European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2116

5.8.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2116

tas-26 ta’ Lulju 2024

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(2)

Fil-25 ta’ Jannar 2024, l-Unjoni kkundannat bl-aktar mod qawwi possibbli l-mewġa ta’ repressjoni kontra eks priġunieri politiċi li fadal fil-Belarussja, kif ukoll qraba ta’ priġunieri politiċi. L-Unjoni ddikjarat li tinsab f’solidarjetà mal-poplu tal-Belarussja u ser tkompli tappoġġah fi triqtu lejn pajjiż indipendenti u demokratiku.

(3)

Fis-26 ta’ Frar 2024, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħareġ dikjarazzjoni wara li saru l-elezzjonijiet parlamentari u lokali fil-Belarussja. Ir-Rappreżentant Għoli kkundanna l-livell bla preċedent ta’ repressjoni, ksur tad-drittijiet tal-bniedem, restrizzjonijiet fuq il-parteċipazzjoni politika u fuq l-aċċess għall-media indipendenti, u ssottolinja li l-uffiċjali parlamentari u lokali eletti fil-Belarussja huma nieqsa mil-leġittimità demokratika peress li l-kundizzjonijiet għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti ma kinux ġew issodisfati.

(4)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, jenħtieġ li 28 individwu jiġu inklużi fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(1)   ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, il-persuni fiżiċi li ġejjin jiżdiedu fil-lista li tinsab fit-taqsima “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1)”:

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa) (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa)

Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“234.

Andrii Valeriovich ANANENKO

Andrei Valerievich ANANENKO

Андрій Валерійович АНАНЕНКО

Андрей Валерьевич АНАНЕНКО

Kap tal-Main Department for Combating Organised Crime and Corruption (GUBOPiK) of the Ministry of Internal Affairs

Data tat-twelid: 13.10.1977

Post tat-twelid: Minsk, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Andrii Ananenko huwa l-kap tad-Dipartiment Ewlieni għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni (GUBOPiK) tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni. GUBOPiK huwa wieħed mill-korpi ewlenin responsabbli għall-persekuzzjoni politika fil-Belarussja, inkluż l-arresti arbitrarji u illegali u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ attivisti u membri tas-soċjetà ċivili.

GUBOPiK ippubblika filmati ta’ konfessjonijiet furzati minn attivisti u ċittadini ordinarji Belarussi, filwaqt li esponihom għall-pubbliku ġenerali Belarussu u użahom bħala għodda għal pressjoni politika.

Fil-pożizzjoni tiegħu, Andrii Ananenko huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. Barra minn hekk, qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

5.8.2024

235.

Mikhail Piatrovich BYADUNKEVICH

Mikhail Petrovitch BEDUNKEVICH

Міхаіл Пятровіч БЯДУНКЕВIЧ

Михаил Петрович БЕДУНКЕВИЧ

Viċi kap tal-Main Department for Combating Organised Crime and Corruption (GUBOPiK) of the Ministry of Internal Affairs; u kap tat-tielet dipartiment ta’ GUBOPiK, responsabbli għall-ġlieda kontra l-‘estremiżmu’

Data tat-twelid: 8.10.1977

Post tat-twelid: Minsk, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Mikhail Byadunkevich huwa l-viċi kap tad-Dipartiment Ewlieni għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni (GUBOPiK) tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u l-kap tat-tielet dipartiment ta’ GUBOPIK, li huwa responsabbli għall-ġlieda kontra l-estremiżmu. GUBOPiK huwa wieħed mill-korpi ewlenin responsabbli għall-persekuzzjoni politika fil-Belarussja, inkluż l-arresti arbitrarji u illegali u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ attivisti u membri tas-soċjetà ċivili.

GUBOPiK ippubblika filmati ta’ konfessjonijiet furzati minn attivisti u ċittadini ordinarji Belarussi, filwaqt li esponihom għall-pubbliku ġenerali Belarussu u użahom bħala għodda għal pressjoni politika.

