|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2176 |
28.8.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2176
tat-8 ta’ Diċembru 2023
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ sett komuni ta’ regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport li jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 u l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
It-Trattat dwar il-Komunità tat-Trasport (1) (“TCT”) ġie approvat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/392 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2019. |
|
(2) |
Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport (“il-Kumitat tat-Tmexxija”), stabbilit mit-TCT, huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tat-TCT u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tiegħu. Skont l-Artikolu 35 tat-TCT, il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjonijiet li jispeċifikaw il-proċedura għall-implimentazzjoni tal-baġit. |
|
(3) |
Il-Kumitat tat-Tmexxija huwa mistenni jadotta deċiżjoni dwar l-introduzzjoni ta’ sett komuni ta’ regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport li jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport (“id-deċiżjoni prevista”). Ir-regoli stabbiliti fid-deċiżjoni prevista se tissostitwixxi r-regoli adottati skont id-Deċiżjonijiet Nru 2020/05 (3) u Nru 2021/02 (4) tal-Kumitat tat-Tmexxija. |
|
(4) |
Id-deċiżjoni prevista hija meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-Segretarjat Permanenti u tal-korpi tal-Komunità tat-Trasport. Peress li d-deċiżjoni prevista se tkun vinkolanti fuq l-Unjoni, jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tat-Tmexxija fir-rigward tal-adozzjoni tagħha. |
|
(5) |
Jenħtieġ għalhekk li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tat-Tmexxija tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport (“il-Kumitat tat-Tmexxija”) rigward l-introduzzjoni ta’ sett komuni ta’ regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport li jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport, li se jissostitwixxu r-regoli adottati skont id-Deċiżjonijiet Nru 2020/05 u Nru 2021/02 tal-Kumitat tat-Tmexxija, għandha tkun imsejsa fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
2. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tat-Tmexxija jistgħu jaqblu dwar bidliet żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
N. CALVIÑO SANTAMARÍA
(1) ĠU L 278, 27.10.2017, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/392 tal-4 ta’ Marzu 2019 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (ĠU L 71, 13.3.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 2020/05 tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport tad-29 ta’ Lulju 2020 dwar ir-regoli rigward ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport li jkunu mistiedna jattendu l-laqgħat fil-kapaċità tagħhom ta’ esperti (ĠU L 73, 10.3.2023, p. 40).
(4) Id-Deċiżjoni Nru 2021/02 tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport tas-7 ta’ Ġunju 2021 dwar ir-regoli rigward ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport li jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport (ĠU L 73, 10.3.2023, p. 48).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 202X/
TAL-KUMITAT TAT-TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
dwar l-introduzzjoni ta' sett komuni ta' regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport li jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport
IL-KUMITAT TAT-TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport, u b'mod partikolari l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 35 tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sett komuni ta' regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport li jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport, li jinsab fl-Anness, huwa b'dan adottat.
Is-sett komuni ta' regoli adottat skont din id-Deċiżjoni jissostitwixxi r-regoli adottati skont id-Deċiżjoni Nru 2020/5 u d-Deċiżjoni Nru 2021/02 tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali.
Hekk kif jiġu adottati, is-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport għandu jippubblika r-regoli fuq is-sit web tal-Komunità tat-Trasport.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi ……, fi ……
Għall-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali
Il-President
ANNESS
REGOLI DWAR IR-RIMBORŻ TAL-ISPEJJEŻ IMĠARRBA MINN PERSUNI BARRA MIS-SEGRETARJAT PERMANENTI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT LI JKUNU MISTIEDNA JIPPARTEĊIPAW FIL-LAQGĦAT TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
