni miksuba jew f’konformità mal-Artikolu 100(2) jew permezz ta’ azzjoni legali.
Artikolu 104
Żmien addizzjonali għall-pagament
L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’, f’kollaborazzjoni mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jagħti aktar żmien biex isir il-pagament biss fuq talba bil-miktub mid-debitur, bir-raġunijiet għaliex għandu jagħmel dan, u bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
id-debitur jieħu impenn li jħallas imgħax bir-rata speċifikata fl-Artikolu 99 għall-perjodu addizzjonali kollu miżjud, li jiddekorri mill-iskadenza msemmija fl-Artikolu 98(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b); |
|
(b) |
sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-Unjoni, id-debitur jiddepożita garanzija finanzjarja li tkopri d-dejn pendenti kemm fis-somma kapitali kif ukoll fl-imgħax, li tkun aċċettata mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni tal-Unjoni. |
Il-garanzija msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (b), tista’ tiġi sostitwita b’garanzija in solidum minn parti terza approvata mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni tal-Unjoni.
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fuq talba mid-debitur, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (b), meta, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu, id-debitur ikun lest li jagħmel il-pagament u jkun jista’ jagħmel dan il-pagament fil-perjodu ta’ żmien addizzjonali, iżda ma jkunx jista’ jiddepożita tali garanzija u jkun jinsab f’sitwazzjoni ta’ diffikultà finanzjarja.
Artikolu 105
Perjodu ta’ limitazzjoni
1. Bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti speċifiċi u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053, l-intitolamenti tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi u l-intitolamenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin.
2. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi jibda jiddekorri malli tinqabeż l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 98(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b).
Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni għandu jiddekorri mid-data li fiha jkun dovut il-pagament tal-intitolament tal-parti terza f’konformità mal-impenn legali korrispondenti.
3. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi għandu jiġi interrott bi kwalunkwe att ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, jew ta’ Stat Membru li jaġixxi fuq it-talba ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, innotifikat lill-parti terza u bil-għan li jiġi rkuprat id-dejn.
Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni għandu jiġi interrott bi kwalunkwe att innotifikat lill-Unjoni mill-kredituri tagħha jew f’isem il-kredituri tagħha bil-għan li jiġi rkuprat id-dejn.
4. Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ ħames snin għandu jiddekorri mill-jum ta’ wara l-interruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.
5. Kwalunkwe azzjoni legali li tirrigwarda intitolament kif imsemmi fil-paragrafu 2, inklużi azzjonijiet li jinġiebu quddiem qorti li aktar tard tiddikjara lilha nnifisha bħala li ma għandhiex ġuriżdizzjoni, għandha tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni. Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ ħames snin ma għandux jibda jiddekorri sakemm tinqata’ sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata jew sakemm tinstab soluzzjoni extraġudizzjarja bejn l-istess partijiet fuq l-istess azzjoni.
6. Meta l-uffiċjal tal-kontabbiltà jagħti lid-debitur żmien addizzjonali għall-pagament f’konformità mal-Artikolu 104, dan għandu jitqies bħala interruzzjoni tal-perjodu ta’ limitazzjoni. Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ ħames snin għandu jiddekorri mill-jum ta’ wara l-iskadenza taż-żmien estiż għall-pagament.
7. L-intitolamenti tal-Unjoni ma għandhomx jiġu rkuprati wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni, kif previst fil-paragrafi 2 sa 6.
Artikolu 106
Trattament nazzjonali għall-intitolamenti tal-Unjoni
Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, l-intitolamenti tal-Unjoni għandhom jingħataw l-istess trattament preferenzjali bħall-intitolamenti tal-istess natura dovuti lil korpi pubbliċi fl-Istati Membri fejn ikunu qed isiru l-proċedimenti ta’ rkupru.
Artikolu 107
Multi, penali oħrajn, sanzjonijiet u mgħax dovut imposti minn istituzzjonijiet tal-Unjoni
1. Ammonti riċevuti bħala multi, penali u sanzjonijiet oħra, u kwalunkwe imgħax jew introjtu ieħor iġġenerat minnhom, ma għandhomx jiddaħħlu fil-baġit sakemm id-deċiżjonijiet li jimponuhom ikunu soġġetti, jew għad jistgħu jsiru soġġetti, għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
2. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddaħħlu fil-baġit mill-aktar fis possibbli wara l-eżawriment tar-rimedji legali kollha. F’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati jew meta jiġu eżawriti r-rimedji legali kollha wara l-1 ta’ Settembru tas-sena finanzjarja kurrenti, l-ammonti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit fis-sena finanzjarja ta’ wara.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 48 (2), il-punt (b), l-ammonti meħtieġa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiddaħħlu fil-baġit sa tmiem is-sena finanzjarja ta’ wara.
L-ammonti li għandhom ikunu rritornati lill-entità li ħallsithom, b’segwitu għal sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa, ma għandhomx jiddaħħlu fil-baġit.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għad-deċiżjonijiet rigward l-ikklerjar ta’ kontijiet jew korrezzjonijiet finanzjarji.
Artikolu 108
Irkupru ta’ multi, penali jew sanzjonijiet oħra imposti minn istituzzjonijiet tal-Unjoni
1. Meta tiġi istitwita azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjoni ta’ istituzzjoni tal-Unjoni li timponi multa, penali jew sanzjoni oħra skont it-TFUE jew it-Trattat tal-Euratom u sa dak iż-żmien li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha, id-debitur għandu jħallas proviżorjament l-ammonti kkonċernati fil-kont tal-bank indikat mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jew inkella għandu jiddepożita garanzija finanzjarja li tkun aċċettabbli għall-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Il-garanzija għandha tkun indipendenti mill-obbligu ta’ pagament ta’ multa, penali jew sanzjoni oħra u għandha tkun infurzabbli fuq talba. Din għandha tkopri l-pretensjoni fir-rigward tal-kapital u tal-imgħax li d-debitur għandu jħallas fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b), bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih tkun ġiet adottata d-deċiżjoni li timponi multa, penali jew sanzjoni oħra, miżjuda b’punt perċentwali u nofs, mill-iskadenza stabbilita fid-deċiżjoni tal-istituzzjoni tal-Unjoni li timponi multa, penali jew sanzjoni oħra.
2. Il-Kummissjoni tista’ tinvesti l-ammonti miġbura proviżorjament f’assi finanzjarji, filwaqt li tagħti prijorità lill-għan tas-sigurtà u l-likwidità tal-flejjes f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjara tajba.
3. Wara l-eżawriment tar-rimedji legali kollha u meta l-multa, il-penali jew is-sanzjoni oħra, tkun ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew meta d-deċiżjoni li timponi tali multa, penali jew sanzjoni oħra, ma tkunx għadha tista’ ssir soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandha tittieħed waħda mill-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
l-ammonti miġbura proviżorjament u r-redditu minnhom għandhom jiddaħħlu fil-baġit f’konformità mal-Artikolu 107(2); |
|
(b) |
meta tkun ġiet iddepożitata garanzija finanzjarja, din għandha tiġi infurzata u l-ammonti korrispondenti għandhom jiddaħħlu fil-baġit. |
Meta l-ammont tal-multa, penali jew sanzjoni oħra, ikun ġie miżjud mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw sal-ammonti tad-deċiżjoni oriġinali tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew, jekk ikun applikabbli, sal-ammont stabbilit f’sentenza preċedenti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-istess proċedimenti. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jiġbor l-ammont korrispondenti għaż-żieda u l-imgħax dovut kif speċifikat fl-Artikolu 99(4), li għandu jiddaħħal fil-baġit.
4. Meta l-multa, il-penali jew is-sanzjoni l-oħra tkun ġiet ikkanċellata jew l-ammont tagħha jkun tnaqqas, għandha tittieħed waħda mill-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
l-ammonti miġbura proviżorjament jew, fil-każ ta’ tnaqqis, il-parti rilevanti tagħhom għandhom jitħallsu lura lill-parti terza kkonċernata; |
|
(b) |
meta tkun ġiet iddepożitata garanzija finanzjarja, din għandha tiġi rilaxxata kif adatt. |
L-ammont jew il-parti rilevanti tiegħu msemmija fl subparagrafu, il-punt (a), għandhom jiżdiedu bl-imgħax abbażi tar-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih tkun ġiet adottata d-deċiżjoni li timponi multa, penali jew sanzjoni oħra, miżjuda b’punt perċentwali u nofs.
Il-pagamenti mill-ġdid skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu għandhom isiru fi żmien 60 jum mill-kanċellazzjoni jew it-tnaqqis tal-multa, penali jew sanzjoni oħra, ħlief meta d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa ma jkunux ġew prodotti fil-ħin biex tiġi identifikata l-parti terza kkonċernata jew il-kont bankarju tagħha. Malli jiskadi dak il-limitu ta’ żmien, il-kreditur għandu jkun intitolat għall-imgħax f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 116(5).
Artikolu 109
Imgħaxijiet kompensatorji
Bla preġudizzju għall-Artikoli 99(2) u 116(5), u għal każijiet apparti multi, penali u sanzjonijiet oħra kif imsemmi fl-Artikoli 107 u 108, meta ammont ikun irid jiġi rimborżat b’segwitu għal sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew bħala riżultat ta’ soluzzjoni amikevoli, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. Ir-rata tal-imgħax ma għandhiex tkun negattiva. L-imgħax għandu jiddekorri mid-data tal-pagament tal-ammont li jrid jiġi rimborżat sad-data li fiha jkun dovut ir-rimborż.
Meta r-rata tal-imgħax ġenerali tkun negattiva, din għandha tiġi stabbilita għal żero fil-mija.
KAPITOLU 7
Operazzjonijiet ta’ nefqa
Artikolu 110
Deċiżjonijiet ta’ finanzjament
1. Impenn baġitarju għandu jkun preċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-istituzzjoni tal-Unjoni jew mill-awtorità li lilha jkunu ġew delegati setgħat mill-istituzzjoni tal-Unjoni. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament għandhom ikunu annwali jew pluriennali.
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika fil-każ ta’ approprjazzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ kull istituzzjoni tal-Unjoni taħt l-awtonomija amministrattiva tagħha li tista’ tiġi implimentata mingħajr att bażiku f’konformità mal-Artikolu 58(2), il-punt (e), tan-nefqa għas-sostenn amministrattiv u tal-kontribuzzjonijiet għall-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71.
2. Id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha fl-istess ħin tikkostitwixxi programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali u għandha tiġi adottata, kif xieraq, mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tal-abbozz ta’ baġit u fil-prinċipju qatt wara l-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ implimentazzjoni. Meta l-att bażiku rilevanti jipprevedi modalitajiet speċifiċi għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament jew programm ta’ ħidma jew dawn it-tnejn, dawk il-modalitajiet għandhom jiġu applikati lill-parti tad-deċiżjoni ta’ finanzjament li tikkostitwixxi l-programm ta’ ħidma, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dak l-att bażiku. Il-parti li tikkostitwixxi l-programm ta’ ħidma għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni minnufih wara l-adozzjoni tagħha u qabel l-implimentazzjoni tagħha.
Id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha tindika l-ammont totali li tkopri u għandu jkun fiha deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati. Din għandha tispeċifika:
|
(a) |
l-att bażiku u l-linja baġitarja; |
|
(b) |
l-objettivi segwiti u r-riżultati mistennija; |
|
(c) |
il-metodi ta’ implimentazzjoni; |
|
(d) |
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-att bażiku għall-programm ta’ ħidma. |
3. Barra mill-elementi msemmija fil-paragrafu 2, id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha tistabbilixxi dan li ġej:
|
(a) |
għall-għotjiet: it-tip ta’ applikanti fil-mira tas-sejħa għal proposti jew l-għoti dirett u l-pakkett baġitarju globali riżervat għall-għotjiet; |
|
(b) |
għall-akkwisti: il-pakkett baġitarju globali riżervat għal akkwisti; |
|
(c) |
għall-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 238: l-approprjazzjonijiet riżervati għall-fond fiduċjarju għas-sena flimkien mal-ammonti ppjanati matul id-durata tiegħu, mill-baġit kif ukoll minn donaturi oħra; |
|
(d) |
għall-premjijiet: it-tip ta’ parteċipanti fil-mira tal-kompetizzjoni, il-pakkett baġitarju globali riżervat għall-kompetizzjoni u referenza speċifika għall-premjijiet b’valur unitarju ta’ EUR 1 000 000 jew aktar; |
|
(e) |
għall-istrumenti finanzjarji: l-ammont allokat għall-istrument finanzjarju; |
|
(f) |
fil-każ ta’ ġestjoni indiretta: il-persuna jew l-entità li timplimenta fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jew il-kriterji li għandhom jintużaw biex tintgħażel il-persuna jew l-entità; |
|
(g) |
għall-kontribuzzjonijiet għall-faċilitajiet jew pjattaformi ta’ taħlit: l-ammont allokat għall-faċilità jew pjattaforma ta’ taħlit u l-lista tal-entitajiet li jieħdu sehem fil-faċilità jew pjattaforma ta’ taħlit; |
|
(h) |
għall-garanziji baġitarji: l-ammont ta’ proviżjonament annwali u, meta jkun applikabbli, l-ammont tal-garanzija baġitarja li għandu jiġi rilaxxat. |
4. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jista’ jżid kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa xierqa jew fid-deċiżjoni ta’ finanzjament rispettiva li tikkostitwixxi l-programm ta’ ħidma jew fi kwalunkwe dokument ieħor ippubblikat fuq is-sit web tal-istituzzjoni tal-Unjoni.
Deċiżjoni ta’ finanzjament pluriennali għandha tkun konsistenti mal-ipprogrammar finanzjarju msemmi fl-Artikolu 41(2) u għandha tispeċifika li l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni hija soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet tal-baġit għas-snin finanzjarji rispettivi wara l-adozzjoni tal-baġit jew kif stipulat fis-sistema ta’ dodiċeżmi proviżorji.
5. Bla preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni ta’ att bażiku, kwalunkwe bidla sostanzjali f’deċiżjoni ta’ finanzjament diġà adottata għandha ssegwi l-istess proċedura bħad-deċiżjoni inizjali.
Artikolu 111
Operazzjonijiet ta’ nefqa
1. Kull partita tan-nefqa għandha tiġi impenjata, ivvalidata, awtorizzata u mħallsa.
Fi tmiem il-perjodi msemmija fl-Artikolu 114, il-bilanċ mhux użat tal-impenji baġitarji għandu jiġi diżimpenjat.
Meta jeżegwixxi l-operazzjonijiet, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jara li n-nefqa tkun konformi mat-Trattati, mal-baġit, ma’ dan ir-Regolament u ma’ atti oħrajn adottati skont it-Trattati kif ukoll mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
2. L-impenji baġitarji għandhom isiru u l-impenji legali għandhom jiġu assunti mill-istess uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati. B’mod partikolari, fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ għajnuna operazzjonali, l-impenji legali jistgħu jiġu assunti mill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, jew fin-nuqqas tagħhom mid-deputati tagħhom, fuq istruzzjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni li, però, jibqa’ responsabbli għalkollox għat-tranżazzjoni sottostanti. Il-persunal impjegat mill-Kummissjoni fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja jista’ jiffirma impenji legali marbutin ma’ pagamenti eżegwiti minn kontijiet tal-imprest b’valur li ma jaqbiżx l-EUR 2 500.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jagħmel impenn baġitarju qabel ma jidħol f’impenn legali ma’ partijiet terzi, il-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 214, jew jittrasferixxi fondi f’fond fiduċjarju tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 238.
It-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika:
|
(a) |
għal impenji legali konklużi wara dikjarazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi fil-qafas tal-pjan tal-kontinwità tan-negozju, f’konformità mal-proċeduri adottati mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe istituzzjoni oħra tal-Unjoni taħt l-awtonomija amministrattiva tagħha; |
|
(b) |
fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, ta’ operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u ta’ għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet, jekk l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-intervent tal-Unjoni tkun teħtieġ li l-Unjoni tassumi impenn legali ma’ partijiet terzi immedjatament u jekk ma jkunx possibbli li l-impenn baġitarju individwali jiġi rreġistrat minn qabel; |
|
(c) |
għal donazzjonijiet mhux finanzjarji. |
Fil-każijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (b), l-impenn baġitarju għandu jiġi rreġistrat mingħajr dewmien wara l-assunzjoni ta’ impenn legali ma’ partijiet terzi.
3. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jivvalida n-nefqa billi jaċċetta li partita tan-nefqa tiġi ddebitata lill-baġit, wara li jkun ivverifika d-dokumenti ta’ sostenn li jikkonfermaw l-intitolament tal-kreditur skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-impenn legali meta jkun hemm impenn legali. Għal dak il-għan, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu:
|
(a) |
jivverifika l-eżistenza tal-intitolament tal-kreditur; |
|
(b) |
jiddetermina jew jivverifika r-realtà u l-ammont tal-pretensjoni permezz tal-ġira “[i]ċċertifikat korrett”; |
|
(c) |
jivverifika l-kundizzjonijiet li skonthom ikun dovut il-pagament. |
Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-validazzjoni tan-nefqa għandha tapplika wkoll għal rapporti interim jew finali mhux assoċjati ma’ talba għall-pagament, f’liema każ l-impatt fuq is-sistema kontabilistika jkun limitat għall-kontijiet ġenerali.
4. Id-deċiżjoni ta’ validazzjoni għandha tiġi espressa permezz ta’ firma b’sigurtà elettronika f’konformità mal-Artikolu 149 mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, jew minn membru tal-persunal teknikament kompetenti debitament mogħti s-setgħa b’deċiżjoni formali tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, jew, f’eċċezzjonijiet, għall-fluss tax-xogħol fuq il-karta fil-forma ta’ timbru li jinkorpora dik il-firma.
Bil-ġira “[i]ċċertifikat korrett”, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jew membru tal-persunal teknikament kompetenti, debitament mogħti s-setgħa mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, għandu jiċċertifika:
|
(a) |
għall-prefinanzjament: li l-kundizzjonijiet meħtieġa fl-impenn legali għall-pagament tal-prefinanzjament huma ssodisfati; |
|
(b) |
għall-pagamenti interim u tal-bilanċ f’kuntratti: li s-servizzi stipulati fil-kuntratt jkunu ġew ipprovduti kif xieraq, il-provvisti ġew fornuti kif xieraq jew li x-xogħol twettaq kif xieraq; |
|
(c) |
għall-pagamenti interim u tal-bilanċ f’għotjiet: li l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma mwettqa mill-benefiċjarju jkunu f’kull aspett konformi mal-ftehim ta’ għotja, inkluż, meta dan ikun applikabbli, li l-kostijiet iddikjarati mill-benefiċjarju jkunu eliġibbli. |
Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu, il-punt (c), l-estimi tal-kostijiet ma għandhomx jitqiesu konformi mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 189(3). L-istess prinċipju għandu japplika wkoll għal rapporti interim u finali mhux assoċjati ma’ talba għall-pagament.
5. Sabiex jawtorizza n-nefqa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, wara li jkun ivverifika li l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli, joħroġ ordni għall-pagament biex jagħti istruzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà biex iħallas l-ammont tan-nefqa li kien ġie vvalidat preċedentement.
Meta jsiru pagamenti perjodiċi fir-rigward ta’ servizzi mogħtija, inklużi servizzi ta’ kiri, jew merkanzija konsenjata, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’, soġġett għall-analiżi tar-riskju ta’ dak l-uffiċjal, jordna l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ debitu dirett minn kont tal-imprest. L-applikazzjoni ta’ tali sistema tista’ tiġi ordnata wkoll jekk tkun awtorizzata b’mod speċifiku mill-uffiċjal tal-kontabbiltà f’konformità mal-Artikolu 86(3).
Artikolu 112
Tipi ta’ impenji baġitarji
1. L-impenji baġitarji għandhom jidħlu f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:
|
(a) |
individwali: meta r-riċevitur u l-ammont tan-nefqa jkunu magħrufa jew l-impenn baġitarju jsir għall-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 214; |
|
(b) |
globali: meta għall-anqas wieħed mill-elementi meħtieġa biex ikun identifikat l-impenn individwali jkun għadu mhux magħruf; |
|
(c) |
proviżorji: biex ikopru n-nefqa ta’ ġestjoni ta’ rutina għall-FAEG kif imsemmi fl-Artikolu 11(2), u n-nefqa amministrattiva ta’ rutina meta l-ammont jew il-benefiċjarji finali ma jkunux magħrufa b’mod definittiv. |
Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), in-nefqa amministrattiva ta’ rutina relatata mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mar-rappreżentazzjonijiet tal-Unjoni tista’ tkun koperta minn impenji baġitarji proviżorji anki meta l-ammont u l-benefiċjarju finali jkunu magħrufa.
2. L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja jistgħu jitqassmu f’pagamenti parzjali annwali fuq diversi snin biss meta l-att bażiku jipprevedi dan jew meta jkunu relatati man-nefqa amministrattiva.
3. Impenn baġitarju globali għandu jsir abbażi ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament.
L-aktar tard li jista’ jsir l-impenn baġitarju globali huwa qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar ir-riċevituri u l-ammonti u, meta l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ikkonċernati tkun tinvolvi l-adozzjoni ta’ programm ta’ ħidma, l-aktar kmieni wara l-adozzjoni ta’ dak il-programm.
4. Impenn baġitarju globali għandu jiġi implimentat billi jintlaħaq ftehim ta’ finanzjament li jipprevedi l-assunzjoni sussegwenti ta’ impenn legali wieħed jew aktar, bl-assunzjoni ta’ impenn legali wieħed jew aktar, jew bil-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 214.
Il-ftehimiet ta’ finanzjament fil-qasam tal-għajnuna finanzjarja diretta lil pajjiżi terzi, inkluż l-appoġġ baġitarju, li jikkostitwixxu impenji legali, jistgħu jagħtu lok għal pagamenti mingħajr assunzjoni ta’ impenji legali oħra.
Meta l-impenn baġitarju globali jiġi implimentat bil-konklużjoni ta’ ftehim ta’ finanzjament, il-paragrafu 3 it-tieni subparagrafu, ma għandux japplika.
5. Kull impenn legali individwali assunt wara impenn baġitarju globali għandu, qabel jiġi ffirmat, ikun irreġistrat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fil-kontijiet tal-baġit ċentrali u jiġi rreġistrat fl-impenn baġitarju globali.
6. L-impenji baġitarji proviżorji għandhom jiġu implimentati bl-assunzjoni ta’ impenn legali wieħed jew aktar li jwasslu għal intitolament għal pagamenti sussegwenti. Madankollu, f’każijiet relatati ma’ nefqa fuq il-ġestjoni tal-persunal, nefqa fuq membri jew ex membri ta’ istituzzjoni tal-Unjoni jew nefqa fuq il-komunikazzjoni li ssir mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-kopertura ta’ avvenimenti tal-Unjoni, jew fil-każijiet imsemmija fil-punt 14.5 tal-Anness I, dawn jistgħu jiġu implimentati b’mod dirett b’pagamenti mingħajr assunzjoni ta’ impenji legali minn qabel.
Artikolu 113
Impenji għall-approprjazzjonijiet tal-FAEG
1. Għal kull sena finanzjarja, l-approprjazzjonijiet tal-FAEG għandhom jinkludu approprjazzjonijiet mhux differenzjati għan-nefqa relatata mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116. In-nefqa relatata mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-miżuri ffinanzjati fl-ambitu ta’ assistenza teknika mhux operazzjonali u kontribuzzjonijiet lil aġenziji eżekuttivi, għandha tkun koperta minn approprjazzjonijiet differenzjati.
2. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-ammont tar-rimborż tan-nefqa marbuta mal-FAEG imġarrba mill-Istati Membri jistgħu jikkostitwixxu impenji baġitarji proviżorji globali, li ma għandhomx jeċċedu l-approprjazzjonijiet totali mdaħħla fil-baġit għall-FAEG.
3. L-impenji baġitarji proviżorji globali għall-FAEG li jkunu saru għal sena finanzjarja u li ma jkunux wasslu għal impenn fuq linji baġitarji speċifiċi sal-1 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara għandhom jiġu diżimpenjati fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata.
4. Meta jiġi kostitwit mpenn baġitarju proviżorju globali kif previst fil-paragrafu 2, in-nefqa effettwata mill-awtoritajiet u mill-korpi msemmija fir-regoli relatati mal-FAEG għandha, fi żmien xahrejn mir-riċevuta tad-dikjarazzjonijiet mibgħuta mill-Istati Membri, tkun is-soġġett ta’ impenn skont il-kapitolu, l-artikolu u l-partita. Tali impenn jista’ jsir wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ xahrejn meta tkun meħtieġa proċedura għal trasferiment ta’ approprjazzjonijiet b’rabta mal-linji baġitarji rilevanti. Ħlief meta ma jkunx għadu sar pagament mill-Istati Membri jew meta jkun hemm dubju dwar l-eliġibbiltà, l-ammonti għandhom ikunu rreġistrati bħala pagamenti fl-istess perjodu ta’ xahrejn.
L-impenji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitnaqqsu mill-impenn baġitarju proviżorju globali msemmi fil-paragrafu 2.
5. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw soġġett għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet.
Artikolu 114
Limiti ta’ żmien għall-impenji
1. Bla preġudizzju għall-Artikoli 111(2) u 270(3), l-impenji legali li jirrigwardaw impenji baġitarji individwali jew proviżorji għandhom jiġu assunti sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n, fejn is-sena n tkun dik li fiha jkun sar l-impenn baġitarju.
2. L-impenji baġitarji globali għandhom ikopru l-kost totali tal-impenji legali korrispondenti assunti, jew l-ammonti tal-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 214 magħmula, sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+1.
Meta l-impenn baġitarju globali jwassal għall-għoti ta’ premju kif previst fit-Titolu IX, l-impenn legali msemmi fl-Artikolu 210(4) għandu jiġi assunt sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+3.
F’azzjonijiet esterni, meta l-impenn baġitarju globali jwassal għal ftehim ta’ finanzjament konkluż ma’ pajjiż terz, il-ftehim ta’ finanzjament għandu jiġi konkluż sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+1. F’dak il-każ, l-impenn baġitarju globali għandu jkopri l-kostijiet totali tal-impenji legali li jimplimentaw il-ftehim ta’ finanzjament assunti f’perjodu ta’ tliet snin wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.
Madankollu, fil-każijiet li ġejjin, l-impenn baġitarju globali għandu jkopri l-kostijiet totali tal-impenji legali assunti sa tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-ftehim ta’ finanzjament:
|
(a) |
azzjonijiet b’bosta donaturi; |
|
(b) |
operazzjonijiet ta’ taħlit; |
|
(c) |
impenji legali relatati mal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà, mal-awditu u mal-evalwazzjoni; |
|
(d) |
iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:
|
3. Il-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, ma għandux japplika għall-programmi pluriennali li jiġu implimentati permezz ta’ impenji mifruda skont:
|
(a) |
ir-Regolament (UE) 2021/947; |
|
(b) |
ir-Regolament (UE) 2021/1529; |
|
(c) |
ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47) fir-rigward ta’ programmi ta’ kooperazzjoni esterna; |
|
(d) |
id-Deċiżjoni (UE) 2021/1764; |
|
(e) |
ir-Regolament (Euratom) 2021/948. |
Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-approprjazzjonijiet għandhom ikunu awtomatikament diżimpenjati mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur.
4. L-impenji baġitarji individwali u proviżorji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda, ħlief fil-każ ta’ nefqa fuq il-persunal, għandu jkollhom data finali għal-implimentazzjoni stabbilita, f’konformità mal-kundizzjonijiet fl-impenji legali li jirreferu għalihom, u filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
5. Il-partijiet tal-impenji baġitarji li ma jkunux ġew implimentati b’pagamenti fi żmien sitt xhur wara d-data finali għall-implimentazzjoni għandhom ikunu diżimpenjati.
6. L-ammont ta’ impenn baġitarju li għalih ma jkun sar l-ebda pagament fis-sens tal-Artikolu 115 fi żmien sentejn mill-assunzjoni tal-impenn legali għandu jkun diżimpenjat, ħlief meta dak ammont ikun relatat ma’ każ f’litigazzjoni quddiem qrati ġudizzjarji jew korpi tal-arbitraġġ, meta l-impenn legali jieħu l-forma ta’ ftehim ta’ finanzjament ma’ pajjiż terz jew meta jkun hemm dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-settur.
Artikolu 115
Tipi ta’ pagamenti
1. Il-pagament tan-nefqa għandu jsir mill-uffiċjal tal-kontabbiltà fil-limiti tal-fondi disponibbli.
2. Il-pagament għandu jsir meta tingħata prova li l-azzjoni rilevanti tkun f’konformità mal-kuntratt, il-ftehim jew l-att bażiku u għandu jkopri waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-pagament tal-ammont kollu dovut; |
|
(b) |
il-pagament tal-ammont dovut bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:
|
|
(c) |
il-pagament ta’ provvediment fil-fond ta’ proviżjonament komuni stabbilit skont l-Artikolu 215. |
Il-pagament tal-bilanċ għandu jikklerja n-nefqa preċedenti kollha. Għandha tinħareġ ordni ta’ rkupru biex jiġu rkuprati l-ammonti mhux użati.
3. Għandha ssir distinzjoni fil-kontabbiltà baġitarja bejn it-tipi differenti ta’ pagament imsemmija fil-paragrafu 2 fil-waqt li fih isir kull pagament.
4. Ir-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 80 għandhom jinkludu r-regoli għall-ikklerjar tal-prefinanzjament fil-kontijiet u għar-rikonoxximent tal-eliġibbiltà tal-kostijiet.
5. Il-pagamenti ta’ prefinanzjament għandhom jiġu kklerjati b’mod regolari mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, skont in-natura ekonomika tal-proġett u mhux aktar tard minn tmiem il-proġett. L-ikklerjar għandu jsir abbażi tal-informazzjoni dwar il-kostijiet imġarrba jew abbażi tal-konferma tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet għall-pagament f’konformità mal-Artikolu 125 kif ivvalidat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 111(3).
Għal ftehimiet ta’ għotja, kuntratti jew ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ta’ aktar minn EUR 5 000 000, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jikseb f’kull tmiem is-sena tal-anqas l-informazzjoni meħtieġa biex jikkalkula estimu raġonevoli tal-kostijiet. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tintuża għall-ikklerjar tal-prefinanzjament, iżda tista’ tintuża mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u l-uffiċjal tal-kontabbiltà biex jikkonformaw mal-Artikolu 82(2).
Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet xierqa fl-impenji legali assunti.
Artikolu 116
Limiti ta’ żmien għall-pagamenti
1. Il-pagamenti għandhom isiru fi żmien:
|
(a) |
90 jum kalendarju għal ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, kuntratti u ftehimiet ta’ għotja li jinvolvu azzjonijiet jew servizzi tekniċi li jkunu partikolarment kumplessi biex jiġu evalwati u li għalihom il-pagament jiddependi fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ta’ ċertifikat; |
|
(b) |
60 jum kalendarju għall-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, il-kuntratti u l-ftehimiet ta’ għotja l-oħra kollha li għalihom il-pagament jiddependi fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ta’ ċertifikat; |
|
(c) |
30 jum kalendarju għall-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, il-kuntratti u l-ftehimiet ta’ għotja l-oħra kollha. |
2. Iż-żmien permess sabiex isiru l-pagamenti għandu jinftiehem li jinkludi l-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-pagament tan-nefqa.
Dan iż-żmien għandu jiddekorri mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba għall-pagament.
3. It-talba għall-pagament għandha tiġi rreġistrata mid-dipartiment awtorizzat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-aktar fis possibbli u titqies li ġiet riċevuta fid-data meta tiġi rreġistrata.
Id-data tal-pagament titqies li hija d-data li fiha jiġi ddebitat il-kont tal-istituzzjoni tal-Unjoni.
It-talba għall-pagament għandha tinkludi l-elementi essenzjali li ġejjin:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tal-kreditur; |
|
(b) |
l-ammont; |
|
(c) |
il-munita; |
|
(d) |
id-data. |
Fattura elettronika fl-akkwist pubbliku għandha tinkludi l-elementi essenzjali li ġejjin:
|
(a) |
l-identifikaturi tal-proċess u tal-fattura; |
|
(b) |
il-perjodu tal-fattura; |
|
(c) |
l-informazzjoni dwar il-kuntrattur; |
|
(d) |
l-informazzjoni dwar l-awtorità kontraenti; |
|
(e) |
l-informazzjoni dwar ir-rappreżentant tat-taxxa tal-kuntrattur; |
|
(f) |
ir-referenza tal-kuntratt; |
|
(g) |
id-dettalji tal-kunsinna; |
|
(h) |
l-istruzzjonijiet ta’ pagament; |
|
(i) |
l-informazzjoni dwar it-tnaqqis jew l-imposti; |
|
(j) |
l-informazzjoni dwar l-entrata f’linja ta’ fattura; |
|
(k) |
it-totali tal-fattura; |
|
(l) |
ir-ripartizzjoni tal-VAT (meta dan ikun applikabbli); |
|
(m) |
il-munita. |
Meta jkun hemm mill-anqas element essenzjali wieħed nieqes, it-talba għall-pagament għandha tiġi rifjutata.
Il-kreditur għandu jiġi mgħarraf bil-miktub dwar ir-rifjut u r-raġunijiet għalih mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum kalendarju mid-data li fiha tkun ġiet riċevuta t-talba għall-pagament.
4. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi l-limitu ta’ żmien għall-pagament meta:
|
(a) |
l-ammont tat-talba għall-pagament ma jkunx dovut; jew |
|
(b) |
id-dokumenti ta’ sostenn xierqa ma jkunux ġew ipprovduti. |
Jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jsir jaf b’informazzjoni li tqiegħed f’dubju l-eliġibbiltà tan-nefqa f’talba għall-pagament, jista’ jissospendi l-limitu ta’ żmien għall-pagament għall-fini ta’ verifika, inkluż permezz ta’ kontrolli fuq il-post, li n-nefqa hija eliġibbli. Il-bqija taż-żmien li jifdal permess għall-pagament għandu jiddekorri mid-data li fiha d-dokumenti riveduti jew l-informazzjoni mitluba jiġu riċevuti jew titwettaq il-verifika ulterjuri meħtieġa, inklużi kontrolli fuq il-post.
Il-kredituri kkonċernati għandhom jiġu informati bil-miktub dwar ir-raġunijiet għal sospensjoni.
5. Ħlief fil-każ ta’ Stati Membri, il-BEI u l-FEI, malli jiskadu l-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, il-kreditur għandu jkun intitolat għall-imgħax f’konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ir-rati tal-imgħax għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 99(2); |
|
(b) |
l-imgħax għandu jkun jista’ jitħallas għall-perjodu bejn il-jum kalendarju wara li jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-pagament stabbilit fil-paragrafu 1 sal-jum tal-pagament. |
Madankollu, fil-każ li l-imgħax ikkalkolat f’konformità mal-ewwel subparagrafu jkun ta’ EUR 200 jew anqas, dan għandu jitħallas lill-kreditur biss fuq talba sottomessa fi żmien xahrejn mill-wasla tal-pagament tard.
6. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-konformità mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, u s-sospensjoni tagħhom. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun mehmuż mas-sommarju tar-rapporti tal-attività annwali msemmija fl-Artikolu 74(9).
KAPITOLU 8
Awditur intern
Artikolu 117
Ħatra tal-awditur intern
1. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tistabbilixxi funzjoni tal-awditu intern li għandha tiġi eżerċitata f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti. L-awditur intern maħtur mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandu jagħti rendikont lil din tal-aħħar dwar il-verifika tal-operat xieraq tas-sistemi u l-proċeduri tal-implimentazzjoni tal-baġit. L-awditur intern ma għandux ikun l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jew l-uffiċjal tal-kontabbiltà.
2. Għall-finijiet tal-awditjar intern tas-SEAE, il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, li jkunu qed jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega f’konformità mal-Artikolu 60(2), għandhom ikunu soġġetti għas-setgħat ta’ verifika tal-awditur intern tal-Kummissjoni għall-ġestjoni finanzjarja sottodelegata lilhom.
L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-awditur intern tas-SEAE fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsima tal-baġit relatata mas-SEAE.
3. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha taħtar l-awditur intern tagħha f’konformità mal-arranġamenti adattati għall-karatteristiċi u r-rekwiżiti speċifiċi tagħha. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħatra tal-awditur intern tagħha.
4. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tiddetermina, f’konformità mal-karatteristiċi u r-rekwiżiti speċifiċi tagħha, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-missjoni tal-awditur intern tagħha u għandha tistabbilixxi fid-dettall l-objettivi u l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ awditu intern b’rispett xieraq għall-istandards internazzjonali tal-awditu intern.
5. Kull istituzzjoni tal-Unjoni tista’ taħtar bħala awditur intern, skont il-kompetenza partikolari tiegħu, uffiċjal jew aġent ieħor kopert mir-Regolamenti tal-Persunal magħżul minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri.
6. Jekk ikun hemm żewġ istituzzjonijiet tal-Unjoni jew aktar li jaħtru l-istess awditur intern, dawn għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex l-awditur intern jiġi ddikjarat bħala responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu kif stabbilit fl-Artikolu 121.
7. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta d-dmirijiet tal-awditur intern tagħha jiġu tterminati.
Artikolu 118
Setgħat u dmirijiet tal-awditur intern
1. L-awditur intern għandu jagħti pariri lill-istituzzjoni tal-Unjoni tiegħu dwar l-indirizzar tar-riskji, billi joħroġ opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ kontroll u ġestjoni u billi joħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib fil-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u l-promozzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
L-awditur intern għandu jkun responsabbli b’mod partikolari għall-valutazzjoni ta’:
|
(a) |
l-idoneità u l-effikaċja tas-sistemi interni tal-ġestjoni u l-prestazzjoni tat-dipartimenti fl-implimentazzjoni tal-politiki, tal-programmi u tal-azzjonijiet b’referenza għar-riskji assoċjati magħhom; |
|
(b) |
l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi tal-kontroll intern u tal-awditjar applikabbli għal kull operazzjoni ta’ implimentazzjoni tal-baġit. |
2. L-awditur intern għandu jwettaq dmirijietu fir-rigward tal-attivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni. Hu għandu jgawdi aċċess sħiħ u mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu, jekk meħtieġ fuq il-post, inklużi fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi.
L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport annwali tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u ta’ kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra identifikata.
3. L-awditur intern għandu jirrapporta lill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni dwar dak li jirriżultalu u dwar ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha tiżgura li tittieħed azzjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditi.
Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tqis jekk ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapporti tal-awditur intern tagħha humiex adatti għal skambju tal-aħjar prattiki ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni.
4. L-awditur intern għandu jippreżenta lill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni rapport annwali tal-awditu intern li fih jindika l-għadd u t-tip ta’ awditi interni li hu jkun wettaq, ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin magħmula u l-azzjoni meħuda fir-rigward ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet.
Dak ir-rapport annwali tal-awditu intern għandu jsemmi kwalunkwe problema sistemika li tiġi osservata mill-bord imwaqqaf skont l-Artikolu 145 meta jagħti l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 93.
5. L-awditur intern għandu, matul l-elaborazzjoni tar-rapport, jiffoka partikolarment fuq il-konformità globali mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-prestazzjoni, u għandu jiżgura li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex konsistentement tittejjeb u tissaħħaħ l-applikazzjoni tagħhom.
6. Kull sena, il-Kummissjoni għandha, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza u f’konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE, tibgħat, fuq talba, ir-rapport annwali tal-awditu intern tagħha filwaqt li tqis kif xierqa ir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità.
7. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tagħmel disponibbli d-dettalji ta’ kuntatt tal-awditur intern tagħha għal kull persuna fiżika jew ġuridika involuta f’operazzjonijiet ta’ nefqa, għall-finijiet ta’ kuntatt kunfidenzjali mal-awditur intern.
8. Kull sena, kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tabbozza rapport li jkun fih sommarju tal-għadd u tat-tip ta’ awditi interni mwettqa, sinteżi tar-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet u tgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif previst fl-Artikolu 253.
9. Ir-rapporti u l-konstatazzjonijiet tal-awditur intern, kif ukoll ir-rapport tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni, għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku biss wara validazzjoni mill-awditur intern tal-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom.
10. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tipprovdi lill-awditur intern tagħha r-riżorsi meħtieġa biex ikun jista’ jaqdi sew il-funzjoni ta’ awditu intern, kif ukoll karta tal-missjoni li tiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tal-awditur intern tagħha.
Artikolu 119
Programm ta’ ħidma tal-awditur intern
1. L-awditur intern għandu jadotta l-programm ta’ ħidma u jissottomettih lill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni.
2. Kull istituzzjoni tal-Unjoni tista’ titlob lill-awditur intern tagħha jwettaq awditi li ma jkunux inklużi fil-programm ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 120
Indipendenza tal-awditur intern
1. L-awditur intern għandu jgawdi minn indipendenza totali fit-twettiq tal-awditi. Regoli speċjali applikabbli għall-awditur intern għandhom ikunu stabbiliti mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni u għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li l-awditur intern ikun kompletament indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu, u jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-awditur intern.
2. L-awditur intern ma għandu jingħata ebda istruzzjoni u lanqas ma għandu jkun ristrett bi kwalunkwe mod fir-rigward tat-twettiq tal-funzjonijiet li, bis-saħħa tal-ħatra tiegħu, jiġu assenjati lilu skont dan ir-Regolament.
3. Jekk l-awditur intern ikun membru tal-persunal, huwa għandu jeżerċita l-funzjonijiet esklużivi ta’ awditur b’indipendenza totali u għandu jassumi r-responsabbiltà kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal.
Artikolu 121
Obbligazzjoni tal-awditur intern
Kull istituzzjoni tal-Unjoni weħidha, filwaqt li timxi f’konformità ma’ dan l-Artikolu, tista’ taġixxi biex l-awditur intern tagħha, bħala membru tal-persunal, jiġi ddikjarat responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu.
Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu deċiżjoni motivata biex tibda investigazzjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata lill-parti interessata. Taħt ir-responsabbiltà diretta tagħha, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni tista’ tgħaddi l-investigazzjoni f’idejn uffiċjal wieħed jew aktar, ta’ grad ugwali jew ogħla minn dak tal-membru tal-persunal ikkonċernat. Il-fehmiet tal-parti interessata għandhom jinstemgħu matul l-investigazzjoni.
Ir-rapport tal-investigazzjoni għandu jiġi kkomunikat lill-parti interessata, li mbagħad għandha tinstema’ mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni dwar is-suġġett ta’ dak ir-rapport.
Abbażi tar-rapport u tas-smigħ, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha tadotta deċiżjoni motivata li ttemm il-proċedimenti jew deċiżjoni motivata f’konformità mal-Artikoli 22 u 86 u l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-deċiżjonijiet li jimponu miżuri dixxiplinarji jew penali finanzjarji għandhom jiġu nnotifikati lill-parti interessata u kkomunikati, għall-finijiet ta’ informazzjoni, lil istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
Il-parti interessata tista’ tiftaħ kawża fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif previst fir-Regolamenti tal-Persunal.
Artikolu 122
Kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Mingħajr preġudizzju għar-rimedji permessi mir-Regolamenti tal-Persunal, l-awditur intern jista’ jiftaħ kawża direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ kwalunkwe att relatat mal-qadi ta’ dmirijietu bħala awditur intern. Huwa għandu jippreżenta tali kawża fi żmien tliet xhur mill-jum kalendarju li fih ikun sar jaf bl-att inkwistjoni.
Tali kawżi għandhom jiġu investigati u jinstemgħu f’konformità mal-Artikolu 91(5) tar-Regolamenti tal-Persunal.
Artikolu 123
Kumitati tal-progress tal-awditu intern
1. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tistabbilixxi kumitat tal-progress tal-awditu intern bil-kompitu li jiżgura l-indipendenza tal-awditur intern, jimmonitorja l-kwalità tax-xogħol ta’ awditu intern u jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet dwar l-awditu intern u estern jiġu kkunsidrati kif suppost u jingħata segwitu għalihom mis-servizzi tagħha.
2. Il-kompożizzjoni tal-kumitat tal-progress tal-awditu intern għandha tiġi deċiża minn kull istituzzjoni tal-Unjoni filwaqt li tqis l-awtonomija organizzattiva tagħha u l-importanza tal-pariri minn esperti indipendenti.
TITOLU V
REGOLI KOMUNI
KAPITOLU 1
Regoli applikabbli għal ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża
Artikolu 124
Kamp ta’ applikazzjoni
Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 140, ir-referenzi f’dan it-Titolu għal impenji legali għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal impenji legali, kuntratti qafas u ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjara.
Artikolu 125
Forom ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni
1. Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni taħt ġestjoni diretta, kondiviża u indiretta għandhom jgħinu biex jinkisbu objettiv ta’ politika tal-Unjoni u r-riżultati speċifikati u jistgħu jkunu fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
|
(a) |
finanzjament mhux marbut mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti abbażi ta’:
|
|
(b) |
rimborż ta’ kostijiet eliġibbli effettivament imġarrba; |
|
(c) |
kostijiet unitarji li jkopru l-kategoriji speċifiċi kollha tal-kostijiet eliġibbli jew uħud minnhom, li jkunu identifikati b’mod ċar minn qabel b’referenza għal ammont għal kull unità; |
|
(d) |
somom f’daqqa, li jkopru f’termini globali l-kategoriji speċifiċi kollha tal-kostijiet eliġibbli jew uħud minnhom, li jkunu identifikati b’mod ċar minn qabel; |
|
(e) |
finanzjament b’rata fissa, li jkopri kategoriji speċifiċi ta’ kostijiet eliġibbli, li jkunu identifikati b’mod ċar minn qabel, billi jiġi applikat perċentwal; |
|
(f) |
taħlita tal-forom imsemmija fil-punti minn (a) sa (e). |
Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu għandhom, f’ġestjoni diretta jew indiretta, jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 184, ma’ regoli speċifiċi għas-settur jew ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u, f’ġestjoni kondiviża, f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur. Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni skont l-ewwel subparagrafu, il-punti (c), (d) u (e), ta’ dan il-paragrafu għandhom, f’ġestjoni diretta jew indiretta, jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 184 jew ma’ regoli speċifiċi għas-settur u, f’ġestjoni kondiviża, f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur.
2. Meta tkun qed tiġi ddeterminata l-forma xierqa ta’ kontribuzzjoni, l-interessi tar-riċevituri potenzjali u l-metodi ta’ kontabbiltà għandhom jitqiesu kemm jista’ jkun.
3. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta dwar finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (f), ta’ dan l-Artikolu fir-rapport tal-attività annwali msemmi fl-Artikolu 74(9).
Artikolu 126
Dipendenza reċiproka fuq il-valutazzjonijiet
Il-Kummissjoni tista’ tiddependi għalkollox jew b’mod parzjali fuq il-valutazzjonijiet magħmula minnha stess jew minn entitajiet oħrajn, inklużi donaturi, sa fejn tali valutazzjonijiet ikunu saru dwar il-konformità ma’ kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament għall-metodu ta’ implimentazzjoni applikabbli. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippromwovi r-rikonoxximent ta’ standards aċċettati internazzjonalment jew l-aħjar prattiki internazzjonali.
Artikolu 127
Dipendenza reċiproka fuq l-awditi
Mingħajr preġudizzju għall-possibilitajiet eżistenti biex jitwettqu aktar awditi, meta awditur indipendenti jkun għamel awditu bbażat fuq standards tal-awditi aċċettati internazzjonalment li jipprovdu aċċertazzjoni raġonevoli fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li juru l-użu ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni, dak l-awditu għandu jifforma l-bażi tal-aċċertazzjoni globali, kif speċifikata aktar, meta dan ikun xieraq, fir-regoli speċifiċi għas-settur, dment li jkun hemm evidenza suffiċjenti tal-indipendenza u l-kompetenza tal-awditur. Għal dak il-għan, ir-rapport tal-awditur indipendenti u d-dokumentazzjoni relatata tal-awditjar għandhom, fuq talba, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri.
Artikolu 128
Użu ta’ informazzjoni diġà disponibbli
Sabiex ikun evitat li l-persuni u l-entitajiet li jirċievu l-fondi tal-Unjoni jintalbu l-istess informazzjoni aktar minn darba, l-informazzjoni diġà disponibbli f’istituzzjonijiet tal-Unjoni, awtoritajiet ta’ ġestjoni jew korpi u entitajiet oħra li jimplimentaw il-baġit għandha tintuża sa fejn ikun possibbli.
Artikolu 129
Kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi l-fondi tal-Unjoni għandha tikkoopera għalkollox fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għandha, bħala kundizzjoni biex tirċievi l-fondi, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri, u, meta dan ikun xieraq, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48).
2. Kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi l-fondi tal-Unjoni b’ġestjoni diretta u indiretta għandha taqbel bil-miktub li tagħti d-drittijiet neċessarji msemmija fil-paragrafu 1 u għandha tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
Artikolu 130
Applikabbiltà parzjali tas-sistema ta’ esklużjoni għall-ġestjoni kondiviża
Is-sistema ta’ esklużjoni għandha tkun applikabbli fil-kuntest ta’ fondi tal-Unjoni żborżati skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna jew entità li tapplika għal dawn il-fondi tal-Unjoni jew li tirċevihom, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 138(2) u l-Artikolu 277.
KAPITOLU 2
Regoli applikabbli għal ġestjoni diretta u indiretta
Artikolu 131
Sħubijiet finanzjarji qafas
1. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja għal kooperazzjoni fit-tul mal-persuni u mal-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1) l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jew mal-benefiċjarji. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja għandhom jiġu rieżaminati mill-anqas darba matul it-terminu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali. Ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew ftehimiet ta’ għotja jistgħu jiġu ffirmati skont dawn il-ftehimiet.
2. Il-fini ta’ ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja għandu jkun li jiffaċilita l-kisba ta’ objettivi ta’ politika tal-Unjoni billi jistabbilizza t-termini kuntrattwali tal-kooperazzjoni. Bħala tali, il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja għandu jispeċifika l-forom tal-kooperazzjoni finanzjarja u għandu jinkludi l-obbligu li jiġu stabbiliti, fil-ftehimiet speċifiċi ffirmati skont il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja, arranġamenti għall-monitoraġġ tal-kisba ta’ objettivi speċifiċi. Dawk il-ftehimiet għandhom jindikaw ukoll, abbażi tar-riżultati ta’ valutazzjoni ex ante , jekk il-Kummissjoni tistax tiddependi fuq is-sistemi u l-proċeduri tal-persuni jew tal-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jew tal-benefiċjarji, inklużi proċeduri tal-awditjar.
3. Sabiex jiġu ottimizzati l-kostijiet u l-benefiċċji tal-awditi u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni, jistgħu jiġu konklużi ftehimiet ta’ awditjar jew verifika mal-persuni u l-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jew mal-benefiċjarji. Tali ftehimiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 127 u 129.
4. Fil-każ ta’ sħubijiet finanzjarji qafas implimentati permezz ta’ għotjiet speċifiċi:
|
(a) |
il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja għandu, minbarra l-paragrafu 2, jispeċifika:
|
|
(b) |
il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja u l-ftehim ta’ għoti speċifiku, ikkunsidrati flimkien, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 204; |
|
(c) |
id-durata tas-sħubija finanzjarja qafas ma għandhiex taqbeż l-erba’ snin ħlief f’każijiet debitament ġustifikati li għandhom ikunu indikati b’mod ċar fir-rapport tal-attività annwali msemmi fl-Artikolu 74(9); |
|
(d) |
il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja għandu jiġi implimentat skont il-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-applikanti; |
|
(e) |
is-sħubija finanzjarja qafas għandha tiġi ttrattata bħala għotja fir-rigward tal-programmazzjoni, il-pubblikazzjoni ex ante u l-għoti; |
|
(f) |
l-għotjiet speċifiċi bbażati fuq l-isħubija finanzjarja qafas għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri ta’ pubblikazzjoni ex post stabbiliti fl-Artikolu 38. |
5. Ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja implimentat permezz ta’ għotjiet speċifiċi jista’ jipprevedi d-dipendenza fuq is-sistemi u l-proċeduri tal-benefiċjarju skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, meta dawk is-sistemi u proċeduri jkunu ġew ivvalutati skont l-Artikolu 157(2), (3) u (4). F’dan il-każ, l-Artikolu 199(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ma għandux japplika. Meta l-proċeduri tal-benefiċjarju għall-forniment ta’ finanzjament lil partijiet terzi msemmija fl-Artikolu 157(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ikunu ġew ivvalutati b’mod pożittiv mill-Kummissjoni, l-Artikoli 207 u 208 ma għandhomx japplikaw.
6. Fil-każ ta’ ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja implimentat permezz ta’ għotjiet speċifiċi, il-verifika tal-kapaċità finanzjarja u operazzjonali msemmija fl-Artikolu 201 għandha ssir qabel l-iffirmar tal-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja. Il-Kummissjoni tista’ tiddependi fuq verifika ekwivalenti tal-kapaċità finanzjarja u operazzjonali mwettqa minn donaturi oħrajn.
7. Fil-każ ta’ sħubijiet finanzjarji qafas implimentati permezz ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja u l-ftehim ta’ kontribuzzjoni, ikkunsidrati flimkien, għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 129 u l-Artikolu 158(7).
Artikolu 132
Sospensjoni, terminazzjoni u tnaqqis
1. Meta proċedura tal-għoti tkun ġiet soġġetta għal irregolaritajiet jew frodi, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jissospendi l-proċedura u jkun jista’ jieħu kwalunkwe miżuri meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni tal-proċedura. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-OLAF immedjatament dwar il-każijiet suspetti ta’ irregolaritajiet jew frodi.
2. Meta, wara l-għoti, jintwera bil-provi li l-proċedura tal-għoti kienet ġiet soġġetta għal irregolaritajiet jew frodi, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, jieħu waħda jew iżjed mill-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
jiċħad milli jassumi l-impenn legali jew jikkanċella l-għoti ta’ premju; |
|
(b) |
jissospendi l-pagamenti jew il-kunsinna; |
|
(c) |
jissospendi l-implimentazzjoni tal-impenn legali; |
|
(d) |
meta jkun xieraq, jittermina l-impenn legali b’mod sħiħ jew fir-rigward ta’ riċevitur wieħed jew aktar. |
3. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi l-pagamenti jew il-kunsinna jew l-implimentazzjoni tal-impenn legali meta:
|
(a) |
jintwera bil-provi li l-implimentazzjoni tal-impenn legali kienet soġġetta għal irregolaritajiet, frodi jew ksur tal-obbligi; |
|
(b) |
jenħtieġ li jiġi vverifikat jekk fil-fatt seħħewx l-irregolaritajiet, il-frodi jew il-ksur ta’ obbligi preżunti; |
|
(c) |
irregolaritajiet, frodi jew ksur tal-obbligi jixħtu dubju fuq l-affidabbiltà jew l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll intern ta’ persuna jew entità li timplimenta l-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jew il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. |
Meta l-irregolaritajiet, il-frodi jew il-ksur ta’ obbligi preżunti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ma jiġux ikkonfermati, l-implementazzjoni jew il-pagamenti jew il-kunsinna għandhom jissoktaw mill-aktar fis possibbli.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jittermina l-impenn legali b’mod sħiħ jew fir-rigward ta’ riċevitur wieħed jew aktar fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c).