Fil-pożizzjoni tiegħu, Mikhail Byadunkevich huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. Barra minn hekk, qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

5.8.2024

236.

Zmitser Aliaksandrovich KOVACH

Dimitri Aleksandrovich KOVACH

Змiцер Аляксандравiч КОВАЧ

Дмитрий Александрович КОВАЧ

Viċi kap tal-Main Department for Combating Organised Crime and Corruption (GUBOPiK) of the Ministry of Internal Affairs

Data tat-twelid: 14.1.1979

Post tat-twelid: Elisovo (oblast of Mogilev)

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Zmitser Kovach huwa l-Viċi Kap tad-dipartiment ewlieni għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni (GUBOPiK) tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni. GUBOPiK huwa wieħed mill-korpi ewlenin responsabbli għal persekuzzjoni politika fil-Belarussja, inkluż arresti arbitrarji u illegali u trattament ħażin, inkluż tortura, ta’ attivisti u membri tas-soċjetà ċivili.

GUBOPiK ippubblika filmati ta’ konfessjonijiet furzati minn attivisti u ċittadini ordinarji Belarussi, filwaqt li esponihom għall-pubbliku ġenerali Belarussu u użahom bħala għodda għal pressjoni politika.

Fil-pożizzjoni tiegħu, Zmitser Kovach huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. Barra minn hekk, qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

5.8.2024

237.

Mikhail KAVALIOU

Mikhail KOVALEV

Міхаіл КАВАЛЁЎ

Михаил КАВАЛЁВ

Viċi kap tad-Department of State Prosecution of the Office for Supervision of Compliance with the Law of Court Decisions in Criminal Cases, Prosecutor General’s Office

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala viċi kap tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni tal-Istat tal-Uffiċċju għas-Superviżjoni tal-Konformità mal-Liġi tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti f’Kawżi Kriminali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, Mikhail Kavaliou huwa responsabbli għal bosta kawżi kriminali politikament motivati kontra l-oppożizzjoni politika Belarussa. B’mod partikolari, huwa involut fil-prosekuzzjoni politikament motivata ta’ Svetlana Tsikhanouskaya, Pavel Latushko, Olga Kovalkova, Maria Moroz u Sergei Dilevsky, kollha kemm huma membri tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni, korp tal-oppożizzjoni Belarussu, kif ukoll fil-kawża ta’ ‘konfoffa biex jinħataf il-poter’ kontra Yuri Ziankovich, Alexander Fyaduta, Ryhor Kastusyov, Olga Halubovych u Dzianis Kravchuk.

Għalhekk, Mikhail Kavaliou huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għad-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

238.

Viktar Aliaksandravich DUBROUKA

Viktor Alexandrovich DUBROVKA

Віктар Аляксандравіч ДУБРОЎКА

Виктор Александрович ДУБРОВКА

Kap tal-istituzzjoni korrettiva Penal Colony No.11; kurunell tas-servizz intern

Nazzjonalità: Belarussa

Data tat-twelid: 19.6.1978

Post tat-twelid: Makhnachi, Slonim District, Grodno Region

Sess: raġel

ID Personali: 3190678K013PB2

Viktar Dubrouka huwa l-kap tal-istituzzjoni korrettiva Kolonja Penali Nru 11, fejn Siarhei Ramanau qed jiskonta sentenza ta’ 20 sena u 11-il xahar u Vadzim Bobyrau qed iservi sentenza ta’ 11-il sena. Ramanau u Bobyrau it-tnejn tqiegħdu fiċ-ċella tal-kastig diversi drabi.

Viktar Dubrouka huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja.

5.8.2024

239.