1. Kamp ta' applikazzjoni
|
1.1. |
Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għal persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport (“is-Segretarjat Permanenti”) li jkunu mistiedna jipparteċipaw f'waħda mil-laqgħat jew wieħed mill-eventi tal-Komunità tat-Trasport elenkati fil-punt 1.3. |
|
1.2. |
Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għall-persuni li ġejjin, li jkunu mistiedna jipparteċipaw f'waħda mil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport deskritti fil-paragrafu 1.3:
|
|
1.3. |
Il-laqgħat koperti minn dawn ir-regoli għandhom ikunu laqgħat tal-konfigurazzjonijiet, tal-kumitati u ta' fora oħra tal-Komunità tat-Trasport li ġejjin:
|
|
1.4. |
|
|
1.5. |
Dawn ir-regoli għandhom ikopru r-rimborż tal-ispiża għall-ivvjaġġar u l-indennizz għas-sussistenza għal kull jum (DSA). |
|
1.6. |
L-għadd massimu ta' esperti esterni mistiedna għal kull laqgħa, kemm jekk intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż kif ukoll jekk mhumiex, għandu jkun ta' espert wieħed għal kull Parti Kontraenti tal-Komunità tat-Trasport u għal kull Stat Membru tal-UE. L-għadd ta' esperti tas-settur privat jew mhux tal-gvern ma għandux jaqbeż l-għadd ta' esperti tal-gvern għal kull event. |
2. Spejjeż tal-ivvjaġġar
|
2.1. |
Il-parteċipanti kollha għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom mill-post speċifikat fl-istedina tagħhom (l-indirizz tax-xogħol jew tad-dar) sal-post tal-laqgħa, bl-aktar mezz ta' trasport xieraq skont id-distanza involuta. B'mod ġenerali, dan għandu jkun ivvjaġġar bil-ferrovija tat-tieni klassi għal vjaġġi ta' inqas minn 400 km (f'direzzjoni waħda, skont id-distanza uffiċjali bil-ferrovija) u vvjaġġar bl-ajru tal-klassi ekonomika għal distanzi ta' 400 km jew aktar. |
|
2.2. |
Id-Direttur għandu jipprova jiżgura li l-laqgħat jiġu organizzati b'tali mod li jippermetti lill-parteċipanti jibbenefikaw mill-aktar rati tal-ivvjaġġar ekonomiċi. |
|
2.3. |
L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati biss jekk jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' sostenn. |
|
2.4. |
Meta t-trasport bl-ajru jew bil-ferrovija ma jkunx disponibbli jew ma jkunx kosteffettiv, l-ivvjaġġar bix-xarabank jew bil-karozza għandu jiġi awtorizzat. |
|
2.5. |
Il-kost tal-ivvjaġġar b'vettura privata għandu jiġi rimborżat bir-rata ta' EUR 0,28 għal kull km. |
|
2.6. |
Il-kostijiet tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati jekk ma jkunux jaqbżu s-EUR 700. |
3. L-indennizz għas-sussistenza għal kull jum (“DSA”)
|
3.1. |
Id-DSA għandu jinkludi l-kost tal-akkomodazzjoni, it-trasferimenti lokali, l-ikliet, il-gratwitajiet u spejjeż inċidentali oħra. |
|
3.2. |
Ir-rati tad-DSA applikabbli għal kuntratti ta' għajnuna esterna ffinanzjati mill-UE għandhom japplikaw fl-aktar skala reċenti tagħhom.
Ir-rata tad-DSA applikabbli għandha tkun dik tal-post fejn il-parteċipant mistieden iqatta' l-lejl. Għandu jitħallas DSA sħiħ għall-ewwel jum tal-vjaġġ; madankollu, ma għandu jitħallas l-ebda DSA għall-aħħar jum tal-vjaġġ, jiġifieri dan l-indennizz jiġi kkalkolat fuq l-għadd ta' ljieli li l-parteċipant iqatta' 'l bogħod mid-dar. Id-DSA għandu jitħallas biss meta l-ħinijiet tal-laqgħat ma jkunux jaqblu mal-ħinijiet tat-titjiriet jew tal-ferroviji. L-għadd ta' ljieli ma għandux jaqbeż l-għadd ta' jiem tal-laqgħa + 1. |
|
3.3. |
Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tad-Direttur, il-parteċipanti jistgħu eċċezzjonalment ikunu intitolati għal DSA addizzjonali relatat ma' lejl addizzjonali fil-post tal-laqgħa jekk, billi jtawwal is-soġġorn, il-parteċipant ikun jista' jikseb tnaqqis fil-kost tat-trasport li jkun jiswa aktar mill-ammont tad-DSA relatat mal-lejl addizzjonali. |
|
3.4. |
Il-parteċipanti ma għandhomx ikunu intitolati għar-rimborż ta' spejjeż oħra relatati mas-soġġorn fil-lukanda bħall-internet, it-telefown, il-fotokopjar, il-minibar jew il-kolazzjon mhux inkluż. |
|
3.5. |
Il-parteċipanti li jkunu ġejjin minn post li ma jkunx aktar minn 50 km 'il bogħod mill-post tal-laqgħa ma għandhomx ikunu intitolati għal DSA. |
|
3.6. |
Ir-rati mnaqqsa tad-DSA għandhom jiġu applikati fil-każijiet li ġejjin:
Ikla b'xejn għandha titqies bħala tali fil-każijiet kollha meta l-aġenda tal-laqgħa jew tal-event tkun tinkludi ikla ta' nofsinhar jew ikla ta' filgħaxija. |
4. Xiri ta' biljetti u akkomodazzjoni
|
4.1. |
