|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2495 |
23.9.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/2495 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Settembru 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 rigward id-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (Koordinaciona uprava)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), il-punt (a), tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri (il-“ħtieġa tal-viża”) u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża għal soġġorni ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum (l-“eżenzjoni tal-viża”). |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009 (3), is-Serbja ġiet trasferita għal-lista ta’ pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża. Dak ir-Regolament eskluda mill-eżenzjoni tal-viża lid-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (bis-Serb: Koordinaciona uprava). |
|
(3) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li trasferixxa l-Kosovo (*1) mill-Parti 2 tal-Anness I għall-Parti 4 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1806, id-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb jibqgħu l-uniċi ċittadini tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent soġġetti għall-ħtieġa tal-viża. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li r-reġjun kollu tal-Balkani tal-Punent ikun soġġett għall-istess reġim tal-viża, jenħtieġ li d-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb jiġu inklużi fir-referenza għas-Serbja fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1806. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (5) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6). |
|
(6) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (7) ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti B u C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8). |
|
(7) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (9) ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti B u C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10). |
|
(8) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (11); Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(9) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1806, l-entrata “is-Serbja (esklużi d-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (bil-lingwa Serba: Koordinaciona uprava)) (2)” hija sostitwita b’dan li ġej:
“is-Serbja (inklużi d-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (bis-Serb: Koordinaciona uprava (*2)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta’ Settembru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2024.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 39).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 336, 18.12.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2023/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (il-Kosovo) (ĠU L 110, 25.4.2023, p. 1).
(*1) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(7) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(9) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2495/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)