Pavel Ivanavich KAZAKOU

Pavel Ivanovich KAZAKOV

Павел Iванавіч КАЗАКОЎ

Павел Иванович КАЗАКОВ

Kap tal-istituzzjoni korrettiva Prison No. 1, Grodno; kurunell tas-servizz intern

Data tat-twelid: 11.6.1977

Post tat-twelid: Russ, Volkavysk District, Grodno Region

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

ID Personali: 3110677K031PB5

Pavel Kazakou huwa l-kap tal-istituzzjoni korrettiva Ħabs Nru 1 fi Grodno, fejn il-priġunier politiku Ales Pushkin u l-artist Ruslan Karchauli mietu minħabba li ma rċevewx kura medika xierqa. Priġunieri oħra detenuti f’dik l-istituzzjoni xehdu dwar il-kundizzjonijiet inumani.

Pavel Kazakou huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja.

5.8.2024

240.

Dzianis Anatolievich TAUSTSIANKOU

Denis Anatolievich TOLSTENKOV

Дзяніс Анатольевіч ТАЎСЦЯНКОЎ

Денис Анатольевич ТОЛСТЕНКОВ

Kap tal-istituzzjoni korrettiva Penal Colony No.4; logutenent kurunell tas-servizz intern

Nazzjonalità: Belarussa

Data tat-twelid: 17.8.1977

Post tat-twelid: Orsha, Vitebsk Region

Sess: raġel

ID Personali: 3170877M000PB9

Dzianis Taustsiankou huwa l-kap tal-istituzzjoni korrettiva Kolonja Penali Nru 4, fejn Polina Sharendo-Panasyuk, attivista soċjali, tinsab il-ħabs. Ir-raġel ta’ Sharendo, Andrei Sharendo, tkellem dwar il-kundizzjonijiet inumani u t-tortura li martu ilha tiffaċċa f’dik il-kolonja.

Dzianis Taustsiankou huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja.

5.8.2024

241.

Vasil Vasilevich KOLEDA

Vasily Vasilyevich KOLEDA

Васіль Васільевіч КОЛЕДА

Василий Васильевич КОЛЕДА

Viċi kap ta’ ‘Prison No. 1’ fi Grodno; logutenent kurunell tas-servizz intern

Sess: raġel

Vasil Koleda huwa l-viċi kap tal-‘Ħabs Nru 1’ fi Grodno, fejn mietu l-priġunier politiku Ales Pushkin u l-artist Ruslan Karchauli minħabba li ma rċevewx kura medika xierqa. Priġunieri oħra detenuti f’dik l-istituzzjoni xehdu dwar il-kundizzjonijiet inumani.

Vasil Koleda huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja.

5.8.2024

242.

Andrei Mikhailovich TSEDRYK

Andrey Mikhailovich TSEDRIK

Андрэй Міхайлавіч ЦЭДРЫК

Андрей Михайлович ЦЕДРИК

Kap tal-Pre-trial Detention Centre No. 1; kurunell tas-servizz intern

Nazzjonalità: Belarussa

Data tat-twelid: 20.4.1978

Post tat-twelid: Minsk

Sess: raġel

ID Personali: 3200478A058PB3

Andrei Tsedryk huwa l-Kap taċ-Ċentru ta’ Arrest Preventiv Nru 1 f’Minsk, magħruf ukoll bħala ‘Voldarka’. Ħafna priġunieri politiċi, inkluż Ales Pushkin, għaddew minn dak iċ-Ċentru,, u xehdu li l-kundizzjonijiet fiċ-ċentru huma inumani. Ales Bialiatski qed jinżamm f’kustodja hemmhekk. Iċ-ċentru lanqas ma għandu sptar xieraq.

Andrei Tsedryk huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja.

5.8.2024

243.

Iryna Barisauna AKULOVICH

Irina Borisovna AKULOVICH

Iрына Барысаўна АКУЛОВIЧ

Ирина Борисовна АКУЛОВИЧ

Direttur ġenerali tar-republican unitary enterprise Belarusian Telegraph Agency (BelTA)

Data tat-twelid: 24.10.1974

Post tat-twelid: Mogilev, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: mara

Iryna Akulovich ilha tappoġġa lil Aliaksandr Lukashenka għal żmien twil. Fl-2018, inħatret minnu bħala direttur ġenerali tal-akbar aġenzija tal-aħbarijiet tal-Istat, Belarusian Telegraph Agency (BelTA), u għad għandha din il-pożizzjoni. BelTa, permezz tal-pubblikazzjonijiet u l-attivitajiet tagħha, bħal wirjiet ta’ ritratti u avvenimenti pubbliċi, tippromwovi b’mod estensiv lil Lukashenka u r-reġim tiegħu.