Il-parteċipanti mistiedna għal laqgħa elenkata fil-paragrafu 1.3, il-punti (a) sa (e) għandhom jipprenotaw il-biljetti u l-akkomodazzjoni tagħhom. Il-prenotazzjonijiet għandhom isiru kemm jista' jkun malajr sabiex ikunu jistgħu jinkisbu l-aktar tariffi jew rati ekonomiċi. Is-Segretarjat Permanenti għandu jipprenota l-ivvjaġġar f'isem il-parteċipanti jew jagħmel pagamenti bil-quddiem għall-ispiża f'każijiet eċċezzjonali biss u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regola 6. |
|
4.2. |
Fil-każ tal-parteċipanti mistiedna għal xi laqgħa elenkata fir-regola 1.3, il-punti (f) u (g), l-arranġamenti tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni għandhom isiru mis-Segretarjat Permanenti. |
5. Proċedura għar-rimborż
|
5.1. |
Biex jiksbu r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-ħlas tal-indennizz għas-sussistenza għal kull jum, il-parteċipanti għandhom jippreżentaw talba għar-rimborż tal-ispejjeż (“talba għar-rimborż”). It-talba għar-rimborż għandha tkun:
|
|
5.2. |
Il-korrispondenza dwar ir-rimborż għandha tintbagħat lis-Segretarjat Permanenti fuq finance@transport-community.org. |
|
5.3. |
Ir-rimborż għandu jsir f'euro. Ir-rata tal-kambju li tapplika għar-rimborż għandha tkun dik applikabbli fid-data tal-laqgħa. |
|
5.4. |
Ir-rimborż għandu jsir permezz ta' trasferiment bankarju fil-kont bankarju tal-istituzzjoni jew tal-organizzazzjoni li taħtar lill-parteċipant, bl-użu tad-dettalji tal-kont bankarju ppreżentati f'konformità mar-regola 5.5. Madankollu, ir-rimborż jista' jsir f'kont bankarju privat tal-parteċipant jekk dik l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni titlob li jsir hekk bil-miktub. |
|
5.5. |
Id-dettalji tal-kont tal-bank li għandhom jiġu ppreżentati għall-finijiet tar-regola 5.4 għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja relatata mal-benefiċjarju: l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-kont, l-isem tal-bank, in-numru tal-kont tal-bank (IBAN) u l-Kodiċi SWIFT (BIC). |
6. Ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni
|
6.1. |
F'każijiet eċċezzjonali, istituzzjoni jew organizzazzjoni li taħtar tista' tippreżenta talba lis-Segretarjat Permanenti għall-ħlas bil-quddiem tal-kostijiet tal-ivvjaġġar relatati ma' parteċipant mistieden għal laqgħa elenkata fil-punti (a) sa (e) tar-regola 1.3. Proċediment bħal dan għandu jinkludi l-prenotazzjoni tal-ivvjaġġar mis-Segretarjat Permanenti. |
|
6.2. |
Ir-regola 6.1 ma għandhiex tapplika għall-parteċipanti mistiedna skont l-Artikolu 1.2, il-punt (c). |
|
6.3. |
It-talbiet għal ħlas bil-quddiem għandhom isiru permezz tal-formola li tinsab fl-Appendiċi 2 u jintbagħtu lis-Segretarjat Permanenti fuq finance@transport-community.org mill-inqas 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa. |
|
6.4. |
Id-Direttur għandu jadotta d-deċiżjoni li tissodisfa jew tirrifjuta talba ppreżentata f'konformità mar-regola 6.3. |
|
6.5. |
Wara li talba tiġi ssodisfata skont ir-regola 6.4, u wara li jitqies l-abbozz tal-aġenda għal-laqgħa, is-Segretarjat Permanenti għandu jipprenota l-arranġamenti tal-ivvjaġġar għall-parteċipant inkwistjoni. Is-Segretarjat Permanenti għandu jibgħat il-konfermi tal-prenotazzjoni tal-biljett lill-parteċipant permezz tal-posta elettronika. |
|
6.6. |
Billi jitlob ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, il-parteċipant jimpenja ruħu li jattendi l-laqgħa. |
|
6.7. |
Meta parteċipant li t-talba tiegħu għall-ħlas bil-quddiem tkun ġiet issodisfata ma jkunx jista' jattendi l-laqgħa għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli direttament għall-Komunità tat-Trasport, l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni li taħtar għandha tindennizza lis-Segretarjat Permanenti għall-kostijiet imġarrba fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-vjaġġ (eż. il-kostijiet tal-biljetti prenotati inkluż it-tariffi tal-kanċellazzjoni). |
7. Dispożizzjonijiet amministrattivi u finali
|
7.1. |
Id-Direttur huwa responsabbli mill-implimentazzjoni xierqa ta' dawn ir-regoli. |
|
7.2. |
Is-Segretarjat Permanenti għandu jżomm, għal perjodu ta' 5 snin, ir-rekords, id-dokumenti u l-evidenza relatati mar-rimborżi skont dawn ir-regoli, inkluż dokumenti relatati ma' trattament eċċezzjonali. |
|
7.3. |
Dawn ir-Regoli għandhom jiġu ppubblikati permezz tas-sit web tal-Komunità tat-Trasport mal-adozzjoni tagħhom. |
Appendiċi 1
TALBA GĦAR-RIMBORŻ TAL-IVVJAĠĠAR
Appendiċi 2
TALBA GĦAL ĦLAS BIL-QUDDIEM TAL-ISPEJJEŻ TAL-IVVJAĠĠAR
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2176/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)