European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2214

2.9.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2214

tat-30 ta’ Awwissu 2024

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2024) 6229)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI)hija marda virali infettiva fl-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, u dawn imbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjoni tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħrajn fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri għall-kontroll tal-mard għall-HPAI.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta mat-tifqigħat tal-HPAI.

(4)

B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom ikunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/6127 (4) wara tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fi Franza li kien jeħtieġ tiġi riflessa f’dak l-Anness.

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2024/2172, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI, fi stabbiliment fejn kien jinżamm il-pollam, fil-provinċja ta’ Lubuskie.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Polonja ħadu l-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fosthom l-istabbiliment ta’ żona ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar din it-tifqigħa.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li ħadet il-Polonja, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment fejn ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI.

(9)

Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, attwalment ma hemmx żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Polonja.

(10)

Biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ bla bżonn fl-Unjoni u tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ issir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Polonja, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu elenkati żoni ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Polonja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447.

(12)

Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq mill-Polonja, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tal-miżuri applikabbli fihom.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tiġi emendata kif xieraq.

(14)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2024.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 1290 tal-20 ta’ Frar 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri.


ANNESS

Parti A

Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:

Stat Membru: Franza

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Dipartiment: Ille-et-Vilaine

FR-HPAI(P)-2024-00005

COMBOURG

LOURMAIS

MEILLAC — Au Nord de la départementale D974, du croisement de la Villée jusqu au croisement de la départementale D81 et Secteur à l’Est de la départementale D81 jusma’ au Plessis Morgat puis secteur au Nord de la départementale D73

BONNEMAIN — Secteur la route de la Maignerie, la départementale D9 et la route de la Buet

3.9.2024

Id-Dipartimenti: Morbihan u Loire Atlantique

FR-HPAI(P)-2024-00006

Id-Dipartiment ta’ Loire Atlantique

ASSERAC- N D33 D82

HERBIGNAC – O ruisseau KEROUGAS

Id-dipartiment ta’ Morbihan

CAMOEL

11.9.2024

Stat Membru: Il-Ġermanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Mecklenburg-Vorpommern

DE-HPAI(P)-2024-00011

DE-HPAI(P)-2024-00012

Landkreis Rostock

Amt Tessin:

Stadt Tessin mit den Ortsteilen Neu Gramsdorf und Wolfsberger Mühle,

Gemeinde Gnewitz mit den Ortsteilen Gnewitz und Barkvieren,

Gemeinde Zarnewanz mit dem Ortsteilen Zarnewanz, Kleinhof und Stormstorf.

5.9.2024

Stat Membru: Il-Polonja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PL-HPAI(P)-2024-00026

1.

w powiecie świebodzińskim:

a.

w gminie Sośnie miejscowości: Chociule, Lubogóra, Rudgerzowice, Świebodzin obręb 3, Lubinicko (część miejscowości leżąca na zachód od drogi 303 i dalej od drogi 1230F do przecięcia z drogą ekspresową S3)

b.

b) w gminie Skąpe, miejscowości: Ołobok, Łąkie, Radoszyn, Darnawa

14.9.2024

Stat Membru: Il-Portugall

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Viana do Castelo

PT-HPAI(NON-P)-2024-00008

Il-partijiet mill-kontea ta’ Viana do Castelo, mid-distrett ta’ Viana do Castelo, li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS 41.637500N, -8.819083W

6.9.2024

Parti B

Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:

Stat Membru: Franza

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Departement: Ille-et-Vilaine

FR-HPAI(P)-2024-00005

COMBOURG

LOURMAIS

MEILLAC - Au Nord de la départementale D974, du croisement de la Villée jusqu'au croisement de la départementale D81 et Secteur à l'Est de la départementale D81 jusqu'au Plessis Morgat puis secteur au Nord de la départementale D73

BONNEMAIN - Secteur entre la route de la Maignerie, la départementale D9 et la route de la Buet

4.9.2024–12.9.2024

BAGUER-MORVAN

BONNEMAIN - Sauf la partie de la commune en zone de protection

LA BOUSSAC

BROUALAN

LA CHAPELLE-AUX-FILTZMÉENS

CUGUEN

DINGÉ

LA BAULE-ESCOUBLAC

EPINIAC

LANRIGAN

MEILLAC — sauf la partie de la commune en zone de protection

NOYAL-SOUS-BAZOUGES

PLERGUER

PLEUGUENEUC

QUÉBRIAC

SAINT-DOMINEUC

SAINT-LÉGER-DES-PRÉS

MESNIL-ROC’ H

TRÉMEHEUC

LE TRONCHET

12.9.2024

Id-Dipartimenti Morbihan u Loire Atlantique

FR-HPAI(P)-2024-00006

Id-Dipartiment ta’ Loire Atlantique

ASSERAC- N D33 D82

HERBIGNAC – O ruisseau KEROUGAS

Id-dipartiment ta’ Morbihan

CAMOEL

12.9.2024–20.9.2024

Dipartiment ta’ Loire Atlantique

ASSERAC S D33 D82

HARBIGNAC E ruisseau KEROUGAS

MESQUER- N D452 D52

Saint MOLF- N D48 jusma’ à ancienne cure puis N D52 et D33

Id-dipartiment ta’ Morbihan

ARZAL

BILLIERS

FEREL

Marzan, sud de la N165

Muzillac, sud de la N165

Nivillac, Sud-Ouest de la N165

Pénestin

La Roche Bernard

20.9.2024

Stat Membru: Il-Ġermanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Mecklenburg-Vorpommern

DE-HPAI(P)-2024-00011

DE-HPAI(P)-2024-00012

Landkreis Rostock

Amt Tessin:

Stadt Tessin mit den Ortsteilen Neu Gramsdorf und Wolfsberger Mühle,

Gemeinde Gnewitz mit den Ortsteilen Gnewitz und Barkvieren,

Gemeinde Zarnewanz mit dem Ortsteilen Zarnewanz, Kleinhof und Stormstorf.