Fl-istqarrijiet u l-attivitajiet pubbliċi tagħha, Iryna Akulovich uriet appoġġ għal Lukashenka u n-narrattivi tiegħu dwar l-oppożizzjoni demokratika. Bħala kap ta’ BelTA, hija tistabbilixxi t-ton u d-direzzjoni tal-aġenzija tal-aħbarijiet u tqis il-mezz tax-xandir bħala għodda biex tippreserva r-reġim attwali tal-pajjiż. Hija għalhekk qed tappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

5.8.2024

244.

Mikita Sviatoslavovich RACHYLOUSKI

Nikita Sviatoslavovich RACHILOVSKYI

Мікіта Святаслававіч РАЧЫЛОЎСКI

Никита Святославович РАЧИЛОВСКИЙ

Preżentatur tal-programm televiżiv ‘Senate’ fuq l-istazzjon STV (CTB); president tal-Kunsill taż-Żgħażagħ (Parlament taż-Żgħażagħ fl-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja); membru tal-kummissjoni tal-Kamra taż-Żgħażagħ dwar it-turiżmu u l-ambjent fl-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni dwar l-Istat tal-Belarussja u r-Russja; president tal-alleanza ċivika taż-żgħażagħ Moving Forward

Data tat-twelid: 28.7.1997

Post tat-twelid: Minsk, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Mikita Rachylouski jokkupa pożizzjonijiet għoljin fl-istituzzjoni tal-gvern Kunsill taż-Żgħażagħ, GONGO Moving Forward u l-mezzi tax-xandir (il-programm televiżiv ‘Senate’). Bl-użu ta’ dawn il-pożizzjonijiet, Mykyta Rachylouski ddenunzja ċittadini Belarussi talli kkritikaw lill-gvern, ipparteċipaw fi protesti fl-2020 u talli kellhom fehmiet opposti. Huwa esprima ruħu b’mod speċjali biex jipprova jikkastiga u jippersekuta lill-blogger Kokobay, kif ukoll lill-grupp mużikali Drozdy u oħrajn. L-istqarrijiet tiegħu jinċitaw il-persekuzzjoni u jippromwovu l-mibegħda lejn il-kritiċi tar-reġim. Matul waħda mill-għadd kbir ta’ dehriet televiżivi tiegħu, huwa kien favur li jitneħħa l-persunal tal-fakultà tal-istorja fl-universitajiet Belarussi.

Diversi drabi, hu esprima wkoll appoġġ għall-gvern Belarussu u għal Aliaksandr Lukashenka. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

5.8.2024

245.

Dzmitry Aliaksandrovich ZHUK

Dmitrii Aleksandrovich ZHUK

Дзмітрый Аляксандравіч ЖУК

Дмитрий Александрович ЖУК

Direttur u kap editur ta’ Belarus Today publishing house

Data tat-twelid: 7.7.1970

Post tat-twelid: Letkaushchyna, Minsk region

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

ID Personali: 3070770A081PB7

Dzmitry Zhuk ilu jappoġġa lil Aliaksandr Lukashenka u lir-reġim tiegħu. Qabel kien il-kap tas-servizz tal-istampa ta’ Lukashenka, u direttur ġenerali tal-akbar aġenzija tal-aħbarijiet tal-Istat, Belarusian Telegraph Agency (BelTA) għal żmien twil.