4. Minbarra l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 jew 3, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jnaqqas l-għotja, il-premju, il-kontribuzzjoni skont il-ftehim ta’ kontribuzzjoni, id-donazzjoni mhux finanzjarja jew il-prezz dovut skont kuntratt b’mod proporzjonat għas-serjetà tal-irregolaritajiet, tal-frodi jew tal-ksur ta’ obbligi, inkluż meta l-attivitajiet ikkonċernati ma jkunux ġew implimentati jew ikunu ġew implimentati ħażin, b’mod parzjali jew tard.
Fil-każ tal-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jnaqqas il-kontribuzzjoni b’mod proporzjonat jekk ir-riżultati jkunu nkisbu b’mod ħażin, b’mod parzjali jew tard jew jekk il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew issodisfati.
5. Il-l-paragrafu 2, il-punti (b), (c) u (d), u l-paragrafu 3 ma għandhomx japplikaw għal applikanti f’kompetizzjoni għal premjijiet.
Artikolu 133
Żamma ta’ rekords u aġġornament ta’ indirizzi postali u elettroniċi mir-riċevituri
1. Ir-riċevituri għandhom iżommu rekords u dokumenti ta’ prova, inklużi rekords statistiċi u rekords oħrajn li jappartjenu għall-finanzjament, kif ukoll rekords u dokumenti f’format elettroniku, għal ħames snin wara l-pagament tal-bilanċ jew, fin-nuqqas tat-tali pagament, it-tranżazzjoni. Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet snin meta l-finanzjament ikun jammonta għal EUR 60 000 jew anqas.
2. Rekords u dokumenti li jappartjenu għal awditi, appelli, tilwim, it-tiftix ta’ pretensjonijiet relatati ma’ impenji legali jew li jirrigwardaw investigazzjonijiet tal-OLAF għandhom jinżammu sa meta tali awditi, appelli, tilwim, tiftix ta’ pretensjonijiet jew investigazzjonijiet ikunu ngħalqu. Għal rekords u dokumenti li jirrigwardaw investigazzjonijiet tal-OLAF, l-obbligu taż-żamma għandu japplika ladarba dawk l-investigazzjonijiet ikunu ġew innotifikati lir-riċevitur.
3. Ir-rekords u d-dokumenti għandhom jinżammu jew fil-forma oriġinali tagħhom, jew bħala kopji awtentikati tal-oriġinali, jew fuq mezzi tal-ħażna tad-data aċċettati b’mod komuni inklużi verżjonijiet elettroniċi ta’ dokumenti oriġinali jew dokumenti li jeżistu f’verżjoni elettronika biss. Meta jkun hemm verżjonijiet elettroniċi, ma għandu jkun meħtieġ ebda oriġinal meta tali dokumenti jissodisfaw ir-rekwiżiti legali applikabbli sabiex jitqiesu bħala ekwivalenti għall-oriġinali u sabiex wieħed ikun jista’ jiddependi fuqhom għal finijiet tal-awditjar.
4. Ir-riċevituri għandhom jinfurmaw lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni bi kwalunkwe bidla fl-indirizzi postali u elettroniċi tagħhom. Dan l-obbligu għandu jkompli japplika matul il-ħames snin wara li jkun sar il-pagament tal-bilanċ jew, fin-nuqqas ta’ tali pagament, it-tranżazzjoni. Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet snin meta l-finanzjament ikun jammonta għal EUR 60 000 jew anqas.
Artikolu 134
Proċedura kontradittorja u mezzi ta’ rimedju
1. Qabel ma jadotta xi miżura li taffettwa b’mod avvers id-drittijiet ta’ parteċipant jew ta’ riċevitur, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jara li l-parteċipant jew ir-riċevitur ikun ingħata l-opportunità li jippreżenta osservazzjonijiet.
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-proċeduri tal-għoti, sakemm il-parteċipant ma jkunx ġie rrifjutat abbażi tal-Artikolu 143(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) jew (c).
2. Meta miżura ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tolqot b’mod avvers id-drittijiet ta’ parteċipant jew ta’ riċevitur, l-att li jistabbilixxi dik il-miżura għandu jkun fih indikazzjoni tal-mezzi disponibbli ta’ rimedju amministrattiv u ġudizzjarju għall-kontestazzjoni tiegħu.
Artikolu 135
Tnaqqis tar-rata tal-imgħax u sussidji għat-tariffa ta’ garanzija
1. it-tnaqqis tar-rata tal-imgħax u s-sussidji għat-tariffa ta’ garanzija għandhom jiġu pprovduti f’konformità mat-Titolu X meta jkunu kombinati f’miżura waħda ma’ strumenti finanzjarji.
2. Meta t-tnaqqis tar-rata tal-imgħax u s-sussidji għat-tariffa ta’ garanzija ma jkunx ikkombinat f’miżura waħda ma’ strumenti finanzjarji dawn jistgħu jingħataw f’konformità mat-Titolu VI jew VIII.
Artikolu 136
Protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku
1. Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi proċeduri tal-għoti tal-Unjoni għandhom jikkonformaw ma’ kwalunkwe obbligu internazzjonali jew impenn ta’ aċċess għas-suq tal-Unjoni fi ftehimiet internazzjonali u ma għandhomx jillimitaw bla bżonn il-kompetizzjoni.
2. Meta jkun meħtieġ u debitament ġustifikat, il-Kummissjoni għandha tindika, fid-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 110, li l-proċeduri speċifiċi tal-għoti jaffettwaw is-sigurtà jew l-ordni pubbliku, b’mod partikolari fir-rigward tal-assi u l-interessi strateġiċi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, inkluża l-protezzjoni tal-integrità tal-infrastruttura diġitali, tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, u tal-ktajjen tal-provvista relatati. Meta ma tkun meħtieġa l-ebda deċiżjoni ta’ finanzjament skont l-Artikolu 110(1), it-tieni subparagrafu, dan għandu jiġi stabbilit mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fid-dokumenti relatati mal-proċedura tal-għoti.
3. Għall-protezzjoni tas-sigurtà jew tal-ordni pubbliku, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-proċeduri tal-għoti u għall-impenji legali kif imsemmi fl-Artikolu 124. Kwalunkwe kundizzjoni għandha tkun soġġetta għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u għandha tkun strettament limitata għal dak li jkun meħtieġ għall-protezzjoni tas-sigurtà jew tal-ordni pubbliku tal-Unjoni u/jew tal-Istati Membri tagħha.
Il-kundizzjonijiet speċifiċi jistgħu japplikaw għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti u għaċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-impenn legali li jirriżulta u jistgħu jikkonċernaw:
|
(a) |
l-entità, b’mod partikolari l-kriterji għall-aċċess għall-proċedura jew l-eliġibbiltà abbażi tal-pajjiż ta’ stabbiliment tal-parteċipanti, inkluż il-kuntrattur jew il-benefiċjarju u l-entitajiet affiljati u kwalunkwe sottokuntrattur, kif ukoll fir-rigward tal-kontroll dirett jew indirett ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk il-parteċipanti minn entitajiet pubbliċi jew privati ta’ pajjiż terz; |
|
(b) |
l-attività, b’mod partikolari fir-rigward tal-pajjiż tal-oriġini tat-tagħmir, il-merkanzija, il-provvisti jew is-servizzi, kif ukoll fir-rigward tal-post tal-attwazzjoni, li tista’ tkun limitata għall-Istati Membri; |
|
(c) |
rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali għall-entitajiet u l-attivitajiet, b’mod partikolari kundizzjonijiet ibbażati fuq valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà tat-tagħmir, tal-merkanzija, tal-provvisti jew tas-servizzi, tal-manifattur, tal-kuntrattur, tal-benefiċjarju, tal-entitajiet affiljati jew ta’ kwalunkwe sottokuntrattur. |
Artikolu 137
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-identifikazzjoni tar-riskji, l-esklużjoni u l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji
1. Sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha twaqqaf u tħaddem sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni.
L-għan ta’ din is-sistema għandu jkun li tiffaċilita:
|
(a) |
l-identifikazzjoni bikrija ta’ persuni jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, li jippreżentaw riskju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
|
(b) |
l-esklużjoni ta’ persuni jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1); |
|
(c) |
l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja fuq riċevitur skont l-Artikolu 140. |
2. F’ġestjoni diretta u indiretta, is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni għandha tapplika għal:
|
(a) |
parteċipanti u riċevituri; |
|
(b) |
entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom il-kandidat jew l-offerent ikun biħsiebu jiddependi jew sottokuntratturi ta’ kuntrattur; |
|
(c) |
kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni meta l-baġit jiġi implimentat skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), u skont l-Artikolu 157(4) abbażi ta’ informazzjoni nnotifikata f’konformità mal-Artikolu 158(7); |
|
(d) |
garanti; |
|
(e) |
parteċipanti jew riċevituri li dwarhom l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 63 ikunu pprovdew informazzjoni, kif trażmessa mill-Istati Membri f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, f’konformità mal-Artikolu 144(2), il-punt (d); |
|
(f) |
sponsors kif imsemmi fl-Artikolu 26; |
|
(g) |
sidien benefiċjarji u kwalunkwe affiljat tal-entità eskluża, kif imsemmi fl-Artikolu 138(6); |
|
(h) |
persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 138(5), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (c); |
|
(i) |
kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi permezz ta’ kwalunkwe forma, inklużi appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli jew self jew it-tnejn, meta l-baġit jiġi implimentat skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), mal-Istati Membri, f’liema każ għandu japplika l-Artikolu 138(2). |
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (i), il-persuni jew l-entitajiet li jirċievu fondi għandhom jinkludu r-riċevituri finali ta’ fondi, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u s-sidien benefiċjarji.
Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 157(7) u r-regoli stabbiliti fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, fil-ftehimiet ta’ finanzjament u fil-ftehimiet ta’ garanzija, fil-każ ta’ persuni jew entitajiet li jirċievu fondi tal-Unjoni meta l-baġit jiġi implimentat skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c).
Fil-każ ta’ ġestjoni kondiviża, is-sistema ta’ esklużjoni għandha tapplika għal:
|
(a) |
kwalunkwe persuna jew entità li tapplika għal finanzjament fl-ambitu ta’ programm b’ġestjoni kondiviża, magħżula għal tali finanzjament, jew li tirċievi tali finanzjament; |
|
(b) |
entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom biħsiebha tiddependi l-persuna jew l-entità msemmija fil-punt (a), jew sottokuntratturi ta’ tali persuna jew entità; |
|
(c) |
sidien benefiċjarji u kwalunkwe affiljat tal-entità eskluża kif imsemmi fl-Artikolu 138(6). |
3. Id-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar identifikazzjoni bikrija tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, ta’ esklużjoni ta’ persuni jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u/jew ta’ impożizzjoni ta’ penali finanzjarja fuq riċevitur, għandha tittieħed mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Informazzjoni relatata ma’ tali deċiżjonijiet għandha tiġi rreġistrata fil-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 144(1). Meta tali deċiżjonijiet jittieħdu abbażi tal-Artikolu 138(5), l-informazzjoni rreġistrata fil-bażi ta’ data għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-persuni msemmija f’dak il-paragrafu.
4. Id-deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ persuni jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew ta’ impożizzjoni ta’ penali finanzjarji fuq riċevitur, għandha tkun ibbażata fuq sentenza finali jew, fis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), fuq deċiżjoni amministrattiva finali, jew fuq klassifikazzjoni preliminari fil-liġi mill-bord kif imsemmi fl-Artikolu 135 fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 138(3) sabiex tiġi żgurata valutazzjoni ċentralizzata ta’ dawk is-sitwazzjonijiet. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 143(1), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrifjuta parteċipant minn proċedura partikolari tal-għoti.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 138(7), l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jieħu deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ parteċipant jew riċevitur u/jew ta’ impożizzjoni ta’ penali finanzjarja fuq riċevitur u deċiżjoni li tiġi ppubblikata l-informazzjoni relatata, abbażi ta’ klassifikazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 138(3), biss wara li tkun inkisbet rakkomandazzjoni mill-bord imsemmi fl-Artikolu 142.
Artikolu 138
Kriterji għall-esklużjoni u deċiżjonijiet dwar esklużjonijiet
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 137(2) milli tieħu sehem fi proċeduri tal-għoti rregolati minn dan ir-Regolament jew milli timplimenta fondi tal-Unjoni meta dik il-persuna jew entità tkun tinsab f’waħda jew iżjed mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni li ġejjin:
|
(a) |
il-persuna jew l-entità tkun falliet, tkun soġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ stralċ, ikollha l-assi tagħha qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, tkun tinsab fi proċedura ta’ ftehim preventiv mal-kredituri, ikollha l-attivitajiet kummerċjali tagħha sospiżi, jew tkun qiegħda fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali; |
|
(b) |
ikun ġie stabbilit b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun qiegħda tikser l-obbligi tagħha relatati mal-pagament tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi applikabbli; |
|
(c) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità hija ħatja ta’ mġiba professjonali ħażina serja billi tkun kisret il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni li tappartjeni għaliha l-persuna jew l-entità, jew billi tkun involuta f’xi mġiba illegali li jkollha impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tagħha meta din it-tip ta’ mġiba tindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, fosthom, b’mod partikolari, kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(d) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali li l-persuna jew l-entità tkun ħatja ta’ kwalunkwe wieħed mir-reati li ġejjin:
|
|
(e) |
il-persuna jew l-entità tkun uriet nuqqasijiet sinifikanti ta’ konformità mal-obbligi ewlenin fl-implimentazzjoni ta’ impenn legali ffinanzjat mill-baġit, li jkunu:
|
|
(f) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun wettqet irregolarità fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (57); |
|
(g) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità ħolqot entità f’ġuriżdizzjoni differenti bil-ħsieb li jiġu evitati obbligi fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligu legali ieħor, inklużi dawk relatati mad-drittijiet għax-xogħol, l-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, fil-ġuriżdizzjoni tal-uffiċċju rreġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha; |
|
(h) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li entità tkun inħolqot bil-ħsieb imsemmi fil-punt (g); |
|
(i) |
l-entità jew il-persuna tkun intenzjonalment u mingħajr ġustifikazzjoni xierqa rreżistiet investigazzjoni, verifika jew awditu mwettqa minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jew ir-rappreżentant jew l-awditur tiegħu, l-OLAF, l-UPPE, jew il-Qorti tal-Awdituri. Għandu jitqies li l-persuna jew l-entità tirreżisti investigazzjoni, kontroll jew awditu meta twettaq azzjonijiet bil-għan jew bl-effett li tipprevjeni, tfixkel jew iddewwem it-twettiq ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet meħtieġa biex jitwettqu l-investigazzjoni, il-verifika jew l-awditu. Tali azzjonijiet għandhom jinkludu, b’mod partikolari,ir-rifjut li tagħti l-aċċess meħtieġ għall-bini tagħha jew kwalunkwe żona oħra użata għal skopijiet ta’ negozju, il-ħabi jew ir-rifjut li tiġi divulgata informazzjoni jew l-għoti ta’ informazzjoni falza. |
2. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 137(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (i), u r-raba’ subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), meta dik il-persuna jew l-entità tkun f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (c)(iv) jew (d), ta’ dan l-Artikolu. Fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali, id-deċiżjoni għandha tittieħed abbażi ta’ klassifikazzjoni preliminari fil-liġi ta’ mġiba kif imsemmi f’dawk il-punti, filwaqt li jitqiesu l-fatti u l-konstatazzjonijiet stabbiliti skont il-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (d), ta’ dan l-Artikolu li jinsabu fir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145.
Qabel ma jagħmel il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi, il-bord imsemmi fl-Artikolu 145 għandu jagħti lill-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta osservazzjonijiet fir-rigward tal-proċedura fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63(2), l-Istat Membru għandu jiżgura li l-applikazzjonijiet għall-pagamenti relatati ma’ persuna jew entità li tinsab f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni, stabbilita f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma jiġux ippreżentati lill-Kummissjoni għar-rimborż.
3. Fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew, meta dan ikun applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (c), (d), (f), (g) u (h), ta’ dan l-Artikolu, jew fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti (e) u (i), ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi lil persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 137(2) abbażi ta’ klassifikazzjoni preliminari fil-liġi ta’ mġiba kif imsemmi f’dawk il-punti, filwaqt li jqis il-fatti stabbiliti jew konstatazzjonijiet oħra li jkunu jinsabu fir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145.
Il-klassifikazzjoni preliminari msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tippreġudikax il-valutazzjoni tal-imġiba tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) ikkonċernata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jwettaq rieżami tad-deċiżjoni tiegħu li jeskludi lill-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) u/jew li jimponi penali finanzjarja fuq riċevitur mingħajr dewmien wara n-notifika ta’ sentenza finali jew ta’ deċiżjoni amministrattiva finali. F’każijiet meta s-sentenza finali jew id-deċiżjoni amministrattiva finali ma tistabbilixxix id-durata tal-esklużjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jistabbilixxi dik id-durata abbażi tal-fatti stabbiliti u l-konstatazzjonijiet u filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145.
Meta tali sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali tgħid li l-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) mhijiex ħatja tal-imġiba soġġetta għal klassifikazzjoni preliminari fil-liġi, li abbażi tagħha tkun ġiet eskluża l-persuna jew l-entità, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, mingħajr dewmien, għandu jtemm dik l-esklużjoni u/jew jirrimborża, kif xieraq, kwalunkwe penali finanzjarja imposta.
Il-fatti u l-konstatazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu, b’mod partikolari:
|
(a) |
il-fatti stabbiliti fil-kuntest ta’ awditi jew ta’ investigazzjonijiet imwettqa mill-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, il-Qorti tal-Awdituri, l-OLAF jew l-awditur intern, jew kwalunkwe verifika, awditu jew kontroll ieħor li jitwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni; |
|
(b) |
id-deċiżjonijiet amministrattivi mhux finali li jistgħu jinkludu miżuri dixxiplinari meħuda mill-korp ta’ sorveljanza kompetenti responsabbli għall-verifika tal-applikazzjoni tal-istandards ta’ etika professjonali; |
|
(c) |
il-fatti msemmija fid-deċiżjonijiet ta’ persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c); |
|
(d) |
l-informazzjoni trażmessa f’konformità mal-Artikolu 144(2), il-punt (d), b’mod partikolari l-fatti u l-konstatazzjonijiet stabbiliti fil-kunċett ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali fil-livell nazzjonali dwar il-preżenza ta’ sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (c)(iv) jew (d), ta’ dan l-Artikolu, minn entitajiet li jimplementaw il-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b); |
|
(e) |
deċiżjonijiet tal-Kummissjoni marbuta mal-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew ta’ awtorità kompetenti nazzjonali relatati mal-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali. |
4. Kwalunkwe deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli meħuda skont l-Artikoli 137 sa 144 jew, meta jkun applikabbli, kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145, għandha tittieħed f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, b’mod partikolari filwaqt li jitqiesu:
|
(a) |
is-serjetà tas-sitwazzjoni, inkluż l-impatt fuq l-interessi finanzjarji u l-immaġni tal-Unjoni; |
|
(b) |
iż-żmien li għadda mindu seħħet l-imġiba rilevanti; |
|
(c) |
id-durata tal-imġiba u r-rikorrenza tagħha; |
|
(d) |
jekk l-imġiba kinitx intenzjonata jew il-grad ta’ negliġenza li ntwera; |
|
(e) |
fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), jekk ammont limitat huwiex f’riskju; |
|
(f) |
kwalunkwe ċirkostanza mitiganti oħra, bħal:
|
5. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi lil persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 137(2) meta:
|
(a) |
persuna fiżika jew ġuridika li tkun membru tal-korp amministrattiv, ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 137(2), jew li jkollha setgħat ta’ rappreżentazzjoni, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll fir-rigward ta’ dik il-persuna jew l-entità, tkun f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (c) sa (i), ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
persuna fiżika jew ġuridika li tassumi obbligazzjoni bla limiti għad-djun ta’ dik il-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) tkun f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a) jew (b), ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
persuna fiżika li tkun essenzjali għall-għoti jew għall-implimentazzjoni tal-impenn legali tkun f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (c) sa (i), ta’ dan l-Artikolu. |
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura li l-persuna fiżika li tkun tinsab f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi eskluża.
6. Meta persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 137(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (f) u (h) u (i), tiġi eskluża, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jeskludi jew jimponi wkoll penali finanzjarja fuq is-sid benefiċjarju jew kwalunkwe affiljat tal-entità eskluża. Kwalunkwe deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew, meta jkun applikabbli, kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145, għandha tqis jekk:
|
(a) |
l-entità eskluża għandhiex indipendenza funzjonali mill-affiljat tagħha u mis-sid benefiċjarju; |
|
(b) |
l-imġiba ħażina tal-entità eskluża ma tkunx dovuta għal nuqqas ta’ superviżjoni jew ta’ żamma ta’ kontrolli adegwati; |
|
(c) |
l-entità eskluża tkunx ħadet deċiżjoni kummerċjali mingħajr l-influwenza ta’ xi affiljat jew tas-sid benefiċjarju. |
7. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 137(2) b’mod proviżorju mingħajr ir-rakkomandazzjoni minn qabel tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145, meta l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċedura tal-għoti jew l-għażla tagħha għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tkun tikkostitwixxi theddida serja u imminenti għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirreferi l-każ b’mod immedjat lill-bord imsemmi fl-Artikolu 145 u għandu jieħu deċiżjoni finali mhux aktar tard minn 14-il jum wara li jkun irċieva r-rakkomandazzjoni tal-bord.
8. Fuq talba tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, u meta n-natura jew iċ-ċirkostanzi tal-każ ikunu jeżiġu dan, riferiment għal rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145 jista’ jiġi ttrattat permezz ta’ proċedura mħaffa, mingħajr preġudizzju għad-dritt għal smigħ tal-persuna jew tal-entità kkonċernata.
9. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, wara li jqis, meta jkun applikabbli, ir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145, ma għandux jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 137(2) milli tieħu sehem fi proċedura tal-għoti jew milli tingħażel għall-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni meta:
|
(a) |
il-persuna jew l-entità tkun ħadet biżżejjed miżuri ta’ rimedju kif speċifikat fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu sabiex turi li hija affidabbli. Dan il-punt ma għandux japplika fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
dan ikun indispensabbli biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz, għal durata limitata u sakemm jiġu adottati miżuri ta’ rimedju speċifikati fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
tali esklużjoni tkun sproporzjonata abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. |
Barra minn hekk, il-l-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fil-każ ta’ xiri ta’ provvisti b’termini partikolarment vantaġġużi jew mingħand fornitur li żgur ikun se jtemm l-attivitajiet tan-negozju tiegħu jew fil-każ ta’ likwidaturi fi proċedura ta’ insolvenza, proċedura ta’ ftehim preventiv mal-kredituri, jew proċedura simili skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
Fil-każijiet ta’ nonesklużjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jispeċifika r-raġunijiet li għalihom ma jeskludix lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) u jinforma lill-bord imsemmi fl-Artikolu 145 b’dawk ir-raġunijiet.
10. Il-miżuri ta’ rimedju msemmija fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandhom jinkludu, b’mod partikolari:
|
(a) |
miżuri biex tiġi identifikata l-oriġini tas-sitwazzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni u miżuri konkreti tekniċi, organizzazzjonali u tal-persunal fil-qasam rilevanti tal-attività jew tan-negozju tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 137(2), xierqa biex jikkoreġu l-imġiba u ma jħallux li terġa’ tiġri darb’oħra; |
|
(b) |
prova li l-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) tkun ħadet miżuri biex tikkumpensa jew tirrimedja l-ħsara jew id-danni kkawżati lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni mill-fatti sottostanti li jwasslu għas-sitwazzjoni ta’ esklużjoni; |
|
(c) |
prova li l-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) ħallset jew iggarantiet il-pagament ta’ kwalunkwe multa imposta mill-awtorità kompetenti jew ta’ kwalunkwe taxxa jew kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu. |
Mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew tal-bord imsemmija fl-Artikolu 145, il-persuna jew l-entità għandha tippreżenta l-miżuri ta’ rimedju li jkunu ġew ivvalutati minn awditur indipendenti estern jew li jkunu ġew meqjusa suffiċjenti b’deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali jew tal-Unjoni.
11. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, filwaqt li jqis, meta jkun applikabbli, ir-rakkomandazzjoni riveduta tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145, għandu, mingħajr dewmien, jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu li jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 137(2) ex officio jew fuq talba ta’ dik il-persuna jew l-entità, meta din tal-aħħar tkun ħadet miżuri ta’ rimedju suffiċjenti biex turi l-affidabbiltà tagħha jew ipprovdiet elementi ġodda li juru li s-sitwazzjoni ta’ esklużjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għadhiex teżisti.
12. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 137(2), il-punt (b), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrikjedi li l-kandidat jew l-offerent jissostitwixxi entità jew sottokuntrattur li fuq il-kapaċità tagħhom ikun biħsiebu jiddependi, li jkun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 139
Dikjarazzjoni u evidenza tan-nuqqas ta’ sitwazzjoni ta’ esklużjoni
1. Parteċipant għandu jiddikjara jekk huwiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 138(1) u 143(1), u, meta jkun applikabbli, jekk ħax xi miżura ta’ rimedju kif imsemmi fl-Artikolu 138(9), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).
Parteċipant għandu jiddikjara wkoll jekk il-persuni jew l-entitajiet segwenti humiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (c) sa (h):
|
(a) |
persuni ġuridiċi jew naturali li huma membri tal-korp amministrattiv, ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza tal-parteċipant jew li għandhom setgħat ta’ rappreżentanza, deċiżjoni jew kontroll fir-rigward ta’ dak il-parteċipant; |
|
(b) |
sidien benefiċjarji, kif definiti f-Artikolu 3, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2015/849, tal-parteċipant. |
Il-parteċipant jew ir-riċevitur għandu jinforma mingħajr dewmien lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli bi kwalunkwe bidla fis-sitwazzjonijiet kif dikjarati.
Meta jkun xieraq, il-kandidat jew l-offerent għandu jipprovdi l-istess dikjarazzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ffirmati minn sottokuntrattur jew minn kwalunkwe entità oħra li fuq il-kapaċità tagħha jkun biħsiebu jiddependi, skont il-każ.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli ma għandux jitlob id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu meta tali dikjarazzjonijiet diġà jkunu ġew sottomessi għall-finijiet ta’ proċedura oħra tal-għoti, dment li s-sitwazzjoni ma tkunx inbidlet, u li ma tkunx għaddiet aktar minn sena mid-data tad-dikjarazzjoni.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jirrinunzja r-rekwiżiti skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi għal għotjiet ta’ valur baxx ħafna u kuntratti ta’ valur baxx ħafna, liema valur ma jeċċedix l-ammonti msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (75), u fil-punt 14.4 tal-Anness I.
2. Kull meta jintalbu mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u meta dan ikun neċessarju biex jiġi żgurat l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura, il-parteċipant, is-sottokuntrattur jew l-entità li fuq il-kapaċità tagħhom ikun biħsiebu jiddependi kandidat jew offerent għandhom jipprovdu:
|
(a) |
evidenza xierqa li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1); |
|
(b) |
informazzjoni dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma membri tal-korp amministrattiv, ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza tal-parteċipant jew li għandhom setgħat ta’ rappreżentanza, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll fir-rigward ta’ dak il-parteċipant, inklużi persuni u entitajiet fl-istruttura tas-sjieda u l-kontroll u s-sidien benefiċjarji, u evidenza xierqa li ebda waħda minn dawk il-persuni ma tkun f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (c) sa (f). |
|
(c) |
evidenza xierqa li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jassumu obbligazzjoni illimitata għad-djun ta’ dak il-parteċipant ma jkunux f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), il-punt (a) jew (b). |
3. Meta dan ikun applikabbli u f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jaċċetta bħala evidenza adegwata li parteċipant jew entità msemmija fil-paragrafu 2 mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (a), (c), (d), (f), (g) u (h), estratt reċenti mir-rekords ġudizzjarji jew, f’nuqqas ta’ dan, dokument ekwivalenti maħruġ reċentement minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fil-pajjiż ta’ stabbiliment tagħhom li juri li dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfati.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jaċċetta bħala evidenza xierqa li parteċipant jew entità msemmija fil-paragrafu 2 mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (a) u (b), ċertifikat reċenti maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ stabbiliment. Meta tali tipi ta’ ċertifikati ma jkunux inħarġu fil-pajjiż tal-istabbiliment, il-parteċipant jista’ jipprovdi dikjarazzjoni ġuramentata magħmula quddiem awtorità ġudizzjarja jew nutar jew, fin-nuqqas ta’ dan, dikjarazzjoni solenni magħmula quddiem awtorità amministrattiva jew korp professjonali kkwalifikat fil-pajjiż ta’ stabbiliment tiegħu.
4. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrinunzja l-obbligu ta’ parteċipant jew entità msemmija fil-paragrafu 2 li jissottomettu l-evidenza dokumentarja msemmija fil-paragrafi 2 u 3:
|
(a) |
jekk jista’ jkollu aċċess għal tali evidenza f’bażi ta’ data nazzjonali mingħajr ħlas; |
|
(b) |
jekk it-tali evidenza tkun diġà ġiet ippreżentata għall-finijiet ta’ proċedura oħra u dment li kwalunkwe dokument ippreżentat ikun għadu validu u li ma tkunx għaddiet sena mid-data tal-ħruġ tad-dokumenti; |
|
(c) |
jekk jagħraf li hemm impossibbiltà materjali biex tiġi pprovduta tali evidenza. |
5. Il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal persuni u entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jew għal korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71.
Għall-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji u fin-nuqqas ta’ regoli u proċeduri kompletament ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 157(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ir-riċevituri finali u l-intermedjarji għandhom jipprovdu lill-persuna jew lill-entità li timplimenta l-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), dikjarazzjoni ffirmata fuq l-unur li tikkonferma li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (a) sa (d), (g) u (h), jew fl-Artikolu 143(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), jew f’sitwazzjoni meqjusa ekwivalenti wara l-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 157(4).
Meta, eċċezzjonalment, strumenti finanzjarji jkunu implimentati skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ir-riċevituri finali għandhom jipprovdu lill-intermedjarji finanzjarji dikjarazzjoni ffirmata fuq l-unur li tikkonferma li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (a) sa (d), (g) u (h), jew fl-Artikolu 143(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c).
Artikolu 140
Penali finanzjarji
1. Sabiex jiżgura effett deterrent, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, filwaqt li jqis, meta dan ikun applikabbli, ir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145, jimponi penali finanzjarja fuq riċevitur li miegħu jkun ġie assunt impenn legali u li jkun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni kif imsemmi fl-Artikolu 138(1), il-punt (c), (d), (e), (f), (g), (h) jew (i).
Rigward is-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (c) sa (i), il-penali finanzjarja tista’ tiġi imposta bħala alternattiva għal deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ riċevitur, meta tali esklużjoni tkun sproporzjonata abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 138(4).
Rigward is-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (c), (d) u (e), il-penali finanzjarja tista’ tkun imposta flimkien ma’ esklużjoni meta dan ikun meħtieġ biex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, minħabba l-imġiba sistemika u rikorrenti adottata mir-riċevituri bl-intenzjoni li jikseb indebitament fondi tal-Unjoni.
Minkejja l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, ma għandhiex tiġi imposta penali finanzjarja fuq riċevitur li f’konformità mal-Artikolu 139 ikun żvela li jinsab f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni.
2. L-ammont tal-penali finanzjarja ma għandux jaqbeż l-10 % tal-valur totali tal-impenn legali. Fil-każ ta’ ftehim ta’ għotja ffirmat ma’ għadd ta’ benefiċjarji, il-penali finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-ammont tal-għotja li l-benefiċjarju kkonċernat ikun intitolat għalih f’konformità mal-ftehim ta’ għotja.
Artikolu 141
Durata tal-esklużjoni u perjodu ta’ limitazzjoni
1. Id-durata tal-esklużjoni ma għandhiex taqbeż kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-durata, jekk tkun teżisti waħda, stabbilita bis-sentenza finali jew bid-deċiżjoni amministrattiva finali ta’ Stat Membru; |
|
(b) |
fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali:
|
Persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 137(2) għandha tkun eskluża sakemm tkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (a) u (b).
2. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-esklużjoni ta’ persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 137(2) u/jew għall-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji fuqha għandu jkun ta’ ħames snin li jibdew jiġu kkalkolati minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-data li fiha tkun twettqet l-imġiba li wasslet għall-esklużjoni jew, fil-każ ta’ atti kontinwi jew ripetuti, id-data li fiha tintemm l-imġiba, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (b) sa (e), (g), (h) u (i); |
|
(b) |
id-data tas-sentenza finali ta’ ġuriżdizzjoni nazzjonali jew ta’ deċiżjoni amministrattiva finali fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (b), (c), (d), (g), (h) u (i). |
Il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jiġi interrott b’att ta’ awtorità nazzjonali, tal-Kummissjoni, tal-OLAF, tal-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145 ta’ dan ir-Regolament jew ta’ kwalunkwe entità involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit, jekk tali att jiġi nnotifikat lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) ta’ dan ir-Regolament u jkun relatat ma’ investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji. Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid għandu jibda mill-jum wara l-interruzzjoni.
Għall-fini tal-Artikolu 138(1), il-punt (f), ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-esklużjoni ta’ persuna jew ta’ entità msemmija fl-Artikolu 137(2) ta’ dan ir-Regolament u/jew għall-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji fuq riċevitur prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.
Meta l-imġiba ta’ persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 137(2) ta’ dan ir-Regolament ikkonċernata tikkwalifika skont diversi raġunijiet minn fost dawk elenkati fl-Artikolu 138(1) ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-perjodu ta’ limitazzjoni applikabbli għal dik l-aktar serja minn fost dawk ir-raġunijiet.
Artikolu 142
Pubblikazzjoni tal-esklużjoni u tal-penali finanzjarji
1. Sabiex, meta jkun meħtieġ, jissaħħaħ l-effett ta’ deterrent tal-esklużjoni u/jew tal-penali finanzjarja, il-Kummissjoni għandha, soġġett għal deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, tippubblika fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni li ġejja dwar l-esklużjoni u, meta dan ikun applikabbli, il-penali finanzjarja fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (c) sa (i):
|
(a) |
l-isem tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) ikkonċernata; |
|
(b) |
is-sitwazzjoni tal-esklużjoni; |
|
(c) |
id-durata tal-esklużjoni u/jew l-ammont tal-penali finanzjarja. |
Meta d-deċiżjoni dwar l-esklużjoni u/jew il-penali finanzjarja tkun ittieħdet abbażi ta’ klassifikazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 138(2), il-pubblikazzjoni għandha tindika li ma hemm l-ebda sentenza finali jew, meta dan ikun applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali. F’tali każijiet, l-informazzjoni dwar kwalunkwe appell, l-istatus tiegħu u l-eżitu tiegħu, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni riveduta tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien. Meta tkun ġiet imposta penali finanzjarja, il-pubblikazzjoni għandha tindika wkoll jekk dik il-penali tħallsitx.
Id-deċiżjoni li tiġi ppubblikata l-informazzjoni għandha tittieħed mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jew wara sentenza finali rilevanti jew, fejn applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali, jew wara r-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 145, skont il-każ. Dik id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tiġi nnotifikata lill-persuna jew lill-entità kkonċernata, kif imsemmi fl-Artikolu 137(2).
L-informazzjoni ppubblikata għandha titneħħa malli l-esklużjoni tasal fi tmiemha. Fil-każ ta’ penali finanzjarja, il-pubblikazzjoni għandha titneħħa sitt xhur wara li titħallas dik il-penali.
F’dak li jirrigwarda data personali, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725, jinforma lill-persuna jew lill-entità kkonċernata, kif imsemmi fl-Artikolu 137(2) ta’ dan ir-Regolament, bid-drittijiet tagħhom skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u bil-proċeduri disponibbli għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandha tiġi ppubblikata fl-ebda waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
meta jkun meħtieġ li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità ta’ investigazzjoni jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali; |
|
(b) |
meta l-pubblikazzjoni tikkawża dannu sproporzjonat lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) ikkonċernata jew inkella tkun sproporzjonata abbażi tal-kriterji tal-proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 138(4) u filwaqt li jitqies l-ammont tal-penali finanzjarja; |
|
(c) |
meta tkun ikkonċernata persuna fiżika, sakemm il-pubblikazzjoni tad-data personali ma tkunx iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali, fost l-oħrajn, minħabba s-serjetà tal-imġiba jew l-impatt tagħha fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’tali każijiet, id-deċiżjoni li tiġi ppubblikata l-informazzjoni għandha tqis b’mod dovut id-dritt għall-privatezza u drittijiet oħra previsti fir-Regolament (UE) 2018/1725. |
Artikolu 143
Ċaħda minn proċedura tal-għoti
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiċħad minn proċedura tal-għoti lil parteċipant li:
|
(a) |
ikun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 138; |
|
(b) |
ikun irrappreżenta b’mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqas milli jipprovdi dik l-informazzjoni; |
|
(c) |
kien preċedentement involut fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċedura tal-għoti meta dan ikun jinvolvi ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, inkluża d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, li ma jistax jiġi rimedjat b’xi mod ieħor; |
|
(d) |
ikollu interessi professjonali kunfliġġenti li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-attwazzjoni tal-kuntratt skont il-punt 20.6 tal-Anness I; |
|
(e) |
ikun id-destinatarju ta’ deċiżjoni li tipprojbixxi l-għoti tal-kuntratt talli jkun irċieva sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern, adottata mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. |
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkomunika lill-parteċipanti l-oħrajn fil-proċedura tal-għoti l-informazzjoni rilevanti skambjata fil-kuntest ta’ jew li tirriżulta mill-involviment tal-parteċipant fit-tħejjija tal-proċedura tal-għoti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c). Qabel kwalunkwe ċaħda bħal din, il-parteċipant għandu jingħata l-opportunità li juri bil-provi li l-involviment tiegħu fit-tħejjija tal-proċedura tal-għoti ma jiksirx il-prinċipju ta’ trattament ugwali.
2. L-Artikolu 134(1) għandu japplika sakemm iċ-ċaħda ma tkunx ġiet iġġustifikata skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu b’deċiżjoni dwar esklużjoni meħuda fir-rigward tal-parteċipant, wara eżami tal-osservazzjonijiet tiegħu.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu, ir-Regolament (UE) 2022/2560 u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 1, 2 u 4 tiegħu, inkluż l-Artikolu 30 tiegħu, għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-rieżami preliminari mill-Kummissjoni u għall-investigazzjoni fil-fond ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja barranija miksuba fi proċedura ta’ akkwist skont dan ir-Regolament. Għall-fini tan-notifika minn qabel lill-awtorità kontraenti, il-parteċipanti fi proċedura ta’ akkwist skont dan ir-Regolament għandhom jinnotifikaw kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja barranija rilevanti lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, skont l-istess kundizzjonijiet kif stabbilit fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) 2022/2560 u fid-dispożizzjonijiet tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, l-atti delegati rilevanti adottati abbażi tal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2022/2560 għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-proċeduri ta’ akkwist skont dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2022/2560, kif ukoll dawk tal-atti delegati adottati abbażi tal-Artikolu 49 ta’ dak ir-Regolament u tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu implimentati f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Fil-kuntest tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni fil-forma ta’ deċiżjoni:
|
(a) |
li tagħmel l-impenji offruti minn parteċipant vinkolanti fuq dak il-parteċipant skont it-tifsira tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560, fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
li ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2022/2560, fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
li jipprojbixxu l-għoti tal-kuntratt lil parteċipant talli jkun irċieva sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560, fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 276(2).
Għall-finijiet tal-miżuri li għandhom jittieħdu skont dan il-paragrafu, meta r-Regolament (UE) 2022/2560 jirreferi għal proċeduri ta’ akkwist skont it-tifsira tad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (58), dawn għandhom jinftiehmu bħala proċeduri ta’ akkwist skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinnotifika ċ-ċaħda minn proċedura tal-għoti permezz ta’ ittra indirizzata lill-parteċipant ikkonċernat, wara d-deċiżjoni ta’ projbizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (c).
Artikolu 144
Sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni
1. L-informazzjoni skambjata fis-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 137 għandha tkun iċċentralizzata f’bażi ta’ data stabbilita mill-Kummissjoni (“il-bażi ta’ data”) u għandha tiġi ġestita skont id-dritt għall-privatezza u drittijiet oħrajn previsti fir-Regolament (UE) 2018/1725.
L-informazzjoni dwar każijiet ta’ identifikazzjoni bikrija, ta’ esklużjoni u/jew ta’ penali finanzjarji għandha tiddaħħal fil-bażi ta’ data mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli wara li jinnotifika lill-persuna jew lill-entità kkonċernata, kif imsemmi fl-Artikolu 137(2). Tali notifika tista’ tiġi differita f’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jkun hemm raġunijiet leġittimi serji biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità ta’ investigazzjoni jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali, sa meta tali raġunijiet leġittimi serji biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità ma jibqgħux jeżistu.
F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tinforma lill-persuna jew lill-entità soġġetta għas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 137(2), dwar id-data maħżuna fil-bażi ta’ data li tirrigwarda dik il-persuna jew dik l-entità.
L-informazzjoni li tinsab fil-bażi ta’ data għandha tiġi aġġornata, meta dan ikun xieraq, wara rettifika, tħassir jew kwalunkwe modifika oħra fid-data. Għandha tiġi ppubblikata biss skont l-Artikolu 142.
2. Is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni għandha tkun ibbażata fuq fatti u konstatazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 138(3), ir-raba’ subparagrafu, u fuq it-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni, b’mod partikolari minn:
|
(a) |
l-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, jew l-OLAF f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 meta investigazzjoni li tkun tlestiet jew li tkun għaddejja turi li jista’ jkun xieraq li jittieħdu miżuri jew azzjonijiet ta’ prekawzjoni biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’kunsiderazzjoni dovuta għar-rispett tad-drittijiet proċedurali u fundamentali, u għall-protezzjoni tal-informaturi; |
|
(b) |
uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, ta’ uffiċċju Ewropew imwaqqaf mill-Kummissjoni jew ta’ aġenzija eżekuttiva; |
|
(c) |
istituzzjoni tal-Unjoni, uffiċċju Ewropew, jew aġenzija għajr dawk imsemmijin fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, jew korp jew persuna inkarigata bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet tal-PESK; |
|
(d) |
entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u persuni u entitajiet li jimplimentaw il-fondi, skont l-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), mal-Istati Membri, f’każijiet ta’ fatti u konstatazzjonijiet stabbiliti biss fil-kuntest ta’ sentenzi finali jew deċiżjonijiet amministrattivi finali b’referenza għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 138(1), il-punti (c)(iv) u (d), kif ukoll frodi u/jew irregolarità identifikati u s-segwitu għalihom, meta t-trażmissjoni tal-informazzjoni tkun meħtieġa minn regoli speċifiċi għas-settur; |
|
(e) |
persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), f’każijiet ta’ frodi u/jew irregolarità identifikati u s-segwitu għalihom. |
3. Ħlief meta l-informazzjoni jkollha tiġi ppreżentata f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, l-informazzjoni li għandha tintbagħat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tal-entità jew tal-persuna kkonċernata; |
|
(b) |
sommarju tar-riskji identifikati jew tal-fatti inkwistjoni; |
|
(c) |
informazzjoni li tista’ tgħin lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fit-twettiq tal-verifika msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew fit-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-esklużjoni kif imsemmi fl-Artikolu 138(1) jew (3), jew deċiżjoni li timponi penali finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 140; |
|
(d) |
meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar kwalunkwe miżura speċjali meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mibgħuta, inklużi miżuri għas-salvagwardja tal-evidenza għall-protezzjoni tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali. |
4. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti mingħajr dewmien l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tagħha u lil dawk tal-aġenziji eżekuttivi tagħha, tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-korpi tal-Unjoni, tal-uffiċċji u tal-aġenziji Ewropej kollha l-oħrajn permezz tal-bażi ta’ data msemmija fil-paragrafu 1 sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-verifiki meħtieġa fir-rigward tal-proċeduri tal-għoti fis-seħħ u l-impenji legali eżistenti.
Fit-twettiq ta’ dik il-verifika, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 74 u ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa previst fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-proċedura tal-għoti u l-impenji legali.
Il-perjodu ta’ żamma għall-informazzjoni relatata mal-identifikazzjoni bikrija trażmessa skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikun itwal minn sena. Jekk, matul dak il-perjodu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jitlob lill-bord joħroġ rakkomandazzjoni f’każ li jikkonċerna esklużjoni jew penali finanzjarji, il-perjodu ta’ żamma jista’ jiġi estiż sa tali żmien li fih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun ħa deċiżjoni.
5. Il-persuni u l-entitajiet kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit f’konformità mal-Artikolu 62 għandhom jingħataw aċċess mill-Kummissjoni għall-informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta’ esklużjoni skont l-Artikolu 138 biex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk hemmx esklużjoni fis-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni, meta jagħtu kuntratti jew jagħżlu benefiċjarji biex jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni.
Ħlief meta l-implimentazzjoni tal-baġit tkun fdata lil persuni jew lil entitajiet skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), f’konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 157(4), il-persuni u l-entitajiet kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit għandhom jinfurzaw tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuna jew l-entità li tapplika għall-fondi tal-Unjoni jew li tintgħażel biex timplimentahom.
6. Bħala parti mir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 325(5) tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni aggregata dwar id-deċiżjonijiet meħudin mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 137 sa 144 ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jipprovdi wkoll aktar informazzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 138(9), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 142(2) ta’ dan ir-Regolament u dwar kwalunkwe deċiżjoni mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni biex jiddevjaw mir-rakkomandazzjoni tal-bord skont l-Artikolu 145(6), it-tielet subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tingħata b’rispett xieraq għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità u, b’mod partikolari, ma għandhiex tippermetti li tiġi identifikata l-persuna jew l-entità kkonċernata, kif imsemmi fl-Artikolu 137(2).
Artikolu 145
Bord
1. Għandu jitlaqqa’ bord fuq it-talba ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ta’ kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni, uffiċċju jew korp Ewropew jew persuna inkarigata bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE.
2. Il-bord għandu jkun magħmul minn:
|
(a) |
president indipendenti permanenti ta’ livell għoli maħtur mill-Kummissjoni; |
|
(b) |
viċi president indipendenti permanenti ta’ livell għoli maħtur mill-Kummissjoni, li għandu jkun sostitut għall-president; |
|
(c) |
żewġ rappreżentanti permanenti tal-Kummissjoni bħala s-sid tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni, li għandhom jesprimu pożizzjoni konġunta; u |
|
(d) |
rappreżentant wieħed tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jagħmel it-talba. |
Il-kompożizzjoni tal-bord għandha tiżgura l-għarfien espert tekniku u legali xieraq. Il-bord għandu jkun assistit minn segretarjat permanenti, ipprovdut mill-Kummissjoni, li għandu jiżgura l-amministrazzjoni kontinwa tal-bord.
3. Il-President għandu jintgħażel minn fost persuni li kienu membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-Qorti tal-Awdituri jew minn dawk li qabel kienu uffiċjali li mill-anqas kellhom il-grad ta’ Direttur Ġenerali f’istituzzjoni tal-Unjoni li mhijiex il-Kummissjoni. Dan għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-kwalitajiet personali u professjonali tiegħu, tal-esperjenza estensiva fi kwistjonijiet legali u finanzjarji u tal-kompetenza, tal-indipendenza u tal-integrità murija. Il-mandat għandu jkun ta’ ħames snin u ma għandux ikun jista’ jiġġedded. Il-President għandu jinħatar bħala konsulent speċjali fis-sens tal-Artikolu 5 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jippresiedi s-sessjonijiet kollha tal-bord. Għandu jkun indipendenti fil-qadi ta’ dmirijietu. Ma għandux ikollu kunflitt ta’ interessi bejn dmirijietu bħala President u kwalunkwe dmir uffiċjali ieħor.
4. Ir-regoli ta’ proċedura tal-bord għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.
5. Il-bord għandu jħares id-dritt tal-persuna jew tal-entità kkonċernata, kif imsemmi fl-Artikolu 137(2), li tissottometti osservazzjonijiet dwar il-fatti jew il-konstatazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 138(3) u dwar il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi qabel ma jadotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Id-dritt li jiġu sottomessi osservazzjonijiet jista’ jiġi differit f’ċirkostanzi eċċezzjonali meta jkun hemm raġunijiet leġittimi serji biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità ta’ investigazzjoni jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali, sa meta tali raġunijiet leġittimi ma jibqgħux jeżistu.
6. Ir-rakkomandazzjoni tal-bord għall-esklużjoni u/jew għall-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja, meta dan ikun applikabbli, għandu jkollha l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
il-fatti jew il-konstatazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 138(3) u l-klassifikazzjoni preliminari tagħhom fil-liġi; |
|
(b) |
valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi imposta penali finanzjarja u l-ammont tagħha; |
|
(c) |
valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi eskluża l-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) u, f’dak il-każ, id-durata ssuġġerita tat-tali esklużjoni; |
|
(d) |
valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi ppubblikata l-informazzjoni relatata mal-persuna jew mal-entità msemmija fl-Artikolu 137(2) li hija eskluża u/jew soġġetta għal penali finanzjarja; |
|
(e) |
valutazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju meħudin mill-persuna jew mill-entità msemmija fl-Artikolu 137(2), jekk ikunu ttieħdu xi miżuri. |
Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jipprevedi deċiżjoni aktar severa minn dik li tkun ġiet irrakkomandata mill-bord, huwa għandu jiżgura li tali deċiżjoni tittieħed bir-rispett dovut tad-dritt ta’ smigħ u tar-regoli ta’ protezzjoni tad-data personali.
Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiddeċiedi li jiddevja mir-rakkomandazzjoni tal-bord, huwa għandu jiġġustifika din id-deċiżjoni lill-bord.
7. Il-bord għandu jirrevedi r-rakkomandazzjoni tiegħu matul il-perjodu ta’ esklużjoni fuq talba mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 138(11) jew wara n-notifika ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li tistabbilixxi r-raġunijiet għal esklużjoni meta tali sentenza jew deċiżjoni ma tistabbilix id-durata tal-esklużjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 138(3), it-tieni subparagrafu.
8. Il-bord għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jagħmel it-talba bir-rakkomandazzjoni riveduta tiegħu, sabiex wara l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu.
9. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni bla limitu biex tirrieżamina deċiżjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jeskludi persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 137(2) u/jew jimponi penali finanzjarja fuq riċevitur, inkluż it-tħassir tal-esklużjoni, it-tnaqqis jew iż-żieda tad-durata tagħha u/jew it-tħassir, it-tnaqqis jew iż-żieda tal-penali finanzjarja imposta. L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 ma għandux japplika meta d-deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jeskludi jew jimponi penali finanzjarja tittieħed abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-bord.
Artikolu 146
Komunikazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni
1. Il-komunikazzjoni kollha, b’mod partikolari n-notifika ta’ deċiżjonijiet, ittri, dokumenti jew informazzjoni b’rabta ma’ proċeduri ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni għandha ssir bil-miktub fuq karta jew f’format elettroniku.
2. In-notifiki għal komunikazzjonijiet li joħolqu effetti legali jew jiskattaw limiti ta’ żmien għandhom isiru fuq karta bil-posta rreġistrata b’konferma tar-riċevuta jew b’servizz ta’ kurrier bi prova tal-konsenja, permezz ta’ sistema sigura ta’ skambju elettroniku skont l-Artikolu 151, jew bil-posta elettronika jew b’mezzi elettroniċi oħra.
3. Il-komunikazzjonijiet għandhom:
|
(a) |
meta jsiru fuq karta, jitqiesu li jkunu ġew innotifikati meta jkunu twasslu fl-indirizz postali l-aktar reċenti ipprovdut mill-parti riċeventi. In-notifiki bil-posta rreġistrata b’konferma tar-riċevuta jew permezz ta’ servizz tal-kurrier bi prova tal-konsenja għandhom jitqiesu li jkunu waslu jew fid-data tal-konsenja rreġistrata mis-servizz postali jew mis-servizz tal-kurrier jew wara l-limitu ta’ żmien għall-ġbir fl-uffiċċju postali, jew, fin-nuqqas ta’ tali limitu ta’ żmien, tliet ġimgħat wara t-tentattiv ta’ konsenja, dment li n-notifika tkun intbagħtet għat-tieni darba u tħabbret elettronikament lill-indirizz tal-posta elettronika l-aktar reċenti ipprovdut mill-parti riċeventi; |
|
(b) |
meta jsiru permezz ta’ sistema sigura ta’ skambju elettroniku msemmija fl-Artikolu 151, jitqies li jkunu ġew innotifikati fid-data u l-ħin li jkunu ġew aċċessati, kif indikat mir-reġistrazzjonijiet tal-ħin fis-sistema jew, fil-każ ta’ komunikazzjonijiet li ma jkunux ġew aċċessati, għaxart ijiem wara li jintbagħtu; |
|
(c) |
meta jsiru bil-posta elettronika jew b’mezzi elettroniċi oħra, jitqiesu li jkunu ġew innotifikati fil-jum li tintbagħat il-posta elettronika, sakemm din tintbagħat fl-indirizz l-aktar reċenti tal-posta elettronika ipprovdut mill-parti riċeventi u l-parti li tibgħat ma tkunx irċeviet rapport li l-posta elettronika ma waslitx. |
Meta d-destinatarju jkun jista’ juri li ma tħalliex jaċċessa komunikazzjoni minħabba ċirkostanzi barra mill-kontroll tiegħu, l-effetti legali tal-komunikazzjoni għandhom jiddekorru mill-mument li fih id-destinatarju jista’ juri li kiseb aċċess għall-kontenut tagħha.
Artikolu 147
Trażmissjoni ta’ informazzjoni għall-fini tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni
1. L-informazzjoni mitluba mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 144(2), il-punt (d), għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjonif’konformità mal-Artikolu 36(8) u mar-regoli speċifiċi għas-settur.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 138(2), it-tieni subparagrafu, l-użu tad-data riċevuta permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet għandu jqis l-istatus tal-proċedura nazzjonali li kienet fis-seħħ meta din l-informazzjoni ntbagħtet. Tali użu għandu jkun ippreċedut minn konsultazzjoni tal-Istat Membru li jkun bagħat id-data rilevanti permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet.
Artikolu 148
Eċċezzjonijiet applikabbli għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka
L-Artikoli 137 sa 147 ma għandhomx japplikaw għall-JRC.