6.9.2024–14.9.2024

DE-HPAI(P)-2024-00011

DE-HPAI(P)-2024-00012

Landkreis Rostock

Amt Tessin:

Gemeinde Cammin mit den Ortsteilen Prangendorf, Weitendorf und Wohrenstorf,

Gemeinde Gnewitz mit dem Ortsteil Neu Barkvieren,

Gemeinde Grammow mit den Ortseilen Alt Strasbourg sow, Neu Strasbourg, Grammow, Neuhof und Recknitted,

Gemeinde Nustrow mit dem Ortsteil Nustrow,

Gemeinde Selpin mit den Ortsteilen Vogelsang, Reddersdorf, Bärenberg, Woltow, Selpin und Drüsewitz,

Gemeinde Stubbendorf mit den Ortsteilen Stubbendorf und Ehmkendorf,

Stadt Tessin und den Ortsteilen Helmstorf, Vilz und Klein Tessin,

Gemeinde Thelkow mit den Ortsteilen Sophienhof, Thelkow, Kowalz, Liepen und Starkow,

Gemeinde Sanitz mit den Ortsteilen und OrtschaftenSanitz, Niekrenz, Groß Lüsewitz, Oberhof, Vietow, Wehnendorf, Ausbau Niekrenz, Neu Wendorf, Horst, Teutendorf, Klein Wehnendorf, Klein Freienholz, Wendorf, Reppelin, Wendfeld, Groß Freienholz, Gubkow und Hohen Gubkow.

Amt Gnoien:

Gemeinde Behren Lübchin mit der Ortschaft Duckwitz,

Gemeinde Walkendorf mit den Ortschaften Repnitz und Basse.

Landkreis Vorpommern-Rügen

Gemeinde Dettmannsdorf,

Gemeinde Lindholz mit dem Ortsteil Schabow,

Stadt Marlow mit den Ortsteilen Dänschenburg, Carlsruhe, Neu Steinhorst, Alt Steinhorst, Brunstorf, Fahrenhaupt, Schulenberg, Kneese.

14.9.2024

Stat Membru: Il-Polonja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PL-HPAI(P)-2024-00026

1.

w powiecie świebodzińskim:

a.

w gminie Świebodzin, miejscowości: Chociule, Lubogóra, Rudgerzowice, Świebodzin obręb 3, Lubinicko (część miejscowości leżąca na Zachód od drogi 303 i dalej od drogi 1230F do przecięcia z drog ekspresowdS3)

b.

b) w gminie Skąpe, miejscowości: Ołobok, Łąkie, Radoszyn, Darnawa

15.9.2024–23.9.2024

1.

w powiecie świebodzińskim:

a.

w gminie Sośnie miejscowości: Niesulice, Rokitnica, Międzylesie, Skąpe, Pałck, Niekarzyn, Błonie

b.

w gminie Świebodzin, miejscowości: Borów, Wilkowo, Rozłogi, Świebodzin obręby 1, 2, 4, Ługów, Grodziszcze, Kupienino, Glińsk, Osogóra, Raków, Jeziory, Rosin, Podlesie, Kępsko, Rzeczyca (część miejscowości leżąca na południe od drogi 92 i dalej część miejscowości leżąca na południowy zachód od drogi 1218F do skrzyżowania drogi 92 z drogą 1202F), Rusinów (część miejscowości leżącą na południe od drogi 1219F), Lubinicko (część miejscowości na wschód od drogi 303 i dalej od drogi 1230F do przecięcia z drogą ekspresową S3)

c.

w gminie Szczaniec, miejscowości: Ojerzyce, Wolimirzyce, Kiełcze, Opalewo (zachodnia część miejscowości od granicy administracyjnej miejscowości Wolimirzyce do granicy administracyjnej z miejscowością Kiełcze), Smardzewo (część miejscowości na zachód od drogi 303 do skrzyżowania z drogą 1201F i dalej część miejscowości na zachód od drogi 1201F),

d.

w gminie Lubrza, miejscowości: Przełazy, Mostki, Lubrza (część miejscowości znajdująca się pomiędzy drogą 1242F i drogą prowadzącą do miejscowości Krzemionka)

2)

w powiecie zielonogórskim, w gminie Sulechów miejscowości: Kalsk, Głogusz, Kije (część miejscowości na północ od drogi nr 277 do granic administracyjnych miejscowości i dalej drogą nr 277 na wschód do przecięcia z trasą S 3), Buków (miejscowości na zachód od drogi 1201F)

23.9.2024

Stat Membru: Il-Portugall

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Viana do Castelo

PT-HPAI(NON-P)-2024-00008

Il-partijiet mill-kontea ta’ Viana do Castelo, mid-distrett ta’ Viana do Castelo, li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS 41.637500N, -8.819083W

7.9.2024–15.9.2024

Il-partijiet tal-kontea ta’ Viana do Castelo, mid-distrett ta’ Viana do Castelo, u l-partijiet tal-kontej ta’ Barcelos u Esposende mid-distrett ta’ Braga, li jinsabu lil hinn miż-żoni deskritti fiż-żona ta’ protezzjoni, u li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS 41.637500N, -8.819083W

15.9.2024

Parti C

Żoni ristretti oħrajn fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:

Stat Membru: Xejn

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta l-miżuri għandhom jibqgħu applikabbli f’konformità mal-Artikolu 3a

 

 

*

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2214/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)