Mill-2018 ’l hawn, huwa kien id-direttur u kap editur tad-dar tal-pubblikazzjoni Belarus Today. F’din il-pożizzjoni, Dzmitry Zhuk ipprovda volontarjament lill-pubbliku Belarussu informazzjoni falza dwar ir-repressjoni imwettqa mill-awtoritajiet tal-Istat, xerred diżinformazzjoni prodotta kemm mill-awtoritajiet Belarussi kif ukoll Russi u ppromwova l-mibegħda lejn l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili. Huwa direttament responsabbli għall-mod kif Belarus Today tippreżenta informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż, u b’hekk tagħti appoġġ lill-awtoritajiet, inkluż lil Lukashenka. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

5.8.2024

246.

Viachaslau Ivanavich TULEYKA

Vyacheslav Ivanovich TULEYKO

Вячаслаў Iванавіч ТУЛЕЙКА

Вячеслав Иванович ТУЛЕЙКО

Imħallef tal-Minsk Regional Court

Data tat-twelid: 27.7.1977

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Bħala mħallef fil-Qorti Reġjonali ta’ Minsk, Viachaslau Tuleyka rrappreżenta lir-reġim ta’ Lukashenka f’għadd ta’ proċessi politikament motivati u huwa responsabbli għas-sentenzi twal kontra bosta ħaddiema tal-mezzi tax-xandir: lryna Leushyna (BelaPAN), Dzmitry Navazhylau (Bela PAN), Andrey Alyaksandrau (BelaPAN), lryna Zlobina (Bela PAN), Stepan Putilo (Nexta), Yan Rudik (Nexta) u Roman Pratasevich (Nexta). Huwa kkundanna wkoll lil ċittadin Belarussu talli ppubblika kummenti antigovernattivi fuq il-mezzi soċjali. Dawk is-sentenzi huma parti minn ċaħda u kastig sistematiċi għall-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni min-naħa tal-awtoritajiet Belarussi.

Għalhekk, Viachaslau Tuleyka huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għad-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

247.

Alena Mikalayeuna ANANICH

Elena Nikoayevna ANANICH

Алена Мікалаеўна АНАНIЧ

Елена Николаевна АНАНИЧ

Imħallef tal-Minsk City Court

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Alena Ananich hija mħallef Belarussu li ilha sservi fil-Qorti tal-Belt ta’ Minsk sa mill-2015, li kienet maħtura minn Aliaksandr Lukashenka. Hija ħarġet bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi, inkluż b’sentenzi ta’ ħabs partikolarment twal: Yauhen Yushkevich – 11-il sena; Vital Brahiniets (avukat tar-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-paċi Alies Bialatski) – tmien snin; Viachaslau Kandyba – seba’ snin; u Siarhiei Nikitsin – sitt snin. Ikkundannat ukoll in absentia lil attivist tal-oppożizzjoni barra mill-pajjiż, Stanislau Lupanosau, eks uffiċjal tad-Dipartiment Ewlieni għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni (GUBOPik) tal-Miinisteru għall-Affarijiet Interni, għal 18-il sena ħabs.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

248.

Anatoliy Ryhoravich SOTNIKAU

Anatoliy Grigorievich SOTNIKOV

Анатолій Рыгоравіч СОТНIКАЎ

Анатолий Григорьевич СОТНИКОВ

Imħallef tal-Homel Regional Court

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Anatoliy Sotnikau huwa mħallef li ilu jservi fil-Qorti Reġjonali ta’ Homel sa mill-2019, li kien maħtur minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi politikament motivati kontra ċittadini tal-Belarussja li leħħnu l-fehmiet tagħhom kontra l-gwerra ta’ aggressjoni fuq skala sħiħa tar-Russja kontra l-Ukrajna, u l-brutalità tal-istrutturi tal-infurzar tal-liġi Belarussi.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

249.

Andrey Viktaravich MLECHKA

Andrei Viktorovich MLECHKO

Андрэй Віктаравіч МЛЕЧКА

Андрей Викторович МЛЕЧКО

Imħallef tal-Frunze District Court of the City of Minsk

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Andrey Mlechka huwa mħallef li ilu jservi fil-Qorti Distrettwali ta’ Frunze tal-Belt ta’ Minsk sa mill-2021, li kien maħtur minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi b’motivazzjoni politika għolja kontra ċittadini li jesprimu b’mod paċifiku opinjonijiet kritiċi dwar l-awtoritajiet fit-toroq u fuq l-Internet.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

250.

