|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2179 |
3.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2179
tat-2 ta’ Settembru 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1452 fir-rigward tal-kontenut massimu rrakkomandat ta’ 4-idrossi–2,5-dimetilfuran-3(2H)-on għall-qtates u għall-klieb
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti jew għall-modifika ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Is-sustanza 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on ġiet awtorizzata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1452 (2) bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u għall-klieb. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex toħroġ opinjoni dwar jekk l-awtorizzazzjoni ta’ 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u għall-klieb tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jekk it-termini ta’ dik l-awtorizzazzjoni jiġu modifikati. Il-modifika hija relatata maż-żieda tal-kontenut massimu rrakkomandat minn 5 għal 25 mg/kg ta’ għalf komplet għall-qtates u għall-klieb. Flimkien mat-talba, intbagħtet id-data ta’ sostenn rilevanti. |
|
(4) |
(3)Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Marzu 2024, l-Awtorità kkonkludiet li 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on huwa sikur għall-klieb fil-kontenut massimu rrakkomandat ta’ 25 mg/kg ta’ għalf komplet u għall-qtates fi 18 mg/kg ta’ għalf komplet. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa irritanti għall-ġilda, għall-għajnejn u għas-sistema respiratorja u huwa sensitizzatur tal-ġilda. L-Awtorità kkonkludiet li peress li 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on jintuża fl-ikel bħala sustanza li tagħti t-togħma, u li l-funzjoni tiegħu fl-għalf hija essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, m’hemmx bżonn ta’ iktar provi tal-effikaċja. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni tqis li l-awtorizzazzjoni ta’ 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, meta jiġu mmodifikati t-termini tagħha fir-rigward taż-żieda tal-kontenut massimu rakkomandat għal 25 mg/kg għall-għalf komplet għall-klieb u għal 18 mg/kg għall-għalf komplet għall-qtates. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1452 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1452
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1452 huwa emendat kif ġej:
Fl-Anness, l-entrata tal-addittiv 2b13010, il-kolonna “dispożizzjonijiet oħra”, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“3. |
Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1452 tal-1 ta’ Settembru 2022 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 3-etilċiklopentan-1,2-dion, 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on, 4,5-diidro-2-metilfuran-3(2H)-on, ewġenol, 1-metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen, α-pentilċinnamaldeid, α-eżilċinnamaldeid u 2-aċetilpiridina bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (GU L 228, 2.9.2022, p. 17), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1452/oj.
(3) EFSA Journal. 2024;22:e8721.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2179/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)