European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2192

7.9.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/2192

tas-27 ta’ Awwissu 2024

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2112 (EUTM RCA/1/2024)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA), inkluż id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta’ Kmandanti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fit-3 ta’ Ottubru 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2112 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Cornel TONEA-BĂLAN bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-EUTM RCA.

(3)

Fis-17 ta’ Lulju 2024, l-awtoritajiet militari Rumeni pproponew il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Nicolae-Gabriel OROS biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Cornel TONEA-BĂLAN bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-EUTM RCA.

(4)

Fit-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE appoġġa l-proposta li saret mill-awtoritajiet militari Rumeni.

(5)

Fid-9 ta’ Awwissu 2024, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-Brigadier Ġeneral Nicolae-Gabriel OROS jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-EUTM RCA mis-27 ta’ Settembru 2024.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Nicolae-Gabriel OROS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-EUTM RCA mis-27 ta’ Settembru 2024 u jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2112,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Nicolae-Gabriel OROS huwa b’dan maħtur il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) mis-27 ta’ Settembru 2024.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2112 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2024. Għandha tapplika soġġett għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Kunsill li testendi l-mandat tal-EUTM RCA lil hinn mid-19 ta’ Settembru 2024.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2024.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/2112 tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1919 (EUTM RCA/1/2023) (ĠU L, 2023/2112, 5.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2112/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2192/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)