Ihar Aliaksandravich SHVEDAU

Igor Alexandrovich SHVEDOV

Iгар Аляксандравіч ШВЕДАЎ

Игорь Александрович ШВЕДОВ

Imħallef tal-Mahiliou Regional Court

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Ihar Shvedau huwa mħallef li ilu jservi fil-Qorti Reġjonali ta’ Mahiliou sa mill-2020, li kien maħtur minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi politikament motivati kontra avversarji tar-reġim ta’ Lukashenka, inkluż kontra l-ġurnalist Andrei Kuznechyk (sitt snin ħabs), il-priġunier politiku Anton Shybut (ħames snin) u oħrajn li kkritikaw lill-awtoritajiet Belarussi.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

251.

Iryna Vladimirovna PADKAVYRAVA

Irina Vladimirovna PODKOVYROVA

Iрына Уладзіміраўна ПАДКАВЫРАВА

Ирина Владимировна ПОДКОВЫРОВА

Prosekutur

Data tat-twelid: 22.9.1972

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: mara

Iryna Padkavyrava hija prosekutur. Hija ilha assoċjata mal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni mill-inqas l-2009, meta serviet bħala prosekutur għoli fir-reġjun ta’ Gomel. Fl-2022, hija aġixxiet bħala prosekutur fil-proċess ta’ ġurnalist indipendenti affiljat ma’ TVP u Belsat TV. Dak iż-żmien, talbet sentenza ta’ erba’ snin ħabs għall-ġurnalist. Ħadet sehem ukoll fil-kunsiderazzjoni ta’ appelli kontra sentenzi mogħtija għal interventi fuq il-mezzi soċjali Belarussi li kienu jikkritikaw il-gvern u l-uffiċjali tiegħu. Bħala prosekutur, hija appoġġat il-penali, filwaqt li kkunsidrathom adegwati u ġusti.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

252.

Tatsiana Viktarauna SHOTSIK

Tatiana Viktorovna SHOTIK

Таццяна Віктараўна ШОЦIК

Татьяна Викторовна ШОТИК

Imħallef fil-qorti ta’ Leninsky district f’Minsk

Data tat-twelid: 21.1.1992

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: mara

ID Personali: 4210192A027PB8

Tatsiana Shotsik hija mħallef li ilha sservi fil-qorti tad-distrett ta’ Leninsky f’Minsk sa mill-2021, li kienet maħtura minn Aliaksandr Lukashenka. Hija ħarġet sentenzi politikament motivati kontra ċittadini tal-Belarussja li semmgħu leħinhom kontra l-President u l-brutalità tal-istrutturi tal-infurzar tal-liġi Belarussi. Igor Lednik, priġunier politiku, li ġie kkundannat minn Shotsik għal tliet snin ħabs, miet fl-20 ta’ Frar 2024.

Għalhekk Tatsiana Shotsik hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

253.

Vasil Uladzimiravich SKOK

Vasily Vladimirovich SKOK

Васіль Уладзіміравіч СКОК

Василий Владимирович СКОК

Imħallef fi Grodno Regional Court

Nazzjonalità: Belarussa

Data tat-twelid: 17.11.1959

Sess: raġel

ID Personali: 3171159K025PB0

Vasil Skok huwa mħallef li ilu jservi fil-Qorti Reġjonali ta’ Grodno sa mill-2003, li kien maħtur minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi politikament motivati kontra ċittadini tal-Belarussja li semmgħu leħinhom kontra l-President, ir-reġim u l-brutalità tal-istrutturi tal-infurzar tal-liġi Belarussi. Huwa kkundanna lil Andrey Sachevko għal sitt snin f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

254.