Artikolu 149
Ġestjoni elettronika tal-operazzjonijiet
1. Meta l-operazzjonijiet tad-dħul u tan-nefqa jew l-iskambji tad-dokumenti jkunu ġestiti permezz ta’ sistemi tal-kompjuter, id-dokumenti jistgħu jiġu ffirmati permezz ta’ proċedura kompjuterizzata jew elettronika li tipprovdi awtentikazzjoni tal-firmatarju. Tali sistemi tal-kompjuter għandhom jinkludu deskrizzjoni sħiħa u aġġornata tas-sistema li tiddefinixxi l-kontenut tal-entrati tad-data kollha, tiddeskrivi kif inhi ttrattata kull operazzjoni individwali u tispjega fid-dettall kif is-sistema tal-kompjuter tiggarantixxi l-eżistenza ta’ rekord tal-awditjar sħiħ għal kull operazzjoni. L-informazzjoni elettronika tista’ tkun soġġetta għal kontrolli u awditi diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 36(11).
2. Soġġett għall-qbil minn qabel tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri kkonċernati, kull trażmissjoni ta’ dokumenti bejniethom tista’ ssir b’mezzi elettroniċi.
Artikolu 150
Gvern elettroniku
1. Istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 għandhom jistabbilixxu u japplikaw standards uniformi għall-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni mal-parteċipanti. B’mod partikolari, dawn għandhom, sal-massimu possibbli, ifasslu u jimplimentaw soluzzjonijiet għall-preżentazzjoni, għall-ħżin u għall-ipproċessar tad-data ppreżentata fil-kuntest tal-proċeduri tal-għoti u għal dak il-għan, għandhom jiddefinixxu “spazju ta’ skambju elettroniku ta’ data” uniku għall-parteċipanti. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar f’dak ir-rigward.
2. Fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża, kull skambju uffiċjali ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jsir bil-mezzi indikati f’regoli speċifiċi għas-settur. Dawk ir-regoli għandhom jipprevedu l-interoperabbiltà tad-data miġbura jew riċevuta u trażmessa b’mod ieħor fil-ġestjoni tal-baġit.
Artikolu 151
Sistemi ta’ skambju elettroniku
1. L-iskambji kollha mar-riċevituri u mal-parteċipanti, inkluża l-assunzjoni ta’ impenji legali u kwalunkwe emenda għalihom, jistgħu jsiru permezz ta’ sistemi ta’ skambju elettroniku.
2. Is-sistemi ta’ skambju elettroniku għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
persuni awtorizzati biss jista’ jkollhom aċċess għas-sistema u d-dokumenti trażmessi fiha; |
|
(b) |
persuni awtorizzati biss jistgħu jiffirmaw jew jittrażmettu dokument permezz tas-sistema; |
|
(c) |
persuni awtorizzati jiġu identifikati permezz tas-sistema b’mezzi stabbiliti; |
|
(d) |
il-ħin u d-data tat-tranżazzjoni elettronika jiġu stabbiliti bi preċiżjoni; |
|
(e) |
tinżamm l-integrità tad-dokumenti; |
|
(f) |
tinżamm id-disponibbiltà tad-dokumenti; |
|
(g) |
meta jkun xieraq, tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dokumenti; |
|
(h) |
tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-data personali f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725. |
3. Is-sistema ta’ skambju elettroniku tista’ tintuża wkoll mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jew, meta dan ikun applikabbli, mill-bord imsemmi fl-Artikolu 145, biex jikkomunika mal-parteċipanti, mar-riċevituri jew ma’ persuni jew entitajiet oħra msemmija fl-Artikolu 137(2) fir-rigward ta’:
|
(a) |
l-inklużjoni tagħhom fil-bażi ta’ data tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 137(1), il-punt (a); |
|
(b) |
il-kontenut ta’ ittri kontradittorji u informazzjoni jew talbiet oħra maħruġa mill-bord imsemmi fl-Artikolu 145, sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 145(5), u fl-eżerċizzju tal-kompetenzi skont dan ir-Regolament; |
|
(c) |
il-kontenut ta’ deċiżjonijiet u informazzjoni jew talbiet oħra mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi skont l-Artikoli 137 sa 147. |
4. Data mibgħuta jew riċevuta permezz ta’ sistema bħal din tgawdi mill-preżunzjoni legali tal-integrità tad-data u tal-akkuratezza tad-data u tal-ħin ta’ meta ntbagħtet jew ġiet riċevuta d-data indikata mis-sistema.
Dokument mibgħut jew innotifikat permezz ta’ sistema bħal din għandu jitqies ekwivalenti għal dokument fuq karta, għandu jkun ammissibbli bħala evidenza fi proċedimenti legali, għandu jitqies oriġinali u għandu jgawdi l-preżunzjoni legali tal-awtentiċità u tal-integrità tiegħu, dment li d-dokument ma jkunx fih karatteristiċi dinamiċi li kapaċi jbiddluh b’mod awtomatiku.
Il-firem elettroniċi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandu jkollhom effett legali ekwivalenti għal firem bl-idejn.
Artikolu 152
Sottomissjoni tad-dokumenti ta’ applikazzjoni
1. L-arranġamenti għas-sottomissjoni tad-dokumenti ta’ applikazzjoni għandhom jiġu deċiżi mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li jista’ jagħżel il-metodu esklużiv ta’ sottomissjoni.
Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżulin għandhom ikunu tali li jiżguraw li jkun hemm kompetizzjoni ġenwina u li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
kull sottomissjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha; |
|
(b) |
tiġi ppreservata l-integrità tad-data; |
|
(c) |
tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tad-dokumenti ta’ applikazzjoni; |
|
(d) |
tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725. |
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura b’mezzi xierqa u skont l-Artikolu 150(1) li l-parteċipanti jistgħu jissottomettu d-dokumenti ta’ applikazzjoni u kwalunkwe evidenza ta’ sostenn f’format elettroniku. Kwalunkwe sistema ta’ komunikazzjoni elettronika użata biex tappoġġja komunikazzjonijiet u skambji ta’ informazzjoni għandha tkun nondiskriminatorja, ġeneralment disponibbli u interoperabbli ma’ prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f’użu ġenerali u ma għandhiex tillimita l-aċċess tal-parteċipanti għall-proċedura tal-għoti.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
3. L-apparati għar-riċevuta elettronika tad-dokumenti ta’ applikazzjoni għandhom jiggarantixxu, permezz ta’ mezzi tekniċi u proċeduri xierqa, li:
|
(a) |
il-parteċipant ikun jista’ jiġi awtentikat b’ċertezza; |
|
(b) |
il-ħin u d-data eżatti tar-riċevuta tad-dokumenti ta’ applikazzjoni jkunu jistgħu jiġu ddeterminati preċiżament; |
|
(c) |
il-persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess għad-data trażmessa u jistgħu jistabbilixxu jew ibiddlu d-dati għall-ftuħ tad-dokumenti ta’ applikazzjoni; |
|
(d) |
matul il-fażijiet differenti tal-proċedura tal-għoti, il-persuni awtorizzati biss jista’ jkollhom aċċess għad-data kollha sottomessa u jistgħu jagħtu aċċess għal din id-data kif meħtieġ għall-proċedura; |
|
(e) |
ikun raġonevolment żgurat li jista’ jiġi identifikat kwalunkwe tentattiv biex tinkiser kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (d). |
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal kuntratti taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1).
4. Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jawtorizza sottomissjoni tad-dokumenti ta’ applikazzjoni b’mezzi elettroniċi, id-dokumenti elettroniċi sottomessi b’dawn is-sistemi għandhom jitqiesu bħala l-oriġinali.
5. Meta s-sottomissjoni ssir b’ittra, il-parteċipanti jistgħu jagħżlu li jissottomettu dokumenti ta’ applikazzjoni:
|
(a) |
jew bil-posta jew bis-servizz ta’ kurrier, f’liema każ l-evidenza tal-preżentazzjoni għandha tkun kostitwita mit-timbru jew mid-data tal-irċevuta tad-depożitu; |
|
(b) |
billi titwassal bl-idejn sa għand l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-parteċipant innifsu jew minn aġent, f’liema każ l-evidenza tal-preżentazzjoni għandha tkun il-konferma tar-riċevuta. |
Għal kuntratti mogħtija mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi jew mogħtija esklużivament fl-interess tagħhom, l-awtorità kontraenti tista’ tillimita s-sottomissjoni permezz ta’ ittra għal mezz wieħed biss minn dawk indikati hawn fuq. Meta l-awtorità kontraenti tagħmel użu minn din id-dispożizzjoni, għandha tiddokumenta r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni.
6. Bis-sottomissjoni ta’ dokumenti ta’ applikazzjoni, il-parteċipanti jaċċettaw li jirċievu notifika tal-eżitu tal-proċedura permezz ta’ mezzi elettroniċi.
7. Il-parteċipanti jew ir-riċevituri jew kwalunkwe persuna jew entità oħra msemmija fl-Artikolu 137(2) jaċċettaw li jirċievu notifiki skont it-termini tal-impenn legali speċifiku jew tal-kuntratt ta’ konċessjoni, inkluża kwalunkwe notifika dwar l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 137(1). Għal dak li jikkonċerna persuni jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 137(2), il-punt (b), l-applikant għandu jkun responsabbli biex jikkomunika lill-awtorità kontraenti l-indirizz tal-entità kkonċernata.
Sakemm l-iskambji ma jsirux permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku msemmija fl-Artikolu 151, meta l-persuna jew l-entità tkun ġiet innotifikata b’mezzi elettroniċi fl-indirizz indikat fl-applikazzjoni, u fin-nuqqas ta’ konferma espliċita tar-riċevuta tan-notifika elettronika, għandu jiġi preżunt li l-persuna jew l-entità kellha l-opportunità li ssir taf bil-kontenut tal-iskambju u għalhekk għandha titqies innotifikata.
8. Il-paragrafi 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-għażla ta’ persuni jew entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), sakemm l-għażla ma ssirx b’segwitu għal sejħa għal espressjoni ta’ interess.
KAPITOLU 3
Regoli applikabbli għal ġestjoni diretta
Artikolu 153
Kumitat tal-evalwazzjoni
1. Id-dokumenti ta’ evalwazzjoni għandhom jiġu evalwati minn kumitat tal-evalwazzjoni.
2. Il-kumitat tal-evalwazzjoni għandu jinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.
Il-kumitat tal-evalwazzjoni għandu jkun ifformat minn tal-anqas tliet persuni.
3. Il-membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni li jevalwaw l-applikazzjonijiet għal għotja, l-applikazzjonijiet għal donazzjonijiet mhux finanzjarji jew l-offerti għandhom jirrappreżentaw mill-inqas żewġ entitajiet organizzattivi ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni jew ta’ korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 68, 69, 70 u 71 mingħajr rabta ġerarkika bejniethom, li mill-anqas wieħed minnhom ma jaqax taħt l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Meta r-rappreżentazzjonijiet u l-unitajiet lokali barra mill-Unjoni, bħal delegazzjoni, uffiċċju jew fergħa ta’ uffiċċju tal-Unjoni f’pajjiż terz, u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 68, 69, 70 u 71 ma jkollhomx entitajiet separati, ir-rekwiżit ta’ entitajiet organizzazzjonali bl-ebda rabta ġerarkika bejniethom ma japplikax.
Esperti esterni jistgħu jassistu lill-kumitat tal-evalwazzjoni skont deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.
Il-membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni jistgħu jkunu esperti esterni meta dik il-possibbiltà tkun ipprovduta fl-att bażiku.
4. Il-membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni li jevalwaw l-applikazzjonijiet f’kompetizzjoni għal premjijiet jistgħu jkunu persuni msemmija fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, jew esperti esterni.
5. Il-membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni u l-esperti esterni għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 61.
Artikolu 154
Kjarifika u korrezzjoni tad-dokumenti tal-applikazzjoni
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jikkoreġi żbalji klerikali ovvji f’dokumenti tal-applikazzjoni wara l-konferma tal-korrezzjoni maħsuba mill-parteċipant.
Fejn parteċipant jonqos milli jippreżenta provi jew jagħmel dikjarazzjonijiet, il-kumitat tal-evalwazzjoni jew, jekk ikun il-każ, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, jitlob lill-parteċipant iforni l-informazzjoni nieqsa jew jiċċara d-dokumenti ta’ sostenn.
Tali informazzjoni, kjarifika jew konferma ma għandhiex tbiddel b’mod sostanzjali d-dokumenti tal-applikazzjoni.
Artikolu 155
Garanziji
1. Ħlief għal kuntratti u għotjiet li l-valur tagħhom ma jeċċedix EUR 60 000, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, jekk dan ikun proporzjonat u soġġett għal analiżi tar-riskju tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, jesiġi li tiġi ddepożitata garanzija:
|
(a) |
mill-kuntratturi jew mill-benefiċjarji sabiex jiġu limitati r-riskji finazjarji relatati mal-pagament tal-prefinanzjament (garanzija fuq il-prefinanzjament); |
|
(b) |
minn kuntratturi sabiex tiġi żgurata konformità ma’ obbligi kuntrattwali sostanzjali fil-każ ta’ xogħlijiet, ta’ provvisti jew ta’ servizzi kumplessi (garanzija fuq il-prestazzjoni); |
|
(c) |
minn kuntratturi sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni sħiħa tal-kuntratt matul il-perjodu ta’ responsabbiltà kuntrattwali (garanzija taż-żamma tal-flus). |
Il-JRC għandu jkun eżentat mill-preżentazzjoni ta’ garanziji.
Bħala alternattiva għat-talba ta’ garanzija fuq il-prefinanzjament, għal għotjiet, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jiddeċiedi li jaqsam il-pagament f’diversi pagamenti parzjali.
2. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiddeċiedi jekk il-garanzija għandhiex tiġi ddenominata f’euro jew fil-munita tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ għotja.
3. Il-garanzija għandha tkun maħruġa minn bank jew minn istituzzjoni finanzjarja awtorizzata aċċettati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.
Fuq it-talba tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju u dment li din tkun aċċettata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli:
|
(a) |
il-garanziji msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), jistgħu jiġu sostitwiti minn garanzija in solidum tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju u parti terza; |
|
(b) |
il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tista’ tiġi sostitwita minn garanzija konġunta irrevokabbli u inkondizzjonali tal-benefiċjarji li huma partijiet għall-istess ftehim ta’ għotja. |
4. Il-garanzija għandha jkollha l-effett li l-bank jew l-istituzzjoni finanzjarja jew il-parti terza jipprovdu garanzija kollaterali u irrevokabbli, jew iservu bħala garanti li jissejħu l-ewwel tal-obbligi tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju.
5. Fejn, matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ għotja, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiskopri li garanti mhuwiex jew ma għadux awtorizzat joħroġ garanziji skont il-liġi nazzjonali applikabbli, huwa għandu jesiġi li l-kuntrattur jew il-benefiċjarju jibdel il-garanzija maħruġa minn tali garanti.
Artikolu 156
Garanzija fuq il-prefinanzjament
1. Garanzija fuq il-prefinanzjament għandha tkun għal ammont li ma jaqbiżx l-ammont tal-prefinanzjament u għandha tkun valida għal perjodu twil biżżejjed biex tkun tista’ tiġi attivata.
2. Il-garanzija fuq il-prefinanzjament għandha tiġi rilaxxata kif u meta l-prefinanzjament jitnaqqas mill-pagamenti interim jew il-pagamenti tal-bilanċ lill-kuntrattur jew lill-benefiċjarju skont it-termini tal-kuntratt jew il-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ għotja.
TITOLU VI
ĠESTJONI INDIRETTA
Artikolu 157
Ġestjoni indiretta
1. L-għażla tal-persuni u tal-entitajiet li għandhom jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) għandha tkun trasparenti, iġġustifikata min-natura tal-azzjoni u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta’ interess. Għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c)(ii), (v), (vi) u (vii), l-għażla għandha tqis ukoll il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tagħhom.
Fejn il-persuna jew l-entità tkun identifikata f’att bażiku, id-dikjarazzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 35 għandha tinkludi ġustifikazzjoni motivata għall-għażla ta’ dik il-persuna jew entità partikolari.
F’każijiet ta’ implimentazzjoni minn network, li teħtieġ in-nomina ta’ mill-inqas korp wieħed jew entità waħda għal kull Stat Membru kkonċernat jew għal kull pajjiż ikkonċernat, il-korp jew l-entità għandhom jiġu nominati mill-Istat Membru jew mill-pajjiż ikkonċernat f’konformità mal-att bażiku. F’kull każ ieħor, il-Kummissjoni għandha tinnomina dawk il-korpi jew l-entitajiet bi qbil mal-Istati Membri jew mal-pajjiżi kkonċernati.
Fejn l-għażla ssir wara sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess, din għandha ssir f’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu.
2. Il-persuni u l-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji skont l-Artikolu 62(1) l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni u tal-viżibbiltà tal-azzjoni tal-Unjoni. Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja skont l-Artikolu 131, dawk il-prinċipji għandhom ikunu deskritti aktar fit-tali ftehimiet.
3. Qabel ma jiġu ffirmati ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, ftehimiet ta’ finanzjament jew ftehimiet ta’ garanzija, il-Kummissjoni għandha tiżgura livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal dak li huwa previst meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a). Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan billi twettaq valutazzjoni tas-sistemi, tar-regoli u tal-proċeduri tal-persuni jew entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni jekk biħsiebha tiddependi fuq tali sistemi, regoli u proċeduri għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew billi tieħu miżuri superviżorji xierqa f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità tivvaluta li l-persuni u l-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c):
|
(a) |
jistabbilixxu u jiżguraw il-funzjonament ta’ sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern ibbażata fuq l-aħjar prattiki internazzjonali inkluża ġestjoni adegwata tar-riskji u li tippermetti b’mod partikolari l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi; is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita tista’, fejn xieraq, tiddependi fuq kontrolli diġitali; |
|
(b) |
jużaw sistema kontabilistika li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli f’waqtha; |
|
(c) |
huma soġġetti għal awditu indipendenti estern, imwettaq skont l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment minn servizz tal-awditjar funzjonalment indipendenti mill-persuna jew entità kkonċernata; |
|
(d) |
japplikaw regoli u proċeduri xierqa għall-għoti ta’ finanzjament lil partijiet terzi inkluż proċeduri ta’ reviżjoni trasparenti, nondiskriminatorji, effiċjenti u effettivi, regoli għall-irkupru ta’ fondi mħallsa indebitament u regoli għall-esklużjoni mill-aċċess għall-finanzjament; |
|
(e) |
jagħmlu informazzjoni adegwata pubblika dwar ir-riċevituri tagħhom ekwivalenti għal dik prevista fl-Artikolu 38; |
|
(f) |
jiżguraw protezzjoni tad-data personali ekwivalenti għal dik imsemmija fl-Artikolu 5. |
Barra minn hekk, bi qbil mal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tivvaluta regoli u proċeduri oħrajn bħall-prattiki kontabilistiċi relatati mal-kost amministrattiv tal-persuni jew entitajiet. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tibbaża fuq dawk ir-regoli u l-proċeduri.
Il-persuni jew entitajiet li jkunu ġew ivvalutati taħt l-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed jekk issir kwalunkwe bidla sostantiva fis-sistemi, regoli jew proċeduri tagħhom li tista’ tħalli impatt fuq l-affidabbiltà tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
5. Fejn il-persuni jew entitajiet ikkonċernati jikkonformaw biss b’mod parzjali mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri superviżorji xierqa sabiex tiżgura l-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu speċifikati fil-ftehimiet rilevanti. Informazzjoni dwar kwalunkwe miżura bħal din għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq talba tagħhom.
6. F’azzjonijiet b’diversi donaturi, li fihom il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tirrimborża n-nefqa, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 158(4) għandha tikkonsisti fil-verifika li l-persuna jew l-entità użat ammont korrispondenti għal dak imħallas mill-Kummissjoni għall-azzjoni kkonċernata skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ għotja, fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni jew fil-ftehim ta’ finanzjament rilevanti.
7. Il-Kummissjoni ma għandhiex teżiġi valutazzjoni ex ante kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu:
|
(a) |
għall-korpi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikoli 70 u 71 u għall-korpi jew il-persuni msemmija fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(viii), li jkunu adottaw regoli finanzjarji bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni; |
|
(b) |
għal dawk il-proċeduri speċifikament meħtieġa mill-Kummissjoni, inklużi tagħha stess u dawk speċifikati fl-atti bażiċi jew fejn ir-regoli u l-proċeduri huma allinjati ma’ dawk meħtieġa mill-Kummissjoni; |
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma teżiġix valutazzjoni ex ante kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4:
|
(a) |
għall-pajjiżi terzi jew għall-korpi li jinnominaw, dment li l-Kummissjoni żżomm ir-responsabbiltajiet ta’ ġestjoni finanzjarja li jiggarantixxu protezzjoni suffiċjenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
|
(b) |
għall-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), li għalihom il-Kummissjoni tkun ikkonfermat li s-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm qed tiffunzjona. |
8. Fejn is-sistemi, regoli jew proċeduri tal-persuni jew entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), huma vvalutati kif xieraq, il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni lil dawk il-persuni jew entitajiet jistgħu jiġu implimentati skont dan it-Titolu. Fejn tali persuni jew entitajiet jieħdu sehem f’sejħa għall-proposti, huma għandhom jikkonformaw mar-regoli tas-sejħa għall-proposti li jinsabu fit-Titolu VIII. F’tali każ, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jiddeċiedi li jiffirma ftehim ta’ kontribuzzjoni jew ftehim ta’ finanzjament minflok ftehim ta’ għotja.
Artikolu 158
Implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji
1. Il-persuni u l-entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’:
|
(a) |
rapport dwar l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jew tal-garanziji baġitarji, inkluż l-adempiment tal-kundizzjonijiet jew il-ksib tar-riżultati msemmijin fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a); |
|
(b) |
fejn il-kontribuzzjoni tirrimborża nefqa, il-kontijiet tagħhom imfasslin għan-nefqa mġarrba; |
|
(c) |
dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li tkopri l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u, fejn xieraq, fil-punt (b) li tikkonferma li:
|
|
(d) |
sommarju tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa, inkluż analiżi tan-natura u tal-portata tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi, u wkoll l-azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata. |
Fejn issir dipendenza reċiproka fuq l-awditi kif imsemmi fl-Artikolu 127, is-sommarju msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta’ dan il-paragrafu għandu jinkludi d-dokumentazzjoni tal-awditjar kollha rilevanti li wieħed għandu joqgħod fuqha.
Għal azzjonijiet li jintemmu qabel tmiem is-sena finanzjarja kkonċernata, ir-rapport finali għal tali azzjoni jista’ jissostitwixxi d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), dment li dan jiġi ppreżentat qabel il-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara.
Id-dokumenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta’ korp indipendenti tal-awditjar, imfassla skont l-istandards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali. Dik l-opinjoni għandha tistabbilixxi jekk is-sistemi ta’ kontroll implimentati jaħdmux kif suppost u humiex kosteffikaċi, u jekk it-tranżazzjonijiet sottostanti humiex legali u regolari. L-opinjoni għandha wkoll tiddikjara jekk l-eżerċizzju tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c). Fejn tali opinjoni tkun nieqsa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jfittex livell ekwivalenti ta’ garanzija b’mezzi indipendenti oħrajn.
Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara. L-opinjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Marzu ta’ dik is-sena.
L-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom ikunu bla preġudizzju għall-ftehimiet konklużi mal-BEI, mal-FEI, mal-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ pajjiżi terzi. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, it-tali ftehimiet għandhom jinkludu tal-anqas l-obbligu ta’ dawk l-entitajiet li kull sena jipprovdu lill-Kummissjoni b’dikjarazzjoni li, matul is-sena finanzjarja kkonċernata, il-fondi tal-Unjoni jkunu ntużaw u ġew kontabilizzati f’konformità mal-Artikolu 157(3) u (4) u mal-obbligi stabbiliti fit-tali ftehimiet. It-tali dikjarazzjoni tista’ tkun inkorporata fir-rapport finali jekk l-azzjoni implimentata tkun limitata għal 18-il xahar.
2. Meta jimplimentaw fondi tal-Unjoni, persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) għandhom:
|
(a) |
ma jappoġġjawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal ħasil tal-flus, finanzjament ta’ terroriżmu, evitar tat-taxxa, frodi tat-taxxa jew evażjoni tat-taxxa skont id-dritt applikabbli tal-Unjoni u l-istandards internazzjonali u tal-Unjoni; |
|
(b) |
meta jimplimentaw strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji f’konformità mat-Titolu X, ma jidħlux f’operazzjonijiet ġodda jew imġedda ma’ entitajiet inkorporati jew stabbiliti f’ġuriżdizzjonijiet elenkati taħt il-politika rilevanti tal-Unjoni dwar ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx jew li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi b’riskju kbir skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849. |
L-entitajiet jistgħu jidderogaw mill-ewwel subparagrafu, il-punt (b), biss jekk l-azzjoni tkun fiżikament implimentata f’waħda minn dawn il-ġuriżdizzjonijiet, u ma tippreżenta l-ebda indikazzjoni li l-operazzjoni rilevanti taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a).
L-entitajiet li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji. f’konformità mat-Titolu X għandhom jiggarantixxu li:
|
(a) |
partijiet terzi li jirċievu mingħandhom appoġġ direttament mill-baġit jikkonformaw mal-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta’ dan il-paragrafu; |
|
(b) |
għal partijiet terzi oħra, ikun hemm regoli, proċeduri u miżuri ta’ rimedju vvalutati kif xieraq f’konformità mal-Artikolu 157(4) u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tiegħu, sabiex jiġi żgurat li dawn il-partijiet terzi jibbenefikaw minn appoġġ mill-baġit soġġett għar-rispett tal-istandards tal-Unjoni jew dawk internazzjonali ekwivalenti dwar il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa jew l-evażjoni tat-taxxa. |
Meta jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji, l-entitajiet li jimplimentaw strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji f’konformità mat-Titolu X għandhom jitolbu lill-intermedjarji finanzjarji jirrapportaw dwar l-osservanza tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu.
3. Meta jimplimentaw strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji f’konformità mat-Titolu X, il-persuni u l-entitajiet għandhom japplikaw il-prinċipju u l-istandards stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (59) u d-Direttiva (UE) 2015/849. Huma għandhom jagħmlu l-finanzjament taħt dan ir-Regolament kontinġenti fuq id-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u jippubblikaw id-data ta’ rappurtar pajjiż b’pajjiż fis-sens tal-Artikolu 89(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60).
4. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-fondi jew il-garanzija baġitarja tal-Unjoni ntużaw skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti. Fejn il-kostijiet tal-persuna jew tal-entità jiġu rimborżati fuq il-bażi ta’ għażla tal-kost issimplifikata skont l-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c), (d) u (e), l-Artikolu 184(1) sa (5) u l-Artikoli 185 sa 188 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Fejn fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji jkunu intużaw bi ksur tal-obbligi stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti, għandu japplika l-Artikolu 132.
5. L-Artikolu 36(6), l-ewwel subparagrafu, għandu japplika għal persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) fir-rigward tar-riċevituri diretti ta’ tali fondi u fir-rigward tas-sidien benefiċjarji ta’ dawk ir-riċevituri sal-punt li d-data dwar is-sidien benefiċjarji tinġabar f’konformità mar-regoli u l-proċeduri ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet.
6. Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 38(6) għandhom japplikaw għall-persuni jew l-entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), fejn l-appoġġ finanzjarju pprovdut direttament minn persuni jew entitajiet lil partijiet terzi jammonta għal aktar minn EUR 500 000.
7. Il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, il-ftehimiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet ta’ garanzija għandhom jiddefinixxu biċ-ċar ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-persuna jew tal-entità li timplimenta l-fondi tal-Unjoni, inklużi l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 129 u l-kundizzjonijiet għall-pagament tal-kontribuzzjoni. Ftehimiet bħal dawn għandhom ukoll, meta applikabbli, jiddefinixxu r-rimunerazzjoni maqbula b’mod konġunt li għandha tkun proporzjonali mal-kundizzjonijiet li taħthom huma implimentati l-azzjonijiet, b’kont debitu meħud tas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi u fraġilità u, meta xieraq, tista’ tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni. Dawn il-ftehimiet għandhom jinkludu wkoll regoli dwar ir-rappurtar lill-Kummissjoni dwar kif jitwettqu l-kompiti, ir-riżultati mistennija, inklużi indikaturi dwar il-kejl tal-prestazzjoni, u l-obbligu għall-persuni jew l-entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji li jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet identifikati u s-segwitu tagħhom kif ukoll kull informazzjoni relatata ma’ każijiet suspettati ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
8. Il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, il-ftehimiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet ta’ garanzija kollha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq talba tagħhom.
9. Dan l-Artikolu ma japplikax għall-kontribuzzjoni mill-Unjoni lil korpi tal-Unjoni li huma soġġetti għal proċedura ta’ kwittanza separata skont l-Artikoli 70 u 71, bl-eċċezzjoni ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ad hoc possibbli.
Artikolu 159
Ġestjoni indiretta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali
1. Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(ii), tista’ timplimenta l-baġit indirettament ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali tas-settur pubbliku stabbiliti minn ftehimiet internazzjonali (“organizzazzjonijiet internazzjonali”) u ma’ aġenziji speċjalizzati stabbiliti minn tali organizzazzjonijiet. Dawk il-ftehimiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bħala parti mill-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 157(3).
2. L-organizzazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu assimilati ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali:
|
(a) |
il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar; |
|
(b) |
il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar. |
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni debitament iġġustifikata li tassimila organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ma’ organizzazzjoni internazzjonali sakemm din tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikollha personalità ġuridika u korpi ta’ governanza awtonomi; |
|
(b) |
tkun ġiet stabbilita biex twettaq kompiti speċifiċi ta’ interess internazzjonali ġenerali; |
|
(c) |
mill-inqas sitt Stati Membri jkunu membri dik l-organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ; |
|
(d) |
tkun topera fuq il-bażi ta’ struttura permanenti u f’konformità ma’ sistemi, ma’ regoli u ma’ proċeduri li jistgħu jiġu vvalutati b’konformità mal-Artikolu 157(3). |
Tali organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ għandu jingħatalhom garanziji finanzjarji adegwati filwaqt li titqies b’mod xieraq il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fdata lilhom.
4. Fejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali jimplimentaw fondi b’ġestjoni indiretta, għandhom japplikaw il-ftehimiet ta’ verifika konklużi magħhom.
Artikolu 160
Ġestjoni indiretta ma’ organizzazzjonijiet tal-Istati Membri
1. Il-Kummissjoni tista’ f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c)(v) u (vi), timplimenta l-baġit indirettament ma’ organizzazzjonijiet tal-Istati Membri.
2. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b’mod indirett ma’ organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, għandha sserraħ fuq is-sistemi, regoli u proċeduri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet li jkunu ġew ivvalutati skont l-Artikolu 157(2), (3) u (4).
3. Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja konklużi ma’ organizzazzjonijiet tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 131 għandhom jispeċifikaw aktar il-portata u l-modalitajiet tad-dipendenza reċiproka fuq sistemi, regoli u proċeduri ta’ organizzazzjonijiet ta’ Stati Membri u jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-valutazzjonijiet u awditi kif imsemmi fl-Artikoli 126 u 127.
Artikolu 161
Ġestjoni indiretta ma’ pajjiżi terzi
1. Il-Kummissjoni tista’ timplimenta l-baġit b’mod indirett ma’ pajjiż terz jew il-korpi nnominati minn dak il-pajjiż, kif imsemmi fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(i), bil-konklużjoni ta’ ftehim ta’ finanzjament li jiddeskrivi l-intervent tal-Unjoni fil-pajjiż terz u li jistabbilixxi l-metodu ta’ implimentazzjoni għal kull parti mill-azzjoni.
2. Għall-parti tal-azzjoni implimentata b’mod indirett mal-pajjiż terz jew il-korpi li huwa jkun innomina, il-ftehim ta’ finanzjament għandu, minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 158(7), jiddefinixxi b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-pajjiż terz u tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-fondi. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jiddetermina wkoll ir-regoli u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati mill-pajjiż terz meta jimplimenta l-fondi tal-Unjoni.
Artikolu 162
Operazzjonijiet ta’ taħlit
1. L-operazzjonijiet ta’ taħlit għandhom ikunu ġestiti jew mill-Kummissjoni jew minn persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)
2. Meta l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jiġu implimentati f’faċilità jew pjattaforma ta’ taħlit, japplika t-Titolu X.
3. Għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji implimentati f’faċilitajiet jew pjattaformi ta’ taħlit, l-Artikolu 212(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h) għandu jitqies li huwa rrispettat jekk issir evalwazzjoni ex ante qabel l-istabbiliment tal-faċilità jew tal-pjattaforma ta’ taħlit rilevanti.
4. Ir-rapporti annwali skont l-l-Artikolu 41(4) u (5) għandhom jitfasslu fil-livell tal-faċilità jew il-pjattaforma ta’ taħlit filwaqt li jitqiesu l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji kollha miġbura taħt il-faċilità jew il-pjattaforma u billi jidentifikaw b’mod ċar it-tipi differenti ta’ appoġġ finanzjarju inklużi fiha.
TITOLU VII
AKKWIST U KONĊESSJONIJIET
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 163
Prinċipji applikabbli għal kuntratti u kamp ta’ applikazzjoni
1. Il-kuntratti kollha li huma ffinanzjati totalment jew parzjalment mill-baġit għandhom jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni.
2. Il-kuntratti kollha għandhom ikunu ppreżentati għal kompetizzjoni fuq il-bażi l-aktar wiesgħa, apparti milli meta jsir użu mill-proċedura msemmija fll-Artikolu 167(1), il-punt (d).
Il-valur stmat ta’ kuntratt ma għandux jiġi ddeterminat bil-ħsieb li jiġu evitati r-regoli applikabbli, u kuntratt lanqas ma għandu jinqasam għal dak l-għan.
L-awtorità kontraenti għandha taqsam kuntratt f’lottijiet, kull fejn ikun xieraq, b’konsiderazzjoni xierqa għal kompetizzjoni wiesgħa.
3. L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw kuntratti qafas b’mod mhux xieraq jew b’mod li l-għan jew l-effett tagħhom ikun ta’ prevenzjoni, ta’ restrizzjoni jew ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.
4. Il-JRC jista’ jirċievi finanzjament iddebitat minn approprjazzjonijiet għajr approprjazzjonijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku fir-rigward tal-parteċipazzjoni tiegħu fi proċeduri ta’ akkwist iffinanzjati għalkollox jew parzjalment mill-baġit.
5. Ir-regoli dwar l-akkwist stabbiliti f’dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali, ma għandhomx japplikaw għal:
|
(a) |
l-attivitajiet tal-JRC f’isem partijiet terzi; |
|
(b) |
servizzi finanzjarji relatatimal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE, użati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-għoti u tat-teħid b’self, il-ġestjoni tal-assi u l-operazzjonijiet tat-teżor tagħha, inklużi servizzi pprovduti minn banek ċentrali, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, u entitajiet nazzjonali fdati bil-ħruġ u l-ġestjoni ta’ dejn sovran; |
|
(c) |
servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ dokumenti li jridu jipprovduhom in-nutara, meta dawn is-servizzi ma jkunux miftuħa għall-kompetizzjoni abbażi tar-regoli nazzjonali applikabbli; |
6. Bl-eċċezzjoni tal-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, qabel kwalunkwe miżura msemmija fit-tieni subparagrafu li ssir b’reazzjoni għal kriżi, għandha ssir dikjarazzjoni ta’ kriżi f’konformità mar-regoli interni rilevanti.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jiddependi biss fuq dikjarazzjoni ta’ kriżi biex:
|
(a) |
iniedi proċedura ta’ akkwist; |
|
(b) |
iżid awtoritajiet kontraenti skont l-Artikolu 168(1), ir-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 168(2), is-sitt subparagrafu, jew l-Artikolu 175(5), it-tieni subparagrafu; |
|
(c) |
jikkuntattja lill-offerenti skont l-Artikolu 172(1), it-tieni subparagrafu; |
|
(d) |
jimmodifika kuntratt skont l-Artikolu 175(5), l-ewwel subparagrafu; jew |
|
(e) |
jitlob dokumenti ta’ sostenn qabel l-iffirmar tal-kuntratt skont ir-raba’ subparagrafu tal-punt 18.1 u r-raba’ subparagrafu tal-punt 18.4 tal-Anness I, |
jekk dan ikun iġġustifikat minn sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn tali kriżi.
Artikolu 164
Anness dwar l-akkwist u d-delega ta’ setgħat
Regoli dettaljati dwar l-akkwist huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Biex jiġi żgurat li meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħtu kuntratti minn jeddhom, huma japplikaw l-istess standards bħal dawk imposti fuq l-awtoritajiet kontraenti koperti mid-Direttivi 2014/23/UE u 2014/24/UE, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 275 ta’ dan ir-Regolament biex jiġi emendat l-Anness I għal dan ir-Regolament, biex dak l-Anness jiġi allinjat mal-emendi għal dawk id-Direttivi u biex jiġu introdotti aġġustamenti tekniċi relatati.
Artikolu 165
Kuntratti mħallta u vokabularju komuni tal-akkwist
1. Kuntratt imħallat li jkopri żewġ tipi jew aktar ta’ akkwisti (xogħlijiet, provvisti jew servizzi) jew konċessjonijiet (xogħlijiet jew servizzi) jew it-tnejn, għandu jingħata f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tip ta’ akkwist li jikkaratterizza s-suġġett ewlieni tal-kuntratt inkwistjoni.
2. Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jikkonsistu f’servizzi u fi provvisti, is-suġġett prinċipali għandu jiġi stabbilit bi tqabbil tal-valuri tas-servizzi jew tal-provvisti rispettivi.
Kuntratt li jkopri tip wieħed ta’ akkwist (xogħlijiet, provvisti jew servizzi) u konċessjonijiet (xogħlijiet jew servizzi) għandu jingħata f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt pubbliku kkonċernat.
3. Dan it-Titolu ma għandux japplika għal kuntratti għall-assistenza teknika konklużi mal-BEI jew mal-FEI.
4. Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-akkwist għandha ssir bl-użu tal-Vokabularju Komuni tal-Akkwist (CPV, Common Procurement Vocabulary) kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (61).
Artikolu 166
Miżuri ta’ pubbliċità
1. Għal proċeduri b’valur daqs jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1) jew l-Artikolu 181, l-awtorità kontraenti għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
|
(a) |
avviż ta’ kuntratt biex tniedi proċedura, ħlief fil-każ tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 167(1), il-punt (d); |
|
(b) |
avviż ta’ għoti ta’ kuntratt fuq ir-riżultati tal-proċedura. |
2. Il-proċeduri b’valur taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1) jew fl-Artikolu 181 għandhom ikunu s-suġġett ta’ pubbliċità b’mezzi xierqa.
3. Il-pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni fuq l-għoti ta’ kuntratt tista’ titwaqqaf meta r-rilaxx tagħha jimpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella jmur kontra l-interess pubbliku, ikun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ atturi ekonomiċi, jew jista’ jippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.
Artikolu 167
Proċeduri ta’ akkwist
1. Il-proċeduri tal-akkwist għall-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni jew kuntratti pubbliċi, inkluż kuntratti qafas għandhom jieħdu waħda mill-forom li ġejjin:
|
(a) |
proċedura miftuħa; |
|
(b) |
proċedura ristretta, inkluż permezz ta’ sistema dinamika ta’ xiri; |
|
(c) |
kompetizzjoni dwar id-disinn; |
|
(d) |
proċedura nnegozjata, inkluż mingħajr pubblikazzjoni minn qabel; |
|
(e) |
djalogu kompetittiv; |
|
(f) |
proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar; |
|
(g) |
sħubija għall-innovazzjoni; |
|
(h) |
proċeduri li jinvolvu sejħa għall-espressjoniijiet ta’ interess. |
2. Fi proċeduri miftuħa, kull attur ekonomiku interessat jista’ jippreżenta offerta.
3. Fi proċeduri ristretti, fi djalogi kompetittivi, jew fi proċeduri kompetittivi permezz ta’ negozjar u sħubijiet ta’ innovazzjoni, kwalunkwe attur ekonomiku jista’ jressaq talba biex jieħu sehem billi jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti. L-awtorità kontraenti għandha tistieden lill-kandidati kollha, li jissodisfaw il-kriterji għall-għażla u li ma jkunux fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 138(1) u 143(1), biex jagħmlu offerta.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-awtorità kontraenti tista’ tillimita n-numru ta’ kandidati li għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw offerta fil-proċedura abbażi ta’ kriterji għall-għażla oġġettivi u nondiskriminatorji, li għandhom jiġu indikati fl-avviż dwar kuntratt jew fis-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess. In-numru ta’ kandidati mistiedna għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.
4. Fil-proċeduri kollha li jinvolvu negozjati, l-awtorità kontraenti għandha tinnegozja mal-offerenti l-offerti inizjali u kwalunkwe offerta sussegwenti jew partijiet minnha, għajr l-offerti finali tagħhom, sabiex jittejjeb il-kontenut tagħhom. Ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati.
Awtorità kontraenti tista’ tagħti kuntratt abbażi tal-offerta inizjali mingħajr negozjar meta, fid-dokumenti tal-akkwist, tkun indikat li tirriżerva l-possibbiltà li tagħmel hekk.
5. L-awtorità kontraenti tista’ tuża:
|
(a) |
il-proċedura miftuħa jew ristretta għal kwalunkwe xiri; |
|
(b) |
il-proċeduri li jinvolvu sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għal kuntratti b’valur taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1), biex jintgħażlu bil-quddiem il-kandidati li għandhom jiġu mistiedna sabiex jippreżentaw offerti bi tweġiba għal stediniet għall-offerti futuri ristretti, jew biex tinġabar lista ta’ bejjiegħa li għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw talbiet għall-parteċipazzjoni jew jippreżentaw offerti; |
|
(c) |
il-kompetizzjoni dwar id-disinn biex jinkiseb pjan jew disinn magħżul minn ġurija wara li jkun ġie ppreżentat għall-kompetizzjoni; |
|
(d) |
is-sħubija għall-innovazzjoni biex jiġi żviluppat prodott jew servizz innovattiv jew xogħlijiet innovattivi u għax-xiri sussegwenti tal-provvista, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet li jirriżultaw; |
|
(e) |
il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew tad-djalogu kompetittiv għal kuntratti ta’ konċessjoni, għall-kuntratti għal servizzi msemmija fl-Anness XIV għad-Direttiva 2014/24/UE, f’każijiet fejn ġew ippreżentati biss offerti irregolari jew inaċċettabbli b’rispons għal proċedura miftuħa jew għal proċedura ristretta wara li tkun tlestiet il-proċedura inizjali, u għal każijiet fejn dan hu ġġustifikat miċ-ċirkostanzi speċifiċi marbuta, fost oħrajn, man-natura jew mal-kumplessità tas-suġġett tal-kuntratt jew it-tip speċifiku ta’ kuntratt, kif spjegati f’aktar dettall fl-Anness I għal dan ir-Regolament; |
|
(f) |
il-proċedura nnegozjata għal kuntratti b’valur anqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1), jew, il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għal tipi speċifiċi ta’ xiri li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE jew fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b’mod ċar kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
6. Sistema dinamika ta’ xiri għandha tkun miftuħa matul id-durata tagħha kollha għal kull attur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji għall-għażla.
L-awtorità kontraenti għandha ssegwi r-regoli tal-proċedura ristretta għall-akkwist permezz ta’ sistema dinamika ta’ xiri.
Artikolu 168
Akkwist interistituzzjonali, akkwist konġunt , u akkwist f’isem l-Istati Membri
1. Fejn kuntratt jew kuntratt qafas ikun ta’ interess għal xi żewġ istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji eżekuttivi jew korpi tal-Unjoni jew aktar imsemmija fl-Artikoli 70 u 71, u kull meta jkun hemm il-possibbiltà li jsir gwadann fl-effiċjenza, l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati jistgħu jwettqu l-proċedura u l-ġestjoni tal-kuntratt sussegwenti jew tal-kuntratt qafas fuq bażi interistituzzjonali bit-tmexxija ta’ waħda mill-awtoritajiet kontraenti.
Il-korpi u l-persuni inkarigati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V TUE kif ukoll tal-Uffiċċju tas-Segretarju tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej jistgħu jieħdu sehem ukoll fil-proċeduri interistituzzjonali.
It-termini ta’ kuntratt qafas għandhom japplikaw biss bejn dawk l-awtoritajiet kontraenti li huma identifikati għal dak l-għan fid-dokumenti tal-akkwist u dawk l-operaturi ekonomiċi li jkunu parti għall-kuntratt qafas.
B’deroga mit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, awtoritajiet kontraenti ġodda jistgħu jiżdiedu mill-awtorità kontraenti wara li titnieda l-proċedura ta’ akkwist u qabel jiġi ffirmat il-kuntratt, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 163(6) u dment li l-modifika ma tibdilx is-suġġett tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas.
2. Meta jkun hemm bżonn ta’ kuntratt jew kuntratt qafas għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni konġunta bejn istituzzjoni tal-Unjoni , korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikoli 70 u 71 jew aġenzija eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 69 u awtorità kontraenti waħda jew aktar mill-Istati Membri, il-proċedura ta’ akkwist tista’ titwettaq b’mod konġunt mill-istituzzjoni tal-Unjoni u mill-awtoritajiet kontraenti. Meta jkun hemm bżonn li jsir akkwist konġunt bejn istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikoli 70 u 71 jew aġenzija eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 69 u awtorità kontraenti waħda jew aktar mill-Istati Membri, l-Istati Membri jistgħu jakkwistaw, jikru jew jillokaw għalkollox il-kapaċitajiet akkwistati b’mod konġunt.
Jista’ jsir akkwist konġunt mal-Istati tal-EFTA u ma’ pajjiżi kandidati tal-Unjoni jekk din il-possibbiltà kienet espressament prevista fi trattat bilaterali jew multilaterali., jew ma’ pajjiżi terzi oħra jekk tali possibbiltà tkun speċifikament prevista fl-att bażiku applikabbli.
Id-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-proċedura ta’ akkwist konġunt.
Fejn is-sehem mill-valur totali stmat li jappartjeni għall-awtorità kontraenti ta’ Stat Membru, jew li hu ġestit minnha, huwa ta’ 50 % jew aktar, jew f’każijiet oħra debitament ġustifikati, l-istituzzjoni tal-Unjoni tista’ tiddeċiedi li r-regoli proċedurali applikabbli għall-awtorità kontraenti ta’ Stat Membru għandhom japplikaw għall-akkwist konġunt, dment li dawk ir-regoli jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk tal-istituzzjoni tal-Unjoni.
L-istituzzjoni tal-Unjoni u l-awtorità kontraenti minn Stat Membru, minn Stat tal-EFTA jew minn pajjiż kandidat tal-Unjoni kkonċernati bl-akkwist konġunt, għandhom jaqblu b’mod partikolari dwar l-arranġamenti prattiċi dettaljati għall-evalwazzjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni jew tal-offerti, għall-għoti tal-kuntratt, għal-liġi applikabbli għall-kuntratt u għall-qorti kompetenti għas-smigħ ta’ tilwimiet.
F’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, awtoritajiet kontraenti ġodda jistgħu jiżdiedu wara li titnieda l-proċedura ta’ akkwist u qabel jiġi ffirmat il-kuntratt, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 163(6) u dment li l-modifika ma tibdilx is-suġġett tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas.
3. Fejn xieraq, żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jagħtu mandat lil istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni kif msemmi fl-Artikoli 70 u 71 jew aġenzija eżekuttiva kif imsemmi fl-Artikolu 69 (“awtorità kontraenti awtorizzata”) biex jaġixxu bħala korp ċentrali għax-xiri ħalli jakkwistaw għal dawk l-Istati Membri jew f’isimhom, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
L-awtorità kontraenti awtorizzata għandha tivvaluta l-utilità, in-neċessità u l-proporzjonalità tat-talba ta’ dawk l-Istati Membri jew aktar; |
|
(b) |
meta l-awtorità kontraenti awtorizzata jkollha l-intenzjoni li ma tagħtix segwitu għal talba, hija għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati u għandha tagħti r-raġunijiet għar-rifjut tagħha; |
|
(c) |
l-awtorità kontraenti awtorizzata għandha twettaq il-proċedura ta’ akkwist skont ir-regoli tagħha stess. |
|
(d) |
jekk l-awtorità kontraenti awtorizzata tiddeċiedi li tniedi proċedura ta’ akkwist f’isem l-Istati Membri, hija għandha tinforma lill-Istati Membri kollha bl-intenzjoni tagħha li twettaq l-akkwist u tistieden lill-Istati Membri interessati biex jipparteċipaw; |
|
(e) |
meta taqbel li takkwista għall-Istati Membri jew f’isimhom, l-awtorità kontraenti awtorizzata għandha tfassal il-proposta għal ftehim ta’ mandat li għandu jiġi ffirmat mill-Istati Membri parteċipanti. Tali ftehim għandu jinkludi b’mod partikolari l-arranġamenti prattiċi għall-involviment tal-Istati Membri parteċipanti, il-kundizzjonijiet u l-perjodi ta’ żmien għal inklużjoni fakultattiva u esklużjoni fakultattiva possibbli, u, fejn xieraq, regoli għall-allokazzjonijiet tal-kwantitajiet bejn l-Istati Membri parteċipanti; |
Istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikoli 70 u 71 jew aġenzija eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 69 jistgħu jaġixxu bħala grossisti, billi jixtru, jaħżnu u jbigħu mill-ġdid jew jagħtu provvisti u servizzi, inklużi kirjiet, lil Stati Membri jew organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-istituzzjoni tal-Unjoni, il-korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikoli 70 u 71 jew minn aġenzija eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 69. F’dan il-każ, l-istituzzjoni tal-Unjoni, il-korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikoli 70 u 71 jew l-aġenzija eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 69 għandhom iwettqu l-proċedura ta’ akkwist billi jsegwu r-regoli tal-akkwist tagħhom stess.
Artikolu 169
Tħejjija ta’ proċedura tal-akkwist
1. Qabel it-tnedija ta’ proċedura ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti tista’ twettaq konsultazzjoni preliminari tas-suq bil-ħsieb li tħejji l-proċedura.
2. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tidentifika s-suġġett tal-akkwist billi tipprovdi deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tagħha u l-karatteristiċi meħtieġa mix-xogħlijiet, mill-provvisti, jew mis-servizzi li għandhom jinxtraw, u għandha tispeċifika l-kriterji applikabbli għall-esklużjoni, għall-għażla u għall-għoti. L-awtorità kontraenti għandha tindika wkoll liema elementi jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-offerti kollha. Ir-rekwiżiti minimi għandhom jinkludu konformità mal-obbligi tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew il-konvenzjonijiet internazzjonali soċjali u ambjentali applikabbli elenkati fl-Anness X għad-Direttiva 2014/24/UE.
Artikolu 170
Għoti ta’ kuntratti
1. Il-kuntratti għandhom jingħataw abbażi ta’ kriterji għall-għoti dment li l-awtorità kontraenti tkun ivverifikat dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-offerta tikkonforma mar-rekwiżiti minimi speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist; |
|
(b) |
il-kandidat jew l-offerent ma jkunx eskluż skont l-Artikolu 138 jew miċħud skont l-Artikolu 143; |
|
(c) |
il-kandidat jew l-offerent għandu aċċess għall-akkwist, u jissodisfa l-kriterji għall-għażla speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist , inkluż in-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess professjonali . |
2. L-awtorità kontraenti għandha tapplika l-kriterji għall-għażla biex tevalwa l-kapaċità tal-kandidat jew tal-offerent. Il-kriterji għall-għażla għandhom jirrelataw biss mal-kapaċità legali u regolatorja għat-twettiq tal-attività professjonali, il-kapaċità ekonomika u finanzjarja, u l-kapaċità teknika u professjonali. Il-JRC għandu jkun preżunt li jissodisfa l-kundizzjonijiet dwar il-kapaċità finanzjarja.
3. L-awtorità kontraenti għandha tapplika l-kriterji għall-għoti biex tevalwa l-offerta.
4. L-awtorità kontraenti għandha tibbaża l-għoti ta’ kuntratti fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, li għandha tikkonsisti minn wieħed mit-tliet metodi ta’ għoti: l-iktar prezz baxx, l-inqas kost jew l-aħjar bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità.
Għall-metodu bl-inqas kost, l-awtorità kontraenti għandha tuża approċċ ta’ kosteffettività inkluż kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja.
Għall-aħjar bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità, l-awtorità kontraenti għandha tqis il-prezz jew il-kost u kriterji oħra tal-kwalità marbuta mas-suġġett tal-kuntratt.
Artikolu 171
Preżentazzjoni, komunikazzjoni elettronika u evalwazzjoni
1. L-awtorità kontraenti għandha tistabbilixxi l-limiti ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti u ta’ talbiet ta’ parteċipazzjoni skont il-punt 24 tal-Anness I u, filwaqt li tqis il-kumplessità tax-xiri, tagħti biżżejjed żmien sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jħejju l-offerti tagħhom.
2. L-awtorità kontraenti tista’ titlob li l-offerenti jiddepożitaw garanzija, jekk dan jitqies xieraq u proporzjonat, biex jiġi żgurat li l-offerti ppreżentati ma jiġux irtirati qabel il-firma tal-kuntratt. Il-garanzija meħtieġa għandha tirrappreżenta minn 1 sa 2 % tal-valur totali stmat tal-kuntratt.
L-awtorità kontraenti għandha tirrilaxxa l-garanziji:
|
(a) |
fir-rigward ta’ offerenti jew offerti miċħuda kif imsemmi fil-punt 30.2(b) jew (c) tal-Anness I, wara li tkun ipprovdiet l-informazzjoni dwar l-eżitu tal-proċedura; |
|
(b) |
fir-rigward ta’ offerenti kklassifikati kif imsemmi fil-punt 30.2(e) tal-Anness I, wara li jiġi ffirmat il-kuntratt. |
3. L-awtorità kontraenti għandha tiftaħ it-talbiet kollha għall-parteċipazzjoni u għall-offerti. Madankollu, hija għandha tiċħad:
|
(a) |
talbiet għal parteċipazzjoni u offerti li ma jikkonformawx mal-iskadenza ta’ meta għandhom jaslu, mingħajr ma tiftaħhom; |
|
(b) |
offerti li jkunu diġà miftuħin meta jaslu, mingħajr ma teżamina l-kontenut tagħhom. |
4. L-awtorità kontraenti għandha tevalwa t-talbiet kollha għal parteċipazzjoni jew l-offerti li ma kinux miċħudin fil-fażi tal-bidu kif stabbilita fil-paragrafu 3 abbażi tal-kriterji speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist bil-għan li jingħata l-kuntratt jew li tipproċedi għal irkant elettroniku.
5. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jirrinunzja għall-ħatra ta’ kumitat tal-evalwazzjoni kif previst fl-Artikolu 153(2) fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-valur tal-kuntratt ikun anqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1); |
|
(b) |
fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji għall-każijiet imsemmija fil-punt 11.1, it-tieni subparagrafu, il-punti (c), (e), (f)(i), (f)(iii), (h) u (m) tal-Anness I; |
|
(c) |
fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji meta terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni f’kuntratt qafas; |
|
(d) |
għal proċeduri fil-qasam tal-azzjonijiet esterni b’valur ta’ EUR 20 000 jew inqas; |
|
(e) |
fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju għal akkwisti speċifiċi skont sistema dinamika ta’ xiri. |
6. It-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti minimi kollha stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist għandhom jiġu miċħuda.
Artikolu 172
Kuntatti matul il-proċedura tal-akkwist
1. Qabel il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni jew ta’ offerti, l-awtorità kontraenti tista’ tikkomunika informazzjoni addizzjonali dwar id-dokumenti tal-akkwist jekk tiskopri żball jew ommissjoni fit-test jew fuq talba mingħand il-kandidati jew l-offerenti. L-informazzjoni pprovduta għandha tiġi ddivulgata lill-kandidati jew lill-offerenti kollha.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, l-awtorità kontraenti tista’ tikkuntattja bil-miktub lill-kandidati mistiedna kollha qabel l-iskadenza biex jaslu t-talbiet għall-parteċipazzjoni jew għall-offerti, bl-uniku skop li tiġi ċċarata l-intenzjoni tagħhom li jippreżentaw talba għall-parteċipazzjoni jew offerta, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 163(6).
2. Wara l-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tat-talbiet għal parteċipazzjoni jew tal-offerti, f’kull każ fejn ikun sar kuntatt, u fil-każijiet debitament iġġustifikati fejn ma jkunx sar kuntatt kif stipulat fl-Artikolu 154, għandu jinżamm rekord fil-fajl tal-akkwist.
Artikolu 173
Deċiżjoni tal-għoti u informazzjoni lill-kandidati jew lill-offerenti
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiddeċiedi dwar lil min għandu jingħata l-kuntratt, b’konformità mal-kriterji għall-għażla u għall-għoti speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist.
2. L-awtorità kontraenti għandha tinnotifika lill-kandidati jew lill-offerenti kollha li t-talba għall-parteċipazzjoni jew l-offerta tagħhom ġiet miċħuda, bir-raġunijiet li abbażi tagħhom ittieħdet id-deċiżjoni. Barra minn hekk, offerenti rebbieħa u dawk li mhumiex għandhom jiġu nnotifikati bid-durata tal-perjodu ta’ sospensjoni msemmija fl-Artikoli 178(2) u 181(1) , meta tali perjodu ta’ sospensjoni jkun applikabbli .
Għall-għoti ta’ kuntratti speċifiċi skont kuntratt qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti għandha tinforma lill-offerenti bir-riżultat tal-evalwazzjoni.
3. L-awtorità kontraenti għandha tinforma lil kull offerent li ma jkunx miċħud u li jagħmel talba bil-miktub, dwar kwalunkwe element minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-isem tal-offerent, jew l-offerenti fil-każ ta’ kuntratt qafas, li lilu jingħata l-kuntratt u, ħlief fil-każ ta’ kuntratt speċifiku skont kuntratt qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula u kif ukoll il-valur totali tal-offerta finanzjarja tiegħu; |
|
(b) |
il-progress tan-negozjati u d-djalogu mal-offerenti. |
Madankollu, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li żżomm ċerta informazzjoni fejn ir-rilaxx tagħha jkun jimpedixxi l-infurzar tal-liġi jew imur kontra l-interess pubbliku, jew ikun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ atturi ekonomiċi, jew jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni ġusta bejniethom.
Artikolu 174
Tħassir tal-proċedura ta’ akkwist
Qabel il-firma tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti tista’ tħassar il-proċedura ta’ akkwist kompletament. Fil-każ ta’ proċeduri mogħtija f’lottijiet jew akkwist minn diversi sorsi, it-tħassir jista’ jsir parzjalment. Il-kandidati jew l-offerenti ma għandhomx ikunu intitolati li jitolbu xi kumpens.
Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata u l-kandidati jew l-offerenti għandhom jiġu infurmati dwarha malajr kemm jista’ jkun.
Artikolu 175
Twettiq u modifiki tal-kuntratt
1. It-twettiq tal-kuntratt ma għandux jibda qabel ma dan jiġi ffirmat.
2. L-awtorità kontraenti tista’ timmodifika kuntratt jew kuntratt qafas mingħajr proċedura ta’ akkwist biss fil-każijiet previsti fil-paragrafu 3 u sakemm il-modifika ma tbiddilx is-suġġett tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas, skont it-tifsira tal-paragrafu 4 .
3. Kuntratt, kuntratt qafas jew kuntratt speċifiku fl-ambitu ta’ kuntratt qafas jista’ jiġi mmodifikat mingħajr proċedura ġdida ta’ akkwist fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
għal meta tinħoloq in-neċessità ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi addizzjonali mill-kuntrattur oriġinali li ma kinux inklużi fl-akkwist inizjali, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(b) |
fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
|
(c) |
fejn il-valur tal-modifika huwa inqas minn dawn il-limiti:
|
|
(d) |
fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati t-tnejn:
|
Il-valur tal-kuntratt inizjali ma għandux iqis ir-reviżjonijiet tal-prezzijiet.
Il-valur kumulattiv nett ta’ diversi modifiki suċċessivi taħt l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), m’għandux jaqbeż il-limiti msemmija hemmhekk.
L-awtorità kontraenti għandha tapplika l-miżuri pubbliċitarji ex post stipulati fl-Artikolu 166.
4. Modifika għandha titqies li qed tbiddel is-suġġett tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas, meta din trendi l-kuntratt jew il-kuntratt qafas materjalment differenti fis-sustanza minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe każ, modifika għandha titqies li qed tbiddel is-suġġett tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas meta tiġi ssodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-modifika tintroduċi jew trażżan kundizzjonijiet sinifikanti li, kieku kienu parti mill-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni inizjali, kienu jippermettu l-ammissjoni ta’ applikanti oħra minbarra dawk inizjalment magħżula, jew għall-aċċettazzjoni ta’ offerta minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura ta’ akkwist, jew li ma kinux iwasslu għall-għażla tal-offerent magħżul; |
|
(b) |
il-modifika tibdel b’mod sinifikanti l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas favur il-kuntrattur b’tali mod li ma kienx previst fil-kuntratt inizjali jew fil-ftehim qafas; |
|
(c) |
il-modifika testendi b’mod sinifikanti l-ambitu tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas. |
5. B’deroga mill-paragrafu 3, il-punt (b)(ii), f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, l-awtorità kontraenti tista’, bi ftehim mal-kuntrattur, timmodifika kuntratt jew kuntratt qafas lil hinn mil-limitu ta’ 50 % u sa 100 % tal-valur inizjali tal-kuntratt, dment li dan ikun iġġustifikat kif strettament meħtieġ biex iwieġeb għall-evoluzzjoni tal-kriżi, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 163(6).
B’deroga mill-paragrafu 3, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, it-termini ta’ kuntratt qafas jistgħu jiġu modifikati bi ftehim komuni biex japplikaw għal dawk l-awtoritajiet kontraenti ġodda miżjuda wara modifika tal-kuntratt qafas, inkluż fil-każ ta’ akkwisti interistituzzjonali jew konġunti, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 163(6).
Artikolu 176
Garanziji tal-eżekuzzjoni u biż-żamma tal-flus
1. Garanzija tal-eżekuzzjoni għandha tkun ta’ massimu ta’ 10 % tal-valur totali tal-kuntratt.
Din għandha tkun kompletament rilaxxata wara l-aċċettazzjoni finali tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi kumplessi, fi żmien perjodu soġġett għal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 116(1) u li għandu jkun speċifikat fil-kuntratt. Hija tista’ tiġi rilaxxata parzjalment jew kompletament mal-aċċettazzjoni proviżorja tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi kumplessi.
2. Garanzija biż-żamma tal-flus li tammonta għal massimu ta’ 10 % tal-valur totali tal-kuntratt tista’ tkun magħmula minn tnaqqis mill-pagamenti interim kif u meta jsiru jew permezz ta’ tnaqqis mill-pagament finali.
L-awtorità kontraenti għandha tiddetermina l-ammont tal-garanzija biż-żamma tal-flus li għandu jkun proporzjonat mar-riskji identifikati fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, b’kont meħud tas-suġġett tiegħu, u tat-termini kummerċjali normali applikabbli fis-settur ikkonċernat.
Garanzija biż-żamma tal-flus ma għandhiex tintuża f’kuntratt fejn intalbet garanzija tal-eżekuzzjoni u ma ġietx rilaxxata.
3. Soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kontraenti, il-kuntrattur jista’ jitlob biex jissostitwixxi l-garanzija ta’ żamma ta’ flus permezz ta’ tip ieħor ta’ garanzija kif imsemmi fl-Artikolu 155.
4. L-awtorità kontraenti għandha tirrilaxxa l-garanzija taż-żamma tal-flus wara li jiskadi perjodu ta’ obbligu kuntrattwali, fi żmien perjodu soġġett għal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 116(1) u li għandu jkun speċifikat fil-kuntratt.
KAPITOLU 2
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti mogħtija minn istituzzjonijiet tal-unjoni minn jeddhom
Artikolu 177
L-awtorità kontraenti
1. L-istituzzjonijiet, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi tal-Unjoni kif msemmija fl-Artikoli 70 u 71 għandhom jitqiesu li huma awtoritajiet kontraenti fil-każ ta’ kuntratti mogħtija minn jeddhom, minbarra meta jixtru mingħand korp ċentrali għall-akkwisti. Id-dipartimenti ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx jitqiesu bħala awtoritajiet kontraenti meta jikkonkludu ftehimiet ma’ xulxin fil-livell ta’ servizz.
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni meqjusin bħala awtoritajiet kontraenti taħt l-ewwel subparagrafu għandhom, skont l-Artikolu 60, jiddelegaw is-setgħat neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjoni tal-awtorità kontraenti.
2. Kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega f’kull istituzzjoni tal-Unjoni għandu jivvaluta jekk intlaħqux il-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1).
Artikolu 178
Limiti applikabbli u perjodu ta’ sospensjoni
1. Għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u ta’ konċessjoni, l-awtorità kontraenti għandha tirrispetta l-limiti stabbiliti tal-Artikolu 4, il-punti (a) u (b) tad-Direttiva 2014/24/UE meta tagħżel proċedura msemmija fl-Artikolu 167(1) ta’ dan ir-Regolament , u rispettivament il-limitu stabbilit fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE għall-konċessjonijiet.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, għal kuntratti mogħtija minn delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi jew mogħtija esklużivament fl-interess tagħhom, il-limitu applikabbli għal kuntratti pubbliċi ta’ provvista u servizz għandu jkun ta’ EUR 300 000, minflok il-limitu massimu għal kuntratti pubbliċi ta’ provvista u servizz stabbilit fl-Artikolu 4, il-punt (b) tad-Direttiva 2014/24/UE.
L-Artikolu 152(5), l-Artikolu 178(1), l-Artikolu 179(3) kif ukoll il-punti 11.1(m), 14 u 18.1 tal-Anness I, li jirreferu għall-akkwist mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, għandhom japplikaw ukoll għall-uffiċċji tal-Parlament Ewropew f’pajjiżi terzi.
2. Soġġett għall-eċċezzjonijiet u għall-kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, fil-każ ta’ kuntratti li l-valur tagħhom jeċċedi l-limiti msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiffirma l-kuntratt jew il-kuntratt qafas mal-offerent magħżul qabel ma jgħaddi perjodu ta’ sospensjoni.
3. Il-perjodu ta’ sospensjoni għandu jkollu durata ta’ għaxart ijiem meta jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, u 15-il jum meta jużaw mezzi oħrajn.
Artikolu 179
Regoli dwar l-aċċess għall-akkwisti
1. Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-akkwist għandha tkun miftuħa b’termini ugwali għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati u għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha stabbiliti f’pajjiż terz li jkollu ftehim speċjali mal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’tali ftehim. Għandha tkun ukoll miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali.
2. Għall-fini tal-Artikolu 163(4), il-JRC għandu jitqies bħala persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, għal kuntratti mogħtija minn delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, jew mogħtija esklużivament fl-interess tagħhom, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist għandha tkun miftuħa wkoll, b’termini ugwali, għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha stabbiliti fil-pajjiż terz fejn tkun stabbilita d-delegazzjoni tal-Unjoni kkonċernata. Barra minn hekk, jista’ jkun deċiż, f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li ċ-ċittadini jew entitajiet ta’ pajjiżi terzi jitħallew jagħmlu offerti għall-kuntratti.
4. Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-akkwist u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti mogħtija għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/1031 u fl-atti ta’ implimentazzjoni (miżuri tal-IPI) adottati skont dak ir-Regolament.
Artikolu 180
Regoli tal-Akkwist tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
Fejn japplika l-Ftehim plurilaterali dwar l-Akkwist Pubbliku konkluż fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-proċedura tal-akkwist għandha tkun miftuħa wkoll għal atturi ekonomiċi stabbiliti fl-istati li jkunu rratifikaw dak il-ftehim, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
KAPITOLU 3
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni
Artikolu 181
Akkwist fl-azzjonijiet esterni
1. Id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-akkwist stabbiliti fil-Kapitolu 1 ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw għal kuntratti koperti minn dan il-Kapitolu, salv għad-dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw l-arranġamenti għall-għoti ta’ kuntratti esterni stabbiliti fil-Kapitolu 3 tal-Anness I. L-Artikoli minn 177 sa 180 ma għandhomx japplikaw għall-akkwist kopert minn dan il-Kapitolu.
Soġġett għall-eċċezzjonijiet u għall-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness I, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiffirma l-kuntratt jew il-kuntratt qafas mal-offerent magħżul qabel ma jgħaddi perjodu ta’ sospensjoni. Il-perjodu ta’ sospensjoni għandu jkollu durata ta’ għaxart ijiem meta jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, u 15-il jum meta jużaw mezzi oħrajn.
L-Artikolu 166, l-Artikolu 167(1), il-punti (a) u (b), u t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss għal proċeduri b’valur ugwali għal, jew ogħla minn:
|
(a) |
EUR 300 000 għal kuntratti ta’ servizz u ta’ provvista; |
|
(b) |
EUR 5 000 000 għal kuntratti ta’ xogħlijiet. |
2. Dan il-Kapitolu għandu japplika għal:
|
(a) |
akkwist meta l-Kummissjoni ma tagħtix kuntratti f’isimha stess; |
|
(b) |
l-akkwist minn persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), fejn previst fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew fil-ftehimiet ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 157. |
3. Il-proċeduri ta’ akkwist għandhom ikunu stabbiliti fil-ftehimiet ta’ finanzjament previsti fl-Artikolu 161.
4. Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal azzjonijiet taħt atti bażiċi speċifiċi għas-setturi li jirrigwardaw l-għajnuna għall-immaniġġar ta’ kriżijiet umanitarji, l-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u l-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja.
Artikolu 182
Regoli dwar l-aċċess għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni
1. Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist għandha tkun miftuħa b’termini ugwali għall-persuni kollha fl-ambitu tat-Trattati u għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra f’konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-istrumenti bażiċi li jirregolaw is-settur tal-kooperazzjoni kkonċernat. Għandha tkun ukoll miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali.
2. Jista’ jkun deċiż, f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jitħallew jagħmlu offerti għall-kuntratti.
3. Meta jkun japplika ftehim dwar it-twessigħ tas-suq għall-akkwist ta’ oġġetti jew ta’ servizzi li għalih hija parti l-Unjoni, il-proċeduri ta’ akkwist għal kuntratti ffinanzjati mill-baġit għandhom ikunu miftuħa wkoll għal persuni fiżiċi u ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-ftehim.
TITOLU VIII
GĦOTJIET
KAPITOLU 1
Ambitu u forma tal-għotjiet
Artikolu 183
Ambitu u forma tal-għotjiet
1. Dan it-Titolu japplika għal għotjiet mogħtijin b’ġestjoni diretta.
2. L-għotjiet jistgħu jingħataw sabiex jiffinanzjaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
azzjoni intiża biex tgħin sabiex jinkiseb objettiv ta’ politika tal-Unjoni (“għotjiet għal azzjoni”); |
|
(b) |
il-funzjonament ta’ korp li jkollu objettiv li jifforma parti minn politika tal-Unjoni, jew li jsostniha (“għotjiet operattivi”). |
L-għotjiet operattivi għandhom jieħdu l-forma ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għall-programm ta’ ħidma tal-korp imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b).
3. L-għotjiet jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom previsti fl-Artikolu 125(1).
Fejn l-għotja tieħu l-forma ta’ finanzjament li ma jkunx marbut ma’ kostijiet skont l-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a):
|
(a) |
id-dispożizzjonijiet relatati mal-eliġibbiltà u l-verifika tal-kostijiet stabbiliti f’dan it-Titolu, b’mod partikolari l-Artikoli 185, 187 u 188, l-Artikolu 189(2), (3) u (4), l-Artikolu 193, l-Artikolu 194(3), d-dispożizzjoni relatata mal-estimu tal-baġit jew l-estimu tal-kostijiet eliġibbli stabbilit fl-Artikolu 199(1), il-punt (e), u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 206(4), ma għandhomx japplikaw; |
|
(b) |
fir-rigward tal-Artikolu 184, il-proċedura u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3, il-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (d), u t-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-paragrafu 5, ta’ dak l-Artikolu biss għandhom japplikaw. |
4. Kull istituzzjoni tal-Unjoni tista’ tagħti kuntratti pubbliċi jew għotjiet għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni. L-għotjiet jistgħu jingħataw meta l-użu tal-akkwist ma jkunx xieraq minħabba n-natura tal-attivitajiet.
5. Il-JRC jista’ jirċievi finanzjament iddebitat lil approprjazzjonijiet għajr approprjazzjonijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku fir-rigward tal-parteċipazzjoni tiegħu fi proċeduri ta’ għoti ta’ għotjiet iffinanzjat għalkollox jew parzjalment mill-baġit. F’tali każijiet, l-Artikolu 201(4), sa fejn tkun ikkonċernata l-kapaċità finanzjarja, u l-Artikolu 199(1), il-punti (a) sa (d) ma għandhomx japplikaw.
Artikolu 184
Somom f’daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b’rata fissa
1. Fejn l-għotja tieħu l-forma ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa kif imsemmi fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c), (d) jew (e) ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet jew partijiet mid-dispożizzjonijiet relatati mal-verifika ta’ kostijiet eliġibbli li fil-fatt iġġarrbu.
2. Fejn possibbli u xieraq, is-somom f’daqqa, il-kostijiet unitarji jew ir-rati fissi għandhom jiġu ddeterminati b’tali mod li jkunu jistgħu jitħallsu malli jinkisbu outputs u/jew riżultati konkreti.
3. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att bażiku, l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa għandu jkun awtorizzat permezz ta’ deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li għandu jaġixxi skont ir-regoli interni tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni.
4. Id-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni għandu jkun fiha tal-anqas dawn li ġejjin:
|
(a) |
ġustifikazzjoni dwar l-adegwatezza ta’ tali forom ta’ finanzjament fir-rigward tan-natura tal-azzjonijiet appoġġjati jew il-programmi ta’ ħidma kif ukoll ir-riskji ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi u l-kostijiet tal-kontroll; |
|
(b) |
identifikazzjoni tal-kostijiet jew tal-kategoriji tal-kostijiet koperti minn somom f’daqqa, minn kostijiet unitarji jew minn finanzjament b’rata fissa, li għandhom jiġu meqjusa bħala eliġibbli skont l-Artikolu 189(3), il-punti (c), (e) u (f), u l-Artikolu 189(4), u li għandhom jeskludu l-kostijiet mhux eliġibbli skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni; |
|
(c) |
deskrizzjoni tal-metodi għad-determinazzjoni tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b’rata fissa. Dawk il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq wieħed jew waħda minn fost dawn li ġejjin:
|
|
(d) |
fejn possibbli, il-kundizzjonijiet essenzjali li jiskattaw il-pagament, inkluż, fejn xierqa, il-ksib tal-outputs u/jew ir-riżultati; |
|
(e) |
fejn is-somom f’daqqa, il-kostijiet unitarji u r-rati fissi ma jkunux ibbażati fuq l-outputs u/jew ir-riżultati, ġustifikazzjoni dwar għaliex approċċ ibbażat fuq l-outputs u/jew ir-riżultati mhuwiex possibbli jew xieraq. |
Il-metodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta għandhom jiżguraw:
|
(a) |
ir-rispett għall-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari l-adegwatezza tal-ammonti rispettivi fir-rigward tal-outputs meħtieġa u/jew riżultati b’kont meħud tad-dħul prevedibbli li għandu jiġi ġġenerat mill-azzjonijiet jew mill-programmi ta’ ħidma; |
|
(b) |
konformità raġonevoli mal-prinċipji ta’ kofinanzjament u l-ebda finanzjament doppju. |
5. Id-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni għandha tapplika għad-durata tal-programm jew programmi sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dik id-deċiżjoni.
Id-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni tista’ tkopri l-użu tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi applikabbli għal aktar minn programm ta’ finanzjament speċifiku wieħed meta n-natura tal-attivitajiet jew tan-nefqa tippermetti għal approċċ komuni. F’tali każijiet, id-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni tista’ tiġi adottata minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli meta l-attivitajiet ikkonċernati kollha jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom; |
|
(b) |
il-Kummissjoni meta dan ikun xieraq fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet jew tan-nefqa jew fid-dawl tan-numru ta’ uffiċjali tal-awtorizzazzjoni kkonċernati. |
6. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jawtorizza jew jimponi, fil-forma ta’ rati fissi, finanzjament tal-kostijiet indiretti tal-benefiċjarju sa massimu ta’ 7 % mill-kostijiet diretti totali eliġibbli għall-azzjoni. Rata fissa ogħla tista’ tiġi awtorizzata permezz ta’ deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta fir-rapport ta’ attività annwali msemmi fl-Artikolu 74(9) dwar kwalunkwe deċiżjoni bħal din meħuda, ir-rata fissa awtorizzata, u r-raġunijiet li jwasslu għal din id-deċiżjoni.
7. Is-sidien ta’ SMEs u persuni fiżiċi oħra li ma jaqilgħux salarju jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet marbuta mal-persunal eliġibbli għax-xogħol imwettaq minnhom stess fl-ambitu ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma, abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati skont il-paragrafi 1 sa 6.
8. Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet marbuta mal-persunal għax-xogħol imwettaq minn voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma, abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati skont il-paragrafi 1 sa 6.
Artikolu 185
Somom f’daqqa uniċi
1. Somma f’daqqa kif imsemmija fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tista’ tkopri l-kostijiet eliġibbli kollha ta’ azzjoni jew programm ta’ ħidma (somma f’daqqa unika).
2. F’konformità mal-Artikolu 184(4), jistgħu jiġu ddeterminati somom f’daqqa uniċi abbażi tal-istima tal-baġit tal-azzjoni jew programm ta’ ħidma. Tali stima tal-baġit għandha tikkonforma mal-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza u tal-effettività. Il-konformità ma’ dawk il-prinċipji għandha tiġi vverifikata ex ante waqt l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja.
3. Meta jawtorizza somma f’daqqa unika, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkonforma mal-Artikolu 184.
Artikolu 186
Verifiki u kontrolli ta’ benefiċjarji relatati ma’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jivverifika, mhux aktar tard minn qabel il-pagament tal-bilanċ:
|
(a) |
l-adempiment tal-kundizzjonijiet li jiskattaw il-pagament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi, inkluż, fejn meħtieġ, il-ksib tal-outputs u/jew tar-riżultati; |
|
(b) |
li s-somom f’daqqa, l-kostijiet unitarji jew ir-rati fissi kienu indikati fl-istima ta’ baġit kumplessiv tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma; |
|
(c) |
li l-kundizzjonijiet msemmija fil-punt (a) ikunu sodisfatti matul id-durata tal-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma. |
Barra minn hekk, l-adempiment ta’ dawk il-kundizzjonijiet jista’ jkun soġġett għal kontrolli ex post.
L-ammonti ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa ddeterminati ex ante b’applikazzjoni tal-metodu awtorizzat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 184 ma għandhomx jiġu kkontestati minn kontrolli ex post. Dan huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli li jivverifika li l-kundizzjonijiet li jiskattaw il-pagament kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huma ssodisfati, u sabiex inaqqas l-għotja f’konformità mal-Artikolu 132(4) fejn dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati jew fil-każ ta’ irregolarità, frodi jew ksur ta’ obbligazzjonijiet oħra. Meta somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi jkunu stabbiliti fuq il-bażi tal-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju, għandu japplika l-Artikolu 188(2).
2. Il-frekwenza u l-ambitu tal-verifiki u l-kontrolli jistgħu jiddependu, fost l-oħrajn, fuq in-natura tal-azzjoni jew il-benefiċjarju, inklużi irregolaritajiet jew frodi attribwibbli għal dak il-benefiċjarju fil-passat.
3. Il-kundizzjonijiet li jiskattaw il-pagament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi ma għandhomx jeħtieġu r-rapportar dwar il-kostijiet li fil-fatt iġġarrbu mill-benefiċjarju.
4. Il-pagament tal-għotja fuq il-bażi ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjamenti b’rata fissa ma għandux jaffettwa d-dritt ta’ aċċess għar-rekords statutorji tal-benefiċjarji għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 129 u 187.
Artikolu 187
Valutazzjoni perjodika ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi
Il-metodu għad-determinazzjoni ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi, id-data sottostanti u l-ammonti li jirriżultaw, kif ukoll l-adegwatezza ta’ dawk l-ammonti b’rabta mal-output u/jew ir-riżultati li jitwettqu, għandhom jiġu valutati b’mod perjodiku u, fejn adatt, aġġustati f’konformità mal-Artikolu 184. Il-frekwenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjonijiet għandhom jiddependu fuq l-evoluzzjoni u n-natura tal-kostijiet, b’mod partikolari, filwaqt li jittieħed kont ta’ bidliet sostanzjali fil-prezzijiet tas-suq u ta’ ċirkostanzi rilevanti oħra.
Artikolu 188
Prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju
1. Fejn jiġi awtorizzat rikors għall-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jivvaluta l-konformità ta’ dawk il-prattiki ex ante mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 184(4). Din il-valutazzjoni tista’ titwettaq ex ante jew bl-użu ta’ strateġija adatta għal kontrolli ex post.
2. Jekk il-konformità tal-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 184(4) tkun ġiet stabbilita ex ante , l-ammonti ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa determinati bl-applikazzjoni ta’ dawk il-prattiki ma għandhomx ikunu kontestati minn kontrolli ex post. Dan ma għandux jaffettwa d-dritt tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli li jnaqqas l-għotja f’konformità mal-Artikolu 132(4).
3. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jqis li l-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju jkunu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 184(4) jekk jiġu aċċettati mill-awtoritajiet nazzjonali skont skemi ta’ finanzjament komparabbli.
Artikolu 189
Kostijiet eliġibbli
1. L-għotjiet ma għandhomx jaqbżu limitu massimu globali espress f’termini ta’ valur assolut (ammont massimu ta’ għotja) li għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’:
|
(a) |
l-ammont globali tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet fil-każ imsemmi fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a); |
|
(b) |
l-estimu tal-kostijiet eliġibbli, fejn possibbli, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b); |
|
(c) |
l-ammont globali tal-istima tal-kostijiet eliġibbli definiti b’mod ċar minn qabel fil-forma ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa kif msemmija fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c), (d) u (e). |
Mingħajr preġudizzju għall-att bażiku, l-għotjiet jistgħu wkoll jiġu espressi bħala perċentwali tal-estimu tal-kostijiet eliġibbli fejn l-għotja tieħu l-forma speċifikata fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), jew bħala perċentwali tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b’rata fissa msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c).
Fejn l-għotja tieħu l-forma speċifikata fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu u fejn, minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ azzjoni, l-għotja tista’ tkun espressa biss f’termini ta’ valur assolut, il-verifika tal-kostijiet eliġibbli għandha ssir f’konformità mal-Artikolu 158(4) u, fejn applikabbli, mal-Artikolu 158(6).
2. Mingħajr preġudizzju għar-rata massima ta’ kofinanzjament speċifikata fl-att bażiku:
|
(a) |
l-għotja ma għandhiex taqbeż il-kostijiet eliġibbli; |
|
(b) |
fejn l-għotja tieħu l-forma speċifikata fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u fejn l-istima tal-kostijiet eliġibbli tinkludi kostijiet għall-volontarjat imsemmi fl-Artikolu 184(8), l-għotja ma għandhiex taqbeż l-istima tal-kostijiet eliġibbli minbarra l-kostijiet għall-volontarjat. |
3. Kostijiet eliġibbli li fil-fatt iġġarrbu mill-benefiċjarju, kif imsemmi fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
|
(a) |
jiġġarrbu waqt li tkun għaddejja l-azzjoni jew waqt li jkun għaddej il-programm ta’ ħidma, bl-eċċezzjoni ta’ kostijiet relatati mar-rapporti finali u maċ-ċertifikati tal-awditi; |
|
(b) |
ikunu indikati fl-istima tal-baġit globali tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma; |
|
(c) |
ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma li jkun is-suġġett tal-għotja; |
|
(d) |
ikunu identifikabbli u verifikabbli, b’mod partikolari jkunu rreġistrati fir-rekords kontabilistiċi tal-benefiċjarju u kalkulati skont l-istandards kontabilistiċi applikabbli tal-pajjiż fejn ikun stabbilit il-benefiċjarju u skont il-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju; |
|
(e) |
ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni fiskali u soċjali applikabbli; |
|
(f) |
ikunu raġonevoli, iġġustifikati, u jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza. |
4. Is-sejħiet għall-proposti għandhom jispeċifikaw il-kategoriji tal-kostijiet meqjusa bħala eliġibbli għall-finanzjamenti tal-Unjoni.
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att bażiku u flimkien mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-kategoriji ta’ kostijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun iddikjarahom bħala tali skont is-sejħa għall-proposti:
|
(a) |
il-kostijiet marbutin ma’ garanzija ta’ prefinanzjament ippreżentata mill-benefiċjarju, fejn dik il-garanzija tkun meħtieġa mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli skont l-Artikolu 156(1); |
|
(b) |
il-kostijiet relatati maċ-ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti ta’ verifika operazzjonali, fejn tali ċertifikati jew rapporti jkunu meħtieġa mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli; |
|
(c) |
il-VAT fejn ma tkunx rekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli tal-VAT u titħallas minn benefiċjarju li ma jkunx persuna mhux taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (62); |
|
(d) |
il-kostijiet ta’ deprezzament, dment li dawn ikunu fil-fatt iġġarrbu mill-benefiċjarju; |
|
(e) |
il-kostijiet tas-salarji tal-persunal tal-amministrazzjonijiet nazzjonali sakemm dawn ikunu relatati mal-kostijiet ta’ attivitajiet li l-awtorità pubblika rilevanti ma kinitx twettaqhom kieku ma jkunx sar il-proġett ikkonċernat. |
Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, il-punt (c):
|
(a) |
il-VAT għandha titqies bħala mhux rekuperabbli jekk skont il-liġi nazzjonali tkun attribwibbli għal xi waħda mill-attivitajiet li ġejjin:
|
|
(b) |
il-VAT relatata mal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/112/KE għandha titqies imħallsa minn benefiċjarju għajr persuna mhux taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, ta’ dik id-Direttiva, irrispettivament minn jekk dawk l-attivitajiet jitqisux mill-Istat Membru kkonċernat bħala attivitajiet imwettqa minn korpi rregolati mil-liġi pubblika li jaġixxu bħala awtoritajiet pubbliċi. |
Artikolu 190
Entitajiet affiljati u benefiċjarju uniku
1. Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, l-entitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala entitajiet affiljati mal-benefiċjarju:
|
(a) |
entitajiet li jifformaw il-benefiċjarju uniku f’konformità mal-paragrafu 2; |
|
(b) |
entitajiet li jissodisfaw il-kriterji għall-eliġibbiltà u li ma jaqgħux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 138(1) u 143(1) u li jkollhom rabta mal-benefiċjarju, b’mod partikolari rabta ġuridika jew ta’ kapital, li la tkun limitata għall-azzjoni u lanqas ma tkun stabbilita għall-għan uniku tal-implimentazzjoni tagħha. |
It-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V għandha tapplika għal entitajiet affiljati wkoll.
2. Fejn bosta entitajiet jissodisfaw il-kriterji biex jingħataw għotja u flimkien ikunu jifformaw entità waħda, dik l-entità tista’ tkun ittrattata bħala l-benefiċjarju uniku, inkluż meta l-entità hija speċifikament stabbilita għall-fini ta’ implimentazzjoni tal-azzjoni li għandha tkun iffinanzjata mill-għotja.
3. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fis-sejħa għall-proposti, l-entitajiet affiljati ma’ benefiċjarju jistgħu jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-azzjoni, dment li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati t-tnejn:
|
(a) |
l-entitajiet ikkonċernati jkunu identifikati fil-ftehim ta’ għotja; |
|
(b) |
l-entitajiet ikkonċernati jirrispettaw ir-regoli applikabbli għall-benefiċjarju skont il-ftehim tal-għotja fir-rigward ta’:
|
Il-kostijiet imġarrba minn tali entitajiet jistgħu jkunu aċċettati bħala kostijiet eliġibbli li fil-fatt iġġarrbu jew li jistgħu jiġu koperti minn somom f’daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b’rata fissa.
KAPITOLU 2
Prinċipji
Artikolu 191
Prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet
L-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta’:
|
(a) |
trattament ugwali; |
|
(b) |
trasparenza; |
|
(c) |
kofinanzjament; |
|
(d) |
għotja mhux kumulattiva u ebda finanzjament doppju; |
|
(e) |
nonretroattività; |
|
(f) |
ebda profitt. |
Artikolu 192
Trasparenza
1. L-għotjiet għandhom jingħataw wara pubblikazzjoni ta’ sejħiet għall-proposti, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 198.
2. L-għotjiet kollha mogħtija matul sena finanzjarja għandhom jiġu pubblikati f’konformità mal-Artikolu 38(1) sa (4).
3. Wara l-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, meta tintalab mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tgħaddilhom rapport dwar:
|
(a) |
in-numru ta’ applikanti fis-sena finanzjarja preċedenti; |
|
(b) |
in-numru u l-perċentwal ta’ applikazzjonijiet li ġew aċċettati għal kull sejħa għall-proposti; |
|
(c) |
id-durata medja tal-proċedura mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-proposti sal-għoti ta’ għotja; |
|
(d) |
in-numru u l-ammont ta’ għotjiet li għalihom ma tkunx saret pubblikazzjoni ex post fis-sena finanzjarja preċedenti f’konformità mal-Artikolu 38(4). |
|
(e) |
kwalunkwe għotja mogħtija lil istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż il-BEI jew il-FEI f’konformità mal-Artikolu 198, l-ewwel paragrafu, il-punt (g). |
Artikolu 193
Kofinanzjament
1. L-għotjiet għandhom jinvolvu kofinanzjament. Bħala riżultat, ir-riżorsi meħtieġa sabiex titwettaq l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma ma għandhomx jiġu pprovduti kollha kemm huma mill-għotja.
Il-kofinanzjament jista’ jiġi pprovdut fil-forma tar-riżorsi proprji tal-benefiċjarju, ta’ dħul iġġenerat mill-azzjoni jew mill-programm ta’ ħidma jew fil-forma ta’ assistenza in natura minn partijiet terzi.
2. L-assistenza f’kontribuzzjonijiet in natura minn partijiet terzi fil-forma ta’ volontarjat, valorizzata f’konformità mal-Artikolu 184(8) għandha tiġi ppreżentata bħala kostijiet eliġibbli fl-estimu tal-baġit. Għandha tiġi ppreżentata b’mod separat mill-kostijiet eliġibbli l-oħra. Il-volontarjat jista’ jifforma sa 50 % tal-kofinanzjament globali . Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ dak il-perċentwal, l-assistenza f’kontribuzzjonijiet in natura u kofinanzjament ieħor għandhom ikunu bbażati fuq l-estimi li jipprovdi l-applikant.
Assistenza oħra f’kontribuzzjonijiet in natura minn partijiet terzi għandha tiġi ppreżentata b’mod separat mill-kontribuzzjonijiet għall-kostijiet eliġibbli fl-estimu tal-baġit. Il-valur approssimattiv tagħhom għandu jkun indikat fl-estimu tal-baġit u ma għandux ikun soġġett għal tibdiliet sussegwenti.
3. Bħala deroga mill-paragrafu 1, azzjoni esterna tista’ tkun iffinanzjata b’mod sħiħ mill-għotja meta dan ikun essenzjali biex din titwettaq. F’tali każ, fid-deċiżjoni tal-għoti għandha tingħata ġustifikazzjoni.
4. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal tnaqqis tar-rati tal-imgħax u għal sussidji tat-tariffa ta’ garanzija.
Artikolu 194
Il-prinċipju ta’ għoti mhux kumulattiv u projbizzjoni ta’ finanzjament doppju
1. Kull azzjoni tista’ twassal biex tingħata għotja waħda biss mill-baġit lil kwalunkwe benefiċjarju wieħed, minbarra fejn huwa awtorizzat mod ieħor mill-atti bażiċi rilevanti.
Benefiċjarju jista’ jingħata għotja operattiva waħda biss mill-baġit għal kull sena finanzjarja.
Azzjoni tista’ tiġi finanzjata b’mod konġunt minn linji baġitarji separati minn uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli differenti.
2. L-applikant għandu jinforma lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni minnufih dwar kwalunkwe applikazzjoni multipla u dwar kwalunkwe għotja multipla relatata mal-istess azzjoni jew mal-istess programm ta’ ħidma.
3. L-istess kostijiet qatt ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit.
4. Fir-rigward tat-tipi ta’ appoġġ li ġejjin, il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw u, fejn adatt, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tivverifikax jekk l-istess kost ġiex iffinanzjat darbtejn:
|
(a) |
appoġġ għall-istudju, għar-riċerka, għat-taħriġ jew għall-edukazzjoni mħallas lil persuni fiżiċi; |
|
(b) |
appoġġ dirett imħallas lil persuni fiżiċi li huma l-aktar fil-bżonn, bħall-persuni qiegħda u r-refuġjati. |
Artikolu 195
l-prinċipju ta’ nonprofitt
1. L-għotjiet ma għandux ikollhom il-fini jew l-effett li jipproduċu qligħ fil-qafas tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tal-benefiċjarju (prinċipju ta’ nonprofitt).
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, qligħ għandu jkun definit bħala surplus, ikkalkulat mal-pagament tal-bilanċ, ta’ dħul ogħla mill-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma, fejn id-dħul huwa limitat għall-għotja tal-Unjoni, flimkien mad-dħul iġġenerat minn dik l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma.
Fil-każ ta’ għotja operattiva, l-ammonti dedikati għall-kostituzzjoni ta’ riżervi ma għandhomx jitqiesu għall-verifika tal-konformità mal-prinċipju ta’ nonprofitt.
3. Il-paragrafu 1 ma japplikax għal:
|
(a) |
azzjonijiet li għandhom l-objettiv li jsaħħu l-kapaċità finanzjarja ta’ benefiċjarju, jew azzjonijiet li jiġġeneraw introjtu biex jiżguraw il-kontinwità tagħhom wara l-perjodu ta’ finanzjament mill-Unjoni previst fil-ftehim ta’ għotja; |
|
(b) |
appoġġ għal studju, riċerka, taħriġ jew edukazzjoni mħallas lil persuni fiżiċi jew appoġġ ieħor dirett imħallas lil persuni fiżiċi li huma l-aktar fil-bżonn, bħall-persuni qiegħda u r-refuġjati; |
|
(c) |
azzjonijiet implimentati minn organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ; |
|
(d) |
l-għotjiet fil-forma msemmija fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a); |
|
(e) |
għotjiet b’valur baxx. |
4. Jekk isir profitt, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata tirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kostijiet eliġibbli li ġġarrbu mill-benefiċjarju meta wettaq l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma.
Artikolu 196
Il-prinċipju tan-nonretroattività
1. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-għotjiet ma għandhomx jingħataw b’mod retroattiv.
2. Għotja tista’ tingħata għal azzjoni li tkun diġà nbdiet sakemm l-applikant jista’ juri l-ħtieġa li tinbeda l-azzjoni qabel l-iffirmar tal-ftehim tal-għotja.
F’dawn il-każijiet, il-kostijiet imġarrba qabel id-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja ma għandhomx ikunu eliġibbli, ħlief:
|
(a) |
f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati kif previst fl-att bażiku; jew |
|
(b) |
fil-każ ta’ urġenza estrema għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 198, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) jew (b), fejn intervent bikri mill-Unjoni jkun ta’ importanza assoluta. |
Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu, il-punt (b), il-kostijiet imġarrba minn benefiċjarju qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ir-raġunijiet għal tali deroga jkunu ġew issostanzjati kif suppost mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli; |
|
(b) |
il-ftehim ta’ għotja jistabbilixxi b’mod espliċitu data ta’ eliġibbiltà li tkun qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. |
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jirrapporta dwar kull wieħed mill-każijiet imsemmija f’dan il-paragrafu bħal dan taħt it-titolu “Derogi mill-prinċipju ta’ nonretroattività skont l-Artikolu 196 tar-Regolament Finanzjarju” fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 74(9).
3. Ma għandhomx jingħataw għotjiet b’mod retroattiv għal azzjonijiet li diġà tlestew.
4. Fil-każ ta’ għotjiet operattivi, il-ftehim ta’ għotja għandu jkun iffirmat fi żmien erba’ xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju. Kostijiet li jkunu mġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jew qabel il-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament. L-ewwel pagament parzjali għandu jitħallas lill-benefiċjarju fi żmien 30 jum kalendarju mill-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja.
KAPITOLU 3
Proċedura ta’ għoti ta’ għotja u ftehim ta’ għotja
Artikolu 197
Il-kontenut u l-pubblikazzjoni tas-sejħiet għall-proposti
1. Is-sejħiet għall-proposti għandhom jispeċifikaw:
|
(a) |
l-għanijiet fil-mira; |
|
(b) |
il-kriterji għall-eliġibbiltà, l-esklużjoni, l-għażla u l-għoti u d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti; |
|
(c) |
l-arranġamenti għall-finanzjament tal-Unjoni, li jispeċifikaw it-tipi kollha ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-forom tal-għotja; |
|
(d) |
l-arranġamenti u d-data finali biex jitressqu l-proposti; |
|
(e) |
id-data ppjanata sa liema l-applikanti kollha għandhom ikunu ġew informati bl-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u d-data indikattiva għall-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotja. |
2. Id-dati msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), għandhom jiġu ffissati fuq il-bażi tal-perijodi li ġejjin:
|
(a) |
biex jiġu infurmati l-applikanti kollha dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, massimu ta’ sitt xhur mid-data finali għall-preżentazzjoni tal-proposti kompluti; |
|
(b) |
biex jiġu ffirmati l-ftehimiet ta’ għotja mal-applikanti, massimu ta’ tliet xhur mid-data ta’ meta l-applikanti ġew infurmati li ntgħażlu. |
Dawk il-perjodi jistgħu jiġu aġġustati sabiex jitqies iż-żmien kollu meħtieġ biex ikun hemm konformità mal-proċeduri speċifiċi li jistgħu jkunu mitluba mill-att bażiku f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u jistgħu jinqabżu f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, partikolarment għal azzjonijiet kumplessi, fejn ikun hemm għadd kbir ta’ proposti jew ittardjar attribwibbli għall-applikanti.
Fir-rapport annwali tal-attività tiegħu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jsemmi l-medja ta’ żmien meħud biex ġew infurmati l-applikanti u ffirmati l-ftehimiet ta’ għotja. Fil-każ li jinqabżu l-perjodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jagħti raġunijiet u, meta mhux debitament iġġustifikat f’konformità mat-tieni subparagrafu, għandu jipproponi azzjoni ta’ rimedju.
3. Is-sejħiet għall-proposti għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u bi kwalunkwe mezz adatt ieħor, inkluż Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, meta dan ikun meħtieġ sabiex tingħata pubbliċità addizzjonali fost il-benefiċjarji potenzjali. Is-sejħiet għall-proposti jistgħu jiġu ppubblikati soġġett għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 110, inkluż matul is-sena preċedenti l-implimentazzjoni tal-baġit. Kwalunkwe bidla fil-kontenut tas-sejħiet għall-proposti għandha tiġi ppubblikata bl-istess kundizzjonijiet.
Artikolu 198
Eċċezzjonijiet għas-sejħiet għall-proposti
Jistgħu jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti fil-każijiet li ġejjin biss:
|
(a) |
għall-finijiet ta’ għajnuna umanitarja, ta’ operazzjonijiet ta’ appoġġ f’emerġenza, ta’ operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili jew għajnuna ta’ maniġġar ta’ kriżijiet; |
|
(b) |
f’emerġenzi eċċezzjonali oħra li jkunu ġew issostanzjati kif dovut; |
|
(c) |
lil korpi b’monopolju de jure jew de facto jew lil korpi nnominati mill-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fejn dawk l-Istati Membri jkunu f’sitwazzjoni ta’ monopolju de jure jew de facto; |
|
(d) |
lil korpi identifikati minn att bażiku, fis-sens tal-Artikolu 58, bħala benefiċjarji jew lil korpi nominati mill-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, meta dawk l-Istati Membri jiġu identifikati minn att bażiku bħala benefiċjarji; |
|
(e) |
fil-każ ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku, lil korpi identifikati fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 110, meta l-att bażiku jipprovdi b’mod espliċitu għal dik il-possibbiltà, u bil-kundizzjoni li l-proġett ma jkunx jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sejħa għall-proposti; |
|
(f) |
għal attivitajiet b’karatteristiċi speċifiċi li jirrikjedu tip partikolari ta’ korp minħabba l-kompetenza teknika tiegħu, il-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu jew is-setgħa amministrattiva tiegħu, bil-kundizzjoni li l-attivitajiet ikkonċernati ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sejħa għall-proposti; |
|
(g) |
lill-BEI jew lill-FEI għal azzjonijiet ta’ assistenza teknika. F’dawn il-każijiet, ma għandux ikun japplika l-Artikolu 199(1), il-punti (a) sa (d). |
Meta t-tip ta’ korp partikolari msemmi fl-ewwel paragrafu, il-punt (f), ikun Stat Membru, l-għotja tista’ tingħata wkoll mingħajr sejħa għall-proposti lill-korp innominat mill-Istat Membru, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għall-fini ta’ implimentazzjoni tal-azzjoni.
Il-każijiet imsemmija f-ewwel paragrafu, il-punti (c) u (f), għandhom jiġu ssostanzjati kif adatt fid-deċiżjoni tal-għoti.
Artikolu 199
Il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal għotja
1. L-applikazzjoni għal għotja għandha tinkludi dawn li ġejjin:
|
(a) |
informazzjoni dwar l-istatus legali tal-applikant, inkluż jekk huwiex organizzazzjoni mhux governattiva; |
|
(b) |
dikjarazzjoni fuq l-unur tal-applikant f’konformità mal-Artikolu 139(1) u dwar il-konformità mal-kriterji għall-eliġibbiltà u għall-għażla; tali dikjarazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa fil-każ ta’ applikazzjoni għal għotja ta’ valur baxx ħafna; |
|
(c) |
informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tal-applikant sabiex iwettaq l-azzjoni proposta jew il-programm ta’ ħidma propost u, jekk dan jiġi deċiż mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, dokumenti ta’ sostenn li jikkonfermaw dik l-informazzjoni, bħar-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċ sal-aħħar tliet snin finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet; Tali informazzjoni u dokumenti ta’ sostenn ma għandhomx jintalbu mill-applikanti li għalihom ma tapplikax il-verifika tal-kapaċità finanzjarja jew operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 201(5) jew (6). Barra minn hekk, ma għandhomx jintalbu dokumenti ta’ sostenn għal għotjiet ta’ valur baxx; |
|
(d) |
fejn l-applikazzjoni tkun tikkonċerna għotja għal azzjoni li l-ammont għaliha jaqbeż is-EUR 750 000 jew għotja operattiva li taqbeż il-EUR 100 000, rapport tal-awditjar prodott minn awditur estern approvat, meta dan ikun disponibbli, u dejjem f’każijiet li fihom awditu statutorju jkun meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, li jiċċertifika l-kontijiet sal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli. Fil-każijiet kollha l-oħra, l-applikant għandu jipprovdi awtodikjarazzjoni ffirmata mir-rappreżentant awtorizzat li jiċċertifika l-validità tal-kontijiet tiegħu sal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli; L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt għandu japplika biss għall-ewwel applikazzjoni li ssir minn benefiċjarju lil uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fi kwalunkwe sena finanzjarja partikolari. Fil-każ ta’ ftehimiet bejn il-Kummissjoni u għadd ta’ benefiċjarji, il-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt għandhom japplikaw għal kull benefiċjarju. Fil-każ tas-sħubijiet imsemmija fl-Artikolu 131(4), irid isir ir-rapport tal-awditjar imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, li jkopri l-aħħar sentejn finanzjarji disponibbli qabel l-iffirmar tal-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja. Skont valutazzjoni tar-riskju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jirrinunzja għall-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt għall-istabbilimenti ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ u, fil-każ ta’ ftehimiet ma’ għadd ta’ benefiċjarji, il-benefiċjarji li jkunu aċċettaw ir-responsabbiltà in solidum jew li ma ġewx attribwiti responsabbiltà finanzjarja. L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt ma għandux japplika għal persuni u entitajiet eliġibbli fl-ambitu ta’ ġestjoni indiretta sa fejn dawn ikunu f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u fl-Artikolu 157; |
|
(e) |
deskrizzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma u estimu tal-baġit, li:
Il-punti (i) u (ii) ma għandhomx japplikaw għal azzjonijiet b’diversi donaturi. Bħala deroga mill-punt (i), f’każijiet iġġustifikati kif adatt, l-estimu tal-baġit jista’ jinkludi dispożizzjonijiet għal kontinġenzi jew varjazzjonijiet possibbli fir-rati tal-kambju; |
|
(f) |
indikazzjoni tas-sorsi u tal-ammonti ta’ finanzjament tal-Unjoni riċevuti jew li għalihom saret applikazzjoni fir-rigward tal-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għall-funzjonament tal-applikant matul l-istess sena finanzjarja kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew applikat għall-istess azzjoni. |
2. L-applikazzjoni tista’ tinqasam f’diversi partijiet li jistgħu jiġu sottomessi fi stadji differenti f’konformità mal-Artikolu 203(2).
Artikolu 200
Kriterji għall-eliġibbiltà
1. Il-kriterji għall-eliġibbiltà għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għall-proposti.
2. Kwalunkwe applikant minn dawn li ġejjin għandu jkun eliġibbli għall-parteċipazzjoni f’sejħa għall-proposti:
|
(a) |
persuni ġuridiċi; |
|
(b) |
persuni fiżiċi, sa fejn dan ikun meħtieġ minħabba n-natura jew il-karatteristiċi tal-azzjoni jew tal-objettiv fil-mira tal-applikant; |
|
(c) |
entitajiet li ma għandhomx personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm ir-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jassumu obbligi legali f’isem l-entitajiet u l-entitajiet joffru garanziji għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkunu ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi. B’mod partikolari, l-applikant għandu jkollu kapaċità finanzjarja u operazzjonali ekwivalenti għal dik ta’ persuna ġuridika. Ir-rappreżentanti tal-applikant għandhom juru bil-provi li dawk il-kundizzjonijiet huma ssodisfati. |
3. Is-sejħa għall-proposti tista’ tistabbilixxi kriterji għall-eliġibbiltà addizzjonali li għandhom ikunu stabbiliti bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-għanijiet tal-azzjoni u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni.
4. Għall-finijiet tal-Artikolu 183(5) u ta’ dan l-Artikolu, il-JRC għandu jitqies bħala persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru.
Artikolu 201
Kriterji għall-għażla
1. Il-kriterji għall-għażla għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi vvalutata l-kapaċità tal-applikant li jwettaq l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma propost.
2. L-applikant għandu jkollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament għaż-żamma tal-attività tiegħu matul il-perjodu li għalih tingħata l-għotja u għandu jipparteċipa fil-finanzjament tagħha (kapaċità finanzjarja).
3. L-applikant għandu jkollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilesti l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma proposti sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-att bażiku (kapaċità operazzjonali).
4. Il-kapaċità finanzjarja u operattiva għandha tiġi verifikata b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dokument ta’ sostenn imsemmi fl-Artikolu 199.
Jekk ma jkun intalab l-ebda dokument ta’ sostenn fis-sejħa għall-proposti u jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkollu raġunijiet validi biex jiddubita l-kapaċità finanzjarja jew operazzjonali tal-applikant, huwa għandu jitlob lill-applikant jipprovdi kwalunkwe dokument adatt.
Fil-każ ta’ sħubijiet, il-verifika għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 131(6).
5. Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma għandhiex tapplika għal:
|
(a) |
persuni fiżiċi li jirċievu appoġġ għall-edukazzjoni; |
|
(b) |
persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn, bħal persuni qiegħda u refuġjati, u li jirċievu appoġġ dirett; |
|
(c) |
korpi pubbliċi, inklużi organizzazzjonijiet tal-Istati Membri; |
|
(d) |
organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
(e) |
persuni jew entitajiet li japplikaw għal tnaqqis fir-rata tal-imgħax u sussidji ta’ tariffa ta’ garanzija fejn l-objettiv ta’ dawk it-tnaqqis u sussidji huwa li dawn isaħħu l-kapaċità finanzjarja ta’ benefiċjarju jew li jiġġeneraw introjtu; |
|
(f) |
persuni jew entitajiet li japplikaw għal għotjiet ta’ valur baxx ħafna. |
Meta applikazzjoni tiġi sottomessa minn diversi applikanti, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, wara valutazzjoni tar-riskju, jiddeċiedi li jivverifika l-kapaċità finanzjarja tal-applikant ewlieni biss.
6. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, jirrinunzja għall-obbligu ta’ verifika tal-kapaċità operazzjonali tal-korpi pubbliċi, tal-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
Artikolu 202
Kriterji għall-għoti
Il-kriterji għall-għoti għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li:
|
(a) |
tiġi valutata l-kwalità tal-proposti sottomessi fid-dawl tal-objettivi u tal-prijoritajiet stabbiliti u tar-riżultati mistennija; |
|
(b) |
jingħataw għotjiet lill-azzjonijiet jew lill-programmi ta’ ħidma li jimmassimizzaw l-effettività globali tal-finanzjament tal-Unjoni; |
|
(c) |
jiġu evalwati l-applikazzjonijiet għal għotja. |
Artikolu 203
Kumitat ta’ evalwazzjoni
1. Il-proposti għandhom jiġu evalwati, abbażi ta’ kriterji għall-għażla u għall-għoti mħabbra minn qabel, bil-għan li jiġi determinat liema proposti jistgħu jiġu ffinanzjati.
2. Meta xieraq, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaqsam il-proċess f’bosta stadji proċedurali. Ir-regoli li jirregolaw il-proċess jitħabbru fis-sejħa għall-proposti.
L-applikanti li l-proposti tagħhom jiġu miċħuda fi kwalunkwe stadju għandhom jiġu infurmati f’konformità mal-paragrafu 7.
L-istess dokumenti u informazzjoni ma jkunux meħtieġa aktar minn darba matul l-istess proċedura.
3. Il-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 153 jew, fejn adatt, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jitlob lill-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali jew li jiċċara d-dokumenti ta’ sostenn sottomessi f’konformità mal-Artikolu 154. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekords adatti tal-kuntatti mal-applikanti matul il-proċedura.
4. Mat-tlestija tal-ħidma tal-kumitat ta’ evalwazzjoni, il-membri tiegħu għandhom jiffirmaw rekord tal-proposti kollha eżaminati, li jkun fih valutazzjoni tal-kwalità tagħhom u li jidentifika dawk li jistgħu jirċievu finanzjament.
Meta jkun meħtieġ, dak ir-rekord għandu jikklassifika l-proposti eżaminati, jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar l-ammont massimu li għandu jingħata u aġġustamenti mhux sostanzjali possibbli fl-applikazzjoni għal għotja.
Ir-rekord għandu jinżamm għall-possibbiltà ta’ użu futur
5. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jistieden lil applikant sabiex jaġġusta l-proposta tiegħu fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat ta’ evalwazzjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jżomm rekords adatti tal-kuntatti mal-applikanti matul il-proċedura.
6. Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu billi tal-anqas jagħti:
|
(a) |
is-suġġett u l-ammont globali tad-deċiżjoni; |
|
(b) |
l-ismijiet tal-applikanti magħżula, it-titlu tal-azzjonijiet, l-ammonti aċċettati u r-raġunijiet għal dik l-għażla, anki fejn din tkun inkonsistenti mal-opinjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni; |
|
(c) |
l-ismijiet ta’ kwalunkwe applikazzjoni miċħuda u r-raġunijiet għal dik iċ-ċaħda. |
7. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. Jekk ma tintlaqax l-għotja mitluba, l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata għandha tagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni. L-applikanti rifjutati għandhom jiġu infurmati kemm jista’ jkun malajr dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum kalendarju wara li l-informazzjoni tkun intbagħtet lill-applikanti magħżula.
8. Għall-għotjiet mogħtija skont l-Artikolu 198, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’:
|
(a) |
jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 153; |
|
(b) |
jgħaqqad il-kontenut tar-rapport tal-evalwazzjoni u tad-deċiżjoni tal-għotja f’dokument wieħed u jiffirmah. |
Artikolu 204
Ftehim ta’ għotja
1. L-għotjiet għandhom jiġu koperti minn ftehim bil-miktub.
2. Il-ftehim ta’ għotja għandu tal-anqas jinkludi dan li ġej:
|
(a) |
is-suġġett; |
|
(b) |
il-benefiċjarju; |
|
(c) |
id-durata, jiġifieri:
|
|
(d) |
deskrizzjoni tal-azzjoni jew, għal għotja operattiva, tal-programm ta’ ħidma flimkien ma’ deskrizzjoni tar-riżultati mistennija; |
|
(e) |
l-ammont massimu ta’ finanzjament tal-Unjoni espress f’euro, l-estimu tal-baġit tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma u l-forma tal-għotja; |
|
(f) |
ir-regoli dwar ir-rapportar u l-pagamenti u r-regoli dwar l-akkwist previsti fl-Artikolu 208; |
|
(g) |
l-aċċettazzjoni mill-benefiċjarju tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 129; |
|
(h) |
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-viżibbiltà tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, ħlief f’każijiet iġġustifikati kif adatt, fejn il-wiri fil-pubbliku ma jkunx possibbli jew adatt; |
|
(i) |
il-liġi applikabbli li għandha tkun il-liġi tal-Unjoni kkomplementata, fejn meħtieġ, mil-liġi nazzjonali kif speċifikat fil-ftehim tal-għotja. Tista’ ssir deroga fil-ftehimiet ta’ għotja konklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
(j) |
il-qorti jew it-tribunal tal-arbitraġġ kompetenti għas-smigħ ta’ tilwim. |
3. Obbligi pekunarji ta’ entitajiet jew ta’ persuni għajr Stati li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ ftehim tal-għotja għandhom ikunu infurzabbli f’konformità mal-Artikolu 100(2).
4. L-emendi għall-ftehimiet ta’ għotja ma għandux ikollhom l-fini jew l-effett li jagħmlu tali tibdiliet li jixħtu f’dubju d-deċiżjoni tal-għotja jew li jmorru kontra l-prinċipju tat-trattament ugwali tal-applikanti.
KAPITOLU 4
Implimentazzjoni ta’ għotjiet
Artikolu 205
Ammont tal-għotja u estensjoni tal-konstatazzjonijiet tal-awditu
1. L-ammont tal-għotja ma għandux isir finali qabel ma l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli kompetenti jkun approva r-rapporti finali u, fejn applikabbli, il-kontijiet finali, mingħajr preġudizzju għal awditi, verifiki u investigazzjonijiet sussegwenti mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata, mill-OLAF jew mill-Qorti tal-Awdituri. L-Artikolu 132(4) għandu japplika wkoll wara li l-ammont tal-għotja jkun sar definittiv.
2. Meta l-kontrolli jew l-awditi juru irregolaritajiet sistemiċi jew rikorrenti, frodi jew ksur tal-obbligi attribwibbli lill-benefiċjarju u li għandhom impatt materjali fuq l-għadd ta’ għotjiet mogħtija lil dak il-benefiċjarju f’kundizzjonijiet simili, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ għotja jew il-pagamenti skont l-għotjiet kollha kkonċernati jew, fejn adatt, jittermina l-ftehimiet ta’ għotja kkonċernati ma’ dak il-benefiċjarju, fid-dawl tas-serjetà tal-konstatazzjonijiet.
Barra minn hekk, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jnaqqas l-għotjiet, jiċħad kostijiet ineliġibbli u jirkupra l-ammonti mħallsa indebitament fir-rigward tal-għotjiet affettwati mill-irregolaritajiet sistemiċi jew rikorrenti, minn frodi jew ksur tal-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu li jistgħu jkunu soġġetti għal awditi, verifiki u investigazzjonijiet f’konformità mal-ftehimiet ta’ għotja affettwati.
3. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiddetermina l-ammonti li għandhom jitnaqqsu jew jiġu rkuprati, kulfejn ikun possibbli u prattikabbli, fuq il-bażi tal-kostijiet iddikjarati indebitament bħala eliġibbli għal kull għotja kkonċernata, wara l-aċċettazzjoni tar-rapporti u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji riveduti ppreżentati mill-benefiċjarji.
4. Meta ma jkunx possibbli jew prattikabbli li jkun kwantifikat eżatt l-ammont tal-kostijiet ineliġibbli għal kull għotja kkonċernata, l-ammonti li għandhom jitnaqqsu jew jiġu rkuprati jistgħu jiġu determinati billi ssir estrapolazzjoni tar-rata tat-tnaqqis jew ta’ rkupru applikata għall-għotjiet li fihom ikunu nstabu irregolaritajiet sistemiċi jew rikorrenti, frodi jew ksur tal-obbligi, jew, meta l-kostijiet ineliġibbli ma jkunux jistgħu jservu ta’ bażi għad-determinazzjoni tal-ammonti li jridu jitnaqqsu jew jiġu rkuprati, billi tiġi applikata rata fissa, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità li jipproponi metodu jew rata alternattivi debitament sostanzjati qabel ma jsir it-tnaqqis jew l-irkupru.
Artikolu 206
Dokumenti ta’ sostenn għat-talbiet għall-pagament
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jispeċifika d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa li jakkumpanjaw it-talbiet għall-pagament.
2. Għal kull għotja, il-prefinanzjament jista’ jinqasam f’diversi pagamenti parzjali f’konformità mal-ġestjoni finanzjarja tajba. It-talba għal pagament parzjali tal-prefinanzjament ulterjuri għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tal-benefiċjarju dwar il-konsum ta’ prefinanzjament preċedenti. Il-pagament parzjali għandu jitħallas bis-sħiħ jekk tal-anqas ikun ġie kkonsmat 70 % tal-ammont totali ta’ kwalunkwe prefinanzjament preċedenti. Inkella, il-pagament parzjali għandu jitnaqqas bl-ammonti li għad għandhom jiġu kkonsmati sakemm jintlaħaq dak il-limitu.
3. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jipprovdi dokumenti ta’ sostenn, il-benefiċjarju għandu jiċċertifika fuq l-unur tiegħu li l-informazzjoni li hemm fit-talbiet għall-pagament hija sħiħa, affidabbli u vera. Il-benefiċjarju għandu jiċċertifika wkoll li l-kostijiet imġarrba huma eliġibbli f’konformità mal-ftehim ta’ għotja u li t-talbiet għall-pagament ikunu sostanzjati minn dokumenti ta’ sostenn adegwati li jistgħu jiġu vverifikati.
4. Ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma u l-kontijiet sottostanti jista’ jintalab mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli b’appoġġ għall-pagamenti interim jew il-pagamenti tal-bilanċi ta’ kwalunkwe ammont. Tali ċertifikat għandu jintalab fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-ammont tal-għotja, l-ammont tal-pagament, in-natura tal-benefiċjarju u n-natura tal-attivitajiet appoġġjati.
Iċ-ċertifikat għandu jkun prodott minn awditur estern approvat jew, fil-każ ta’ korpi pubbliċi, minn uffiċjal pubbliku kompetenti u indipendenti.
Iċ-ċertifikat għandu jiċċertifika, f’konformità ma’ metodoloġija approvata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u fuq il-bażi ta’ proċeduri maqbula u li jkunu konformi ma’ standards internazzjonali, li l-kostijiet iddikjarati mill-benefiċjarju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li fuqhom tkun ibbażata t-talba għall-pagament huma veri, irreġistrati b’mod preċiż u eliġibbli f’konformità mal-ftehim ta’ għotja. F’każijiet speċifiċi u debitament iġġustifikati, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jitlob iċ-ċertifikat fil-forma ta’ opinjoni jew format ieħor f’konformità mal-istandards internazzjonali.
5. Rapport ta’ verifika operazzjonali, magħmul minn parti terza indipendenti approvata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jista’ jintalab mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli b’appoġġ għal kwalunkwe pagament, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji. Ir-rapport ta’ verifika operazzjonali għandu jiddikjara li l-verifika operazzjonali tkun saret f’konformità ma’ metodoloġija approvata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u jekk fil-verità, l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma jkunux ġew implimentati f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja.
Artikolu 207
Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi
Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma tkun tirrikjedi li jingħata appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, il-benefiċjarju jista’ jagħti tali appoġġ finanzjarju jekk il-kundizzjonijiet għal tali għoti tat-tali appoġġ ikunu ddefiniti fil-ftehim ta’ għotja bejn il-benefiċjarju u l-Kummissjoni, mingħajr marġni għal diskrezzjoni mill-benefiċjarju.
Ebda marġni għal diskrezzjoni ma għandha titqies li teżisti jekk il-ftehim tal-għotja jispeċifika dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-ammont massimu tal-appoġġ finanzjarju li jista’ jitħallas lil parti terza li ma għandux jaqbeż EUR 60 000 u l-kriterji biex ikun iddeterminat l-ammont preċiż. |
|
(b) |
it-tipi differenti ta’ attivitajiet li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju, fuq il-bażi ta’ lista fissa; |
|
(c) |
id-definizzjoni tal-persuni jew tal-kategoriji ta’ persuni li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju u l-kriterji biex jingħata. |
Il-limitu msemmi fit-tieni paragrafu, il-punt (a), jista’ jinqabeż fil-każ ta’ għajnuna umanitarja, operazzjonijiet ta’ appoġġ ta’ emerġenza, operazzjonijiet ta’ protezzjoni ċivili, għajnuna għall-ġestjoni ta’ kriżijiet jew meta l-ksib tal-objettivi tal-azzjonijiet jkun altrimenti impossibbli jew ikun diffiċli wisq.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-każijiet imsemmija fit-tielet paragrafu dan l-Artikolu fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 74(9).
Artikolu 208
Kuntratti ta’ implimentazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE, fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tenħtieġ l-għoti ta’ kuntratt , il-benefiċjarju jista’ jagħti l-kuntratt f’konformità mal-prattiki ta’ xiri normali tiegħu dment li l-kuntratt jingħata lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża jew, kif adatt, lill-offerta li toffri l-aktar prezz baxx, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess.
2. Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt b’valur ta’ aktar minn EUR 60 000, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, jekk debitament iġġustifikat, jeħtieġ li l-benefiċjarju jikkonforma ma’ regoli speċjali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1.
Dawn ir-regoli speċjali għandhom ikunu bbażati fuq ir-regoli li jinsabu f’dan ir-Regolament u għandhom ikunu proporzjonati għall-valur tal-kuntratti kkonċernati, għad-daqs relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-kost totali tal-azzjoni u għar-riskju. Dawn ir-regoli speċjali għandhom jiġu inklużi fil-ftehim ta’ għotja.
TITOLU IX
PREMJIJIET
Artikolu 209
Regoli ġenerali
1. Il-premjijiet għandhom jingħataw skont il-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali u għandhom jippromwovu il-ksib tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni.
2. Il-premjijiet ma għandhomx jingħataw direttament mingħajr kompetizzjoni.
Il-kompetizzjonijiet għal premjijiet b’valur unitarju ta’ EUR 1 000 000 jew aktar jistgħu jiġu pubblikati biss meta dawk il-premjijiet jissemmew fid-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 110 u wara li tkun ġiet ippreżentata informazzjoni dwar tali premjijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. L-ammont tal-premju ma għandux ikun marbut mal-kostijiet imġarrba mir-rebbieħ.
4. Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma tirrikjedi li jingħataw premjijiet lil partijiet terzi minn benefiċjarju, dak il-benefiċjarju jista’ jagħti tali premjijiet dment li l-kriterji għall-eliġibbiltà u għall-għoti, l-ammont jew it-tip tal-premjijiet u l-arranġamenti tal-pagament jew tal-konsenja jkunu ddefiniti fil-ftehim tal-għotja bejn il-benefiċjarju u l-Kummissjoni, bl-ebda marġni diskrezzjonali.
Artikolu 210
Regoli tal-kompetizzjoni, tal-għotja u tal-pubblikazzjoni
1. Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet għandhom:
|
(a) |
jispeċifikaw il-kriterji għall-eliġibbiltà; |
|
(b) |
jispeċifikaw l-arranġamenti u d-data finali għar-reġistrazzjoni tal-applikanti, jekk meħtieġ, u għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet; |
|
(c) |
jispeċifikaw il-kriterji għall-esklużjoni kif stabbilit fl-Artikolu 138 u r-raġunijiet għaċ-ċaħda stabbiliti fl-Artikolu 143; |
|
(d) |
jipprevedu l-unika obbligazzjoni tal-applikant fil-każ ta’ talba relatata mal-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kompetizzjoni; |
|
(e) |
jipprevedu l-aċċettazzjoni mir-rebbieħa tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 128 u tal-obbligi pubbliċitarji kif speċifikat fir-regoli tal-kompetizzjoni; |
|
(f) |
jispeċifikaw il-kriterji għall-għoti, li għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi vvalutata l-kwalità tal-applikazzjonijiet fir-rigward tal-objettivi segwiti u r-riżultati mistennija u biex jiġi stabbilit b’mod oġġettiv jekk l-applikazzjonijiet jissodisfawx il-kriterji; |
|
(g) |
jispeċifikaw l-ammont jew it-tip tal-premju jew tal-premjijiet; |
|
(h) |
jispeċifikaw l-arranġamenti għall-pagament jew il-konsenja tal-premjijiet lir-rebbieħa wara l-għoti tagħhom. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-benefiċjarji għandhom ikunu eliġibbli, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fir-regoli tal-kompetizzjoni.
L-Artikolu 197(3) għandu japplika mutatis mutandis għall-pubblikazzjoni tal-kompetizzjonijiet.
2. Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-tħassir tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari meta ma jkunux jistgħu jintlaħqu l-objettivi tagħha.
3. Il-premjijiet għandhom jingħataw mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli wara evalwazzjoni mill-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 153.
L-Artikolu 203(4) u (6) għandu japplika mutatis mutandis għad-deċiżjoni tal-għoti.
4. L-applikanti għandhom jiġu informati kemm jista’ jkun malajr dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum kalendarju wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni tal-għoti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.
Id-deċiżjoni li jingħata l-premju għandha tiġi notifikata lill-applikant rebbieħ u għandha sservi bħala l-impenn legali.
5. Il-premjijiet kollha mogħtija matul sena finanzjarja għandhom jiġu pubblikati f’konformità mal-Artikolu 38(1) u (4).
Wara l-pubblikazzjoni, meta tintalab mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tibgħatilhom rapport dwar:
|
(a) |
l-għadd ta’ applikanti fis-sena ta’ qabel; |
|
(b) |
l-għadd ta’ applikanti u l-perċentwal ta’ applikazzjonijiet aċċettati għal kull kompetizzjoni; |
|
(c) |
lista tal-esperti li ħadu sehem fil-kumitati ta’ evalwazzjoni fis-sena ta’ qabel, flimkien ma’ referenza għall-proċedura għall-għażla tagħhom. |
TITOLU X
STRUMENTI FINANZJARJI, GARANZIJI BAĠITARJI U ASSISTENZA FINANZJARJA
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 211
Kamp ta’ applikazzjoni u implimentazzjoni
1. Meta jirriżulta li dan ikun il-mod l-aktar adatt biex jinkisbu objettivi ta’ politika tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tistabbilixxi strumenti finanzjarji jew tipprovdi garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja b’appoġġ mill-baġit permezz ta’ att bażiku li jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-perjodu ta’ implimentazzjoni tagħhom.
2. L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-istrumenti finanzjarji, għall-garanziji baġitarji jew għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni. Jekk ikunu awtorizzati mill-att bażiku, partijiet terzi jistgħu jikkontribwixxu wkoll.
3. Meta l-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji jiġu implimentati b’ġestjoni diretta, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mutatis mutandis mal-Artikolu 158(2) fir-rigward tal-intermedjarji finanzjarji u r-riċevituri finali.
4. Meta l-istrumenti finanzjarji jkunu implimentati permezz ta’ ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, għandhom japplikaw regoli speċifiċi għas-settur.
5. Meta l-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji jkunu implimentati b’ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehimiet ma’ entitajiet skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c)(ii), (iii), (v) u (vi). Meta s-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri ta’ dawn l-entitajiet ikunu ġew ivvalutati skont l-Artikolu 157(3) u (4), huma jistgħu jiddependu għalkollox fuq dawn is-sistemi, regoli u proċeduri. Dawn l-entitajiet jistgħu, meta jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji b’ġestjoni indiretta, jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji li għandhom jintgħażlu skont proċeduri ekwivalenti għal dawk applikati mill-Kummissjoni. Dawn l-entitajiet għandhom jittrasponu r-rekwiżiti skont l-Artikolu 158(2) f’dawk il-ftehimiet.
Il-Kummissjoni għandha tibqa’ responsabbli biex tiggarantixxi li l-qafas ta’ implimentazzjoni għall-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jkunu jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u jsostni l-ksib tal-objettivi ta’ politika definiti u fil-limiti ta’ żmien stipulat, miżurabbli f’termini ta’ outputs u/jew riżultati. Il-Kummissjoni tkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali u kuntrattwali tal-entitajiet fdati, f’konformità mal-liġi applikabbli u mal-Artikolu 129.
Meta pajjiżi terzi jikkontribwixxu għall-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji skont il-paragrafu 2, l-att bażiku jista’ jippermetti l-ħatra ta’ entitajiet ta’ implimentazzjoni jew kontropartijiet eliġibbli mill-pajjiżi kkonċernati.
6. Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha aċċess sħiħ għal kwalunkwe informazzjoni relatata mal-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja, inkluż permezz ta’ kontrolli fuq il-post.
Il-Qorti tal-Awdituri għandha tkun l-awditur estern responsabbli mill-proġetti u l-programmi appoġġjati minn strument finanzjarju, garanzija baġitarja jew assistenza finanzjarja.
Artikolu 212
Prinċipji u kundizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji
1. L-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji għandhom jintużaw f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, trasparenza, proporzjonalità, nondiskriminazzjoni, trattament ugwali u sussidjarjetà, u f’konformità mal-objettivi tagħhom.
2. L-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji għandhom:
|
(a) |
jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u jipprovdu appoġġ, b’mod proporzjonat, biss lil riċevituri finali li jitqiesu ekonomikament vijabbli skont standards aċċettati fil-livell internazzjonali fiż-żmien l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni; |
|
(b) |
jiksbu addizzjonalità billi jipprevjenu s-sostituzzjoni ta’ appoġġ u investiment potenzjali minn sorsi oħra pubbliċi jew privati; |
|
(c) |
ma jfixklux il-kompetizzjoni fis-suq intern u jkunu konsistenti mar-regoli tal-għajnuna tal-Istat; |
|
(d) |
jiksbu effett ta’ ingranaġġ u ta’ multiplikatur, b’medda ta’ valuri fil-mira bbażata fuq evalwazzjoni ex ante għall-istrument finanzjarju jew għall-garanzija baġitarja korrispondenti, billi jimmobilizzaw investiment globali li jaqbeż id-daqs tal-kontribuzzjoni jew il-garanzija tal-Unjoni, inkluż, fejn adatt, il-massimizzazzjoni tal-investiment privat; |
|
(e) |
jiġu implimentati b’mod li jiżgura li jkun hemm interess komuni tal-entitajiet jew tal-kontropartijiet ta’ implimentazzjoni involuti fl-implimentazzjoni fil-ksib tal-objettivi ta’ politika definiti fl-att bażiku rilevanti, b’dispożizzjonijiet dwar pereżempju koinvestiment, rekwiżiti tal-qsim tar-riskju jew inċentivi finanzjarji, filwaqt li jipprevjenu kunflitt ta’ interess ma’ attivitajiet oħra tal-entitajiet jew tal-kontropartijiet; |
|
(f) |
jipprevedu remunerazzjoni tal-Unjoni li tkun konsistenti mal-qsim ta’ riskju fost il-parteċipanti finanzjarji u l-objettivi ta’ politika tal-istrument finanzjarju jew tal-garanzija baġitarja; |
|
(g) |
fejn tkun dovuta remunerazzjoni tal-entitajiet ta’ implimentazzjoni jew tal-kontropartijiet involuti fl-implimentazzjoni, jipprevedu li tali remunerazzjoni tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni u tinkludi:
Spejjeż eċċezzjonali jistgħu jiġu rimborżati f’każijiet debitament ġustifikati; |
|
(h) |
ikunu bbażati fuq evalwazzjonijiet ex ante , b’mod individwali jew bħala parti minn programm, skont l-Artikolu 34, li jinkludu spjegazzjonijiet dwar l-għażla tat-tip ta’ operazzjoni finanzjarja filwaqt li jieħdu kont tal-objettivi ta’ politika segwiti u r-riskji finanzjarji assoċjati u l-flus iffrankati għall-baġit. |
L-evalwazzjonijiet imsemmija f-ewwel subparagrafu, il-punt (h), għandhom jiġu riveduti u aġġornati biex jieħdu kont tal-effett ta’ bidliet soċjoekonomiċi maġġuri fuq il-loġika tal-istrument finanzjarju jew tal-garanzija baġitarja.
3. Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi għas-settur għall-ġestjoni kondiviża, id-dħul, inklużi dividendi, qligħ kapitali, tariffi ta’ garanzija u imgħax fuq self u fuq ammonti f’kontijiet fiduċjarji mħallsa lura lill-Kummissjoni jew fuq kontijiet fiduċjarji miftuħa għal strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji u attribwibbli għas-sostenn mill-baġit taħt strument finanzjarju jew garanzija baġitarja, għandu jiddaħħal fil-baġit wara t-tnaqqis ta’ kostijiet u tariffi tal-ġestjoni.
Il-pagamenti mill-ġdid annwali, inkluż il-pagamenti mill-ġdid kapitali, il-garanziji rilaxxati, u l-pagamenti mill-ġdid tal-prinċipal tas-self, imħallsa lura lill-Kummissjoni jew lil kontijiet fiduċjarji miftuħa għall-istrumenti finanzjarji jew għall-garanziji baġitarji u attribwibbli għas-sostenn mill-baġit skont strument finanzjarju jew garanzija baġitarja, għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat intern f’konformità mal-Artikolu 21(3), il-punt (f), u għandhom jintużaw għall-istess strument finanzjarju jew garanzija baġitarja, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 218(4), għal perjodu mhux itwal mill-perjodu għall-impenn baġitarju b’sentejn miżjuda, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’att bażiku.
Il-Kummissjoni għandha tqis tali dħul assenjat intern meta tipproponi l-ammont għal allokazzjonijiet futuri għal strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji.
Minkejja t-tieni subparagrafu, l-ammont pendenti ta’ dħul awtorizzat assenjat skont att bażiku li għandu jitħassar jew jiġi terminat jista’ wkoll ikun assenjat lil strument finanzjarju ieħor li jsegwi objettivi simili, fejn dan ikun previst fl-att bażiku li jistabbilixxi dak l-istrument finanzjarju.
4. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għal strument finanzjarju, għal garanzija baġitarja jew għal assistenza finanzjarja għandu jipproduċi dikjarazzjoni finanzjarja li tkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru, f’konformità mal-Artikolu 249 u f’konformità mar-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 80 u fl-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS).
Għall-istrumenti finanzjarji u għall-garanziji baġitarji implimentati b’ġestjoni indiretta, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji mhux awditjati li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru mħejjija skont ir-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 80 u skont l-IPSAS, kif ukoll kull tagħrif meħtieġ għall-produzzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 82(2), jiġu pprovduti mill-entitajiet skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c)(ii), (iii) (v) u (vi), sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara u li jiġu pprovduti dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati minn dawk l-entitajiet sal-15 ta’ April tas-sena finanzjarja ta’ wara.
5. Meta l-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji jkunu kkombinati fi ftehim wieħed b’appoġġ anċillari mill-baġit, inklużi għotjiet, dan it-Titolu għandu japplika għall-miżura kollha. Ir-rapportar għandu jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 41(4) u (5) u għandu jidentifika b’mod ċar liema partijiet tal-miżura huma strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji.
Artikolu 213
Obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni
1. L-obbligazzjoni finanzjarja u l-pagamenti netti aggregati mill-baġit ma għandhomx jeċċedu fi kwalunkwe ħin:
|
(a) |
għall-istrumenti finanzjarji: l-ammont tal-impenn baġitarju rilevanti li sar għalihom; |
|
(b) |
għall-garanziji baġitarji: l-ammont tal-garanzija baġitarja awtorizzata mill-att bażiku; |
|
(c) |
għall-assistenza finanzjarja: l-ammont massimu ta’ fondi li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissellef għall-finanzjament tal-assistenza finanzjarja kif awtorizzat mill-att bażiku, u l-imgħax rilevanti. |
2. Il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja jistgħu jiġġeneraw obbligazzjoni kontinġenti għall-Unjoni li għandha biss tiżboq l-assi finanzjarji pprovduti biex ikopru l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni jekk dan ikun previst f’att bażiku li jistabbilixxi garanzija baġitarja jew assistenza finanzjarja u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
3. Għall-finijiet tal-valutazzjoni annwali prevista fl-Artikolu 256, l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-garanziji baġitarji jew mill-assistenza finanzjarja mġarrba mill-baġit għandhom jitqiesu bħala sostenibbli, jekk l-evoluzzjoni pluriennali prevista tagħhom hija kompatibbli mal-limiti ffissati mir-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali previst fl-Artikolu 312(2) TFUE u l-limitu massimu fuq approprjazzjonijiet ta’ pagament annwali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053.
Artikolu 214
Proviżjonament ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji
1. Għal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi, att bażiku għandu jistipula rata ta’ proviżjonament bħala perċentwal mill-ammont tal-obbligazzjoni finanzjarja awtorizzata. Dak l-ammont għandu jeskludi l-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 211(2).
L-att bażiku għandu jipprovdi għar-rieżami tar-rata ta’ proviżjonament tal-anqas kull tliet snin.
2. L-istabbiliment ta’ rata ta’ proviżjonament għandu jkun iggwidat minn valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva mill-Kummissjoni tar-riskji finanzjarji li jirriżultaw minn garanzija baġitarja jew minn assistenza finanzjarja lil pajjiż terz f’konformità mal-prinċipju ta’ prudenza, li bih l-assi u l-profitti ma għandhomx ikunu sopravalutati u l-obbligazzjonijiet u t-telf ma għandhomx jiġu sottovalutati.
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att bażiku li jistabbilixxi l-garanzija baġitarja jew l-assistenza finanzjarja lil pajjiż terz, ir-rata ta’ proviżjonament għandha tkun ibbażata fuq il-proviżjonament globali meħtieġ minn qabel biex ikopri t-telf nett mistenni u barra minn hekk buffer ta’ sikurezza adegwata. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-proviżjonament globali għandu jkun kostitwit fuq il-perjodu ta’ żmien previst fid-dikjarazzjoni finanzjarja rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 35.
3. Għal strument finanzjarju għandu jiġi previst proviżjonament, fejn adatt, sabiex iwieġeb għal pagamenti futuri relatati ma’ impenn baġitarju ta’ dak l-istrument finanzjarju.
4. Ir-riżorsi li ġejjin għandhom jikkontribwixxu għall-proviżjonament:
|
(a) |
kontribuzzjonijiet mill-baġit, filwaqt li jkun hemm rispett sħiħ għar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali u wara li jiġu eżaminati l-possibbiltajiet għar-riallokazzjonijiet; |
|
(b) |
ritorni fuq investimenti tar-riżorsi miżmuma fil-fond ta’ proviżjonament komuni; |
|
(c) |
ammonti rkuprati minn debituri inadempjenti f’konformità mal-proċedura ta’ rkupru stabbilita fil-garanzija jew fil-ftehim tas-self; |
|
(d) |
dħul u kwalunkwe pagament ieħor riċevut mill-Unjoni f’konformità mal-garanzija jew il-ftehim tas-self; |
|
(e) |
fejn applikabbli, kontribuzzjonijiet fi flus minn Stati Membri u partijiet terzi skont l-Artikolu 211(2). |
Huma biss ir-riżorsi msemmija f-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d),ta’ dan il-paragrafu li għandu jittieħed kont tagħhom għall-kalkolu tal-proviżjonament li jirriżulta mir-rata ta’ proviżjonament imsemmija fil-paragrafu 1.
5. Il-proviżjonament għandu jintuża għall-pagament ta’:
|
(a) |
attivazzjoni tal-garanzija baġitarja; |
|
(b) |
obbligi ta’ pagament relatati ma’ impenn baġitarju għal strument finanzjarju; |
|
(c) |
obbligi finanzjarji li jirriżultaw mit-teħid b’self ta’ fondi skont l-Artikolu 223(1); |
|
(d) |
fejn applikabbli, spejjeż oħrajn assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, ta’ garanziji baġitarji u ta’ assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi. |
6. Meta l-provvedimenti għal garanzija baġitarja jaqbżu l-ammont ta’ proviżjonament li jirriżulta mir-rata ta’ proviżjonament msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jintużaw ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b), (c) u (d), ta’ dan l-Artikolu relatati ma’ dik il-garanzija fil-limiti tal-perjodu eliġibbli previst mill-att bażiku, madankollu, mhux lil hinn mill-fażi tal-kostituzzjoni tal-proviżjonament, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 216(4), biex tiġi restawrata il-garanzija baġitarja sal-ammont inizjali tagħha.
7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih u tista’ tipproponi miżuri ta’ rikostituzzjoni adegwati jew żieda tar-rata ta’ proviżjonament fejn:
|
(a) |
minħabba attivazzjoni tal-garanzija baġitarja, il-livell ta’ provvedimenti għal dik il-garanzija baġitarja jaqa’ taħt il-50 % tar-rata ta’ proviżjonament imsemmija fil-paragrafu 1, u għal darb’oħra fejn dan jaqa’ taħt it-30 % ta’ dik ir-rata ta’ proviżjonament, jew fejn dan jista’ jaqa’ taħt kwalunkwe wieħed minn dawk il-perċentwali fi żmien sena skont valutazzjoni tar-riskju mill-Kummissjoni; |
|
(b) |
pajjiż li jibbenefika mill-assistenza finanzjarja mill-Unjoni jonqos milli jħallas mal-maturità. |
Artikolu 215
Fond ta’ proviżjonament komuni
1. Il-provvedimenti magħmula biex ikopru l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja għandhom jinżammu f’fond ta’ proviżjonament komuni.
Il-ġestjoni finanzjarja tal-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni tiġi fdata lill-Kummissjoni.
2. Il-profitti jew it-telf globali mill-investiment tar-riżorsi miżmuma fil-fond ta’ proviżjonament komuni għandhom ikunu allokati b’mod proporzjonat bejn l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji jew l-assistenza finanzjarja rispettiva.
Il-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jżomm ammont minimu ta’ riżorsi tal-fond fi flus jew ekwivalenti ta’ flus f’konformità mar-regoli prudenzjali u l-previżjonijiet għall-pagamenti pprovduti mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, tal-garanziji baġitarji jew tal-assistenza finanzjarja.
Il-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni jista’ jidħol fi ftehimiet ta’ riakkwist, bir-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni bħala kollateral, biex jagħmel pagamenti mill-fond meta din il-proċedura tkun raġonevolment mistennija li tkun aktar ta’ benefiċċju għall-baġit mill-iżvestiment tar-riżorsi fil-perjodu ta’ żmien tat-talba għall-pagament. Id-durata jew il-perjodu ta’ riport ta’ ftehimiet ta’ riakkwist relatati ma’ pagament għandhom ikunu limitati għall-minimu neċessarju sabiex jiġi mminimizzat it-telf għall-baġit.
3. Skont l-Artikolu 77(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d),u l-Artikolu 86(1) u (2), l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu applikati għall-operazzjonijiet ta’ dħul u ta’ nefqa u, bi ftehim mal-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fondi ta’ proviżjonament komuni, għall-assi u l-obbligazzjonijiet relatati mal-fond ta’ proviżjonament komuni.
4. Fil-każijiet eċċezzjonali fejn il-Kummissjoni tkun għamlet trasferiment kif imsemmi fl-Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g), il-Kummissjoni għandha tinforma b’mod immedjat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan, u għandha tipproponi b’mod urġenti l-miżuri meħtieġa biex jirrestawra il-partita baġitarja tal-garanzija li minnha jkun sar it-trasferiment, filwaqt li jkun hemm rispett sħiħ għal-limiti massimi previsti fir-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali.
Artikolu 216
Rata ta’ proviżjonament effettiva
1. Il-proviżjonament ta’ garanziji baġitarji u ta’ assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi fil-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jkun ibbażat fuq rata ta’ proviżjonament effettiva. Dik ir-rata għandha tipprovdi livell ta’ protezzjoni kontra l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal-livell li jkun ipprovdut mir-rati ta’ proviżjonament rispettivi jekk ir-riżorsi jinżammu u jiġu ġestiti b’mod separat.
2. Ir-rata ta’ proviżjonament effettiva applikabbli għandha tkun perċentwal ta’ kull rata ta’ proviżjonament inizjali determinata skont l-Artikolu 214(2), it-tieni subparagrafu. Hija għandha tapplika biss għall-ammont ta’ riżorsi fil-fond ta’ proviżjonament komuni previst għall-pagament tal-attivazzjoni ta’ garanzija fuq perjodu ta’ sena. Hija għandha tipprevedi proporzjon, fil-forma ta’ perċentwal, bejn l-ammont ta’ flus u ekwivalenti ta’ flus fil-fond ta’ proviżjonament komuni meħtieġ biex tiġi onorata l-attivazzjoni għal pagament ta’ garanzija u l-ammont totali ta’ flus u ekwivalenti ta’ flus li jkun meħtieġ f’kull fond ta’ garanzija biex tiġi onorata l-attivazzjoni għal pagament ta’ garanzija, li kieku r-riżorsi kienu miżmuma u mmaniġġati separatament, meta ż-żewġ ammonti jirrappreżentaw riskju ta’ likwidità ekwivalenti. Dak il-proporzjon ma għandux ikun inqas minn 95 %. Il-kalkolu tar-rata ta’ proviżjonament effettiva għandu jqis:
|
(a) |
il-previżjoni tal-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ mill-fond ta’ proviżjonament komuni, filwaqt li titqies il-fażi inizjali tal-kostituzzjoni ta’ proviżjonament globali skont l-Artikolu 214(2), it-tieni subparagrafu; |
|
(b) |
il-korrelazzjoni ta’ riskju fost il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi; |
|
(c) |
il-kundizzjonijiet tas-suq. |
Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Lulju 2020, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 275 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’kundizzjonijiet dettaljati għall-kalkolu tar-rata ta’ proviżjonament effettiva, inkluż metodoloġija għal dak il-kalkolu.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 275 biex temenda l-proporzjon minimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-operazzjoni tal-fond ta’ proviżjonament komuni filwaqt li jinżamm approċċ prudenti skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Il-proporzjon minimu ma għandux jiġi ffissat għal livell aktar baxx minn 85 %.
3. Ir-rata ta’ proviżjonament effettiva għandha tiġi kalkulata kull sena mill-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni u għandha tkun ir-referenza għall-kalkolu tal-Kummissjoni tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit skont l-Artikolu 215(4), il-punt (a), u sussegwentement, il-paragrafu 4, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu.
4. Wara l-kalkolu tar-rata ta’ proviżjonament effettiva annwali f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom isiru l-operazzjonijiet li ġejjin fil-kuntest tal-proċedura baġitarja u jiġu ppreżentati fid-dokument ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 41(5), il-punt (h):
|
(a) |
kull surplus ta’ provvedimenti għal garanzija baġitarja jew assistenza finanzjarja lil pajjiż terz għandu jiġi restitwit lill-baġit; |
|
(b) |
kwalunkwe rikostituzzjoni tal-fond għandha titwettaq f’segmenti annwali matul perjodu massimu ta’ tliet snin, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 214(6). |
5. Wara li tkun ikkonsultat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-linji gwida applikabbli għall-ġestjoni tar-riżorsi fil-fond ta’ proviżjonament komuni f’konformità mar-regoli prudenzjali adatti u bl-esklużjoni ta’ operazzjonijiet derivattivi għal finijiet spekulattivi. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu mehmuża mal-ftehim mal-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni.
Kull tliet snin għandha ssir evalwazzjoni indipendenti tal-adegwatezza tal-linji gwida u tiġi trażmessa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 217
Rapportar annwali
1. Minbarra l-obbligu ta’ rappurtar stabbilit fl-Artikolu 256, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fond ta’ proviżjonament komuni.
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja, il-prestazzjoni u r-riskju tal-fond ta’ proviżjonament komuni fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti kif ukoll il-flussi finanzjarji fil-fond ta’ proviżjonament komuni matul is-sena kalendarja preċedenti, it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-iskopertura għar-riskju finanzjarju tal-Unjoni.
KAPITOLU 2
Dispożizzjonijiet speċifiċi
Artikolu 218
Regoli u implimentazzjoni
1. Minkejja l-Artikolu 211(1), l-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu stabbiliti, f’każijiet debitament ġustifikati, mingħajr ma jkunu awtorizzati permezz ta’ att bażiku, dment li tali strumenti jkunu inklużi fl-abbozz ta’ baġit f’konformità mal-Artikolu 41(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e).
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura ġestjoni armonizzata u simplifikata tal-istrumenti finanzjarji, b’mod partikolari fil-qasam tal-kontabbiltà, ir-rapportar, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tar-riskju finanzjarju.
3. Meta l-Unjoni tieħu sehem fi strument finanzjarju bħala azzjonist ta’ minoranza, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità ma’ dan it-Titolu f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, fuq il-bażi tad-daqs u tal-valur tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-istrument. Madankollu, irrispettivament mid-daqs u l-valur tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-istrument, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konformità mal-Artikoli 129 u 158, l-Artikolu 212(2) u (4), l-Artikolu 41(4) u, sa fejn huma kkonċernati s-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), il-punt (d), it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V.
4. Meta l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqisu li strument finanzjarju jkun għadu ma laħaqx l-objettivi tiegħu b’mod effikaċi, dawn jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal att bażiku rivedut bil-ħsieb li jiġi stralċat l-istrument. Fil-każ ta’ stralċ tal-istrument finanzjarju, kwalunkwe ammont ġdid imħallas lura lill-istrument skont l-Artikolu 212(3) għandu jitqies bħala dħul ġenerali u jiġi ritornat lill-baġit.
5. Il-fini tal-istrumenti finanzjarji jew ta’ raggruppament ta’ strumenti finanzjarji fuq livell ta’ faċilità u, fejn ikun applikabbli, il-forma ġuridika speċifika u l-post tar-reġistrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
6. L-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni ta’ istrumenti finanzjarji jistgħu jiftħu kontijiet fiduċjarji fis-sens tal-Artikolu 85(3) f’isem l-Unjoni. Dawk l-entitajiet għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet korrispondenti lis-servizz responsabbli tal-Kummissjoni. Pagamenti lill-kontijiet fiduċjarji għandhom isiru mill-Kummissjoni fuq il-bażi tat-talbiet għall-pagament li jkunu debitament issostanzjati bi previżjonijiet tal-iżborż, billi jitqiesu l-bilanċi disponibbli fil-kontijiet fiduċjarji u l-ħtieġa li jkunu evitati bilanċi eċċessivi fuq tali kontijiet.
Artikolu 219
Strumenti finanzjarji implimentati direttament mill-Kummissjoni
1. L-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġu implimentati direttament skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), permezz ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
veikolu ta’ investiment iddedikat li fih il-Kummissjoni tieħu sehem flimkien ma’ investituri pubbliċi jew privati oħrajn bil-għan li żżid l-effett ta’ ingranaġġ tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni; |
|
(b) |
self, garanziji, parteċipazzjonijiet fl-ekwità u strumenti oħrajn għall-kondiviżjoni tar-riskju minbarra investimenti f’veikoli ta’ investiment iddedikati, ipprovduti direttament lir-riċevituri finali jew permezz ta’ intermedjarji finanzjarji. |
2. Veikoli ta’ investiment iddedikati msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandhom ikunu stabbiliti skont il-liġijiet ta’ Stat Membru. Fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, jistgħu jkunu stabbiliti wkoll skont il-liġijiet ta’ pajjiż li mhuwiex Stat Membru. Il-maniġers ta’ tali veikoli għandhom ikunu obbligati bil-liġi jew b’kuntratt sabiex jaġixxu bid-diliġenza ta’ maniġer professjonali u bona fide.
3. Il-maniġers tal-veikoli ta’ investiment iddedikati msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), u l-intermedjarji finanzjarji jew ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji għandhom jintgħażlu billi jittieħed kont debitu tan-natura tal-istrument finanzjarju li jrid jiġi implimentat, l-esperjenza u l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-entitajiet ikkonċernati, u l-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti tar-riċevituri finali. L-għażla għandha tkun trasparenti, iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta’ interess.
Artikolu 220
Kombinament ma’ fondi implimentati b’ġestjoni kondiviża
1. Għandhom jinżammu rekords separati f’każ ta’ kombinament ta’ fondi implimentati b’ġestjoni kondiviża b’appoġġ minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont din it-Taqsima.
2. Fondi implimentati b’ġestjoni kondiviża għandhom jitqiegħdu f’kontijiet separati u jintużaw f’konformità mal-objettivi tal-fondi rispettivi għall-azzjonijiet u għar-riċevituri finali b’mod konsistenti mal-programm jew mal-programmi li minnhom isiru l-kombinamenti.
3. Rigward il-kombinamenti ta’ fondi implimentati b’ġestjoni kondiviża b’sostenn minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont din it-Taqsima, għandhom japplikaw regoli speċifiċi għas-settur.
Artikolu 221
Regoli għall-garanziji baġitarji
1. L-att bażiku għandu jiddefinixxi:
|
(a) |
l-ammont tal-garanzija baġitarja li qatt ma għandu jinqabeż, bla ħsara għall-Artikolu 211(2); |
|
(b) |
it-tipi ta’ operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja. |
2. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-garanziji baġitarji skont l-Artikolu 211(2) jistgħu jiġu pprovduti fil-forma ta’ garanziji jew flus.
Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi għall-garanziji baġitarji skont l-Artikolu 211(2) jistgħu jiġu pprovduti fil-forma ta’ flus.
Il-garanzija baġitarja għandha tiżdied bil-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu. Il-pagamenti relatati mal-attivazzjoni ta’ garanzija għandhom isiru, meta jkun hemm bżonn, mill-Istati Membri jew mill-partijiet terzi li jikkontribwixxu fuq bażi pari passu. Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim mal-kontributuri li, b’mod partikolari, għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-pagament.
Artikolu 222
Implimentazzjoni ta’ garanziji baġitarji
1. Il-garanziji baġitarji għandhom ikunu irrevokabbli, bla kundizzjoni u fuq talba għat-tipi ta’ operazzjonijiet koperti.
2. Il-garanziji baġitarji għandhom ikunu implimentati skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jew, f’każijiet eċċezzjonali, skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).
3. Garanzija baġitarja għandha tkopri biss operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jikkonformaw mal-Artikolu 212(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d).
4. Il-kontropartijiet għandhom jikkontribwixxu bir-riżorsi tagħhom stess għall-operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja.
5. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta’ garanzija mal-kontroparti. L-għoti tal-garanzija baġitarja huwa soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ garanzija.
6. Ta’ kull sena l-kontropartijiet għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni:
|
(a) |
valutazzjoni tar-riskju u l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni rigward l-operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja kif ukoll l-inadempjenzi mistennija; |
|
(b) |
informazzjoni dwar l-obbligu finanzjarju pendenti li jirriżulta għall-Unjoni mill-garanzija baġitarja, diżaggregat skont l-operazzjonijiet individwali; |
|
(c) |
il-profitti jew it-telf totali li jirriżulta mill-operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja. |
Artikolu 223
Regoli u implimentazzjoni
1. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi għandha tkun f’konformità ma’ kundizzjonijiet predefiniti u tieħu l-forma ta’ self jew ta’ linja ta’ kreditu jew kwalunkwe strument ieħor meqjus adatt sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa, fl-att bażiku rilevanti, li tissellef il-fondi neċessarji f’isem l-Unjoni mis-swieq kapitali jew mingħand istituzzjonijiet finanzjarji.
2. L-assistenza finanzjarja għandha tingħata f’euro, ħlief f’każijiet b’ġustifikazzjoni adatta.
3. L-assistenza finanzjarja għandha tiġi implimentata b’mod dirett mill-Kummissjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim mal-pajjiż benefiċjarju li għandu jkun fih dispożizzjonijiet:
|
(a) |
li jiżguraw li l-pajjiż benefiċjarju jivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża kif suppost, f’konformità mal-kundizzjonijiet predefiniti, jieħu miżuri adatti biex jipprevjeni irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, jieħu azzjoni legali biex jirkupra kwalunkwe fond ipprovdut bl-assistenza finanzjarja li jkun miżapproprjat; |
|
(b) |
li jiżguraw il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
|
(c) |
li jawtorizzaw b’mod espliċitu lill-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri, li jeżerċitaw drittijiethom kif previst mill-Artikolu 129; |
|
(d) |
li jiżguraw li l-Unjoni tkun intitolata għal pagament mill-ġdid bikri tas-self meta jkun ġie stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja, il-pajjiż benefiċjarju jkun ħa sehem f’xi att ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni jew f’xi attività illegali oħra li tkun ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
|
(e) |
li jiżguraw li l-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni relatati ma’ assistenza finanzjarja għandhom jiġġarrbu mill-pajjiż benefiċjarju. |
5. Il-Kummissjoni għandha tirrilaxxa s-self, fejn possibbli f’pagamenti parzjali, soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet marbutin mal-assistenza finanzjarja. Meta dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tissospendi b’mod temporanju jew tħassar l-iżborż tal-assistenza finanzjarja.
Artikolu 224
Strateġija ta’ finanzjament diversifikata
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta strateġija ta’ finanzjament diversifikata li tinkludi it-teħid b’self awtorizzat skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 u, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ġestjoni tad-dejn għall-finanzjament ta’ programmi ta’ assistenza finanzjarja. L-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata għandha tiġi implimentata permezz tat-tranżazzjonijiet kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata preżenza regolari fis-suq tal-kapital, għandha tkun ibbażata fuq l-ippuljar ta’ strumenti ta’ finanzjament u għandha tagħmel użu minn pula ta’ likwidità komuni.
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Il-Kummissjoni, b’mod regolari u komprensiv, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-aspetti kollha tal-istrateġija tagħha tat-teħid b’self u l-ġestjoni tad-dejn.
TITOLU XI
KONTRIBUZZJONIJIET LILL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ
Artikolu 225
Dispożizzjonijiet ġenerali
Jistgħu jingħataw kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti mill-baġit lil partiti politiċi Ewropej kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (il-partiti politiċi Ewropej) fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament.
Artikolu 226
Prinċipji
1. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintużaw biss għar-rimborż tal-perċentwal stabbilit fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-ispejjeż operatorji tal-partiti politiċi Ewropej li jkunu marbutin direttament mal-għanijiet ta’ dawn il-partiti, kif speċifikat fl-Artikolu 17(5) u l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament.
2. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintużaw għar-rimborż tan-nefqa relatata mal-kuntratti konklużi mill-partiti politiċi Ewropej, kemm-il darba ma kien hemm l-ebda kunflitt ta’ interessi meta ngħataw.
3. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw biex jagħtu direttament jew indirettament xi vantaġġ personali, fi flus jew in natura, lil xi membru individwali jew membru tal-persunal ta’ partit politiku Ewropew. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw sabiex direttament jew indirettament jiffinanzjaw l-attivitajiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari ta’ partiti politiċi nazzjonali jew ta’ fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew jew nazzjonali, kemm jekk fil-forma ta’ għotjiet, ta’ donazzjonijiet, ta’ self jew ta’ kwalunkwe ftehim simili ieħor. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, entitajiet assoċjati ma’ partiti politiċi Ewropej ma għandhomx jitqiesu bħala partijiet terzi, fejn tali entitajiet ikunu parti mill-organizzazzjoni amministrattiva ta’ partiti politiċi Ewropej kif stabbilit fl-istatuti ta’ dawn tal-aħħar. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw għal wieħed mill-finijiet esklużi mill-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.
4. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali, f’konformità mal-kriterji stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.
5. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jingħataw mill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali u għandhom jiġu ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 38(1) sa (4) ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.
6. Il-partiti politiċi Ewropej li jirċievu kontribuzzjoni ma għandhomx jirċievu direttament jew indirettament finanzjament ieħor mill-baġit. B’mod partikolari, id-donazzjonijiet mill-baġits tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew għandhom jiġu pprojbiti. Fl-ebda ċirkostanza ma għandha l-istess nefqa tiġi ffinanzjata darbtejn mill-baġit.
Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-partiti politiċi Ewropej li jibnu r-riżervi b’ammonti mir-riżorsi proprji tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.
7. Jekk fondazzjoni politika Ewropea kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (4), tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 ikollha surplus fuq in-nefqa fi tmiem is-sena finanzjarja li fiha tkun irċeviet għotja operattiva, il-parti minn dak is-surplus li tikkorrispondi għal mhux aktar minn 25 % tal-introjtu totali għal dik is-sena tista’ tiġi riportata għas-sena ta’ wara dment li din tintuża qabel tmiem l-ewwel kwart ta’ dik is-sena ta’ wara.
Artikolu 227
Aspetti baġitarji
Il-kontribuzzjonijiet, kif ukoll approprjazzjonijiet imwarrba għall-korpi jew esperti tal-awditjar esterni indipendenti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, għandhom jitħallsu mit-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew.
Artikolu 228
Sejħa għall-kontribuzzjonijiet
1. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jingħataw permezz ta’ sejħa għall-kontribuzzjonijiet ippubblikata ta’ kull sena, tal-anqas fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew.
2. Partit politiku Ewropew jista’ jingħata biss kontribuzzjoni waħda fis-sena.
3. Partit politiku Ewropew jista’ jirċievi kontribuzzjoni biss jekk japplika għal finanzjament skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sejħa għall-kontribuzzjonijiet.
4. Is-sejħa għall-kontribuzzjonijiet għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-applikant jista’ jirċievi kontribuzzjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, kif ukoll il-kriterji għall-esklużjoni.
5. Is-sejħa għall-kontribuzzjonijiet għandha tiddetermina, tal-anqas, in-natura tan-nefqa li tista’ tiġi rimborżata mill-kontribuzzjoni.
6. Is-sejħa għall-kontribuzzjonijiet għandha tirrikjedi estimu tal-baġit.
Artikolu 229
Proċedura tal-għoti
1. L-applikazzjonijiet għal kontribuzzjonijiet għandhom jiġi ppreżentati fiż-żmien dovut bil-miktub, inkluż, fejn adatt, f’format elettroniku sigur.
2. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jingħataw lil applikanti li, fil-mument tal-proċedura tal-għoti, ikunu f’waħda jew iżjed mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 138(1) u 143(1) u dawk li huma rreġistrati bħala esklużi fil-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 144.
3. L-applikanti għandhom jinħtieġu li jiċċertifikaw li huma ma jkunux jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.
4. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jkun assistit minn kumitat fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jispeċifika r-regoli dwar il-kompożizzjoni, il-ħatra u l-funzjonament ta’ kumitat bħal dan, u r-regoli li jimpedixxu kwalunkwe kunflitt ta’ interess.
5. L-applikazzjonijiet li jikkonformaw mal-kriterji għall-eliġibbiltà u għall-esklużjoni għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-kriterji li fuqhom tittieħed id-deċiżjoni stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.
