|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2183 |
3.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2183
tat-2 ta’ Settembru 2024
li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011, (UE) 2016/899, (UE) 2017/440, (UE) 2017/896, (UE) 2020/164, (UE) 2020/166, (UE) 2021/2051, (UE) 2021/2096, (UE) 2023/1167, (UE) 2023/1703 u (UE) 2023/1713 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-addittivi tal-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Preparat ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi, subtiliżina u alfa-amilażi, 6-fitażi prodott minn Trichoderma reesei (ATCC SD-6528), preparat ta’ Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) u Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104), preparat ta’ 6-fitażi prodott minn Trichoderma reesei (ATCC SD-6528), 6-fitażi prodott minn Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233), preparat ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus velezensis NRRL B-50013 u Bacillus velezensis NRRL B-50104, endo–1,4-beta-ksilanażi prodott minn Trichoderma reesei CBS 143953, preparat ta’ 6-fitażi prodott minn Trichoderma reesei CBS 146250, preparat ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi prodott minn Trichoderma reesei CBS 143953 u endo–1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Trichoderma reesei CBS 143945, preparat ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi prodott minn Trichoderma reesei ATCC PTA-5588, proteażi prodotta minn Bacillus subtilis CBS 148232 u alfa-amilażi prodott minn Bacillus licheniformis ATCC SD-6525 ġew awtorizzati bħala addittivi tal-għalf (“l-addittivi tal-għalf ikkonċernati”) permezz tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2011 (2), (UE) 2016/899 (3), (UE) 2017/440 (4), (UE) 2017/896 (5), (UE) 2020/164 (6), (UE) 2020/166 (7), (UE) 2021/2051 (8), (UE) 2021/2096 (9), (UE) 2023/1167 (10), (UE) 2023/1703 (11), u (UE) 2023/1713 (12), rispettivament. |
|
(2) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjonijiet għall-addittivi tal-għalf ikkonċernati, Danisco (UK) Ltd (li tinnegozja wkoll bħala Danisco Animal Nutrition), ippreżenta applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 bil-proposta li isem id-detentur tal-awtorizzazzjonijiet għall-addittivi tal-għalf ikkonċernati jinbidel għal Genencor International B.V. |
|
(3) |
Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni. |
|
(4) |
Sabiex Genencor International B.V. ikun jista’ jisfrutta d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, jeħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011, (UE) 2016/899, (UE) 2017/440, (UE) 2017/896, (UE) 2020/164, (UE) 2020/166, (UE) 2021/2051, (UE) 2021/2096, (UE) 2023/1167, (UE) 2023/1703 u (UE) 2023/1713 jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi li għamel dan ir-Regolament, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”. |
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/899
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/899 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”. |
Artikolu 3
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/440
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/440 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”. |
Artikolu 4
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/896
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/896 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”. |
Artikolu 5
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/164
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/164 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”. |
Artikolu 6
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/166
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/166 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”. |
Artikolu 7
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2051
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2051 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition irrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness, il-kliem “Danisco Animal Nutrition irrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”. |
Artikolu 8
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2096
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2096 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, irrappreżentata fl-Unjoni minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, irrappreżentata fl-Unjoni minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”. |
Artikolu 9
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1167
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1167 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera bħala Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”. |
Artikolu 10
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1703
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1703 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera bħala Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”. |
Artikolu 11
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1713
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1713 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd irrappreżentata fl-Unjoni minn Genencor international B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, irrappreżentata fl-Unjoni minn Genencor International B.V.” huma sostitwiti bil-kliem “Genencor International B.V.”. |
Artikolu 12
Miżura tranżizzjonali
L-addittivi tal-għalf ikkonċernati, prodotti u ttikkettati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-regoli applikabbli qabel dik id-data, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2011 tad-19 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika tal-endo–1,4-beta-ksinalażi, tas-subtiliżina u tal-alfa-amilażi bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/389/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/899 tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta’ tjur u speċi tal-ħnieżer kollha (ħlief ħnienes mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) ((ĠU L 152, 9.6.2016, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/899/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/440 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) u Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, speċijiet minuri ta’ tjur tas-simna u speċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għall-bajd (id-detentriċi tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 67, 14.3.2017, p. 74, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/440/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/896 tal-24 ta’ Mejju 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi, prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf f’għamla solida għal kull speċi ta’ tjur u għal kull speċi ta’ ħnieżer (ħlief ħnienes mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 123, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/896/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/164 tal-5 ta’ Frar 2020 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tat-tjur u l-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 379/2009 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni hija Danisco (UK) Ltd li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.) (ĠU L 34, 6.2.2020, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/164/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/166 tal-5 ta’ Frar 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna, għall-papri tas-simna, għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer tas-simna u għall-ħnieżer nisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 785/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni hija Danisco (UK) Ltd li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.) (ĠU L 34, 6.2.2020, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/166/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2051 tal-24 ta’ Novembru 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus velezensis NRRL B-50013 u Bacillus velezensis NRRL B-50104 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco Animal Nutrition irrappreżentata minn Genencor International B.V.) (ĠU L 420, 25.11.2021, p. 19. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2051/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2096 tad-29 ta’ Novembru 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-endo–1,4-beta-ksilanażi prodotta bit-Trichoderma reesei CBS 143953 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam, għall-ħnieżer tas-simna, għall-ħnienes u għall-ispeċijiet porċini minuri kollha (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco (UK) Ltd, irrappreżentata fl-Unjoni minn Genencor International B.V.) (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2096/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1167 tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tas-6-fitażi prodotta mit-Trichoderma reesei CBS 146250 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ pollam u għall-ħnieżer kollha (detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.) (ĠU L 155, 16.6.2023, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1167/oj).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1703 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei CBS 143953 u endo–1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei CBS 143945 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet tal-pollam, għall-qżieqeż miftuma, għall-ħnieżer għas-simna, għall-ħnieżer li qed ireddgħu u għall-ispeċijiet porċini minuri (qżieqeż miftuma, ħnieżer għas-simna u ħnieżer li qed ireddgħu), l-awtorizzazzjoni ta’ dak il-preparat għall-qżieqeż mhux miftuma u għall-ispeċijiet porċini minuri (qżieqeż mhux miftuma) (detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco (UK) Ltd, li topera bl-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 337/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/997 (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1703/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1713 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei ATCC PTA-5588, proteażi prodotta minn Bacillus subtilis CBS 148232 u alfa-amilażi prodotta minn Bacillus licheniformis ATCC SD-6525 għat-tiġieġ għas-simna, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u għal speċijiet minuri tal-pollam (detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco (UK) Ltd irrappreżentata fl-Unjoni minn Genencor international B.V.) (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1713/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2183/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)