Stanislau Uladzimiravich IVANIUTSENKA

Stanislav Vladimirovich IVANYUTENKO

Станіслаў Уладзіміравіч IВАНЮЦЕНКА

Станислав Владимирович ИВАНЮТЕНКО

Imħallef tal-qorti ta’ Rechitsa district ta’ Gomel region

Data tat-twelid: 29.7.1982

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

ID Personali: 3290782H007PB3

Stanislau Ivaniutsenka huwa mħallef li ilu jservi fil-qorti tad-distrett ta’ Rechitsa tar-reġjun ta’ Gomel sa mill-2019, li kien maħtur minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi politikament motivati kontra ċittadini tal-Belarussja li semmgħu leħinhom kontra l-President u l-brutalità tal-istrutturi tal-infurzar tal-liġi Belarussi. Huwa ddeċieda dwar il-każ ta’ Polina Sharendo, attivista soċjali mill-Belarussja, li ġiet detenuta f’Jannar 2021.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

255.

Aliaksey Anatolevich KHLYSZCZANKAU

Alexey Anatolievich KHLYSHCHENKOV

Аляксей Анатольевіч ХЛЫШЧАНКАЎ

Алексей Анатольевич ХЛЫЩЕНКОВ

Imħallef f’Gomel Regional Court

Data tat-twelid: 27.8.1982

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

ID Personali: 3270882H007PB4

Aliaksey Klyshchankau huwa mħallef li ilu jservi fil-Qorti Reġjonali ta’ Gomel sa mill-2019, maħtur minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi politikament motivati kontra ċittadini tal-Belarussja li semmgħu leħinhom kontra l-President u l-brutalità tal-istrutturi tal-infurzar tal-liġi Belarussi. Huwa kkundanna lil Yuri Vlasov, persuna ta’ fiduċja tal-kandidat presidenzjali Svetlana Tikhanovskaya, għal sitt snin u nofs f’kolonja penali ta’ sigurtà massima.

Għalhekk Aliaksey Klyshchankau huwa responsabbli talli dgħajjef serjament l-istat tad-dritt u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

256.

Ihar Fiodaravich ZIAMTSAU

Igor Fedorovich ZEMTSOV

Iгар Фёдаравіч ЗЯМЦОЎ

Игорь Федорович ЗЕМЦОВ

Imħallef f’Mogilev Regional Court

Nazzjonalità: Belarussa

Data tat-twelid: 20.3.1975

Sess: raġel

ID Personali: 3200375M061PB1

Ihar Ziamtsau huwa mħallef li ilu jservi fil-Qorti Reġjonali ta’ Mogilev sa mill-2017, li kien maħtur minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi politikament motivati kontra ċittadini tal-Belarussja li semmgħu leħinhom kontra l-President u l-brutalità tal-istrutturi tal-infurzar tal-liġi Belarussi.

Għalhekk huwa responsabbli talli dgħajjef serjament l-istat tad-dritt u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

5.8.2024

257.

Aliaksei Iurievich KRIAKVIN

Alexey Yurevich KRIAKVIN

Аляксей Юр’евіч КРАКВIН

Алексей Юрьевич КРЯКВИН

Propagandist fuq l-istazzjon televiżiv All-National Television (ONT)

Data tat-twelid: 9.11.1984

Post tat-twelid: Minsk, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Aliaksei Kriakvin huwa propagandist għall-istazzjon televiżiv statali ONT TV u huwa involut fil-produzzjoni ta’ materjal ta’ propaganda b’appoġġ għar-reġim ta’ Lukashenka. B’mod partikolari, huwa kien involut direttament fil-ħidma fuq l-‘investigazzjoni speċjali’ tal-ONT dwar il-każ kriminali ta’ Viktor Babariko, li fih ġiet żvelata data mill-investigazzjoni preliminari. Jidher fi programmi televiżivi, fejn jikkritika regolarment l-azzjonijiet tal-avversarji tar-reġim ta’ Lukashenko u jitkellem dwar l-involviment tal-Punent fit-taqlib popolari fil-Belarussja. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

5.8.2024

258.