6. Id-deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli dwar l-applikazzjonijiet għandha tiddikjara tal-anqas:
|
(a) |
is-suġġett u l-ammont kumplessiv tal-kontribuzzjonijiet; |
|
(b) |
l-isem tal-applikanti magħżulin u l-ammonti aċċettati għal kull wieħed minnhom; |
|
(c) |
l-ismijiet ta’ kwalunkwe applikazzjoni miċħuda u r-raġunijiet għal dik iċ-ċaħda. |
7. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet tagħhom. Jekk l-applikazzjoni għall-finanzjament tiġi miċħuda jew l-ammonti mitluba ma jingħatawx la parzjalment u lanqas kompletament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jagħti r-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni ma ntlaqgħetx jew għaliex l-ammonti mitluba ma ngħatawx, b’mod partikolari b’referenza għall-kriterji għall-eliġibbiltà u għall-għoti msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 228(4). Jekk tiġi miċħuda l-applikazzjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikant dwar il-mezzi disponibbli għal rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju kif previst fl-Artikolu 134(2).
8. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu koperti minn ftehim bil-miktub.
Artikolu 230
Forom ta’ kontribuzzjonijiet
1. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jieħdu kwalunkwe forma minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
rimborż ta’ perċentwal tan-nefqa rimborżabbli li tkun realment iġġarrbet; |
|
(b) |
rimborż abbażi tal-kostijiet unitarji; |
|
(c) |
somom f’daqqa; |
|
(d) |
finanzjament b’rata fissa; |
|
(e) |
kumbinazzjoni tal-forom imsemmija fil-punti (a) sa (d). |
2. Tista’ tiġi rimborżata biss in-nefqa li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet u li ma tkunx iġġarrbet qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.
3. Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 229(8) għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu li jiġi verifikat li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ somom f’daqqa, ta’ finanzjament b’rata fissa jew ta’ kostijiet unitarji ġew irrispettati.
4. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu kompletament permezz ta’ pagament fil-forma ta’ prefinanzjament wieħed, ħlief jekk, f’każijiet iġġustifikati kif dovut, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiddeċiedi mod ieħor.
Artikolu 231
Garanziji
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, jekk iqis li dan ikun adatt u proporzjonat, abbażi ta’ kull każ individwalment u b’mod soġġett għal analiżi tar-riskji, jirrikjedi li l-partit politiku Ewropew jiddepożita garanzija bil-quddiem sabiex jillimita r-riskji finanzjarji marbuta mal-pagament tal-prefinanzjament biss meta, fid-dawl tal-analiżi tar-riskji tiegħu, il-partit politiku Ewropew ikun f’riskju imminenti li jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), il-punti (a) u (d), ta’ dan ir-Regolament, jew meta deċiżjoni tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej stabbilita taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (l-“Awtorità”) tkun ġiet ikkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 10(4) ta’ dak ir-Regolament.
L-Artikolu 156 għandu japplika mutatis mutandis għal garanziji li jistgħu jkunu meħtieġa fil-każijiet previsti fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu għal pagamenti ta’ prefinanzjament li jsiru lil partiti politiċi Ewropej.
Artikolu 232
Użu tal-kontribuzzjonijiet
1. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintefqu f’konformità mal-Artikolu 226.
2. Kwalunkwe parti mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intużat fis-sena finanzjarja koperta minn dik il-kontribuzzjoni (sena n) għandha tintefaq fuq kwalunkwe nefqa rimborżabbli li tkun iġġarrbet sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+1. Kwalunkwe parti li jkun fadal mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intefqet sa dak il-limitu ta’ żmien għandha tiġi rkuprata f’konformità mal-Kapitolu 6 tat-Titolu IV.
3. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jirrispettaw ir-rata ta’ kofinanzjament massima stabbilita fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. L-ammonti li jkun għad fadal mill-kontribuzzjonijiet tas-sena preċedenti ma għandhomx jintużaw għall-finanzjament tal-parti li l-partiti politiċi Ewropej għandhom jipprovdu mir-riżorsi proprji tagħhom. Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi għal avvenimenti konġunti ma għandhomx jitqiesu li huma parti mir-riżorsi proprji ta’ partit politiku Ewropew.
4. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jużaw il-parti tal-kontribuzzjoni li ma tkunx intużat fis-sena finanzjarja koperta minn dik il-kontribuzzjoni, qabel ma jużaw il-kontribuzzjonijiet mogħtija wara dik is-sena.
5. Kull imgħax iġġenerat mill-pagamenti ta’ prefinanzjament, għandu jiġi kkunsidrat bħala parti mill-kontribuzzjoni.
Artikolu 233
Rapport dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet
1. Partit politiku Ewropew għandu, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jippreżenta r-rapport annwali tiegħu dwar l-użu tal-kontribuzzjoni u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tiegħu għall-approvazzjoni lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.
2. Ir-rapport ta’ attività annwali msemmi fl-Artikolu 74(9) għandu jkun abbozzat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli abbażi tar-rapport annwali u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Jistgħu jintużaw dokumenti ta’ sostenn oħrajn għall-finijiet tal-abbozzar ta’ dak ir-rapport.
Artikolu 234
Ammont tal-kontribuzzjoni
1. L-ammont tal-kontribuzzjoni ma għandux isir finali sakemm tingħata l-approvazzjoni tar-rapport annwali u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali imsemmija fl-Artikolu 233(1) mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. L-approvazzjoni tar-rapport annwali u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom ikunu bla preġudizzju għall-verifiki sussegwenti mill-Awtorità.
2. Kwalunkwe ammont mill-prefinanzjament li ma jkunx intefaq ma għandux isir finali qabel ma jintuża mill-partit politiku Ewropew biex iħallas in-nefqa rimborżabbli li tissodisfa l-kriterji ddefiniti fis-sejħa għall-kontribuzzjonijiet.
3. Meta l-partit politiku Ewropew jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu relatati mal-użu tal-kontribuzzjonijiet, il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu sospiżi, jitnaqqsu jew jitwaqqfu wara li l-partit politiku Ewropew ikun ingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.
4. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jivverifika, qabel joħroġ pagament, li l-partit politiku Ewropew ikun għadu rreġistrat fir-Reġistru msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u li ma kienx is-suġġett ta’ waħda mill-penali previsti fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament bejn id-data tal-applikazzjoni tiegħu u tmiem is-sena finanzjarja koperta mill-kontribuzzjoni.
5. Meta l-partit politiku Ewropew ma jkunx għadu rreġistrat fir-Reġistru msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jew kien is-suġġett ta’ waħda mill-penali previsti fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi, inaqqas jew itemm il-kontribuzzjoni kif ukoll jirkupra l-ammonti mħallsa indebitament skont il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 229(8) ta’ dan ir-Regolament, b’mod proporzjonat għall-gravità tal-iżbalji, tal-irregolaritajiet, tal-frodi jew ta’ ksur ieħor tal-obbligi relatati mal-użu tal-kontribuzzjoni, wara li l-partit politiku Ewropew ikun ingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.
Artikolu 235
Kontroll u penali
1. Kull ftehim imsemmi fl-Artikolu 229(8) għandu jipprevedi b’mod espliċitu li l-Parlament Ewropew jeżerċita s-setgħat tiegħu ta’ kontroll fuq id-dokumenti u fuq il-bini, kif ukoll li l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi u s-setgħat rispettivi tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 129, fuq il-partiti politiċi Ewropej kollha li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni, u fuq il-kuntratturi u s-sottokuntratturi tagħhom.
2. Penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jiġu imposti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, f’konformità mal-Artikoli 138 u 139 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.
Artikolu 236
Żamma ta’ rekords
1. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom iżommu r-rekords u d-dokumenti ta’ sostenn kollha relatati mal-kontribuzzjoni għal ħames snin wara l-aħħar pagament relatat mal-kontribuzzjoni.
2. Rekords relatati ma’ awditi, ma’ appelli, ma’ litigazzjoni, mas-soluzzjoni ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw mill-użu tal-kontribuzzjoni jew ma’ investigazzjonijiet tal-OLAF jekk innotifikati lir-riċevitur għandhom jinżammu sakemm jitlestew it-tali awditi, appelli, litigazzjoni, soluzzjoni ta’ pretensjonijiet jew investigazzjonijiet.
Artikolu 237
Għażla tal-korpi tal-awditjar jew tal-esperti esterni
Il-korpi tal-awditjar jew l-esperti esterni indipendenti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċedura ta’ akkwist. It-tul tal-kuntratt tagħhom m’għandux ikun aktar minn ħames snin. Wara li l-kuntratt ikun iġġedded darbtejn wara xulxin, għandu jitqies li dawn għandhom kunflitt ta’ interessi li jista’ jkollu effetti negattivi fuq il-prestazzjoni tal-awditu.
TITOLU XII
STRUMENTI OĦRA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT
Artikolu 238
Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni
1. Għal azzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ wara emerġenza meħtieġa bħala reazzjoni għal kriżi, jew għal azzjonijiet tematiċi, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni (fondi fiduċjarji tal-Unjoni) taħt ftehim konkluż ma’ donaturi oħrajn.
Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti biss fejn ftehimiet ma’ donaturi oħrajn ikunu żguraw kontribuzzjonijiet minn sorsi oħrajn għajr il-baġit.
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi fond fiduċjarju tal-Unjoni għal azzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ wara emerġenza.
L-istabbiliment ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni għal azzjonijiet tematiċi għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Għall-finijiet tat-tielet u r-raba’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill l-abbozzi ta’ deċiżjoni tagħha dwar l-istabbiliment ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni. Tali abbozzi ta’ deċiżjoni għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-objettivi tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni, il-ġustifikazzjoni għall-istabbiliment tiegħu f’konformità mal-paragrafu 3, indikazzjoni tad-durata tiegħu u l-ftehimiet preliminari ma’ donaturi oħrajn. L-abbozzi ta’ deċiżjoni għandhom jinkludu wkoll abbozz ta’ ftehim kostituttiv li għandu jiġi konkluż ma’ donaturi oħrajn.
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ deċiżjoni tagħha dwar il-finanzjament ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni lill-kumitat kompetenti fejn previst fl-att bażiku li skont it-termini tiegħu tingħata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fond fiduċjarju tal-Unjoni. Il-kumitat kompetenti ma għandux ikun mistieden jesprimi ruħu dwar l-aspetti li diġà ġew ippreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal konsultazzjoni jew approvazzjoni taħt it-tielet, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi tal-paragrafu 1 rispettivament.
3. Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti u implimentati soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikun hemm valur miżjud tal-intervent tal-Unjoni: l-objettivi tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari minħabba l-iskala jew effetti potenzjali tagħhom, ikunu jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni milli fil-livell nazzjonali u l-użu tal-istrumenti finanzjarji eżistenti ma jkunx suffiċjenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni; |
|
(b) |
il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jġibu viżibbiltà politika ċara għall-Unjoni u vantaġġi maniġerjali kif ukoll kontroll aħjar mill-Unjoni tar-riskji u tal-iżborżi tal-Unjoni u tal-kontribuzzjonijiet tad-donaturi l-oħrajn; |
|
(c) |
il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni ma jidduplikawx kanali oħrajn ta’ finanzjament diġà eżistenti, jew strumenti simili, mingħajr ma jipprovdu xi addizzjonalità; |
|
(d) |
l-objettivi ta’ fondi fiduċjarji tal-Unjoni jkunu allinjati mal-objettivi tal-istrument tal-Unjoni jew tal-partita baġitarja li minnhom ikunu ffinanzjati. |
4. Għal kull fond fiduċjarju tal-Unjoni għandu jkun stabbilit bord ippresedut mill-Kummissjoni biex jiżgura rappreżentanza ġusta tad-donaturi u biex jiddeċiedi dwar l-użu tal-fondi. Il-bord għandu jinkludi rappreżentant ta’ kull Stat Membru mhux kontribwenti bħala osservatur. Ir-regoli għall-kompożizzjoni tal-bord u r-regoli interni tiegħu għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim kostituttiv tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu r-rekwiżit li jkun meħtieġ vot favur il-Kummissjoni għall-adozzjoni finali dwar l-użu tal-fondi.
5. Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti għal durata limitata ddeterminata fil-ftehim kostituttiv tagħhom. Dik id-durata tista’ tiġi estiża b’deċiżjoni tal-Kummissjoni soġġetta għall-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1 fuq talba tal-bord tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni kkonċernat u fuq preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ rapport li jiġġustifika l-estensjoni, li jikkonferma b’mod partikolari, il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.
Il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex ma tissoktax bl-approprjazzjonijiet għal fond fiduċjarju tal-Unjoni jew biex tirrevedi l-ftehim kostituttiv bil-ħsieb ta’ likwidazzjoni ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni, fejn adatt b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni mogħtija fid-dokument ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 41(6). F’tali każ, kwalunkwe fond li jifdal għandu jiġi ritornat fuq bażi pro rata lill-baġit bħala dħul ġenerali u lill-Istati Membri kontribwenti u lid-donaturi l-oħrajn.
Artikolu 239
Implimentazzjoni tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni
1. Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, trasparenza, proporzjonalità, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali, u f’konformità mal-objettivi speċifiċi definiti f’kull ftehim kostituttiv u b’rispett sħiħ għad-drittijiet ta’ skrutinju u ta’ kontroll tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2. L-azzjonijiet finanzjati mill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jistgħu jiġu implimentati b’mod dirett mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), b’mod indirett mal-entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c)(i), (ii), (iii), (v) u (vi).
3. Il-fondi għandhom jiġu impenjati u jitħallsu minn atturi finanzjarji tal-Kummissjoni, fis-sens tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jservi bħala l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni. Huwa għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment ta’ proċeduri kontabilistiċi u tabella tal-kontijiet komuni għall-fondi fiduċjarji kollha tal-Unjoni. L-awditur intern tal-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jeżerċitaw l-istess setgħat fuq il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni kif jagħmlu fir-rigward ta’ azzjonijiet oħrajn imwettqa mill-Kummissjoni.
4. Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u ta’ donaturi oħra ma għandhomx ikunu integrati fil-baġit u għandhom jiddaħħlu f’kont tal-bank speċifiku. Il-kont tal-bank speċifiku tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni għandu jinfetaħ u jingħalaq mill-uffiċjal tal-kontabbiltà. It-tranżazzjonijiet kollha li jsiru matul is-sena fil-kont tal-bank speċifiku għandhom jiddaħħlu kif inhu adatt fil-kontijiet tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni.
Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu ttrasferiti fil-kont tal-bank speċifiku fuq il-bażi tat-talbiet għall-pagament li jkunu debitament issostanzjati bi previżjonijiet tal-iżborż, filwaqt li jitqiesu l-bilanċi disponibbli fil-kont u l-ħtieġa riżultanti għal pagamenti addizzjonali. Il-previżjonijiet tal-iżborż għandhom jiġu pprovduti fuq bażi annwali jew, fejn adatt, kull sitt xhur.
Il-kontribuzzjonijiet ta’ donaturi oħrajn għandhom jiġu kkunsidrati meta jissarrfu fil-kont bankarju speċifiku tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni u għall-ammont f’euro li jirriżulta mill-konverżjoni fir-riċevuta tagħhom fil-kont bankarju speċifiku. L-imgħaxijiet akkumulati fil-kont tal-bank speċifiku tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni għandhom jiġu investiti fil-fond fiduċjarju tal-Unjoni ħlief jekk ikun previst mod ieħor fil-ftehim kostituttiv tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tuża massimu ta’ 5 % tal-ammonti miġbura fil-fond fiduċjarju tal-Unjoni sabiex tkopri l-kostijiet tagħha rigward il-ġestjoni mis-snin li fihom bdew jintużaw il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4. Minkejja l-ewwel sentenza u sabiex jiġi evitat pagament doppju tal-kostijiet, il-kostijiet ta’ ġestjoni li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-fond fiduċjarju tal-Unjoni għandhom jiġu koperti minn dik il-kontribuzzjoni biss sa fejn dawk il-kostijiet ma kinux diġà ġew koperti minn linji baġitarji oħrajn. Matul id-durata tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni, tali tariffi tal-ġestjoni għandhom ikunu assimilati għad-dħul assenjat fis-sens tal-Artikolu 21(2), il-punt (a)(ii).
Flimkien mar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 258, ir-rapportar finanzjarju fuq l-operazzjonijiet imwettqa minn kull fond fiduċjarju tal-Unjoni għandu jiġi stabbilit darbtejn fis-sena mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll kull xahar dwar l-implimentazzjoni ta’ kull fond fiduċjarju tal-Unjoni.
Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal awditjar estern indipendenti kull sena.
Artikolu 240
Kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għal inizjattivi globali
1. Bil-għan li tikkoordina azzjonijiet ma’ sħab multipli b’mod xieraq biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, l-Unjoni tista’ tagħmel kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ finanzjament mhux marbut ma’ spejjez għal inizjattivi globali ffinanzjati minn diversi donaturi kollettivament meta dawn jappoġġjaw il-ksib tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u meta strumenti oħra ta’ implimentazzjoni tal-baġitma jkunux biżżejjed biex jinkisbu tali objettivi. Meta possibbli u xieraq, il-Kummissjoni għandha tingħaqad ma’ kwalunkwe bord ta’ governanza jew kumitat ta’ tmexxija ekwivalenti.
2. Qabel kwalunkwe deċiżjoni li tikkontribwixxi għal inizjattiva globali u l-aktar kmieni possibbli, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ammont tal-kontribuzzjoni għall-inizjattiva globali skont l-att bażiku rilevanti, filwaqt li tispjega r-raġunijiet u l-adegwatezza tal-kontribuzzjoni, inkluż kif il-kontribuzzjoni tipprovdi viżibbiltà għall-Unjoni permezz tal-finanzjament tal-Unjoni.
3. Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għal inizjattivi globali għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin, filwaqt li titqies in-natura tal-finanzjament tal-Unjoni:
|
(a) |
il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun kontribuzzjoni minoritarja għall-inizjattiva, u jittieħed kont tal-ammont globali kkontribwit għall-inizjattiva fiż-żmien tal-kontribuzzjoni; |
|
(b) |
il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tiġi ttrattata fuq bażi ugwali ma’ donaturi ta’ daqs simili u, meta Stat Membru wieħed jew aktar jikkontribwixxu wkoll għall-inizjattiva, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tibbenefika minn livell ta’ protezzjoni li ma jkunx anqas favorevoli mill-kontribuzzjoni(jiet) ta’ dak l-Istat Membru jew ta’ dawk l-Istati Membri; |
|
(c) |
ikun hemm rapportar adegwat dwar ir-riżultati miksuba mill-inizjattiva, inkluż permezz ta’ indikaturi rilevanti ta’ output u impatt; |
|
(d) |
l-inizjattiva topera skont regoli li jiggarantixxu ġestjoni finanzjarja tajba, trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali fl-użu tal-fondi tal-Unjoni skont il-prinċipju tal-proporzjonalità; |
|
(e) |
ikun hemm sistemi interni u esterni xierqa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u l-frodi kif ukoll għar-rapportar dwar il-funzjonament tagħhom f’intervalli regolari, u jkun hemm regoli xierqa għall-irkupru ta’ fondi mill-inizjattiva, inkluż l-użu tagħhom għall-istess inizjattiva. |
Jekk ikun hemm każijiet suspettati ta’ irregolaritajiet serji bħal frodi, korruzzjoni jew kunflitt ta’ interess, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-OLAF, l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għandhom, skont ir-regoli tal-inizjattiva, jiġu fornuti l-informazzjoni rilevanti u jwettqu missjonijiet konġunti ta’ awditjar, kontroll jew investigazzjoni mal-korp rilevanti fl-ambitu tal-inizjattiva, f’konformità mal-Artikolu 129.
4. Ġustifikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, għandha tiġi inkluża fid-deċiżjoni ta’ finanzjament biex tingħata kontribuzzjoni għall-inizjattiva.
5. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 157(6) għandha tapplika mutatis mutandis għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-inizjattiva globali.
Artikolu 241
Użu tal-appoġġ baġitarju
1. Meta previst fl-atti bażiċi rilevanti, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi appoġġ baġitarju lil pajjiż terz meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-pajjiż terz tkun trasparenti, affidabbli u effettiva biżżejjed; |
|
(b) |
il-pajjiż terz ikun stabbilixxa politiki settorjali u nazzjonali kredibbli u rilevanti biżżejjed; |
|
(c) |
il-pajjiż terz ikun stabbilixxa politiki makroekonomiċi orjentati lejn l-istabbiltà; |
|
(d) |
il-pajjiż terz ikun stabbilixxa aċċess suffiċjenti u f’waqtu għal informazzjoni baġitarja komprensiva u solida. |
2. Il-pagament tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq l-adempiment tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż it-titjib tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. Barra minn hekk, ċerti pagamenti jistgħu jkunu bil-kundizzjoni wkoll tal-ksib ta’ stadji ewlenin, imkejlin b’indikaturi tal-prestazzjoni oġġettivi, li jirriflettu riżultati u progress fir-riformi tul iż-żmien fis-settur rispettiv.
3. F’pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tappoġġja r-rispett għall-istat tad-dritt, l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari u l-kapaċitajiet tal-awditjar u ta’ kontra l-korruzzjoni u ż-żieda tat-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.
4. Il-ftehimiet ta’ finanzjament korrispondenti konklużi mal-pajjiż terz għandu jkun fihom:
|
(a) |
obbligu għall-pajjiż terz biex jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni kredibbli u f’waqtha li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa kemm ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2; |
|
(b) |
id-dritt għall-Kummissjoni li tissospendi l-ftehim ta’ finanzjament jekk il-pajjiż terz jikser obbligu relatat mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt u f’każijiet serji ta’ korruzzjoni; |
|
(c) |
dispożizzjonijiet xierqa skont liema l-pajjiż terz irid jimpenja ruħu li jirrimborża immedjatament l-ammont totali jew parzjali tal-finanzjament rilevanti tal-operazzjoni, f’każ li jiġi stabbilit li l-pagament tal-fondi rilevanti tal-Unjoni ġie vvizzjat minn irregolaritajiet serji attribwibbli lil dak il-pajjiż. |
Sabiex jiġi pproċessat ir-rimborż imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu, jista’ jiġi applikat l-Artikolu 101(1).it-tieni subparagrafu.
Artikolu 242
Esperti esterni remunerati
1. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jagħżlu u jħallsu esperti esterni biex jassistuhom fl-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet, ta’ proġetti u ta’ offerti, u biex jipprovdu opinjonijiet u pariri f’każijiet speċifiċi.
2. Sejħa għal espressjoni ta’ interess għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni.
Is-sejħa għal espressjoni ta’ interess għandha tinkludi deskrizzjoni tal-kompiti, tad-durata tagħhom u tal-kundizzjonijiet fissi ta’ remunerazzjoni.
3. Kwalunkwe persuna fiżika interessata tista’ tippreżenta applikazzjoni f’kull waqt matul il-perjodu ta’ validità tas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta’ dak il-perjodu.
4. Wara s-sejħa għal espressjoni ta’ interess għandha titfassal lista ta’ esperti. Din għandha tkun valida għal mhux aktar minn 5 snin mill-pubblikazzjoni tagħha jew għad-durata ta’ programm pluriennali relatat mal-kompiti. Il-validità tal-lista tista’ tkun itwal mid-durata tal-programm finanzjarju pluriennali meta tiġi żgurata rotazzjoni tal-esperti.
5. Il-valur tal-kuntratt għandu jkun anqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1). Dan il-valur jista’ jinqabeż biss f’każi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, sabiex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu jistgħu jikkompetu fuq l-istess livell ma’ atturi oħra fis-suq.
6. L-esperti esterni remunerati għandhom jiġu remunerati fuq il-bażi ta’ ammont fiss imħabbar minn qabel u għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità professjonali tagħhom. L-għażla għandha ssir fuq il-bażi tal-kriterji għall-għażla li jirrispettaw il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, tat-trattament ugwali u tal-assenza ta’ kunflitt ta’ interess.
7. Għall-fini tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V, tali esperti għandhom jiġu ttrattati bħala riċevituri.
Artikolu 243
Esperti mhux remunerati
Istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jirrimborżaw spejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ sussistenza mġarrba minn persuni mistiedna jew li rċevew il-mandat mingħandhom, jew meta xieraq, l-istituzzjonijiet għandhom iħallsu kwalunkwe indennizz ieħor lit-tali persuni.
Artikolu 244
Donazzjonijiet mhux finanzjarji
1. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jipprovdu donazzjonijiet mhux finanzjarji fil-forma ta’ servizzi, provvisti jew xogħlijiet.
2. Donazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jingħataw f’konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali u meta applikabbli, mar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-settur. Dawn għandhom jippromwovu l-ksib tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni.
3. L-uffiċċju tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jipprovdi informazzjoni dwar donazzjonijiet mhux finanzjarji fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 74(9).
4. Fil-każ ta’ provvisti li ma jitħassrux iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet amministrattivi u f’konformità mar-regoli u l-istandards kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 80, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni ma jistgħux jipprovdu donazzjonijiet mhux finanzjarji qabel ma l-provvista tkun ġiet deprezzata parzjalment.
Artikolu 245
Tariffi tas-sħubija u pagamenti oħrajn ta’ abbonamenti
L-Unjoni tista’ tħallas kontribuzzjonijiet bħala abbonamenti lil korpi li hija membru jew osservatur tagħhom.
Artikolu 246
Nefqa fuq il-membri u l-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni
Istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jħallsu għal nefqa fuq il-membri u l-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż kontribuzzjonijiet lil assoċjazzjonijiet ta’ membri kurrenti u preċedenti tal-Parlament Ewropew, u kontribuzzjonijiet lill-iskejjel Ewropej.
TITOLU XIII
KONTIJIET ANNWALI U RAPPORTAR FINANZJARJU IEĦOR
KAPITOLU 1
Kontijiet annwali
Artikolu 247
Struttura tal-kontijiet
Il-kontijiet annwali tal-Unjoni għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja li għandha tibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Dawk il-kontijiet għandhom jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati li jippreżentaw, f’konformità mar-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 80, il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja li tinsab fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, ta’ korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 70 u ta’ korpi oħrajn li jissodisfaw il-kriterji ta’ konsolidazzjoni kontabilistika; |
|
(b) |
ir-rapporti aggregati ta’ implimentazzjoni tal-baġit li jippreżentaw l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni. |
Artikolu 248
Dokumenti ta’ sostenn
Kull entrata fil-kontijiet għandha tkun ibbażata fuq dokumenti ta’ sostenn xierqa f’konformità mal-Artikolu 75.
Artikolu 249
Dikjarazzjonijiet finanzjarji
1. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu ppreżentati f’miljuni ta’ euro u f’konformità mar-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 80 u għandhom jinkludu:
|
(a) |
il-karta tal-bilanċ li tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u s-sitwazzjoni finanzjarja prevalenti fil-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja preċedenti; |
|
(b) |
id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni finanzjarja, li tippreżenta r-riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja preċedenti; |
|
(c) |
ir-rapport tal-flussi tal-flus li juri l-ammonti miġbura u żborżati matul is-sena finanzjarja u l-pożizzjoni finali tal-likwidità; |
|
(d) |
id-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-assi netti li tippreżenta ħarsa ġenerali lejn iċ-ċaqliq matul is-sena finanzjarja fir-riżervi u fir-riżultati akkumulati. |
2. In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jissupplementaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom ifornu l-informazzjoni addizzjonali kollha preskritta mir-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 80 u mill-prattika tal-kontabbiltà internazzjonalment aċċettata meta tali informazzjoni tkun rilevanti għall-attivitajiet tal-Unjoni. In-noti għandu jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
prinċipji, regoli u metodi tal-kontabbiltà; |
|
(b) |
noti ta’ spjegazzjoni li jipprovdu informazzjoni addizzjonali mhux inkluża fit-test tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, li tkun meħtieġa biex tingħata preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet. |
3. Wara li tagħlaq is-sena finanzjarja u sad-data tat-trażmissjoni tal-kontijiet ġenerali, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel kwalunkwe aġġustament li, mingħajr ma jkun jinvolvi żborż jew ġbir fir-rigward ta’ dik is-sena, ikun meħtieġ għal stampa veritiera u ġusta ta’ dawk il-kontijiet.
Artikolu 250
Rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit
1. Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit għandhom jiġu ppreżentati f’miljuni ta’ euro u għandhom ikunu komparabbli sena b’sena. Għandhom jinkludu:
|
(a) |
rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha għas-sena finanzjarja f’termini ta’ dħul u ta’ nefqa; |
|
(b) |
ir-riżultat tal-baġit, li huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-bilanċ baġitarju annwali msemmi fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 |
|
(c) |
noti ta’ spjegazzjoni, li għandhom jissupplimentaw u jikkummentaw fuq l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti. |
2. L-istruttura tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandha tkun l-istess bħal dik tal-baġit innifsu.
3. Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit għandu jkun fihom:
|
(a) |
informazzjoni dwar id-dħul, b’mod partikolari bidliet fl-estimi tad-dħul, l-eżitu tad-dħul u l-intitolamenti stabbiliti; |
|
(b) |
informazzjoni li turi bidliet fl-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta’ impenn u ta’ pagament; |
|
(c) |
informazzjoni li turi l-użu li sar mill-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta’ impenn u ta’ pagamenti; |
|
(d) |
informazzjoni li turi l-impenji pendenti, dawk riportati mis-sena finanzjarja preċedenti u dawk li saru matul is-sena finanzjarja. |
4. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar id-dħul, mar-rapport ta’ implimentazzjoni tal-baġit għandha tinhemeż dikjarazzjoni li turi, għal kull Stat Membru, l-analiżi tal-ammonti diżaggregati ta’ riżorsi proprji li għad iridu jiġu rkuprati fi tmiem is-sena finanzjarja u li huma koperti minn ordni ta’ rkupru.
Artikolu 251
Kontijiet proviżorji
1. L-uffiċjali tal-kontabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għajr il-Kummissjoni, u tal-korpi msemmija fl-Artikolu 247 għandhom, sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, jibagħtu l-kontijiet proviżorji tagħhom lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
2. L-uffiċjali tal-kontabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għajr il-Kummissjoni, u tal-korpi msemmija fl-Artikolu 247 għandhom, sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, jibagħtu l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti mill-Kummissjoni.
3. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji msemmija fil-paragrafu 2 mal-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u għandu, sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, jibgħat il-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u l-kontijiet proviżorji kkonsolidati tal-Unjoni lill-Qorti tal-Awdituri b’mezzi elettroniċi.
Artikolu 252
Approvazzjoni tal-kontijiet konsolidati finali
1. Il-Qorti tal-Awdituri, sal-1 ta’ Mejju, għandha tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għajr il-Kummissjoni, u ta’ kull wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 247, u, sal-15 ta’ Mejju, għandha tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u dwar il-kontijiet proviżorji konsolidati tal-Unjoni.
2. L-uffiċjali tal-kontabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għajr il-Kummissjoni, u tal-korpi msemmija fl-Artikolu 247 għandhom, sal-15 ta’ Mejju, jibagħtu l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti mill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jitfasslu l-kontijiet konsolidati finali.
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għajr il-Kummissjoni, u kull wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 247, għandhom, sal-1 ta’ Ġunju, jibagħtu l-kontijiet finali tagħhom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.
3. L-uffiċjal tal-kontabbiltà ta’ kull istituzzjoni u ta’ kull korp tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 247 għandhom jibagħtu lill-Qorti tal-Awdituri, b’kopja lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, fl-istess data tat-trażmissjoni tal-kontijiet finali tagħhom, ittra ta’ rappreżentazzjoni li tkopri dawk il-kontijiet finali.
Mal-kontijiet finali għandu jkun hemm nota mfassla mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, li fiha dan l-uffiċjal tal-kontabbiltà jiddikjara li l-kontijiet finali tħejjew f’konformità ma’ dan it-Titolu u skont il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi kontabilistiċi applikabbli stabbiliti fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
4. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jfassal il-kontijiet konsolidati finali fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni, u mill-korpi msemmija fl-Artikolu 247.
Mal-kontijiet finali għandu jkun hemm nota mfassla mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, li fiha dan l-uffiċjal tal-kontabbiltà jiddikjara li l-kontijiet konsolidati finali tħejjew f’konformità ma’ dan it-Titolu u f’konformità mal-prinċipji, ir-regoli u l-metodi kontabilistiċi applikabbli stabbiliti fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
5. Il-Kummissjoni, wara li tkun approvat il-kontijiet konsolidati finali u l-kontijiet finali tagħha, għandha, sat-30 ta’ Ġunju, tibgħathom b’mezzi elettroniċi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.
Sal-istess data, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat ittra ta’ rappreżentazzjoni li tkopri l-kontijiet konsolidati finali lill-Qorti tal-Awdituri.
Il-Qorti tal-Awdituri għandha tadotta l-opinjoni tagħha dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Unjoni u l-kontijiet ta’ kull waħda mill-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 247 sal-31 ta’ Lulju.
6. Il-kontijiet konsolidati finali għandhom ikunu ppubblikati sal-15 ta’ Novembru f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mad-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri f’konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE u mal-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom.
KAPITOLU 2
Rapportar finanzjarju u ta’ rendikont integrat
Artikolu 253
Rapportar finanzjarju u ta’ rendikont integrat
1. Sal-31 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara l-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sett integrat ta’ rapporti finanzjarji u kontabilistiċi li jinkludi:
|
(a) |
il-kontijiet konsolidati finali kif imsemmija fl-Artikolu 252; |
|
(b) |
ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni li jipprovdi sommarju ċar u konċiż tal-kisbiet tal-kontroll intern u tal-ġestjoni finanzjarja msemmija fir-rapporti annwali dwar l-attività ta’ kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont id-delegazzjoni u li jinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti ewlenin ta’ governanza fil-Kummissjoni kif ukoll:
|
|
(c) |
previżjoni fit-tul ta’ flussi futuri ta’ dħul u ta’ ħruġ li tkopri l-ħames snin li jkun imiss, ibbażata fuq oqfsa finanzjarji pluriennali applikabbli u fuq id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053; |
|
(d) |
ir-rapport annwali tal-awditu intern kif imsemmi fl-Artikolu 118(8); |
|
(e) |
l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni bbażata fuq ir-riżultati li nkisbu, kif imsemmi fl-Artikolu 318 tat-TFUE, li tivverifika b’mod partikolari l-progress li sar lejn il-ksib ta’ objettivi ta’ politika filwaqt li jittieħed kont tal-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(f) |
ir-rapport dwar is-segwitu għall-kwittanza kif imsemmi fl-Artikolu 268(2). |
2. Ir-rapportar finanzjarju u ta’ rendikont integrat msemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta kull rapport b’mod separat u identifikabbli b’mod ċar. Kull rapport individwali għandu jkun disponibbli għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Qorti tal-Awdituri sat-30 ta’ Ġunju, bl-eċċezzjoni tal-kontijiet konsolidati finali.
KAPITOLU 3
Rapportar baġitarju u finanzjarju ieħor
Artikolu 254
Rapportar ta’ kull xahar dwar l-implimentazzjoni tal-baġit
Minbarra d-dikjarazzjonijiet u r-rapporti annwali previsti fl-Artikoli 249 u 250, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat darba fix-xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ċifri, aggregati tal-anqas fuq livell ta’ kapitolu, kif ukoll diżaggregati skont il-kapitolu, l-artikolu u l-partita, fuq l-implimentazzjoni tal-baġit, kemm għad-dħul kif ukoll għan-nefqa, li jkopru l-approprjazzjonijiet kollha disponibbli. Dawk iċ-ċifri għandhom ukoll jipprovdu dettalji tal-użu tal-approprjazzjonijiet riportati.
Iċ-ċifri għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara t-tmiem ta’ kull xahar.
Artikolu 255
Rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. Kull istituzzjoni u kull korp tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 247 għandhom iħejju rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja.
Huma għandhom iqiegħdu r-rapport għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta’ Marzu ta’ wara s-sena finanzjarja.
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi informazzjoni sommarja dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet fost id-diversi partiti baġitarji.
Artikolu 256
Rapport annwali dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja u s-sostenibbiltà ta’ dawk l-obbligazzjonijiet kontinġenti
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja u, skont l-Artikolu 213(3), dwar il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ta’ dawn l-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrba mill-baġit. Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri fl-istess ħin.
Artikolu 257
Rapport dwar l-istatus ta’ kwistjonijiet ta’ kontabbiltà
Sal-15 ta’ Settembru ta’ kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih informazzjoni dwar ir-riskji kurrenti nnotati, ix-xejriet ġenerali osservati, il-kwistjonijiet ta’ kontabbiltà ġodda li jkunu feġġew u l-progress fi kwistjonijiet ta’ kontabbiltà, inklużi dawk identifikati mill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll informazzjoni dwar irkupri.
Artikolu 258
Rapportar dwar fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni
F’konformità mal-Artikolu 41(6), il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet appoġġjati mill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 238, dwar l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-kontijiet tagħhom.
Il-Bord tal-fond fiduċjarju kkonċernat tal-Unjoni għandu japprova r-rapport annwali tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni mfassal mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Għandu japprova wkoll il-kontijiet finali mfasslin mill-uffiċjal tal-kontabbiltà. Il-kontijiet finali għandhom ikunu ppreżentati mill-Bord lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza għall-Kummissjoni.
Artikolu 259
Pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar ir-riċevituri
Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar ir-riċevituri f’konformità mal-Artikolu 38.
TITOLU XIV
AWDITJAR ESTERN U KWITTANZA
KAPITOLU 1
Awditjar estern
Artikolu 260
Awditjar estern mill-Qorti tal-Awdituri
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri, malajr kemm jista’ jkun, bid-deċiżjonijiet u r-regoli kollha adottati skont l-Artikoli 12, 16, 21, 29, 30, 32 u 43.
Artikolu 261
Ir-regoli u l-proċedura dwar l-awditjar
1. L-eżami mill-Qorti tal-Awdituri dwar jekk id-dħul kollu kienx riċevut, u n-nefqa kollha mġarrba, b’mod legali u adatt, għandu jqis it-Trattati, il-baġit, dan ir-Regolament, l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament u l-atti rilevanti kollha l-oħrajn adottati skont it-Trattati. Dak l-eżami jista’ jieħu jqis l-karattru pluriennali tal-programmi u s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll relatati.
2. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Qorti tal-Awdituri għandha tkun intitolata li tikkonsulta, fil-mod li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 263, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jirrigwardaw il-ġestjoni finanzjarja minn dipartimenti jew korpi fir-rigward tal-operazzjonijiet iffinanzjati jew kofinanzjati mill-Unjoni. Hija għandu jkollha s-setgħa li tisma’ lil kwalunkwe uffiċjal responsabbli għal operazzjoni ta’ dħul jew ta’ nefqa u li tuża kwalunkwe proċedura ta’ awditjar xierqa għal dawk id-dipartimenti jew korpi. L-awditjar fl-Istati Membri għandu jsir flimkien mal-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar jew, jekk dawn ma jkollhomx is-setgħat meħtieġa, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Il-Qorti tal-Awdituri u l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-awditjar tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw fi spirtu ta’ fiduċja waqt li jżommu l-indipendenza tagħhom.
Sabiex tikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu fdat lilha permezz tat-Trattati jew ta’ atti adottati skonthom, il-Qorti tal-Awdituri tista’ tkun preżenti, fuq talba tagħha, waqt l-operazzjonijiet tal-awditjar imwettqa fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit minn, jew f’isem, kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni.
Fuq talba tal-Qorti tal-Awdituri, kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tawtorizza lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom depożiti tal-Unjoni sabiex jippermettu lill-Qorti tal-Awdituri li tiżgura li d-data esterna taqbel mal-kontijiet.
3. Sabiex tkun tista’ twettaq dan il-kompitu, il-Qorti tal-Awdituri għandha tinnotifika lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-awtoritajiet li għalihom dan ir-Regolament huwa applikabbli, bl-ismijiet tal-membri tal-persunal tagħha li huma awtorizzati li jawditjawhom.
Artikolu 262
Verifiki fuq titoli u flus kontanti
Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li t-titoli u l-flus kontanti ddepożitati jew fl-idejn kollha jiġu verifikati ma’ rċevuti ffirmati mid-depożitarji jew ma’ memoranda uffiċjali tal-flus kontanti u tat-titoli miżmuma. Il-Qorti tista’ twettaq tali verifiki hija stess.
Artikolu 263
Dritt ta’ aċċess tal-Qorti tal-Awdituri
1. Istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi li jamministraw id-dħul u n-nefqa f’isem l-Unjoni u r-riċevituri għandhom jagħtu lill-Qorti tal-Awdituri l-faċilitajiet kollha u jagħtuha l-informazzjoni kollha li hija tqis li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħha. Huma għandhom, fuq it-talba tal-Qorti tal-Awdituri, iqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha d-dokumenti kollha li jikkonċernaw l-għoti u l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti ffinanzjati mill-baġit u l-kontijiet kollha tal-flus u materjali, ir-rekords kontabilistiċi jew id-dokumenti ta’ sostenn kollha, kif ukoll id-dokumenti amministrattivi kollha relatati magħhom, id-dokumenti kollha relatati mad-dħul u man-nefqa, l-inventarji kollha, l-organigrammi kollha tad-dipartimenti, li l-Qorti tal-Awdituri tqis li jkunu meħtieġa għall-awditjar tal-kontijiet annwali u tar-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit abbażi tar-rekords jew tal-awditjar fuq il-post, u, għall-istess għanijiet, id-dokumenti u d-data kollha maħluqa jew maħżuna fuq mezzi elettroniċi. Id-dritt ta’ aċċess tal-Qorti tal-Awdituri għandu jinkludi aċċess għas-sistema tal-IT użata għall-ġestjoni tad-dħul jew tan-nefqa soġġetti għall-awditu tagħha, meta tali aċċess ikun rilevanti għall-awditu.
Il-korpi tal-awditjar intern u servizzi oħrajn tal-amministrazzjonijiet nazzjonali kkonċernati għandhom joffru lill-Qorti tal-Awdituri l-faċilitajiet kollha li tqis li jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħha.
2. L-uffiċjali li jiġu vverifikati l-operazzjonijiet tagħhom mill-Qorti tal-Awdituri għandhom:
|
(a) |
juru r-rekords tagħhom tal-flus fl-idejn, kwalunkwe flus kontanti oħra, titoli u materjali oħra ta’ kull tip, kif ukoll id-dokumenti ta’ sostenn fir-rigward tal-amministrazzjoni tagħhom tal-fondi li ġew fdati lilhom u wkoll kwalunkwe ktieb, reġistru u dokument ieħor relatat magħhom; |
|
(b) |
jippreżentaw il-korrispondenza u kwalunkwe dokument ieħor meħtieġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-awditu msemmi fl-Artikolu 261. |
L-informazzjoni fornuta skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tista’ tintalab biss mill-Qorti tal-Awdituri.
3. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tingħata s-setgħa li tawditja d-dokumenti fir-rigward tad-dħul u tan-nefqa tal-Unjoni li jkunu miżmuma mid-dipartimenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u, partikolarment, mid-dipartimenti responsabbli għad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ tali dħul u nefqa, mill-korpi li jamministraw id-dħul jew in-nefqa f’isem l-Unjoni u mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirċievu pagamenti mill-baġit.
4. Il-kompitu li jiġi stabbilit li d-dħul ikun wasal, u li n-nefqa tkun saret, b’mod legali u adatt u li l-ġestjoni finanzjarja kienet tajba għandu jestendi għall-użu, minn korpi esterni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-fondi tal-Unjoni li huma jirċievu bħala kontribuzzjonijiet.
5. Il-finanzjament tal-Unjoni mħallas lir-riċevituri esterni għal istituzzjonijiet tal-Unjoni għandu jkun soġġett għal qbil bil-kitba minn dawk ir-riċevituri jew, fin-nuqqas ta’ qbil min-naħa tagħhom, mill-kuntratturi jew mis-sottokuntratturi, għall-awditjar mill-Qorti tal-Awdituri dwar l-użu magħmul mill-finanzjament mogħti.
6. Il-Kummissjoni għandha, fuq it-talba tal-Qorti tal-Awdituri, tipprovdiha bi kwalunkwe informazzjoni rigward l-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self.
7. L-użu ta’ sistemi integrati tal-kompjuter ma għandux ikollu l-effett li jnaqqas l-aċċess mill-Qorti tal-Awdituri għal dokumenti ta’ sostenn. Kull meta jkun teknikament possibbli, għandu jingħata aċċess elettroniku għad-data u għad-dokumenti meħtieġa għall-awditjar lill-Qorti tal-Awdituri fil-bini tagħha stess u f’konformità ma’ regoli rilevanti dwar is-sigurtà.
Artikolu 264
Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri
1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni l-oħrajn ikkonċernati sat-30 ta’ Ġunju, kwalunkwe osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, hija tali li għandha tidher fir-rapport annwali tagħha. Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sal-15 ta’ Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.
2. Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għandu jkun fih valutazzjoni tas-solidità tal-ġestjoni finanzjarja.
3. Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għandu jkun fih taqsima għal kull istituzzjoni tal-Unjoni u għall-fond ta’ proviżjonament komuni. Il-Qorti tal-Awdituri tista’ żżid kwalunkwe rapport ta’ sommarju jew tagħmel kwalunkwe osservazzjoni ġenerali li jidhrilha li tkun adatta.
4. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru, ir-rapport annwali tagħha akkumpanjat mir-risposti ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni u għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 265
Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri
1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-istituzzjoni tal-Unjoni jew lill-korp ikkonċernati kwalunkwe osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, għandha tidher f’rapport speċjali. Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja.
L-istituzzjoni tal-Unjoni jew il-korp ikkonċernat għandhom jinformaw lill-Qorti tal-Awdituri, b’mod ġenerali, fi żmien sitt ġimgħat mit-trażmissjoni ta’ dawk l-osservazzjonijiet, dwar kwalunkwe tweġiba li jkunu jixtiequ jagħtu rigward dawk l-osservazzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi sospiż, f’każijiet debitament ġustifikati, b’mod partikolari meta, matul il-proċedura kontradittorja, ikun meħtieġ li l-istituzzjoni tal-Unjoni jew il-korp ikkonċernati jiksbu rispons mill-Istati Membri sabiex jiffinalizzaw it-tweġiba tagħhom.
It-tweġibiet tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tal-korp ikkonċernat għandhom jindirizzaw l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri b’mod dirett u esklużiv.
Fuq talba tal-Qorti tal-Awdituri jew tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tal-korp ikkonċernati, it-tweġibiet jistgħu jiġu eżaminati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill wara l-pubblikazzjoni tar-rapport.
Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li r-rapporti speċjali jiġu abbozzati u adottati f’perjodu ta’ żmien adegwat, li ġeneralment ma għandux ikun aktar minn 13-il xahar.
Ir-rapporti speċjali, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew tal-korpi kkonċernati, għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, meta xieraq flimkien mal-Kummissjoni, liema azzjoni għandha tittieħed bħala reazzjoni għal dan.
Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet għall-osservazzjonijiet tagħha minn kull istituzzjoni tal-Unjoni jew korp ikkonċernat kif ukoll l-iskeda ta’ żmien għat-tfassil tar-rapport speċjali jkunu ppubblikati flimkien mar-rapport speċjali.
2. L-opinjonijiet imsemmija fl-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, tat-TFUE li mhumiex marbutin ma’ proposti jew abbozzi koperti mill-proċedura leġiżlattiva tal-konsultazzjoni jistgħu jiġu ppubblikati mill-Qorti tal-Awdituri f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-pubblikazzjoni wara li tkun ikkonsultat lill-istituzzjoni tal-Unjoni li tkun talbet l-opinjoni jew li lilha tkun tirrigwarda. L-opinjonijiet ippubblikati għandhom ikunu akkumpanjati minn kwalunkwe kumment mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkonċernati.
KAPITOLU 2
Kwittanza
Artikolu 266
Skeda għall-proċedura ta’ kwittanza
1. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena n+2, kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena n.
2. Meta ma jistax ikun hemm konformità mal-iskadenza prevista fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għal dan.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li jagħti kwittanza, il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz sabiex tieħu miżuri, mill-aktar fis possibbli, sabiex tneħħi jew tiffaċilita t-tneħħija tal-ostakli għal dik id-deċiżjoni.
Artikolu 267
Il-proċedura ta’ kwittanza
1. Id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għandha tkopri l-kontijiet tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Unjoni, il-bilanċ li jirriżulta u l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni kif murija fil-karta tal-bilanċ.
2. Bil-ħsieb li jagħti l-kwittanza, il-Parlament Ewropew għandu, wara li jkun għamel hekk il-Kunsill, jeżamina l-kontijiet, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapport tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 318 tat-TFUE. Għandu jeżamina wkoll ir-rapport annwali magħmul mill-Qorti tal-Awdituri flimkien mat-tweġibiet mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jkunu qegħdin jiġu awditjati, u kwalunkwe rapport speċjali rilevanti mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata u d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.
3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba tal-Parlament, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex il-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata tiġi applikata mingħajr problemi, f’konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE.
Artikolu 268
Miżuri ta’ segwitu
1. F’konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 ta’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa biex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar il-kwittanza tal-Parlament Ewropew u fuq il-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjoni għall-kwittanza kif adottata mill-Kunsill.
2. Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 għandhom jirrapportaw dwar il-miżuri meħudin fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti, u, b’mod partikolari, fuq l-istruzzjonijiet li taw lil kwalunkwe wieħed mid-dipartimenti tagħhom li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni billi jinformawha bil-miżuri li huma jkunu ħadu biex jaġixxu fuq dawn l-osservazzjonijiet sabiex b’hekk il-Kummissjoni tkun tista’ teħodhom f’kunsiderazzjoni meta tħejji r-rapport tagħha. Ir-rapporti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 għandhom jintbagħtu wkoll lill-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 269
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-SEAE
Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri previsti fl-Artikolu 319 tat-TFUE u fl-Artikoli 266, 267 u 268 ta’ dan ir-Regolament. Is-SEAE għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdi, kif xieraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz tal-attendenza f’laqgħat tal-korpi rilevanti.
TITOLU XV
APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI
Artikolu 270
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. L-approprjazzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
2. Dan it-Titolu japplika għall-approprjazzjonijiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 47(4) u għal dawk tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni.
L-impenji baġitarji li jikkorrispondu għal approprjazzjonijiet amministrattivi ta’ tip komuni għal diversi titoli u li jkunu ġestiti b’mod globali jistgħu jiġu rreġistrati b’mod globali fil-kontabbiltà baġitarja wara l-klassifikazzjoni tas-sommarju skont it-tip kif stabbilit fl-Artikolu 47(4).
In-nefqa korrispondenti għandha tiddaħħal fil-linji baġitarji ta’ kull titolu skont l-istess distribuzzjoni għall-approprjazzjonijiet.
3. In-nefqa amministrattiva li toriġina minn kuntratti li jkopru perjodi li jestendu lil hinn mis-sena finanzjarja, jew f’konformità mal-prattika lokali inkella relatata mal-forniment ta’ tagħmir, għandha tiġi ddebitata lill-baġit għas-sena finanzjarja li ssir fiha.
4. Jistgħu jsiru pagamenti bil-quddiem lill-persunal u lil membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u fid-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
Artikolu 271
Pagamenti li jsiru bil-quddiem
In-nefqa msemmija fl-Artikolu 11(2) li trid titħallas bil-quddiem skont dispożizzjonijiet legali jew kuntrattwali tista’ twassal sabiex pagamenti mill-1 ta’ Diċembru ’l quddiem jiġu ddebitati lill-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja ta’ wara. F’dak il-każ, ma għandux japplika l-limitu stabbilit fl-Artikolu 11(2), il-punt (a).
Artikolu 272
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proġetti ta’ bini
1. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena, dokument ta’ ħidma fuq il-politika tagħha dwar il-bini, li għandu jinkorpora l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
għal kull binja, in-nefqa u l-erja tas-superfiċje koperti mill-approprjazzjonijiet tal-linji baġitarji korrispondenti. In-nefqa għandha tinkludi l-kostijiet għat-tagħmir tal-bini iżda mhux l-imposti l-oħrajn; |
|
(b) |
l-evoluzzjoni mistennija tal-programmazzjoni globali tal-erja tas-superfiċje, filwaqt li jitqiesu x-xejriet tat-telexogħol, u tas-siti għas-snin li ġejjin, b’deskrizzjoni tal-proġetti ta’ bini fil-fażi ta’ ppjanar li diġà ġew identifikati u valutazzjoni tal-evoluzzjoni tas-suq tal-proprjetà madwar il-post tal-proġett li twassal għal kost addizzjonali; |
|
(c) |
it-termini u l-kostijiet finali kif ukoll l-informazzjoni rilevanti rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ bini ġodda li kienu tressqu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 u mhux inklużi fid-dokumenti ta’ ħidma tas-snin preċedenti. |
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi din l-informazzjoni bħala parti mid-dokumenti ta’ ħidma mehmuża mal-abbozz ta’ baġit, kif stabbilit fl-Artikolu 41(3).
2. Għal kwalunkwe proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-baġit, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kemm jista’ jkun kmieni, u fi kwalunkwe każ qabel ma tibda kwalunkwe stħarriġ tas-suq lokali fil-każ ta’ kuntratti ta’ bini, jew qabel ma joħorġu s-sejħiet għall-offerti, fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ bini, dwar is-superfiċje tal-bini meħtieġa, u r-raġunijiet għal x’hix hija meħtieġa, u l-ippjanar proviżorju.
3. Għal kull proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-baġit, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha tippreżenta proġett ta’ bini, b’mod partikolari li jkun fih estimu dettaljat tal-kostijiet tiegħu, filwaqt li tispeċifika b’partikolari dawk relatati ma’ kwalunkwe xogħol meħtieġ biex titjieb l-effiċjenza enerġetika, u tal-finanzjament tiegħu inkluż kwalunkwe użu possibbli tad-dħul assenjat intern imsemmi fl-Artikolu 21(3), il-punt (e), kif ukoll elenku tal-abbozz tal-kuntratti li jkun hemm il-ħsieb li jintużaw, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u għandha titlob l-approvazzjoni tagħhom qabel ma jiġu konklużi l-kuntratti. Fuq it-talba tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni, id-dokumenti sottomessi marbutin mal-proġett ta’ bini għandhom jiġu trattati b’mod kunfidenzjali.
Ħlief fil-każijiet ta’ force majeure, kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq il-proġett ta’ bini fi żmien erba’ ġimgħat mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewh.
Il-proġett ta’ bini għandu jitqies approvat wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jiħdux deċiżjoni kuntrarja għall-proposta qabel ma jiskadi dak il-perjodu ta’ żmien.
Jekk il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill iqajmu tħassib matul dak il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat, dak il-perjodu għandu jiġi estiż darba b’ġimagħtejn.
Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jieħdu deċiżjoni kuntrarja għall-proġett ta’ bini, l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata għandha tirtira l-proposta tagħha u tista’ tippreżenta waħda ġdida.
4. Fil-każijiet ta’ force majeure, li għalihom għandhom jingħataw raġunijiet debiti, l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2 tista’ tkun sottomessa b’mod konġunt mal-proġett ta’ bini. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jiddeliberaw fuq il-proġett ta’ bini fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewh. Il-proġett ta’ bini għandu jitqies approvat wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu ta’ ġimagħtejn, sakemm il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill ma jiħdux deċiżjoni kuntrarja għall-proposta qabel ma jiskadi dan il-perjodu ta’ żmien.
5. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala proġetti ta’ bini li x’aktarx ikollhom implikazzjonijiet finanzjarji sinifikattivi fuq il-baġit:
|
(a) |
kwalunkwe akkwiżizzjoni ta’ art; |
|
(b) |
l-akkwiżizzjoni, il-bejgħ, ir-rinnovazzjoni strutturali, il-kostruzzjoni ta’ bini jew kwalunkwe proġett li jgħaqqad dawk l-elementi li għandhom jiġu implementati fl-istess perjodu ta’ żmien, li jaqbżu EUR 3 000 000; |
|
(c) |
l-akkwiżizzjoni, ir-rinnovazzjoni strutturali, il-kostruzzjoni ta’ bini jew kwalunkwe proġett li jgħaqqad dawk l-elementi li għandhom jiġi implimentat fl-istess perjodu ta’ żmien, li jaqbżu EUR 2 000 000 fil-każ li l-prezz ikun jirrappreżenta aktar minn 110 % tal-prezz lokali ta’ proprjetajiet komparabbli kif evalwati minn espert indipendenti; |
|
(d) |
il-bejgħ ta’ art jew bini fil-każ li l-prezz jirrappreżenta anqas minn 90 % tal-prezz lokali ta’ proprjetajiet komparabbli kif evalwati minn espert indipendenti; |
|
(e) |
kwalunkwe kuntratt ta’ bini ġdid, inkluż l-użufrutt, il-lokazzjoni fit-tul, u t-tiġdid ta’ kuntratti eżistenti ta’ bini b’kundizzjonijiet anqas favorevoli, li ma jkunx koperti mill-punt (b) b’imposta annwali ta’ mill-anqas EUR 750 000; |
|
(f) |
l-estensjoni jew it-tiġdid ta’ kuntratti eżistenti ta’ bini, inklużi l-użufrutt u l-lokazzjoni fit-tul, bl-istess kundizzjonijiet jew b’kundizzjonijiet aktar favorevoli, b’imposta annwali ta’ mill-anqas EUR 3 000 000. |
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal proġetti ta’ bini li jkollhom natura interistituzzjonali, kif ukoll għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
Il-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (b) sa (f), għandhom jinkludu l-kostijiet tat-tagħmir tal-bini. Għall-kuntratti ta’ kiri u ta’ użufrutt, dawk il-limiti għandhom iqisu l-kostijiet tat-tagħmir tal-bini iżda mhux imposti oħrajn.
6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17, u f’każijiet debitament ġustifikati, proġett ta’ akkwiżizzjoni ta’ bini jew rinnovazzjoni strutturali jista’ jkun iffinanzjat permezz ta’ self, soġġett li jkun hemm l-approvazzjoni minn qabel tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Is-self għandu jkun ikkuntrattat u mħallas lura f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u b’kont dovut tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Meta istituzzjoni tal-Unjoni tipproponi li tiffinanzja l-akkwiżizzjoni jew ir-rinnovazzjoni strutturali permezz ta’ self, il-pjan ta’ finanzjament li għandu jiġi sottomess, flimkien mat-talba għal approvazzjoni minn qabel mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata, għandu jispeċifika b’mod partikolari l-livell massimu ta’ finanzjament, il-perjodu ta’ finanzjament, it-tip ta’ finanzjament, il-kundizzjonijiet tal-finanzjament u l-ispejjeż iffrankati meta mqabbel ma’ tipi oħrajn ta’ arranġamenti kuntrattwali. Id-dokumenti sottomessi relatati ma’ proġetti ta’ rinnovazzjoni strutturali għandu jkun fihom elementi li juru l-iffrankar stmat relatat mal-konsum tal-enerġija, il-kostijiet operatorji jew il-prestazzjoni ambjentali mtejba.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq it-talba għal approvazzjoni minn qabel fi żmien erba’ ġimgħat, prorogabbli b’ġimagħtejn, mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewha. L-akkwiżizzjoni jew ir-rinnovazzjoni strutturali ffinanzjati permezz ta’ self għandhom jitqiesu miċħuda jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma japprovawhomx espressament qabel ma jiskadi dan it-terminu.
Artikolu 273
Proċedura ta’ informazzjoni bikrija u proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel
1. Il-proċedura ta’ informazzjoni bikrija stabbilita fl-Artikolu 272(2) u l-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel stabbilita fl-Artikolu 272(3) u (4) ma għandhomx japplikaw għall-akkwiżizzjoni ta’ art b’xejn jew għal ammont simboliku.
2. Il-proċedura ta’ informazzjoni bikrija stabbilita fl-Artikolu 272(2) u l-approvazzjoni minn qabel stabbiliti fl-Artikolu 272(3) u (4) għandhom japplikaw ukoll għal binjiet residenzjali jekk l-akkwiżizzjoni, ir-rinnovazzjoni strutturali, il-kostruzzjoni ta’ bini jew kwalunkwe proġett li jgħaqqad dawk l-elementi fl-istess perjodu ta’ żmien jaqbeż EUR 2 000 000 u l-prezz huwa aktar minn 110 % tal-prezz jew l-indiċi tal-kera lokali ta’ proprjetajiet komparabbli. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu mill-istituzzjoni tal-Unjoni inkarigata kwalunkwe informazzjoni relatata mal-bini residenzjali.
3. F’ċirkustanzi politiċi eċċezzjonali jew urġenti, l-informazzjoni bikrija msemmija fl-Artikolu 272(2) dwar proġetti ta’ bini relatati mad-delegazzjonijiet jew l-uffiċċji tal-Unjoni f’pajjiżi terzi tista’ tiġi sottomessa b’mod konġunt mal-proġett ta’ bini skont l-Artikolu 272(3). F’tali każijiet, il-proċeduri ta’ informazzjoni bikrija u ta’ approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu konklużi fl-ewwel opportunità possibbli.
Għal proġetti ta’ bini residenzjali f’pajjiżi terzi, il-proċeduri ta’ informazzjoni bikrija u ta’ approvazzjoni minn qabel għandhom jitwettqu b’mod konġunt.
4. Il-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel stabbilita fl-Artikolu 272(3) u (4) ma għandhiex tapplika għal kuntratti jew studji preparatorji meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kost u l-finanzjament dettaljati tal-proġett ta’ bini.
TITOLU XVI
TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI U ATTI DELEGATI
Artikolu 274
Talbiet għal informazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma intitolati li jiksbu kwalunkwe informazzjoni jew spjegazzjoni rigward kwistjonijiet baġitarji fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom.
Artikolu 275
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 70(1), l-Artikolu 71, it-tielet paragrafu, l-Artikolu 164 u l-Artikolu 216(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi, għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għall-perjodi tad-durata tal-oqfsa finanzjarji pluriennali sussegwenti, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu ta’ durata tal-qafas finanzjarju pluriennali korrispondenti.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 70(1), l-Artikolu 71, it-tielet paragrafu, l-Artikolu 164 u l-Artikolu 216(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi, tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 70(1), l-Artikolu 71, it-tielet paragrafu, l-Artikolu 164 u l-Artikolu 216(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi, għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 276
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
TITOLU XVII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻIZZJONALI
Artikolu 277
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi għas-settur u għal applikazzjoni volontarja, u soġġett għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 36(8), 130, 137(2), 138(2) u 144(5) dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni għall-ġestjoni kondiviża u l-ġestjoni diretta f’każijiet fejn il-baġit jiġi implimentat skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), mal-Istati Membri, għandhom japplikaw biss għall-programmi adottati jew iffinanzjati mill-1 ta’ Jannar 2028.
2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi għas-settur u għall-applikazzjoni volontarja, is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni ma għandhiex tapplika għar-Regolament (UE) 2021/241.
3. L-impenji legali għal għotjiet li jimplimentaw il-baġit taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 jistgħu jkomplu jieħdu l-forma ta’ deċiżjonijiet ta’ għotja. Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VIII applikabbli għal ftehimiet ta’ għotja għandhom japplikaw mutatis mutandis għal deċiżjonijiet ta’ għotja.
4. Ir-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 966/2012, (UE, Euratom) 2018/1046 u r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 għandhom jibqgħu japplikaw għal impenji legali assunti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-valutazzjonijiet tal-pilastri eżistenti, il-mudelli ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni u l-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja jistgħu jkomplu japplikaw u għandhom jiġu rieżaminati kif xieraq.
5. L-obbligu stabbilit fl-Artikolu 36(2), il-punt (d), u (6) dwar l-għoti ta’ aċċess għad-data għar-riċevituri ta’ fondi u s-sidien benefiċjarji tagħhomgħandhom japplikaw biss għall-programmi adottati skont l-oqfsa finanzjarji pluriennali ta’ wara l-2027 u ffinanzjati minnhom.
6. L-Artikolu 38(4), it-tielet subparagrafu, u (6), għandu japplika biss għal programmi adottati skont l-oqfsa finanzjarji pluriennali ta’ wara l-2027 u ffinanzjati minnhom.
7. L-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 252(1), (2) u (5) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-kontijiet għas-sena finanzjarja 2026. L-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom ikomplu japplikaw sa dak iż-żmien.
8. Id-derogi għall-obbligu li tiġi pprovduta dikjarazzjoni fuq l-unur fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet ta’ valur baxx ħafna, kif stabbilit fl-Artikolu 139(1), is-sitt subparagrafu, u fl-Artikolu 199(1), il-punt (b), it-tieni subparagrafu, għandhom japplikaw għall-proċeduri tal-għoti għall-għotjiet iffinanzjati taħt l-oqfsa finanzjarji pluriennali ta’ wara l-2027.
Artikolu 278
Rieżami
Dan ir-Regolament għandu jkun rieżaminat kull meta jinsab neċessarju li jsir hekk u fi kwalunkwe każ mill-anqas sentejn qabel tmiem kull qafas finanzjarju pluriennali.
Tali rieżami għandu jkopri, fost l-oħrajn, l-implementazzjoni tat-Titoli VIII u X u l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 265.
Artikolu 279
Tħassir
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 huwa mħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 280
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta’ Settembru 2024.
L-Artikolu 48(2), il-punt (b), għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
(1) ĠU C 466, 24.11.2022, p. 26.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2024 (għadha mhiex ipubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Settembru 2024.
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027, (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/768 tat-30 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014, (ĠU L 165, 11.5.2021, p. 1.).
(7) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-18 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(10) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (OJ L 433 I, 22.12.2020, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(12) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).
(13) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(14) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(15) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(16) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(17) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Ġunju 2024, Il-Kummissjoni Ewropea v Deutsche Telekom AG, C-221/22 P, ECLI:EU:C:2024:488.
(19) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39).
(21) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/770 tat-30 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ li mhux qed jiġi riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex titqiegħed għad-dispożizzjoni dik ir-riżorsa proprja, fuq il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti, u fuq ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq id-dħul nazzjonali gross (ĠU L 165, 11.5.2021, p. 15).
(22) Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19)
(23) Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1).
(24) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020, Securitec vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-661/18, ECLI:EU:T:2020:319.
(25) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(26) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2023, RH vs Il-Kummissjoni, T-175/21T, ECLI:EU:T:2023:77, il-paragrafu 62.
(27) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(28) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
(29) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(30) Ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1).
(31) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(32) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/7 tal-5 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi formola standard għad-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 16).
(33) Ir-Regolament (UE) 2022/1031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta’ pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali — IPI) (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 1).
(34) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropeagħall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23).
(35) Ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja+) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 1).
(36) ĠU C 461, 10.12.2016, p. 2.
(37) ĠU C 438, 19.12.2017, p. 5.
(38) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).
(39) Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
(40) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(41) Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).
(42) Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).
(43) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(44) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(45) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(46) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1).
(47) Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94).
(48) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(49) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(50) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.
(51) ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.
(52) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).
(53) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).
(54) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(55) Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(56) Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).
(57) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(58) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(59) Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).
(60) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(61) Ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).
(62) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
ANNESS I
Kapitolu 1
Dispożizzjonijiet komuni
1. Kuntratti qafas u kuntratti speċifiċi
|
1.1. |
Kuntratt qafas ma għandux ikun għal aktar minn erba’ snin, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati b’mod partikolari mis-suġġett tal-kuntratt qafas.
Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas għandhom jingħataw skont it-termini tal-kuntratt qafas. Meta jikkonkludu kuntratti speċifiċi, il-partijiet ma għandhomx jiddevjaw sostanzjalment mill-kuntratt qafas. |
|
1.2. |
Meta kuntratt qafas jiġi konkluż ma’ operatur ekonomiku wieħed biss, il-kuntratti speċifiċi jingħataw jew jiġu modifikati fil-limiti tat-termini stipulati fil-kuntratt qafas.
F’tali ċirkustanzi u meta jkun debitament ġustifikat, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu bil-miktub lill-kuntrattur biex jissupplimenta l-offerta tiegħu jekk meħtieġ. |
|
1.3. |
Meta kuntratt qafas għandu jiġi konkluż ma’ diversi operaturi ekonomiċi (kuntratt qafas multiplu), dan jista’ jieħu l-forma ta’ kuntratti separati ffirmati b’termini identiċi ma’ kull kuntrattur.
Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas multipli għandhom ikunu implimentati b’wieħed mill-modi li ġejjin:
Id-dokumenti tal-akkwist imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (c), għandhom jispeċifikaw ukoll liema termini jistgħu jiġu soġġetti għall-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni. |
|
1.4. |
Kuntratt qafas multiplu bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għandu jiġi konkluż ma’ tal-anqas tliet operaturi ekonomiċi, dment li jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ offerti ammissibbli kif imsemmi fil-punt 29.3.
Waqt l-għoti ta’ kuntratt speċifiku billi terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-kuntratturi, l-awtorità kontraenti għandha tikkonsultahom bil-miktub u tiffissa limitu ta’ żmien li jkun twil biżżejjed li jippermetti li jiġu sottomessi offerti speċifiċi. Offerti speċifiċi għandhom jiġu sottomessi bil-miktub. L-awtorità kontraenti għandha tagħti kull kuntratt speċifiku lill-offerent li jkun issottometta l-aktar offerta speċifika ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi tal-kriterji għall-għoti stipulati fid-dokumenti tal-akkwist marbuta mal-kuntratt qafas. |
|
1.5. |
F’setturi soġġetti għal evoluzzjoni mgħaġġla tal-prezzijiet u tat-teknoloġija, il-kuntratti qafas mingħajr ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għandhom jinkludu klawsola dwar rieżami ta’ nofs it-terminu jew dwar sistema ta’ valutazzjoni komparattiva. Wara r-rieżami ta’ nofs it-terminu, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti inizjalment ma jkunux għadhom adattati għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet jew tat-teknoloġija, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tuża l-kuntratt qafas ikkonċernat u għandha tieħu l-miżuri xierqa biex ittemmu. |
|
1.6. |
Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas għandhom jiġu ppreċeduti minn impenn tal-baġit. |
2. Ir-reklamar ta’ proċeduri għal kuntratti b’valur ugwali jew ogħla mil-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1) ta’ dan ir-Regolament jew għal kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE
|
2.1. |
L-avviżi għal pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha stabbilita fil-formoli standard rilevanti msemmija fid-Direttiva 2014/24/UE biex jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura. |
|
2.2. |
L-awtorità kontraenti tista’ tħabbar l-intenzjonijiet tagħha ta’ akkwisti ppjanati għas-sena finanzjarja permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ informazzjoni minn qabel. Huwa għandu jkopri perjodu li jkun daqs jew anqas minn 12-il xahar mid-data li fiha l-avviż ikun intbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet).
L-awtorità kontraenti tista’ tippubblika avviż ta’ informazzjoni minn qabel jew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew fuq il-profil tax-xerrej tagħha. F’dan il-każ, avviż tal-pubblikazzjoni fuq il-profil tax-xerrej għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
2.3. |
L-awtorità kontraenti għandha tibgħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet avviż ta’ għoti ta’ kuntratt fuq ir-riżultati tal-proċedura sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-iffirmar ta’ kuntratt jew kuntratt qafas b’valur daqs jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1).
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-avviżi ta’ għoti ta’ kuntratt li jirrigwardaw kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri jistgħu jinġabru flimkien fuq bażi ta’ kull tliet xhur. F’tali każijiet, l-awtorità kontraenti għandha tibgħat l-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur. Avviżi ta’ għoti ta’ kuntratt ma għandhomx ikunu ppublikati għal kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratt qafas. |
|
2.4. |
L-awtorità kontraenti għandha tippubblika avviż ta’ għoti ta’ kuntratt:
|
|
2.5. |
L-awtorità kontraenti għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea avviż ta’ modifika ta’ kuntratt matul it-tul tiegħu fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 175(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), meta l-valur tal-modifika jkun daqs jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1) jew daqs jew akbar mil-limiti definiti fl-Artikolu 181(1) għal proċeduri fil-qasam tal-azzjonijiet esterni. |
|
2.6. |
Għal proċedura interistituzzjonali, l-awtorità kontraenti responsabbli għall-proċedura għandha tkun inkarigata li tapplika miżuri ta’ pubbliċità. |
3. Ir-reklamar ta’ proċeduri għal kuntratti b’valur taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1) ta’ dan ir-Regolament jew għal kuntratti lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE
|
3.1. |
Proċeduri b’valur stmat tal-kuntratt taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1) għandhom jiġu rreklamati b’mezzi xierqa. Tali reklamar jinvolvi pubbliċità ex ante xierqa fuq l-Internet jew avviż dwar kuntratt jew, għal kuntratti mogħtija f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-punt 13, il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dak l-obbligu ma għandux japplika għall-proċedura stabbilita fil-punt 11 u l-proċedura nnegozjata għal kuntratti ta’ valur baxx ħafna stabbilita fil-punt 14.4. |
|
3.2. |
Għal kuntratti mogħtija f’konformità mal-punt 11.1, it-tieni subparagrafu, il-punti (g) u (i), l-awtorità kontraenti għandha tibgħat lista tal-kuntratti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ wara s-sena finanzjarja segwenti. Meta l-awtorità kontraenti tkun il-Kummissjoni, dik il-lista għandha tiġi annessa mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 74(9). |
|
3.3. |
L-informazzjoni dwar l-għoti ta’ kuntratt għandha tinkludi l-isem tal-kuntrattur, l-ammont impenjat legalment u s-suġġett tal-kuntratt u, f’każ ta’ kuntratti diretti u kuntratti speċifiċi, din għandha tikkonforma mal-Artikolu 38(3).
L-awtorità kontraenti għandha tippubblika lista ta’ kuntratti fuq is-sit web tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja segwenti:
Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, il-punt (e), l-informazzjoni ppubblikata tista’ tiġi aggregata għal kull kuntrattur għal kuntratti speċifiċi taħt l-istess kuntratt qafas. |
|
3.4. |
Għal kuntratti qafas interistituzzjonali, kull awtorità kontraenti għandha tkun responsabbli għar-reklamar tal-kuntratti speċifiċi tagħha u l-emendi tagħhom f’konformità mal-punt 3.3. |
4. Pubblikazzjoni ta’ avviżi
|
4.1. |
L-awtorità kontraenti għandha tfassal u tibgħat l-avviżi msemmija fil-punti 2 u 3 b’mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. |
|
4.2. |
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jippubblika l-avviżi msemmija fil-punti 2 u 3 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard minn:
|
|
4.3. |
L-awtorità kontraenti għandha tkun kapaċi tipprovdi evidenza tad-data li jintbagħtu. |
5. Forom oħra ta’ reklamar
Barra mir-reklamar previst fil-punti 2 u 3, il-proċeduri ta’ akkwist jistgħu jiġu rreklamati bi kwalunkwe mod ieħor, b’mod partikolari fil-forma elettronika. Kwalunkwe tali reklamar għandu jirreferi għall-avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jekk l-avviż ikun ġie ppubblikat, u ma għandux jippreċedi l-pubblikazzjoni ta’ dak l-avviż, li hu biss hu awtentiku.
Tali reklamar ma għandux jintroduċi kwalunkwe diskriminazzjoni bejn il-kandidati jew l-offerenti u lanqas ma jista’ jkun fih dettalji ħlief dawk inklużi fl-avviż dwar kuntratt, jekk l-avviż ikun ġie ppubblikat.
6. Għadd minimu ta’ kandidati u arranġamenti għan-negozjar
|
6.1. |
Fi proċedura ristretta, u fil-proċeduri msemmija fil-punt 13.1, il-punti (a) u (b), għal kuntratti mogħtija f’konformità mal-punt 14.2, l-għadd minimu ta’ kandidati għandu jkun ħamsa. |
|
6.2. |
Fi proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, djalogu kompetittiv, sħubija għall-innovazzjoni, stħarriġ tas-suq lokali f’konformità mal-punt 11.1, it-tieni subparagrafu, il-punt (g), u proċedura nnegozjata għal kuntratti ta’ valur baxx f’konformità mal-punt 14.3, l-għadd minimu ta’ kandidati għandu jkun tlieta. |
|
6.3. |
Il-punti 6.1 u 6.2 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li ġejjin:
|
|
6.4. |
Meta l-għadd ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji għall-għażla jkun anqas mill-għadd minimu speċifikat fil-punti 6.1 u 6.2, l-awtorità kontraenti tista’ tkompli l-proċedura billi tistieden lill-kandidati li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa biex jissottomettu offerta. L-awtorità kontraenti ma għandhiex tinkludi operaturi ekonomiċi oħra li ma jkunux inizjalment talbu li jipparteċipaw jew li ma jkunux inizjalment mistiedna. |
|
6.5. |
Matul in-negozjar, l-awtorità kontraenti għandha tiżgura trattament ugwali lill-offerenti kollha.
Negozjar jista’ jsir fi stadji suċċessivi sabiex jonqos l-għadd ta’ offerti li jridu jiġu nnegozjati billi jiġu applikati l-kriterji għall-għoti speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist. L-awtorità kontraenti għandha tindika jekk mhux ser tuża din l-għażla fid-dokumenti tal-akkwist. |
|
6.6. |
Għall-kuntratti mogħtija f’konformità mal-punt 11.1, it-tieni subparagrafu, il punti (d) u (g), u l-punti 14.2 u 14.3, l-awtorità kontraenti għandha tistieden tal-anqas lill-operaturi ekonomiċi kollha li esprimew interess wara pubbliċità ex ante kif stabbilit fil-punt 3.1 jew stħarriġ tas-suq lokali jew kompetizzjoni dwar id-disinn. |
7. Sħubija għall-innovazzjoni
|
7.1. |
L-għan ta’ sħubija għall-innovazzjoni għandu jkun l-iżvilupp ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jirriżultaw, dment li dawn jikkorrispondu għal-livelli ta’ prestazzjoni maqbula u l-kostijiet massimi miftiehma bejn l-awtoritajiet kontraenti u s-sħab.
Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tiġi strutturata f’fażijiet suċċessivi li jsegwu s-sekwenza ta’ passi fil-proċess ta’ riċerka u innovazzjoni, li tista’ tinkludi t-tlestija tax-xogħlijiet, il-manifattura tal-prodotti jew il-forniment tas-servizzi. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sħab. Abbażi ta’ dawk il-miri intermedji, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi wara kull fażi li ttemm is-sħubija għall-innovazzjoni jew, f’każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni b’diversi sħab, li tnaqqas l-għadd ta’ sħab billi ttemm kuntratti individwali, dment li l-awtorità kontraenti tkun indikat dawk il-possibiltajiet u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom fid-dokumenti tal-akkwist. |
|
7.2. |
Qabel ma tniedi sħubija għall-innovazzjoni, l-awtorità kontraenti għandha tikkonsulta s-suq kif previst fil-punt 15 sabiex jiġi żgurat li x-xogħol, il-provvista jew is-servizz ma jkunx jeżisti fis-suq jew bħala attività ta’ żvilupp qrib is-suq.
Għandu jkun hemm konformità mal-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 167(4) u fil-punt 6.5. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tiddeskrivi l-ħtieġa għal provvisti, servizzi jew xogħlijiet innovattivi li ma jistgħux jiġu ssodisfati billi jinxtraw provvisti, servizzi jew xogħlijiet, li diġà huma disponibbli fis-suq. Hija għandha tindika liema elementi ta’ dik id-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi. L-informazzjoni prevista għandha tkun preċiża biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tas-soluzzjoni meħtieġa u jistgħu jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura. L-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi s-sħubija ta’ innovazzjoni ma’ sieħeb wieħed jew aktar li jwettqu attivitajiet separati ta’ riċerka u żvilupp. Il-kuntratti għandhom jingħataw biss fuq il-bażi tal-aħjar bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità kif stabbilit fl-Artikolu 170(4). |
|
7.3. |
Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika l-arranġamenti applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Fil-qafas ta’ sħubija għall-innovazzjoni, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiżvela lill-isħab l-oħra s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn sieħeb mingħajr il-qbil tiegħu. L-awtorità kontraenti għandha tiżgura li l-istruttura tas-sħubija u, b’mod partikolari, id-durata u l-valur tal-fażijiet differenti għandhom jirriflettu l-grad ta’ innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva li għadha mhijiex disponibbli fis-suq. Il-valur stmat tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi għandu jkun proporzjonat fir-rigward tal-investiment meħtieġ għall-iżvilupp tagħhom. |
8. Kompetizzjonijiet dwar id-disinn
|
8.1. |
Kompetizzjonijiet dwar id-disinn għandhom ikunu soġġetti għar-regoli dwar ir-reklamar stabbiliti fil-punt 2 u jistgħu jinkludu l-għoti ta’ premjijiet.
Meta l-kompetizzjonijiet dwar id-disinn huma limitati għal għadd limitat ta’ kandidati, l-awtorità kontraenti għandha tistabbilixxi kriterji għall-għażla ċari u mhux diskriminatorji. L-għadd ta’ kandidati mistiedna sabiex jipparteċipaw għandu jkun biżżejjed biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina. |
|
8.2. |
Il-ġurija għandha tinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Hija għandha tkun magħmula esklużivament minn persuni fiżiċi li ma jkollhomx x’jaqsmu mal-kandidati fil-kompetizzjoni. Meta tkun meħtieġa kwalifika professjonali partikolari minn kandidati f’kompetizzjoni, mill-anqas terz tal-membri tal-ġurija għandu jkollhom l-istess kwalifika jew waħda ekwivalenti.
Il-ġurija għandha tkun awtonoma fl-opinjonijiet tagħha. L-opinjonijiet tagħha għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-proġetti sottomessi lilha b’mod anonimu mill-kandidati u fid-dawl biss tal-kriterji stabbiliti fl-avviż dwar il-kompetizzjoni. |
|
8.3. |
Il-proposti tal-ġurija, abbażi tal-merti ta’ kull proġett individwali, u l-klassifikazzjoni u r-rimarki tagħha, għandhom jiġu rreġistrati f’rapport iffirmat mill-membri tagħha.
Il-kandidati għandhom jibqgħu anonimi sakemm il-ġurija tkun tat l-opinjoni tagħha. Il-kandidati jistgħu jintalbu mill-ġurija sabiex iwieġbu l-mistoqsijiet irreġistrati fir-rapport biex jiċċaraw proġett. Għandu jsir rapport sħiħ tad-djalogu li jirriżulta. |
|
8.4. |
L-awtorità kontraenti għandha tieħu deċiżjoni tal-għoti li tinkludi l-isem u l-indirizz tal-kandidat magħżul u r-raġunijiet għall-għażla, b’referenza għall-kriterji mħabbra fl-avviż dwar il-kompetizzjoni, speċjalment jekk l-għażla tiddevja mill-proposti magħmula fl-opinjoni tal-ġurija. |
9. Sistema dinamika ta’ xiri
|
9.1. |
Sistema dinamika ta’ xiri tista’ tiġi diviża f’kategoriji ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma definiti oġġettivament fuq il-bażi ta’ karatteristiċi tal-akkwist li għandhom jitwettqu fil-kategorija kkonċernata. F’dak il-każ, għandhom jiġu definiti kriterji għall-għażla għal kull kategorija. |
|
9.2. |
L-awtorità kontraenti għandha tindika fid-dokumenti tal-akkwist tagħha n-natura u l-kwantità stmata tax-xiri previst u l-informazzjoni kollha neċessarja dwar is-sistema ta’ xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kollegament tekniku. |
|
9.3. |
Matul il-perjodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri, l-awtorità kontraenti għandha tagħti, lil kull operatur ekonomiku, il-possibbiltà li jitlob biex jipparteċipa fis-sistema. Hija għandha tlesti l-evalwazzjoni tagħha ta’ tali talbiet fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mir-riċezzjoni tagħhom, iżda tista’ testendi l-perjodu ta’ evalwazzjoni dment li sadanittant ma tinħareġ l-ebda stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw fid-dokumenti ta’ akkwist it-tul tal-perjodu estiż li huma biħsiebhom japplikaw.
L-awtorità kontraenti għandha tgħarraf lill-kandidat malajr kemm jista’ jkun dwar jekk ġiex ammess jew le fis-sistema dinamika ta’ xiri. |
|
9.4. |
L-awtorità kontraenti għandha tistieden lill-offerenti ammessi kollha biex jissottomettu offerta. Meta s-sistema dinamika tax-xiri tkun ġiet diviża f’kategoriji ta’ xogħlijiet, prodotti jew servizzi, l-awtorità kontraenti għandha tistieden lill-parteċipanti kollha li jkun ġew ammessi fil-kategorija li tikkorrispondi għall-akkwist speċifiku kkonċernat biex jissottomettu offerta.
L-awtorità kontraenti għandha tagħti l-kuntratt lill-offerent li jkun issottometta l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi tal-kriterji għall-għoti stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt. Jekk xieraq dawk il-kriterji jistgħu jiġu fformulati b’mod aktar preċiż fid-dokumenti tal-akkwist. |
|
9.5. |
L-awtorità kontraenti għandha tindika l-perjodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri fl-avviż dwar kuntratt.
L-awtorità kontraenti ma għandhiex tuża din is-sistema biex twaqqaf, tillimita, jew twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
10. Djalogu kompetittiv
|
10.1. |
L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħha, il-kriterji għall-għoti u skeda ta’ żmien indikattiva fl-avviż dwar kuntratt jew f’dokument deskrittiv.
Hija għandha tagħti l-kuntratt lill-offerta li toffri l-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità. |
|
10.2. |
L-awtorità kontraenti għandha tiftaħ djalogu mal-kandidati li jissodisfaw il-kriterji għall-għażla sabiex jidentifikaw u jiddefinixxu l-mezzi l-aktar adatti sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħha. Hija tista’ tiddiskuti l-aspetti kollha tal-akkwist mal-kandidati magħżula matul dak id-djalogu iżda ma tistax tbiddel il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħha u l-kriterji għall-għoti kif previst fil-punt 10.1.
Matul id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw ugwaljanza tat-trattament fost l-offerenti kollha u ma għandhomx jikxfu s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn offerent mingħajr il-qbil tiegħu li jirrinunzja għall-kunfidenzjalità. Id-djalogu kompetittiv jista’ jsir fi stadji suċċessivi bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi billi japplikaw il-kriterji għall-għoti mħabbra jekk dik il-possibbiltà tiġi prevista fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv. |
|
10.3. |
L-awtorità kontraenti għandha tkompli bid-djalogu sakemm tkun kapaċi tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet li huma kapaċi jilħqu l-ħtiġijiet tagħha.
Wara li tinforma lill-offerenti li jifdal dwar il-konklużjoni tad-djalogu, l-awtorità kontraenti għandha titlob lil kull wieħed minnhom biex jissottometti l-offerti finali tiegħu fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ippreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawk l-offerti għandhom jinkludu l-elementi kollha meħtieġa u neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-proġett. Fuq talba tal-awtorità kontraenti, dawk l-offerti finali jistgħu jiġu ċċarati, speċifikati u mtejba dment li dan ma jinvolvux bidliet sostanzjali fl-offerta jew fid-dokumenti tal-akkwist. L-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja mal-offerent li jkun issottometta l-offerta bl-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità biex jikkonferma l-impenji li jinsabu fil-offerta, dment li dan ma jwassalx għal bidla f’aspetti importanti tal-offerta u ma joħloqx riskju ta’ distorsjoni fil-kompetizzjoni jew jikkawża diskriminazzjoni. |
|
10.4. |
L-awtorità kontraenti tista’ tispeċifika l-pagamenti li għandhom isiru lill-kandidati magħżula li jieħdu sehem fid-djalogu. |
11. Użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt
|
11.1. |
Meta l-awtorità kontraenti tuża l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt, hija għandha tikkonforma mal-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 167(4) u fil-punt 6.5.
L-awtorità kontraenti tista’ tuża l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt, irrispettivament mill-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:
|
|
11.2. |
Offerta għandha titqies mhux adegwata meta ma tkunx relatata mas-suġġett tal-kuntratt. Offerta jew talba għall-parteċipazzjoni għandhom jitqiesu mhux adegwati meta l-parteċipant ma jkollux aċċess għall-akkwist imsemmi fl-Artikoli 179, 180 u 182, ikun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1) jew ma jissodisfax il-kriterji għall-għażla. |
|
11.3. |
L-eċċezzjonijiet deskritti fil-punt 11.1, it-tieni subparagrafu, il-punti (b)(ii) u (iii), għandhom japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhijiex ir-riżultat ta’ limitazzjonijiet artifiċjali fil-parametri meta jiġi definit l-akkwist. |
|
11.4. |
Fil-każijiet imsemmija fil-punt 11.1, it-tieni subparagrafu, il-punt (e), il-proġett bażiku għandu jindika l-limitu ta’ xogħlijiet jew servizzi ġodda possibbli u l-kundizzjonijiet li taħthom ser jingħataw. Hekk kif il-proġett bażiku jkun tqiegħed għall-offerta, għandu jiġi żvelat l-użu possibbli ta’ proċedura nnegozjata, u l-ammont totali stmat għal xogħlijiet jew servizzi sussegwenti għandu jitqies meta jiġu applikati l-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1) jew fl-Artikoli 181(1) fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni. Meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħtu kuntratti f’isimhom l-eżekuzzjoni tal-kuntratt oriġinali u mhux aktar tard mit-tliet snin ta’ wara l-konklużjoni tiegħu. |
12. Użu ta’ proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv
|
12.1. |
Meta l-awtorità kontraenti tuża l-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv, hija għandha ssegwi l-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 167(4) u fil-punt 6.5. L-awtorità kontraenti tista’ tuża dawk il-proċeduri, ikun xi jkun l-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:
|
|
12.2. |
Offerta għandha titqies bħala irregolari fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
|
12.3. |
Offerta għandha titqies inaċċettabbli fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
|
12.4. |
Fil-każijiet imsemmija fil-punt 12.1, il-punt (a), l-awtorità kontraenti ma għandhiex tkun meħtieġa tippubblika avviż dwar kuntratt jekk fil-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar tinkludi lil dawk l-offerenti kollha li ssodisfaw il-kriterji ta’ esklużjoni u għall-għażla ħlief dawk li jkunu ssottomettew offerta ddikjarata bħala baxxa wisq. |
13. Proċedura li tinvolvi sejħa għal espressjoni ta’ interess
|
13.1. |
Għal kuntratti b’valur taħt il-limitu minimu msemmi fl-Artikolu 178(1) jew l-Artikolu 181(1), u mingħajr preġudizzju għall-punti 11 u 12, l-awtorità kontraenti tista’ tuża sejħa għal espressjoni ta’ interess biex tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
13.2. |
Il-lista mħejjija wara sejħa għal espressjoni ta’ interess għandha tkun valida għal mhux aktar minn erba’ snin mid-data meta l-avviż imsemmi fil-punt 3.1 ikun ippubblikat.
Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tinkludi listi sekondarji. Kwalunkwe operatur ekonomiku interessat jista’ jesprimi l-interess tiegħu fi kwalunkwe waqt matul il-perjodu ta’ validità tal-lista, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta’ dak il-perjodu. |
|
13.3. |
Meta jkun irid jingħata kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha tistieden lill-kandidati jew lill-bejjiegħa kollha mdaħħla fil-lista jew fil-lista sekondarja rilevanti biex jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin:
|
14. Kuntratti ta’ valur medju, baxx jew baxx ħafna
|
14.1. |
Kuntratti ta’ valur medju, baxx jew baxx ħafna jistgħu jingħataw bi proċedura nnegozjata f’konformità mal-arranġamenti dwar in-negozjar stabbiliti fl-Artikolu 167(4) u fil-punt 6.5. Huma biss il-kandidati li jiġu mistiedna simultanjament u bil-miktub mill-awtorità kontraenti li għandhom jissottomettu offerta inizjali. |
|
14.2. |
Kuntratt ta’ valur ogħla minn EUR 60 000 u taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1) għandhom jitqiesu bħala ta’ valur medju. Għal kuntratti mogħtija minn delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, jew mogħtija esklużivament fl-interess tagħhom, kuntratt ta’ valur li jaqbeż EUR 100 000 u anqas minn EUR 300 000 għandu jitqies ta’ valur medju. Il-punti 3.1, 6.1 u 6.4 għandhom japplikaw għal tali kuntratti. |
|
14.3. |
Kuntratt ta’ valur li ma jaqbiżx EUR 60 000 , jew EUR 100 000 għal kuntratti mogħtija minn delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, jew mogħtija esklużivament fl-interess tagħhom , iżda li jaqbeż il-limitu stabbilit fil-punt 14.4, għandu jitqies ta’ valur baxx. Il-punti 3.1, 6.2 u 6.4 għandhom japplikaw għal tali kuntratti. |
|
14.4. |
Kuntratt ta’ valur li ma jaqbiżx EUR 15 000 għandu jitqies bħala ta’ valur baxx ħafna. Il-punt 6.3 għandu japplika għal tali kuntratti. Għal kuntratti mogħtija minn delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, jew mogħtija esklużivament fl-interess tagħhom, kuntratt li ma jaqbiżx EUR 20 000 għandu jitqies ta’ valur baxx ħafna. |
|
14.5. |
Il-pagamenti ta’ ammonti li ma jaqbżux EUR 1 000 , jew EUR 20 000 għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, fir-rigward ta’ elementi ta’ nefqa jistgħu jsiru sempliċiment bħala pagament kontra fatturi, mingħajr ma tkun aċċettata offerta minn qabel. |
15. Konsultazzjoni preliminari tas-suq
|
15.1. |
Għal konsultazzjoni preliminari tas-suq, l-awtorità kontraenti tista’ tfittex jew taċċetta parir minn esperti indipendenti jew awtoritajiet jew minn operaturi ekonomiċi. Dak il-parir jista’ jintuża fl-ippjanar u t-twettiq tal-proċedura ta’ akkwist, dment li tali parir ma jkollux l-effett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza. |
|
15.2. |
Meta operatur ekonomiku jkun ta parir lill-awtorità kontraenti jew kien involut b’xi mod ieħor fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tieħu l-miżuri xierqa kif stabbilit fl-Artikolu 143 biex tiżgura li l-kompetizzjoni ma tkunx distorta bil-parteċipazzjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku fil-proċedura tal-għoti. |
16. Dokumenti tal-akkwist
|
16.1. |
Id-dokumenti ta’ akkwist għandhom jinkludu dan li ġej:
L-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ma għandux japplika għal każijiet li fihom, minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, ma jkunx jista’ jintuża l-kuntratt mudell. |
|
16.2. |
L-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti għandha:
|
|
16.3. |
L-ispeċifikazzjonijiet ta’ sejħa għall-offerti għandhom jinkludu dan li ġej:
Fir-rigward tal-punt (h), f’konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li l-ammont totali tagħhom għal kull pajjiż terz ikkonċernat huwa anqas mill-ammont ta’ għajnuna de minimis kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831 (4) matul il-perjodu konsekuttiv ta’ tliet snin qabel in-notifika, ma għandhomx jiġu elenkati f’tali dikjarazzjoni. Kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin għandhom jiġu notifikati, ħlief jekk ikun previst mod ieħor, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati, abbażi tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560. |
|
16.4. |
L-abbozz ta’ kuntratt għandu:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (g), jekk reviżjoni tal-prezzijiet hija stabbilita fil-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha tqis b’mod partikolari:
L-ewwel subparagrafu, il-punti (c) u (d), ta ta’ dan il-punt jistgħu jiġu rinunzjati għal kuntratti ffirmati f’konformità mal-punt 11.1, it-tieni subparagrafu, il-punt (l). |
17. Speċifikazzjonijiet tekniċi
|
17.1. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jippermettu aċċess ugwali tal-atturi ekonomiċi għall-proċeduri ta’ akkwist u ma għandux ikollhom l-effett li joħolqu xkiel mingħajr ġustifikazzjoni għall-ftuħ tal-akkwist għall-kompetizzjoni.
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jinkludu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi, inkluż rekwiżiti minimi, b’tali mod li jissodisfaw l-użu li għalih ikunu maħsuba mill-awtorità kontraenti. |
|
17.2. |
Il-karatteristiċi msemmija fil-punt 17.1 jistgħu jinkludu kif xieraq:
|
|
17.3. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu fformulati biex jinkludu, għax-xiri kollu maħsub għall-użu minn persuni fiżiċi, kriterji ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà jew id-disinn għall-utenti kollha, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati.
Meta r-rekwiżiti obbligatorji ta’ aċċessibbiltà huma adottati permezz ta’ att legali tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha, jiġu definiti b’referenza għalihom. B’mod partikolari fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva għandhom jikkostitwixxu rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà obbligatorji skont it-tifsira ta’ dik id-Direttiva. Kwalunkwe prodott jew servizz, li l-karatteristiċi, l-elementi jew il-funzjonijiet tiegħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882 għandu jkun preżunt li jissodisfa l-obbligi rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-aċċessibbiltà, għal dawk il-karatteristiċi, l-elementi jew il-funzjonijiet, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament. |
|
17.4. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu fformulati bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:
|
|
17.5. |
Meta l-awtorità kontraenti tuża l-għażla li tirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet previsti fil-punt 17.4, il-punt (a), hija ma għandhiex tiċħad offerta fuq l-argument li din ma tkunx tikkonforma ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet ladarba l-offerent juri, bi kwalunkwe mezz xieraq, li s-soluzzjoni proposta tissodisfa, b’mod ekwivalenti, ir-rekwiżiti definiti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. |
|
17.6. |
Meta l-awtorità kontraenti tuża l-għażla prevista fil-punt 174, il-punt (b), biex tifformula speċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew ta’ rekwiżiti funzjonali, hija ma għandhiex tiċħad offerta li tikkonforma ma’ standard nazzjonali li jittrasponi standard Ewropew, approvazzjoni teknika Ewropea, speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, standard internazzjonali jew sistemi ta’ referenzi tekniċi stabbiliti minn korp ta’ standardizzazzjoni Ewropew, jekk dawk l-ispeċifikazzjonijiet jindirizzaw ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew ir-rekwiżiti funzjonali li hi tkun stabbiliet.
L-offerent għandu juri bi kwalunkwe mezz xieraq, li x-xogħol, il-provvista jew is-servizz konformi mal-istandard jilħaq ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew dawk funzjonali stabbiliti mill-awtorità kontraenti. |
|
17.7. |
Meta awtorità kontraenti għandha l-intenzjoni li tixtri xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi ambjentali, soċjali jew oħrajn speċifiċi, hija tista’ teħtieġ tikketta speċifika jew rekwiżiti speċifiċi minn tikketta, dment li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
L-awtorità kontraenti tista’ teżiġi li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu rapport tat-test jew ċertifikat bħala mezz ta’ prova ta’ konformità mad-dokumenti ta’ akkwist minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew korp ekwivalenti ta’ valutazzjoni tal-konformità. |
|
17.8. |
L-awtorità kontraenti għandha taċċetta kwalunkwe mezz xieraq ieħor ta’ prova differenti minn dawk imsemmija fil-punt 17.7, bħal dossier tekniku tal-manifattur, meta l-operatur ekonomiku ma kellu l-ebda aċċess għaċ-ċertifikati jew ir-rapporti tat-testijiet, jew ma kellu l-ebda possibbiltà li jiksibhom jew li jikseb tikketta speċifika fil-limiti ta’ żmien rilevanti, għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku u dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jkunu ser jiġu pprovduti jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikketta speċifika jew ir-rekwiżiti speċifiċi indikati mill-awtorità kontraenti. |
|
17.9. |
Sakemm dan ma jkunx iġġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jirreferu għal isem ta’ ditta jew provenjenza speċifika, jew proċess partikolari li jikkaratterizza l-prodotti jew servizzi fornuti minn operatur ekonomiku speċifiku, jew għal trademarks, privattivi, tipi jew oriġini jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu ffavoriti jew eliminati ċerti prodotti u ċerti operaturi ekonomiċi.
Tali referenza għandha tkun permessa, fuq bażi eċċezzjonali, meta ma tkunx possibbli deskrizzjoni ddettaljata u intelliġibbli biżżejjed tas-suġġett tal-kuntratt. Tali referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”. |
18. Kriterji ta’ esklużjoni u għall-għażla
|
18.1. |
Għall-fini tal-Artikolu 139, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta d-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku (DEAU) imsemmi fid-Direttiva 2014/24/UE, jew, jekk dan mhux possibbli, dikjarazzjoni fuq l-unur iffirmata u datata.
Operatur ekonomiku jista’ jerġa’ juża d-DEAU, jew dikjarazzjoni fuq l-unur iffirmata u ddatata, li jkun diġà ntuża fi proċedura preċedenti, dment li l-operatur ekonomiku jikkonferma li l-informazzjoni li fih għadha korretta. L-offerent rebbieħ preżunt għandu jipprovdi, f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kontraenti u qabel l-għoti tal-kuntratt, l-evidenza li mhuwiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138(1), li tikkonferma d-DEUA jew id-dikjarazzjoni fuq l-unur fil-każijiet li ġejjin:
B’deroga mit-tielet subparagrafu, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi li l-offerent rebbieħ preżunt jipprovdi, f’limitu ta’ żmien raġonevoli wara d-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt iżda qabel l-iffirmar tal-kuntratt, l-evidenza msemmija fit-tielet subparagrafu, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 163(6). |
|
18.2. |
Fid-dokumenti tal-akkwist l-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji għall-għażla, il-livelli minimi ta’ kapaċità u l-evidenza meħtieġa biex tingħata prova ta’ dik il-kapaċità. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt.
Fid-dokumenti tal-akkwist l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw il-kriterji għall-għażla filwaqt li jittieħed kont tal-punt 18.6. Meta kuntratt huwa maqsum f’lottijiet, l-awtorità kontraenti tista’ tistabbilixxi livelli minimi ta’ kapaċità għal kull lott. Hija tista’ tistipula livelli minimi addizzjonali ta’ kapaċità f’każ fejn bosta lottijiet jingħataw lill-istess kuntrattur. |
|
18.3. |
Fir-rigward tal-kapaċità għat-twettiq tal-attività professjonali, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi li l-operatur ekonomiku jissodisfa mill-anqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
|
|
18.4. |
Meta tirċievi talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta d-DEAU jew, fin-nuqqas ta’ dak, dikjarazzjoni fuq l-unur li tgħid li l-kandidat jew l-offerent jissodisfa l-kriterji għall-għażla. Ir-rekwiżit tas-sottomissjoni ta’ DEAU jew ta’ dikjarazzjoni fuq l-unur jista’ jiġi rinunzjat għal kuntratt ta’ valur baxx ħafna.
L-awtorità kontraenti tista’, fi kwalunkwe mument matul il-proċedura, titlob lill-offerenti u lill-kandidati jissottomettu dikjarazzjoni aġġornata jew id-dokumenti ta’ sostenn kollha jew parti minnhom meta dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata t-tmexxija korretta tal-proċedura. L-awtorità kontraenti għandha, kif speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ sejħa għall-offerti, titlob lill-kandidati jew lill-offerenti biex jissottomettu dokumenti ta’ sostenn aġġornati jew titlob lill-offerent rebbieħ preżunt biex jissottometti dokumenti ta’ sostenn aġġornati qabel id-deċiżjoni tal-għoti, ħlief meta din tkun diġà rċeviethom għall-finijiet ta’ proċedura oħra u dment li d-dokumenti għadhom aġġornati jew hija tista’ taċċessahom f’bażi ta’ data nazzjonali mingħajr ħlas. B’deroga mit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi li l-offerent rebbieħ preżunt jipprovdi, f’limitu ta’ żmien raġonevoli wara d-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt iżda qabel l-iffirmar tal-kuntratt, l-evidenza msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 163(6). L-awtorità kontraenti għandha teżiġi li l-operaturi ekonomiċi, u, meta xieraq, l-entitajiet li l-operatur ekonomiku biħsiebu jiddependi fuq il-kapaċità tagħhom, kif ukoll is-sottokuntratturi previsti, jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur li tikkonferma n-nuqqas ta’ interessi professjonali kunfliġġenti u, fuq talba tal-awtorità kontraenti, meta jkun meħtieġ jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti. |
|
18.5. |
L-awtorità kontraenti tista’, skont il-valutazzjoni tagħha tar-riskji, tiddeċiedi li ma teħtieġx evidenza tal-kapaċità legali, regolatorja, finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-operaturi ekonomiċi fil-każijiet li ġejjin:
Meta l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li ma teħtieġx provi tal-kapaċità legali, regolatorja, finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-operaturi ekonomiċi, ma għandu jsir l-ebda prefinanzjament ħlief f’każijiet debitament ġustifikati. |
|
18.6. |
Meta xieraq li jagħmel dan u għal kuntratt partikolari, operatur ekonomiku jista’ jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, hi x’inhi n-natura legali tar-rabtiet li huwa jkollu magħhom. F’dak il-każ, huwa għandu jagħti prova lill-awtorità kontraenti li huwa ser ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt billi jippreżenta impenn minn dawn l-entitajiet għal dak l-effett.
Fir-rigward ta’ kriterji tekniċi u professjonali, operatur ekonomiku għandu jiddependi biss fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra meta dawn l-entitajiet ser iwettqu x-xogħlijiet jew is-servizzi li għalihom huma meħtieġa dawk il-kapaċitajiet. Meta operatur ekonomiku jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn fir-rigward ta’ kriterji relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt. L-awtorità kontraenti tista’ titlob informazzjoni mingħand l-offerent dwar kwalunkwe parti tal-kuntratt li l-offerent biħsiebu li jissottokuntratta u dwar l-identità ta’ kwalunkwe sottokuntrattur. Għal xogħlijiet jew servizzi pprovduti f’faċilità taħt is-superviżjoni diretta tal-awtorità kontraenti, l-awtorità kontraenti għandha teżiġi li l-kuntrattur jindika l-ismijiet, il-kuntatti u r-rappreżentanti awtorizzati tas-sottokuntratturi kollha involuti fil-prestazzjoni tal-kuntratt, inkluża kwalunkwe bidla fis-sottokuntratturi. |
|
18.7. |
L-awtorità kontraenti għandha tivverifika jekk l-entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom l-operatur ekonomiku biħsiebu li jiddependi, kemm jekk huma sottokuntratturi kif ukoll jekk mhumiex, jissodisfawx il-kriterji rilevanti għall-għażla.
L-awtorità kontraenti għandha teżiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità jew sottokuntrattur li ma jissodisfawx kriterju għall-għażla rilevanti. |
|
18.8. |
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, kuntratti ta’ servizzi u operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post jew ta’ installazzjoni fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ provvista, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi li ċerti kompiti kritiċi jitwettqu direttament mill-offerent stess jew, minn parteċipant fil-grupp meta l-offerta tkun ġiet sottomessa minn grupp ta’ operaturi ekonomiċi. |
|
18.9. |
L-awtorità kontraenti ma għandhiex teżiġi li grupp ta’ operaturi ekonomiċi jkollu forma legali partikolari sabiex jissottometti offerta jew jitlob li jieħu sehem, iżda l-grupp magħżul jista’ jintalab jadotta forma legali partikolari wara li jkun ingħatalu l-kuntratt jekk tali bidla tkun meħtieġa għall-eżekuzzjoni tajba tal-kuntratt. |
19. Kapaċità ekonomika u finanzjarja
|
19.1. |
Biex ikun żgurat li l-operaturi ekonomiċi għandhom il-kapaċità ekonomika u finanzjarja meħtieġa biex jeżegwixxu l-kuntratt, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi b’mod partikolari li:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-fatturat annwali minimu ma għandux jaqbeż id-doppju tal-valur annwali stmat tal-kuntratt, għajr f’każijiet debitament ġustifikati marbuta man-natura tax-xiri, li l-awtorità kontraenti għandha tispjega fid-dokumenti tal-akkwist. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-awtorità kontraenti għandha tispjega l-metodi u l-kriterji għal tali proporzjonijiet fid-dokumenti tal-akkwist. |
|
19.2. |
Fil-każ ta’ sistemi dinamiċi ta’ xiri, il-fatturat annwali massimu għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-daqs massimu previst ta’ kuntratti li ser jingħataw skont dik is-sistema. |
|
19.3. |
L-awtorità kontraenti għandha tiddefinixxi fid-dokumenti tal-akkwist l-evidenza li għandha tiġi pprovduta minn operatur ekonomiku biex turi l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu. Hija tista’ titlob b’mod partikolari dokument wieħed jew aktar mid-dokumenti li ġejjin:
Jekk, għal kwalunkwe raġuni valida, l-operatur ekonomiku ma jkunx jista’ jipprovdi r-referenzi mitluba mill-awtorità kontraenti, jista’ jagħti prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kontraenti tqis bħala xieraq. |
20. Kapaċità teknika u professjonali
|
20.1. |
L-awtorità kontraenti għandha tivverifika li l-kandidati jew l-offerenti jissodisfaw il-kriterji minimi għall-għażla li jikkonċernaw il-kapaċità teknika u professjonali f’konformità mal-punti 20.2 sa 20.5. L-awtorità kontraenti għandha tivvaluta wkoll l-eżistenza ta’ interessi kunfliġġenti professjonali msemmija fil-punt 20.6 abbażi ta’ dikjarazzjoni ta’ interessi professjonali kunfliġġenti u, meta rilevanti, it-talba tal-awtorità kontraenti għal informazzjoni addizzjonali skont il-punt 18.4. |
|
20.2. |
L-awtorità kontraenti għandha tiddefinixxi fid-dokumenti tal-akkwist l-evidenza li għandha tiġi pprovduta minn operatur ekonomiku biex turi l-kapaċità teknika u professjonali tiegħu. Hija tista’ titlob, b’mod partikolari, dokument wieħed jew aktar mid-dokumenti li ġejjin:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(i), meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti tista’ tindika li tiġi kkunsidrata evidenza ta’ provvisti jew servizzi rilevanti fornuti jew imwettqa aktar minn tliet snin qabel. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(ii), meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti tista’ tindika li tiġi kkunsidrata evidenza ta’ xogħlijiet rilevanti fornuti jew imwettqa aktar minn ħames snin qabel. |
|
20.3. |
Meta l-provvisti jew is-servizzi jkunu kumplessi jew, b’mod eċċezzjonali, ikunu meħtieġa għal fini partikolari, l-evidenza tal-kapaċità teknika u professjonali tista’ tinkiseb permezz ta’ verifika mwettqa mill-awtorità kontraenti jew f’isimha minn korp uffiċjali kompetenti tal-pajjiż li fih ikun stabbilit l-operatur ekonomiku, soġġett għall-qbil ta’ dak il-korp. Tali verifiki għandhom jirrigwardaw il-kapaċità teknika u l-kapaċità ta’ produzzjoni tal-fornitur u, jekk ikun meħtieġ, il-faċilitajiet tiegħu ta’ studju u riċerka u l-miżuri tiegħu għall-kontroll tal-kwalità. |
|
20.4. |
Meta l-awtorità kontraenti titlob il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati mħejjija minn korpi indipendenti li jiċċertifikaw il-konformità tal-operatur ekonomiku ma’ ċerti standards ta’ garanzija tal-kwalità, inkluż dawk dwar l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà, hija għandha tirreferi għal sistemi ta’ garanzija tal-kwalità bbażati fuq is-sensiela rilevanti ta’ standards Ewropej iċċertifikati minn korpi akkreditati. L-awtorità kontraenti għandha taċċetta wkoll evidenza oħra ta’ miżuri ekwivalenti ta’ garanzija tal-kwalità minn operatur ekonomiku li b’mod ċar ma għandux aċċess għal tali ċertifikati jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jikseb tali ċertifikati fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku u dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li l-miżuri ta’ garanzija tal-kwalità jikkonformaw mal-istandards ta’ garanziji tal-kwalità meħtieġa. |
|
20.5. |
Meta l-awtorità kontraenti titlob il-forniment ta’ ċertifikati mħejjija minn korpi indipendenti li jiddikjaraw li l-operatur ekonomiku huwa konformi ma’ ċerti sistemi jew standards ta’ ġestjoni ambjentali, hija għandha tirreferi għall-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-Unjoni Ewropea jew għal kwalunkwe sistema oħra ta’ ġestjoni ambjentali kif rikonoxxut skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jew standards oħra ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti minn korpi akkreditati. Fejn operatur ekonomiku seta’ juri li ma għandux aċċess għal tali ċertifikati, jew li ma għandux possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta wkoll evidenza oħra ta’ miżuri ta’ ġestjoni ambjentali, dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li dawk il-miżuri huma ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont is-sistema jew standard ta’ ġestjoni ambjentali applikabbli. |
|
20.6. |
Awtorità kontraenti tista’ tikkonkludi li operatur ekonomiku ma għandux il-kapaċitajiet professjonali meħtieġa sabiex iwettaq il-kuntratt bi standard xieraq ta’ kwalità meta l-awtorità kontraenti tkun stabbiliet li l-operatur ekonomiku għandu interessi professjonali kunfliġġenti li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-eżekuzzjoni tiegħu. |
21. Kriterji għall-għoti
|
21.1. |
Il-kriterji ta’ kwalità jistgħu jinkludu elementi bħall-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u dawk funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinn għall-utenti kollha, il-karatteristiċi soċjali, ambjentali u dawk innovattivi, il-produzzjoni, il-forniment u l-proċess tan-negozjar u kwalunkwe proċess speċifiku ieħor fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi; l-organizzazzjoni, il-kwalifika u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt, meta l-kwalità tal-persunal assenjat jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq il-livell tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt; is-servizz ta’ wara l-bejgħ, l-assistenza teknika jew il-kundizzjonijiet ta’ twassil bħad-data ta’ twassil, il-proċess ta’ twassil u l-perjodu ta’ twassil jew il-perjodu ta’ tlestija. |
|
21.2. |
L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumenti tal-akkwist il-piż relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għajr meta jintuża l-metodu tal-orħos prezz. Tali piż jista’ jiġi espress bħala medda b’firxa massima xierqa.
Il-piż mogħti lill-prezz jew lill-kost f’relazzjoni mal-kriterji l-oħrajn ma għandux jirriżulta fin-newtralizzazzjoni tal-prezz jew tal-kost. Jekk ma jkunx possibbli jingħata piż għal raġunijiet oġġettivi, l-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni li dejjem jonqos ta’ importanza. |
|
21.3. |
L-awtorità kontraenti tista’ tistabbilixxi livelli minimi ta’ kwalità. L-offerti li juru livelli ta’ kwalità aktar baxxi mil-livelli minimi stabbiliti għandhom jiġu miċħuda. |
|
21.4. |
Il-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom ikopru partijiet mill-kostijiet jew il-kostijiet kollha li ġejjin, sa fejn ikun rilevanti, matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi:
|
|
21.5. |
Meta l-awtorità kontraenti tivvaluta l-kostijiet permezz ta’ approċċ tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, hija għandha tindika fid-dokumenti tal-akkwist id-data li għandha tingħata mill-offerenti u l-metodu li hija ser tuża biex tiddetermina l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja abbażi ta’ dik id-data.
Il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-kostijiet attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
Meta applikabbli, l-awtorità kontraenti għandha tuża l-metodi komuni mandatorji għall-kalkolu tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja previsti fl-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness XIII tad-Direttiva 2014/24/UE. |
22. Użu ta’ rkantijiet elettroniċi
|
22.1. |
L-awtorità kontraenti tista’ tuża rkantijiet elettroniċi li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, riveduti ’l isfel, jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti.
L-awtorità kontraenti għandha tistruttura l-irkant elettroniku bħala proċess elettroniku ripetittiv, li jseħħ wara evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti, li jippermetti sabiex dawn jiġu kklassifikati permezz ta’ metodi ta’ evalwazzjoni awtomatiċi. |
|
22.2. |
Fi proċeduri miftuħa, ristretti jew kompetittivi permezz tan-negozjar, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li qabel l-għoti ta’ kuntratt pubbliku l-ewwel ikun hemm irkant elettroniku meta d-dokumenti tal-akkwist jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni.
Irkant elettroniku jista’ jintuża fil-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni bejn il-partijiet għal kuntratt qafas kif imsemmi fil-punt 1.3, it-tieni subparagrafu, il-punt (b), u fil-ftuħ għall-kompetizzjoni tal-kuntratti li għandhom jingħataw bis-sistema dinamika ta’ xiri msemmija fil-punt 9. L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-metodi ta’ għoti stabbiliti fl-Artikolu 170(4). |
|
22.3. |
L-awtorità kontraenti li tiddeċiedi li tuża rkant elettroniku għandha tiddikjara dan il-fatt fl-avviż dwar kuntratt.
Id-dokumenti tal-akkwist għandhom jinkludu d-dettalji li ġejjin:
|
|
22.4. |
L-offerenti kollha li jkunu ssottomettew offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b’mod simultanju b’mezzi elettroniċi sabiex jieħdu sehem fl-irkant elettroniku bl-użu tal-konnessjonijiet f’konformità mal-istruzzjonijiet. L-istedina għandha tispeċifika d-data u l-ħin tal-bidu tal-irkant elettroniku.
L-irkant elettroniku jista’ jseħħ f’għadd ta’ fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma għandux jibda qabel jumejn ta’ xogħol mid-data li fiha jkunu ħarġu l-istediniet. |
|
22.5. |
L-istedina għandha tkun akkumpanjata bl-eżitu ta’ evalwazzjoni sħiħa tal-offerta rilevanti.
L-istedina għandha ssemmi wkoll il-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku għad-determinazzjoni tar-riklassifikazzjoni awtomatika fuq il-bażi tal-prezzijiet il-ġodda u/jew il-valuri ġodda sottomessi. Dik il-formula għandha tinkorpora l-piż tal-kriterji kollha stabbiliti sabiex tiġi ddeterminata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, kif indikat fid-dokumenti tal-akkwist. Għal dak il-fini, kwalunkwe medda għandha, madankollu, tiġi mnaqqsa minn qabel għal valur speċifikat. Meta jkunu awtorizzati varjanti, għandha tingħata formula separata għal kull varjant. |
|
22.6. |
Matul kull fażi ta’ rkant elettroniku l-awtorità kontraenti għandha tikkomunika minnufih lill-offerenti kollha tal-anqas biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom mill-klassifikazzjonijiet relattivi f’kull mument. Hija tista’ wkoll, meta dan ikun ġie indikat minn qabel, tikkomunika informazzjoni oħra rigward prezzijiet jew valuri oħra sottomessi kif ukoll tħabbar l-għadd ta’ offerenti fi kwalunkwe fażi speċifika tal-irkant. Madanakollu, hija ma għandhiex tiddivulga l-identitajiet tal-offerenti matul kwalunkwe fażi tal-irkant elettroniku. |
|
22.7. |
L-awtorità kontraenti għandha tagħlaq irkant elettroniku b’wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin:
|
|
22.8. |
Wara li tagħlaq irkant elettroniku, l-awtorità kontraenti għandha tagħti l-kuntratt fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku. |
23. Offerti baxxi wisq
|
23.1. |
Jekk, għal kuntratt partikolari, il-prezz jew il-kostijiet proposti f’offerta jidhru li huma baxxi wisq, l-awtorità kontraenti għandha titlob bil-miktub dettalji tal-elementi kostitwenti tal-prezz jew tal-kostijiet li hija tqis rilevanti u għandha tagħti lill-offerent l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.
L-awtorità kontraenti tista’, b’mod partikolari, tqis l-osservazzjonijiet dwar:
|
|
23.2. |
L-awtorità kontraenti għandha tiċħad l-offerta biss meta l-evidenza pprovduta ma tagħtix ġustifikazzjoni sodisfaċenti tal-livell baxx tal-prezz jew tal-kostijiet proposti.
L-awtorità kontraenti għandha tiċħad l-offerta, meta jkun ġie stabbilit li l-offerta hija baxxa wisq minħabba li ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol. |
|
23.3. |
Meta l-awtorità kontraenti tistabbilixxi li offerta hija baxxa wisq għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, hija tista’ tiċħad l-offerta fuq dik ir-raġuni waħedha biss jekk l-offerent, f’limitu ta’ żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, ma jistax juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE. |
24. Limiti ta’ żmien sabiex jintlaqgħu l-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni
|
24.1. |
L-iskadenzi għandhom ikunu itwal mil-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti f’dan il-punt meta l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara lis-sit jew wara konsultazzjoni fuq il-post tad-dokumenti ta’ sostenn għad-dokumenti tal-akkwist.
Il-limiti ta’ żmien għandhom jittawlu b’ħamest ijiem fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
|
24.2. |
Fi proċeduri miftuħa, il-limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti għandu jkun mhux anqas minn 37 jum mill-jum li fih jintbagħat l-avviż dwar kuntratt. |
|
24.3. |
Fi proċeduri ristretti, fi djalogi kompetittivi, fi proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, f’sistemi dinamiċi ta’ xiri u fi sħubiji għall-innovazzjoni, il-limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu talbiet għall-parteċipazzjoni għandu jkun mhux anqas minn 32 jum mill-jum li fih jintbagħat l-avviż dwar kuntratt. F’sistema dinamika ta’ xiri, ma għandu japplika ebda limitu ta’ żmien ieħor għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni ladarba l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-ewwel akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri tkun intbagħtet. |
|
24.4. |
Fi proċeduri ristretti u fi proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, il-limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti għandu jkun mhux anqas minn 30 jum mill-jum li fih tintbagħat l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti. |
|
24.5. |
F’sistema dinamika ta’ xiri, il-limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti għandu jkun mhux anqas minn 10 ijiem mill-jum li fih tintbagħat l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti. |
|
24.6. |
Fil-proċeduri wara sejħa għal espressjoni ta’ interess kif imsemmija fil-punt 13.1, il-limitu ta’ żmien għandu jkun:
|
|
24.7. |
L-awtorità kontraenti tista’ tnaqqas il-limitu ta’ żmien għall-offerti b’ħamest ijiem għal proċeduri miftuħa jew ristretti jekk din taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi. |
25. Aċċess għal dokumenti tal-akkwist u limitu ta’ żmien sabiex tkun ipprovduta informazzjoni addizzjonali
|
25.1. |
L-awtorità kontraenti għandha toffri aċċess dirett mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż dwar kuntratt jew, għal dawk il-proċeduri mingħajr avviż dwar kuntratt jew imsemmija fil-punt 13, mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.
F’każijiet iġġustifikati, l-awtorità kontraenti tista’ tibgħat id-dokumenti tal-akkwist permezz ta’ mezzi oħra speċifikati minnha jekk l-aċċess dirett b’mezzi elettroniċi għal raġunijiet tekniċi ma jkunx possibbli jew jekk id-dokumenti tal-akkwist ikun fihom informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali. F’tali każijiet għandu japplika l-punt 24.1, it-tieni subparagrafu, ħlief f’każijiet urġenti kif previst fil-punt 26.1. L-awtorità kontraenti tista’ timponi fuq operaturi ekonomiċi rekwiżiti bil-għan li tipproteġi n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti tal-akkwist. Hija għandha tħabbar dawk ir-rekwiżiti kif ukoll kif jinkiseb aċċess għad-dokumenti tal-akkwist kkonċernati. |
|
25.2. |
L-awtorità kontraenti għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali marbuta mad-dokumenti tal-akkwist simultanjament u bil-miktub lill-operaturi ekonomiċi kollha interessati malajr kemm jista’ jkun.
L-awtorità kontraenti ma għandhiex tkun marbuta li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali ppreżentati anqas minn sitt ijiem qabel l-iskadenza biex jintlaqgħu l-offerti. |
|
25.3. |
L-awtorità kontraenti għandha testendi l-limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti meta:
|
26. Limiti ta’ żmien f’każijiet urġenti
|
26.1 |
Meta l-urġenza debitament issostanzjata tirrendi imprattikabbli l-limiti minimi ta’ żmien stabbiliti fil-punti 24.2 u 24.3 għall-proċeduri miftuħa jew ristretti, l-awtorità kontraenti tista’ tistabbilixxi:
|
|
26.2. |
F’każijiet urġenti, il-limitu ta’ żmien stabbilit fil-punt 25.2, it-tieni subparagrafu, u fil-punt 25.3, il-punt (a), għandu jkun ta’ erbat ijiem. |
27. Katalogi elettroniċi
|
27.1. |
Meta jkun rikjest l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi li l-offerti jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku jew li jiġi inkluż katalogu elettroniku. |
|
27.2. |
Meta l-preżentazzjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi hija aċċettata jew rikjesta, l-awtorità kontraenti għandha:
|
|
27.3. |
Meta kuntratt qafas multiplu ġie konkluż wara s-sottomissjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi, l-awtorità kontraenti tista’ tipprovdi li l-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi jseħħ fuq il-bażi ta’ katalogi aġġornati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
|
|
27.4. |
Meta jintuża l-metodu msemmi fil-punt 27.3, il-punt (b), l-awtorità kontraenti għandha tinnotifika l-kuntratturi bid-data u l-ħin li fiha biħsiebha li tiġbor l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni u għandha tagħti lill-kuntratturi l-possibbiltà li jirrifjutaw tali ġbir ta’ informazzjoni.
L-awtorità kontraenti għandha tagħti perjodu ta’ żmien adegwat bejn in-notifika u l-ġbir attwali tal-informazzjoni. Qabel ma tagħti l-kuntratt speċifiku, l-awtorità kontraenti għandha tippreżenta l-informazzjoni miġbura lill-kuntrattur ikkonċernat, sabiex b’hekk tagħtih l-opportunità li jikkontesta jew jikkonferma li l-offerta hekk ikkostitwita ma fiha l-ebda żball materjali. |
|
27.5. |
L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti abbażi ta’ sistema dinamika ta’ xiri billi jirrikjedu li l-offerti jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku.
L-awtoritajiet kontraenti jistgħu wkoll jagħtu kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri billi jinnotifikaw lill-kandidati li biħsiebhom jiġbru mill-katalogi elettroniċi li diġà ġew sottomessi, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu kkostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-akkwist speċifiku inkwistjoni. |
28. Ftuħ tal-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni
|
28.1. |
Fi proċeduri miftuħa, ir-rappreżentanti awtorizzati tal-offerenti jistgħu jattendu s-sessjoni tal-ftuħ fiżikament jew, jekk previst fid-dokumenti tal-akkwist, mill-bogħod permezz ta’ vidjokonferenza. |
|
28.2. |
Meta l-valur ta’ kuntratt ikun ugwali jew jaqbeż il-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaħtar kumitat sabiex jiftaħ l-offerti. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jirrinunzja dak l-obbligu abbażi ta’ analiżi tar-riskju meta terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni fi ħdan kuntratt qafas, għal akkwisti speċifiċi skont sistema dinamika ta’ xiri u għall-każijiet imsemmija fil-punt 11.1, it-tieni subparagrafu, għajr il-punti (d) u (g) ta’ dak is-subparagrafu.
Il-kumitat tal-ftuħ għandu jkun magħmul mill-anqas minn żewġ persuni li jirrappreżentaw mill-anqas żewġ entitajiet organizzattivi tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni, bl-ebda konnessjoni ġerarkika bejniethom. Bil-għan li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi, dawk il-persuni għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 61. Fir-rappreżentazzjonijiet jew l-unitajiet lokali msemmija fl-Artikolu 153 jew iżolati fi Stat Membru, jekk ma jkunx hemm entitajiet separati, ma għandux japplika r-rekwiżit ta’ entitajiet organizzattivi mingħajr rabta ġerarkika bejniethom. |
|
28.3. |
Għal proċedura ta’ akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, il-kumitat tal-ftuħ għandu jinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-istituzzjoni tal-Unjoni responsabbli għall-proċedura ta’ akkwist. |
|
28.4. |
L-awtorità kontraenti għandha tivverifika u tiżgura l-integrità tal-offerta oriġinali, inkluża l-offerta finanzjarja, u prova tad-data u l-ħin tal-wasla tagħha kif previst fl-Artikolu 152(3) u (5) permezz ta’ kwalunkwe metodu xieraq. |
|
28.5. |
Fi proċeduri miftuħa, meta l-kuntratt jingħata skont il-metodi tal-orħos prezz jew l-anqas kost f’konformità mal-Artikolu 170(4), il-prezzijiet ikkwotati fl-offerti li jissodisfaw ir-rekwiżiti għandhom jinqraw b’vuċi għolja. |
|
28.6. |
Ir-reġistru miktub tal-ftuħ tal-offerti milqugħa għandu jiġi ffirmat mill-persuna jew persuni responsabbli għall-ftuħ jew minn membri tal-kumitat tal-ftuħ. Huwa għandu jidentifika dawk l-offerti li jikkonformaw mal-Artikolu 152 u dawk li ma jissodisfawhomx, u għandu jagħti r-raġunijiet li abbażi tagħhom ikunu ġew miċħuda offerti kif stabbilit fl-Artikolu 171(4). Il-firma tista’ ssir b’sistema elettronika li tipprovdi identifikazzjoni suffiċjenti tal-firmatarju. |
29. Evalwazzjoni tal-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni
|
29.1. |
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jiddeċiedi li l-kumitat ta’ evalwazzjoni għandu jevalwa u jikklassifika l-offerti fuq il-bażi tal-kriterji għall-għoti biss u li l-kriterji ta’ esklużjoni u għall-għażla għandhom jiġu evalwati b’mezzi xierqa oħra li jiggarantixxu n-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interessi. |
|
29.2. |
Għal proċedura ta’ akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, il-kumitat ta’ evalwazzjoni għandu jinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-istituzzjoni responsabbli tal-Unjoni għall-proċedura ta’ akkwist. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni għandha tirrifletti, sa fejn ikun possibbli, il-karattru interistituzzjonali tal-proċedura ta’ akkwist. |
|
29.3. |
It-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti li huma adattati skont il-punt 11.2 u li la huma irregolari skont il-punt 12.2 u lanqas huma inaċċettabbli skont il-punt 12.3 għandhom jiġu kkunsidrati ammissibbli. |
30. Riżultati tal-evalwazzjoni u d-deċiżjoni ta’ għoti
|
30.1. |
L-eżitu tal-evalwazzjoni għandu jkun rapport ta’ evalwazzjoni li fih il-proposta biex jingħata l-kuntratt. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jkun datat u ffirmat mill-persuna jew mill-persuni li wettqu l-evalwazzjoni jew mill-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni. Ir-rapport jista’ jkun iffirmat b’sistema elettronika li tipprovdi identifikazzjoni suffiċjenti tal-firmatarju.
Jekk il-kumitat ta’ evalwazzjoni ma jkunx ingħata r-responsabbiltà li jivverifika l-offerti skont il-kriterji ta’ esklużjoni u għall-għażla, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi ffirmat ukoll mill-persuni li kienu ngħataw dik ir-responsabbiltà mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. |
|
30.2. |
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:
|
|
30.3. |
L-awtorità kontraenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha ta’ għoti billi tipprovdi kwalunkwe punt minn dawn li ġejjin:
|
|
30.4. |
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jgħaqqad il-kontenut tar-rapport ta’ evalwazzjoni mad-deċiżjoni ta’ għoti f’dokument wieħed u jiffirmah fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
|
30.5. |
Għal proċedura ta’ akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, id-deċiżjoni msemmija fil-punt 30.3 għandha tittieħed mill-awtorità kontraenti responsabbli għall-proċedura ta’ akkwist. |
31. Informazzjoni għall-kandidati u għall-offerenti
|
31.1. |
L-awtorità kontraenti għandha tinforma lill-kandidati jew lill-offerenti kollha, simultanjament u b’mod individwali, b’mezz elettroniku bid-deċiżjonijiet meħuda rigward l-eżitu tal-proċedura fl-iqsar żmien possibbli wara kwalunkwe minn dawn l-istadji li ġejjin:
F’kull każ, l-awtorità kontraenti għandha tindika r-raġunijiet għaliex it-talba għall-parteċipazzjoni jew l-offerta ma tkunx ġiet aċċettata u r-rimedji legali disponibbli. Meta tinforma lill-offerent magħżul, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika li d-deċiżjoni nnotifikata ma tikkostitwixxix impenn min-naħa tagħha. Fil-każijiet skont l-ewwel subparagrafu, il-punt(a), l-offerent direttament ikkonċernat mid-deċiżjoni biss jiġi nnotifikat. Fil-każijiet skontl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), in-notifiki tad-deċiżjoni meħuda abbażi tal-kriterji ta’ esklużjoni u għall-għażla f’sistema dinamika ta’ xiri għandhom jintbagħtu individwalment lill-kandidati kkonċernati. |
|
31.2. |
L-awtorità kontraenti għandha tikkomunika l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 173(3) malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ talba bil-miktub. Meta l-awtorità kontraenti tagħti kuntratti f’isimha stess, hija għandha tuża mezzi elettroniċi. L-offerent jista’ wkoll jibgħat it-talba b’mezzi elettroniċi. |
|
31.3. |
Meta l-awtorità kontraenti tikkomunika b’mezzi elettroniċi, l-informazzjoni għandha tkun meqjusa li waslet għand il-kandidati jew l-offerenti jekk l-awtorità kontraenti tista’ tagħti prova li bagħtitha fl-indirizz elettroniku msemmi fl-offerta jew fit-talba għall-parteċipazzjoni.
F’tali każ, l-informazzjoni għandha titqies li waslet għand il-kandidat jew l-offerent fid-data ta’ meta ntbagħtet mill-awtorità kontraenti. |
Kapitolu 2
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti mogħtija minn istituzzjonijiet tal-Unjoni minn jeddhom
32. Korp ċentrali għax-xiri
|
32.1. |
Korp ċentrali għax-xiri jista’ jaġixxi bħala kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
32.2. |
Il-korp ċentrali għax-xiri għandu jwettaq il-proċeduri kollha ta’ akkwist permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni. |
33. Lottijiet
|
33.1. |
Kull meta jkun xieraq, teknikament fattibbli u kosteffiċjenti, il-kuntratti għandhom jingħataw fil-forma ta’ lottijiet separati fl-istess proċedura. |
|
33.2. |
Meta s-suġġett ta’ kuntratt huwa suddiviż f’diversi lottijiet, li kull wieħed ikun is-suġġett ta’ kuntratt individwali, għall-evalwazzjoni globali tal-limitu applikabbli għandu jiġi kkunsidrat il-valur totali tal-lottijiet kollha.
Meta l-valur totali tal-lottijiet kollha jkun daqs jew jaqbeż il-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1), għal kull wieħed mil-lottijiet għandhom japplikaw l-Artikolu 166(1) u l-Artikoli 167 u 168. |
|
33.3. |
Meta kuntratt ikun irid jingħata fil-forma ta’ lottijiet separati, l-offerti għandhom jiġu evalwati separatament għal kull lott. Jekk jingħataw diversi lottijiet lill-istess offerent, jista’ jiġi ffirmat kuntratt wieħed li jkopri dawk il-lottijiet. |
34. Sorsi multipli
|
34.1. |
L-akkwist minn sorsi multipli jista’ jintuża biss meta jkun meħtieġ biex tiġi evitata d-dipendenza żejda fuq fornitur wieħed għal provvisti, xogħolijiet jew servizzi kritiċi, jew meta jkun meħtieġ li jkun hemm servizzi, provvisti jew xogħolijiet identiċi jew kważi identiċi mwettqa b’mod parallel minn kuntratturi differenti. |
|
34.2 |
Meta jintuża akkwist minn sorsi multipli, il-kuntratti għandhom jingħataw fl-istess proċedura. Il-valur totali tal-kuntratti kollha previsti b’suġġett identiku jew kważi identiku għandu jitqies għall-evalwazzjoni ġenerali skont il-limitu applikabbli.
Meta l-valur totali tal-kuntratti kollha li għandhom jingħataw ikun daqs jew jaqbeż il-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1), għal kull wieħed mill-kuntratti għandhom japplikaw l-Artikolu 166(1) u l-Artikoli 167 u 168. |
|
34.3 |
L-awtorità kontraenti għandha tindika fid-dokumenti tal-akkwist in-numru massimu ta’ kuntratti li għandhom jingħataw. Il-kuntratti li jirriżultaw minn akkwist ta’ sorsi multipli għandhom jingħataw skont l-ordni ta’ klassifikazzjoni kif imsemmi fil-punt 30.2, il-punt (e), u għandhom jiġu ffirmati wkoll f’dak l-ordni sakemm ma jkunx hemm raġunijiet debitament ġustifikati. |
35. Arranġamenti biex issir stima tal-valur ta’ kuntratt
|
35.1. |
L-awtorità kontraenti għandha tagħmel stima tal-valur ta’ kuntratt bil-ħsieb li tiddetermina l-miżuri ta’ pubbliċità applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 166(1) u (2) u tagħżel il-proċedura ta’ akkwist, abbażi tal-ammont totali pagabbli, inkluż kwalunkwe forma ta’ għażliet u kwalunkwe tiġdid.
Din l-istima għandha ssir mhux aktar tard minn meta l-awtorità kontraenti tniedi l-proċedura ta’ akkwist. |
|
35.2. |
Għall-kuntratti qafas u s-sistemi dinamiċi ta’ xiri, il-valur li għandu jitqies għandu jkun il-valur massimu tal-kuntratti kollha previsti matul id-durata kollha tal-kuntratt qafas jew tas-sistema dinamika ta’ xiri.
Għal sħubijiet għall-innovazzjoni, il-valur li għandu jitqies għandu jkun il-valur massimu stmat tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li għandhom isiru matul l-istadji kollha tas-sħubija prevista kif ukoll tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jiġu akkwistati fl-aħħar tas-sħubija prevista. Meta l-awtorità kontraenti tipprevedi pagamenti lil kandidati jew offerenti, hija għandha tqis dawn meta tikkalkula l-valur stmat tal-kuntratt. |
|
35.3. |
Għall-kuntratti ta’ servizzi, għandhom jitqiesu dawn li ġejjin:
|
|
35.4. |
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi li ma jispeċifikawx prezz totali jew fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista għal lokazzjoni, kiri jew lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ prodotti, il-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandha tkun:
|
|
35.5. |
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi jew provvisti li jingħataw b’mod regolari jew li jridu jiġġeddu f’perjodu speċifikat, il-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandha tkun kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
35.6. |
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, għandu jitqies mhux biss il-valur tax-xogħlijiet iżda wkoll il-valur totali stmat tal-provvisti u s-servizzi meħtieġa sabiex jitwettqu x-xogħlijiet u magħmula disponibbli għall-kuntrattur mill-awtorità kontraenti. |
|
35.7. |
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, il-valur għandu jkun il-fatturat totali stmat tal-konċessjonarju ġġenerat matul id-durata tal-kuntratt.
Il-valur għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta’ metodu oġġettiv speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari:
|
36. Perjodu ta’ sospensjoni qabel l-iffirmar tal-kuntratt
|
36.1. |
Il-perjodu ta’ sospensjoni għandu jibda jgħodd minn waħda miż-żewġ dati li ġejjin:
Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità kontraenti tista’ tissospendi l-iffirmar tal-kuntratt għal aktar studju jekk dan jiġi ġġustifikat mit-talbiet jew il-kummenti magħmula mill-kandidati jew l-offerenti li ma jkunux intgħażlu jew li jkollhom xi ilment jew minn kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tkun waslet matul il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 178(3). Fil-każ ta’ sospensjoni, il-kandidati jew l-offerenti kollha għandhom jiġu infurmati fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara d-deċiżjoni ta’ sospensjoni. Meta l-kuntratt jew il-kuntratt qafas ma jkunx jista’ jiġi ffirmat mal-offerent previst magħżul, l-awtorità kontraenti tista’ tagħtih lit-tieni l-aħjar offerent. |
|
36.2. |
Il-perjodu stabbilit fil-punt 36.1 ma għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:
|
Kapitolu 3
Akkwist fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni
37. Dispożizzjonijiet speċjali relatati mal-limiti u l-arranġamenti għall-għoti ta’ kuntratti fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni
Il-punt 2, minbarra l-punt 2.5, il-punti 3, 4 u 6, il-punt 12.1, il-punt (a) u l-punti (c) sa (f), il-punt 12.4, il-punt 13.3, il-punti 14 u 15, il-punti 17.4 sa 17.8, il-punti 20.4 u 23.3, il-punt 24, il-punti 25.2 u 25.3, il-punti 26, 28, u 29 minbarra l-punt 29.3, ma għandhomx japplikaw għall-kuntratti pubbliċi konklużi mill-awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 181(2) jew f’isimhom. Il-punti 32, 33 u 35 ma għandhomx japplikaw għal akkwist fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni. Il-punt 36 għandu japplika għal akkwist fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni. Għall-finijiet tal-punt 36.1, it-tieni subparagrafu, id-durata tal-perjodu ta’ sospensjoni għandha tkun dik stabbilita fl-Artikolu 181(1).
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwisti skont dan il-Kapitolu għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni, inkluż fir-rigward tal-kontrolli xierqa li għandhom jiġu applikati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli meta l-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti.
38. Reklamar
|
38.1. |
Jekk applikabbli, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel għas-sejħiet għall-offerti wara l-proċedura ristretta jew il-proċedura miftuħa, kif imsemmija, rispettivament, fil-punt 39.1, il-punti (a) u (b), għandu jintbagħat malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet b’mezzi elettroniċi. |
|
38.2. |
L-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt għandu jintbagħat meta jiġi ffirmat il-kuntratt ħlief meta, jekk ikun għadu meħtieġ, il-kuntratt ikun ġie ddikjarat sigriet jew meta l-eżekuzzjoni tal-kuntratt trid tkun akkumpanjata b’miżuri ta’ sigurtà speċjali, jew meta l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-Unjoni, jew il-pajjiż benefiċjarju jitolbu dan, u meta l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt ma tkunx ikkunsidrata bħala xierqa. |
39. Limiti massimi u proċeduri
|
39.1. |
Il-proċeduri ta’ akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni għandhom ikunu kif ġej:
|
|
39.2. |
L-użu ta’ proċeduri ta’ akkwist skont il-limiti massimi għandu jkun kif ġej:
|
|
39.3. |
Fil-proċedura ristretta msemmija fil-punt 39.1, il-punt (a), l-avviż dwar kuntratt għandu jiddikjara l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna jissottomettu offerti. Għall-kuntratti ta’ servizzi, għandhom jiġu mistiedna mill-anqas erba’ kandidati. L-għadd ta’ kandidati li jitħallew jissottomettu offerti għandu jkun biżżejjed biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.
Jekk l-għadd ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji għall-għażla jew il-livelli minimi ta’ kapaċità jkun anqas mill-għadd minimu, l-awtorità kontraenti tista’ tistieden biss lil dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kriterji għas-sottomissjoni ta’ offerta sabiex jissottomettu offerta. |
|
39.4. |
Taħt il-proċedura miftuħa lokali msemmija fil-punt 39.1, il-punt (c), l-avviż dwar kuntratt għandu jiġi ppubblikat mill-anqas fil-ġurnal uffiċjali tal-Istat destinatarju jew fi kwalunkwe pubblikazzjoni ekwivalenti għal stediniet għall-preżentazzjoni tal-offerti lokali. |
|
39.5. |
Taħt il-proċedura simplifikata msemmija fil-punt 39.1, il-punt (d), l-awtorità kontraenti għandha tipprepara lista ta’ mill-anqas tliet offerenti tal-għażla tagħha, mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż.
L-offerenti għall-proċedura simplifikata jistgħu jintgħażlu minn lista ta’ bejjiegħa kif imsemmija fil-punt 13.1, il-punt (b), irreklamat permezz ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess. Jekk, wara l-konsultazzjoni tal-offerenti, l-awtorità kontraenti tirċievi offerta waħda biss li tkun amministrattivament u teknikament valida, il-kuntratt jista’ jingħata dment li jintlaħqu l-kriterji għall-għoti. |
|
39.6. |
Għal servizzi legali mhux koperti fil-punt 11.1, it-tieni subparagrafu, il-punt (h), l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura simplifikata, ikun xi jkun il-valur stmat tal-kuntratt. |
40. Użu tal-proċedura nnegozjata għall-kuntratti ta’ servizzi, ta’ provvista u ta’ xogħlijiet
|
40.1. |
L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura nnegozjata b’offerta unika fil-każijiet li ġejjin:
|
|
40.2. |
Għall-finijiet tal-punt 11.1, it-tieni subparagrafu, il-punt (c), il-ħidmiet li jitwettqu fi kriżi għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-prova ta’ urġenza estrema. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, meta xieraq flimkien mal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni l-oħra b’delega kkonċernati, għandu jistabbilixxi li teżisti sitwazzjoni ta’ emerġenza estrema u għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu regolarment b’rigward għall-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. |
|
40.3. |
L-attivitajiet ta’ natura istituzzjonali msemmija fil-punt 40.1, il-punt (a), għandhom jinkludu servizzi marbutin direttament mal-missjoni statutorja tal-korpi tas-settur pubbliku. |
41. Speċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti
B’deroga mill-punt 16.3, għall-proċeduri kollha li jinvolvu talba għal parteċipazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jistgħu jinqasmu skont iż-żewġ stadji tal-proċedura u l-ewwel stadju jista’ jkun fih biss l-informazzjoni msemmija fil-punt 16.3, il-punti (a) u (f).
42. Limiti ta’ żmien għall-proċeduri
|
42.1. |
Għall-kuntratti ta’ servizzi, iż-żmien minimu bejn il-jum ta’ wara d-data ta’ meta tintbagħat l-ittra tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u d-data finali biex jintlaqgħu l-offerti għandu jkun ta’ 50 jum. Madankollu, f’każijiet urġenti, jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta’ żmien oħrajn. |
|
42.2. |
L-offerenti jistgħu jagħmlu mistoqsijiet bil-miktub qabel id-data tal-għeluq biex jintlaqgħu l-offerti. L-awtorità kontraenti għandha tipprovdi t-tweġibiet għall-mistoqsijiet qabel id-data tal-għeluq biex jintlaqgħu l-offerti. |
|
42.3. |
Fi proċeduri ristretti, il-limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu talbiet għall-parteċipazzjoni għandu jkun mhux anqas minn 30 jum mid-data ta’ wara dik li fiha jiġi ppubblikat l-avviż dwar kuntratt. Il-perjodu bejn id-data ta’ wara dik li fiha tintbagħat l-ittra ta’ stedina u d-data finali biex jintlaqgħu l-offerti għandu jkun mhux anqas minn 50 jum. Madankollu, f’ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta’ żmien oħrajn. |
|
42.4. |
Fi proċeduri miftuħa, il-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti, li jibdew mid-data ta’ wara dik li fiha jiġi ppubblikat l-avviż dwar kuntratt, għandhom ikunu ta’ mill-anqas:
Madankollu, f’ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta’ żmien oħrajn. |
|
42.5. |
Fi proċeduri miftuħa lokali, il-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti, li jibdew mid-data li fiha jiġi ppubblikat l-avviż dwar kuntratt, għandhom ikunu ta’ mill-anqas:
Madankollu, f’ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta’ żmien oħrajn. |
|
42.6. |
Għall-proċeduri simplifikati msemmija fil-punt 39.1, il-punt (d), il-kandidati għandhom jingħataw minimu ta’ 30 jum mid-data li fiha tintbagħat l-ittra tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti biex jissottomettu l-offerti tagħhom. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).
(2) Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
(3) Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna de minimis, (ĠU L, 2023/2831, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2831/oj?locale=mt).
(5) Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 10(3) |
Artikolu 10(4) |
|
Artikolu 10(4) |
Artikolu 10(5) |
|
Artikolu 10(5) |
Artikolu 10(6) |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 15(2)(a) |
— |
|
Artikolu 15(2)(b) |
— |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 21(2)(a)(i) |
— |
|
Artikolu 21(2)(a)(ii) |
— |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 35 |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 36 |
Artikolu 36 |
|
Artikolu 36(3)(c) |
— |
|
Artikolu 36(3)(d) |
Artikolu 36(3)(c) |
|
Artikolu 36(3)(e) |
Artikolu 36(3)(d) |
|
Artikolu 36(3)(f) |
Artikolu 36(3)(e) |
|
Artikolu 36(3)(g) |
Artikolu 36(3)(f) |
|
Artikolu 37 |
Artikolu 37 |
|
Artikolu 38 |
Artikolu 38 |
|
Artikolu 38(6) |
Artikolu 38(7) |
|
Artikolu 39 |
Artikolu 39 |
|
Artikolu 40 |
Artikolu 40 |
|
Artikolu 41 |
Artikolu 41 |
|
Artikolu 41(5)(g) |
Artikolu 217(2) |
|
Artikolu 41(5)(i) |
Artikolu 217(2) |
|
Artikolu 41(5)(j) |
Artikolu 256 |
|
Artikolu 41(8) |
— |
|
Artikolu 41(9) |
Artikolu 41(8) |
|
Artikolu 41(10) |
Artikolu 41(9) |
|
Artikolu 41(11) |
Artikolu 41(10) |
|
Artikolu 42 |
Artikolu 42 |
|
Artikolu 43 |
Artikolu 43 |
|
Artikolu 44 |
Artikolu 44 |
|
Artikolu 45 |
Artikolu 45 |
|
Artikolu 46 |
Artikolu 46 |
|
Artikolu 47 |
Artikolu 47 |
|
Artikolu 48 |
Artikolu 48 |
|
Artikolu 48(2) |
Artikolu 48(3) |
|
Artikolu 49 |
Artikolu 49 |
|
Artikolu 50 |
Artikolu 50 |
|
Artikolu 51 |
Artikolu 51 |
|
Artikolu 52 |
Artikolu 52 |
|
Artikolu 53 |
Artikolu 53 |
|
Artikolu 54 |
Artikolu 54 |
|
Artikolu 55 |
Artikolu 55 |
|
Artikolu 56 |
Artikolu 56 |
|
Artikolu 57 |
Artikolu 57 |
|
Artikolu 58 |
Artikolu 58 |
|
Artikolu 59 |
Artikolu 59 |
|
Artikolu 60 |
Artikolu 60 |
|
Artikolu 61 |
Artikolu 61 |
|
Artikolu 62 |
Artikolu 62 |
|
Artikolu 63 |
Artikolu 63 |
|
Artikolu 64 |
Artikolu 64 |
|
Artikolu 65 |
Artikolu 65 |
|
Artikolu 66 |
Artikolu 66 |
|
Artikolu 67 |
Artikolu 67 |
|
Artikolu 68 |
Artikolu 68 |
|
Artikolu 69 |
Artikolu 69 |
|
Artikolu 70 |
Artikolu 70 |
|
Artikolu 71 |
Artikolu 71 |
|
Artikolu 72 |
Artikolu 72 |
|
Artikolu 73 |
Artikolu 73 |
|
Artikolu 74 |
Artikolu 74 |
|
Artikolu 75 |
Artikolu 75 |
|
Artikolu 76 |
Artikolu 76 |
|
Artikolu 77 |
Artikolu 77 |
|
Artikolu 78 |
Artikolu 78 |
|
Artikolu 79 |
Artikolu 79 |
|
Artikolu 80 |
Artikolu 80 |
|
Artikolu 81 |
Artikolu 81 |
|
Artikolu 82 |
Artikolu 82 |
|
Artikolu 83 |
Artikolu 83 |
|
Artikolu 84 |
Artikolu 84 |
|
Artikolu 85 |
Artikolu 85 |
|
Artikolu 86 |
Artikolu 86 |
|
Artikolu 87 |
Artikolu 87 |
|
Artikolu 88 |
Artikolu 88 |
|
Artikolu 88(1) |
Artikolu 88(2) |
|
Artikolu 88(2) |
— |
|
Artikolu 89 |
Artikolu 89 |
|
Artikolu 89(2) |
— |
|
Artikolu 89(3) |
— |
|
Artikolu 89(5) |
Artikolu 89(3) |
|
Artikolu 89(6) |
Artikolu 89(4) |
|
Artikolu 90 |
Artikolu 90 |
|
Artikolu 91 |
Artikolu 91 |
|
Artikolu 92 |
Artikolu 92 |
|
Artikolu 93 |
Artikolu 93 |
|
Artikolu 94 |
Artikolu 94 |
|
Artikolu 95 |
Artikolu 95 |
|
Artikolu 96 |
Artikolu 96 |
|
Artikolu 97 |
Artikolu 97 |
|
Artikolu 98 |
Artikolu 98 |
|
Artikolu 99 |
Artikolu 99 |
|
Artikolu 100 |
Artikolu 100 |
|
Artikolu 101 |
Artikolu 101 |
|
Artikolu 102 |
Artikolu 102 |
|
Artikolu 103 |
Artikolu 103 |
|
Artikolu 104 |
Artikolu 104 |
|
Artikolu 105 |
Artikolu 105 |
|
Artikolu 106 |
Artikolu 106 |
|
Artikolu 107 |
Artikolu 107 |
|
Artikolu 108 |
Artikolu 108 |
|
Artikolu 109 |
Artikolu 109 |
|
Artikolu 110 |
Artikolu 110 |
|
Artikolu 111 |
Artikolu 111 |
|
Artikolu 112 |
Artikolu 112 |
|
Artikolu 113 |
Artikolu 113 |
|
Artikolu 114 |
Artikolu 114 |
|
Artikolu 115 |
Artikolu 115 |
|
Artikolu 116 |
Artikolu 116 |
|
Artikolu 117 |
Artikolu 117 |
|
Artikolu 118 |
Artikolu 118 |
|
Artikolu 119 |
Artikolu 119 |
|
Artikolu 120 |
Artikolu 120 |
|
Artikolu 121 |
Artikolu 121 |
|
Artikolu 122 |
Artikolu 122 |
|
Artikolu 123 |
Artikolu 123 |
|
Artikolu 124 |
Artikolu 124 |
|
Artikolu 125 |
Artikolu 125 |
|
Artikolu 126 |
Artikolu 126 |
|
Artikolu 127 |
Artikolu 127 |
|
Artikolu 128 |
Artikolu 128 |
|
Artikolu 129 |
Artikolu 129 |
|
Artikolu 130 |
Artikolu 131 |
|
Artikolu 131 |
Artikolu 132 |
|
Artikolu 132 |
Artikolu 133 |
|
Artikolu 133 |
Artikolu 134 |
|
Artikolu 134 |
Artikolu 135 |
|
Artikolu 135 |
Artikolu 137 |
|
Artikolu 135(3) |
Artikolu 137(4) |
|
Artikolu 135(4) |
Artikolu 137(5) |
|
Artikolu 136 |
Artikolu 138 |
|
Artikolu 136(2) |
Artikolu 138(3) |
|
Artikolu 136(3) |
Artikolu 138(4) |
|
Artikolu 136(4) |
Artikolu 138(5) |
|
Artikolu 136(5) |
Artikolu 138(7) |
|
Artikolu 136(6) |
Artikolu 138(9) |
|
Artikolu 136(7) |
Artikolu 138(10) |
|
Artikolu 136(8) |
Artikolu 138(11) |
|
Artikolu 136(9) |
Artikolu 138(12) |
|
Artikolu 137 |
Artikolu 139 |
|
Artikolu 138 |
Artikolu 140 |
|
Artikolu 139 |
Artikolu 141 |
|
Artikolu 140 |
Artikolu 142 |
|
Artikolu 141 |
Artikolu 143 |
|
Artikolu 142 |
Artikolu 144 |
|
Artikolu 143 |
Artikolu 145 |
|
Artikolu 143(2)(b) |
Artikolu 145(2)(c) |
|
Artikolu 143(2)(c) |
Artikolu 145(2)(d) |
|
Artikolu 144 |
Artikolu 147 |
|
Artikolu 145 |
Artikolu 148 |
|
Artikolu 146 |
Artikolu 149 |
|
Artikolu 147 |
Artikolu 150 |
|
Artikolu 148 |
Artikolu 151 |
|
Artikolu 148(3) |
Artikolu 151(4) |
|
Artikolu 149 |
Artikolu 152 |
|
Artikolu 149(7) |
Artikolu 152(8) |
|
Artikolu 150 |
Artikolu 153 |
|
Artikolu 151 |
Artikolu 154 |
|
Artikolu 152 |
Artikolu 155 |
|
Artikolu 153 |
Artikolu 156 |
|
Artikolu 154 |
Artikolu 157 |
|
Artikolu 154(6) |
Artikolu 157(7) |
|
Artikolu 154(7) |
Artikolu 157(8) |
|
Artikolu 155 |
Artikolu 158 |
|
Artikolu 155(5) |
Artikolu 157(6) |
|
Artikolu 155(6) |
Artikolu 158(7) |
|
Artikolu 155(7) |
Artikolu 158(8) |
|
Artikolu 155(8) |
Artikolu 158(9) |
|
Artikolu 156 |
Artikolu 159 |
|
Artikolu 157 |
Artikolu 160 |
|
Artikolu 158 |
Artikolu 161 |
|
Artikolu 159 |
Artikolu 162 |
|
Artikolu 160 |
Artikolu 163 |
|
Artikolu 161 |
Artikolu 164 |
|
Artikolu 162 |
Artikolu 165 |
|
Artikolu 163 |
Artikolu 166 |
|
Artikolu 164 |
Artikolu 167 |
|
Artikolu 165 |
Artikolu 168 |
|
Artikolu 166 |
Artikolu 169 |
|
Artikolu 167 |
Artikolu 170 |
|
Artikolu 168 |
Artikolu 171 |
|
Artikolu 169 |
Artikolu 172 |
|
Artikolu 170 |
Artikolu 173 |
|
Artikolu 171 |
Artikolu 174 |
|
Artikolu 172 |
Artikolu 175 |
|
Artikolu 173 |
Artikolu 176 |
|
Artikolu 174 |
Artikolu 177 |
|
Artikolu 175 |
Artikolu 178 |
|
Artikolu 176 |
Artikolu 179 |
|
Artikolu 177 |
Artikolu 180 |
|
Artikolu 178 |
Artikolu 181 |
|
Artikolu 179 |
Artikolu 182 |
|
Artikolu 180 |
Artikolu 183 |
|
Artikolu 181 |
Artikolu 184 |
|
Artikolu 182 |
Artikolu 185 |
|
Artikolu 183 |
Artikolu 186 |
|
Artikolu 183(5) |
— |
|
Artikolu 184 |
Artikolu 187 |
|
Artikolu 185 |
Artikolu 188 |
|
Artikolu 186 |
Artikolu 189 |
|
Artikolu 187 |
Artikolu 190 |
|
Artikolu 188 |
Artikolu 191 |
|
Artikolu 189 |
Artikolu 192 |
|
Artikolu 190 |
Artikolu 193 |
|
Artikolu 191 |
Artikolu 194 |
|
Artikolu 192 |
Artikolu 195 |
|
Artikolu 193 |
Artikolu 196 |
|
Artikolu 194 |
Artikolu 197 |
|
Artikolu 195 |
Artikolu 198 |
|
Artikolu 196 |
Artikolu 199 |
|
Artikolu 197 |
Artikolu 200 |
|
Artikolu 198 |
Artikolu 201 |
|
Artikolu 199 |
Artikolu 202 |
|
Artikolu 200 |
Artikolu 203 |
|
Artikolu 201 |
Artikolu 204 |
|
Artikolu 202 |
Artikolu 205 |
|
Artikolu 203 |
Artikolu 206 |
|
Artikolu 204 |
Artikolu 207 |
|
Artikolu 205 |
Artikolu 208 |
|
Artikolu 206 |
Artikolu 209 |
|
Artikolu 207 |
Artikolu 210 |
|
Artikolu 208 |
Artikolu 211 |
|
Artikolu 208(3) |
Artikolu 211(4) |
|
Artikolu 208(4) |
Artikolu 211(5) |
|
Artikolu 208(5) |
Artikolu 211(6) |
|
Artikolu 209 |
Artikolu 212 |
|
Artikolu 210 |
Artikolu 213 |
|
Artikolu 211 |
Artikolu 214 |
|
Artikolu 212 |
Artikolu 215 |
|
Artikolu 213 |
Artikolu 216 |
|
Artikolu 214 |
Artikolu 217 |
|
Artikolu 215 |
Artikolu 218 |
|
Artikolu 215(2) |
— |
|
Artikolu 215(3) |
Artikolu 218(2) |
|
Artikolu 215(4) |
Artikolu 218(3) |
|
Artikolu 215(5) |
Artikolu 218(4) |
|
Artikolu 215(6) |
Artikolu 218(5) |
|
Artikolu 215(7) |
Artikolu 218(6) |
|
Artikolu 216 |
Artikolu 219 |
|
Artikolu 217 |
Artikolu 220 |
|
Artikolu 218 |
Artikolu 221 |
|
Artikolu 219 |
Artikolu 222 |
|
Artikolu 220 |
Artikolu 223 |
|
Artikolu 220(2) |
— |
|
Artikolu 220(3) |
Artikolu 223(2) |
|
Artikolu 220(4) |
Artikolu 223(3) |
|
Artikolu 220(5) |
Artikolu 223(4) |
|
Artikolu 220(6) |
Artikolu 223(5) |
|
Artikolu 220(7) |
— |
|
Artikolu 220a |
Artikolu 224 |
|
Artikolu 221 |
Artikolu 225 |
|
Artikolu 222 |
Artikolu 226 |
|
Artikolu 223 |
Artikolu 227 |
|
Artikolu 224 |
Artikolu 228 |
|
Artikolu 225 |
Artikolu 229 |
|
Artikolu 226 |
Artikolu 230 |
|
Artikolu 227 |
Artikolu 231 |
|
Artikolu 228 |
Artikolu 232 |
|
Artikolu 229 |
Artikolu 233 |
|
Artikolu 230 |
Artikolu 234 |
|
Artikolu 231 |
Artikolu 235 |
|
Artikolu 231(3) |
— |
|
Artikolu 232 |
Artikolu 236 |
|
Artikolu 233 |
Artikolu 237 |
|
Artikolu 234 |
Artikolu 238 |
|
Artikolu 235 |
Artikolu 239 |
|
Artikolu 236 |
Artikolu 241 |
|
Artikolu 237 |
Artikolu 242 |
|
Artikolu 237(2) |
— |
|
Artikolu 237(3) |
Artikolu 237(2) |
|
Artikolu 237(4) |
Artikolu 237(3) |
|
Artikolu 237(5) |
Artikolu 237(7) |
|
Artikolu 238 |
Artikolu 243 |
|
Artikolu 239 |
Artikolu 245 |
|
Artikolu 240 |
Artikolu 246 |
|
Artikolu 241 |
Artikolu 247 |
|
Artikolu 242 |
Artikolu 248 |
|
Artikolu 243 |
Artikolu 249 |
|
Artikolu 244 |
Artikolu 250 |
|
Artikolu 245 |
Artikolu 251 |
|
Artikolu 246 |
Artikolu 252 |
|
Artikolu 247 |
Artikolu 253 |
|
Artikolu 248 |
Artikolu 254 |
|
Artikolu 249 |
Artikolu 255 |
|
Artikolu 250 |
Artikolu 256 |
|
Artikolu 251 |
Artikolu 257 |
|
Artikolu 252 |
Artikolu 258 |
|
Artikolu 253 |
Artikolu 259 |
|
Artikolu 254 |
Artikolu 260 |
|
Artikolu 255 |
Artikolu 261 |
|
Artikolu 256 |
Artikolu 262 |
|
Artikolu 257 |
Artikolu 263 |
|
Artikolu 258 |
Artikolu 264 |
|
Artikolu 259 |
Artikolu 265 |
|
Artikolu 260 |
Artikolu 266 |
|
Artikolu 261 |
Artikolu 267 |
|
Artikolu 262 |
Artikolu 268 |
|
Artikolu 263 |
Artikolu 269 |
|
Artikolu 264 |
Artikolu 270 |
|
Artikolu 265 |
Artikolu 271 |
|
Artikolu 266 |
Artikolu 272 |
|
Artikolu 267 |
Artikolu 273 |
|
Artikolu 268 |
Artikolu 274 |
|
Artikolu 269 |
Artikolu 275 |
|
Artikolu 270 |
— |
|
Artikolu 271 |
— |
|
Artikolu 272 |
— |
|
Artikolu 273 |
— |
|
Artikolu 274 |
— |
|
Artikolu 275 |
— |
|
Artikolu 276 |
— |
|
Artikolu 277 |
— |
|
Artikolu 278 |
— |
|
Artikolu 279(1) |
Artikolu 277(3) |
|
Artikolu 279(2) |
— |
|
Artikolu 279(3) |
Artikolu 277(4) |
|
Artikolu 279(4) |
— |
|
Artikolu 280 |
Artikolu 278 |
|
Artikolu 281(1) |
Artikolu 279 l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 281(2) |
— |
|
Artikolu 281(3) |
Artikolu 279 it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 282(1) |
Artikolu 280 l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 282(2) |
Artikolu 280 it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 282(3) |
— |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)