Viktar Arkadzievich SHAUTSOU

Viktor Arkadievich SHEVTSOV

Вiктар Аркадзьевiч ШАЎЦОЎ

Виктор Аркадьевич ШВЕЦОВ

Negozjant, investitur

Data tat-twelid: 5.12.1963

Post tat-twelid: Razumava village, Vitebsk region, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Numru tal-Passaport: MP4572331, maħruġ fit-12 ta’ Frar 2021

ID Personali: 3051263A036PB7

Viktar Shautsou huwa negozjant li jopera fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fl-olografija. Huwa l-unika azzjonist ta’ Tekhnokhimtrade. JSC Holography Industry tappartjeni b’mod konġunt, fost oħrajn, lil Tekhnokhimtrade u żewġ entitajiet tal-Istat.

Viktar Shautsou huwa l-benefiċjarju ta’ monopolju maħluq artifiċjalment mill-Istat billi, minn Marzu 2011, JSC Holography Industry saret l-unika kumpanija Belarussa li għandha liċenzja mill-Ministeru għall-Finanzi tal-Belarussja biex tipproduċi ologrammi u kristallogrammi siguri għall-forom u d-dokumenti ta’ sigurtà. Il-Kunsill tal-Ministri tal-Belarussja ħareġ rekwiżit biex jitwaħħlu stickers olografiċi fuq firxa wiesgħa ta’ oġġetti, cash registers u slot machines. Dawk l-istickers olografiċi tipproduċihom JSC Holography Industry biss.

Għalhekk, Viktar Shautsou qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka.

5.8.2024

259.

Volha Anatoleuna DUBOVIK

Olga Anatolievna DUBOVIK

Вольга Анатольеўна ДУБОВIК

Ольга Анатольевна ДУБОВИК

Imħallef tal-qorti tal-Maladzechna district ta’ Minsk region

Nazzjonalità: Belarussa

Data tat-twelid: 26.8.1978

Sess: mara

ID Personali: 4260878B038PB7

Volha Dubovik hija mħallef Belarussa li għandha rwol fil-qorti tad-distrett ta’ Maladzechna tar-reġjun ta’ Minsk. Inħatret minn Aliaksandr Lukashenka fl-2020. Ħarġet sentenzi motivati politikament, inkluż kontra ċittadini tal-Belarussja li pprotestaw kontra l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti tal-2020. Ikkundannat ukoll lil ċittadin talli aġixxa b’awtodifiża kontra l-brutalità tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi.

Għalhekk hija responsabbli kemm għall-fatt li dgħajfet serjament l-istat tad-dritt kif ukoll għar-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

5.8.2024

260.

Anton Genadzevich DUDAL

Anton Gennadievich DUDAL

Антон Генадзевіч ДУДАЛЬ

Антон Геннадьевич ДУДАЛЬ

Imħallef tal-qorti tal-Bobruisk region u l-belt ta’ Bobruisk

Nazzjonalità: Belarussa

Data tat-twelid: 11.8.1986

Sess: Raġel

ID Personali: 3110886M079PB3

Anton Dudal huwa mħallef li għandu rwol fil-qorti tad-distrett ta’ Bobruisk u fil-belt ta’ Bobruisk. Inħatar minn Aliaksandr Lukashenka fl-2019. Ħareġ sentenzi motivati politikament, inkluż kontra ċittadini tal-Belarussja li semmgħu leħinhom kontra l-President. Ikkundanna lil ċittadin talli aġixxa b’awtodifiża kontra l-brutalità tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Ittrasferixxa lil Andrey Sachevko lejn ħabs f’Mahiliou.

Għalhekk Anton Dudal huwa responsabbli għar-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

5.8.2024

261.

Mikalai Vasilievich SIARHEEVICH

Nikolai Vasilievich SERGEEVICH

Мікалай Васільевіч СЯРГЕЕВIЧ

Николай Васильевич СЕРГЕЕВИЧ

Imħallef ta’ Zhlobinsky District Court ta’ Gomel Region

Nazzjonalità: Belarussa

Data tat-twelid: 22.8.1983

Sess: raġel

ID Personali: 3220883H026PB7

Mikalai Siarheevich huwa mħallef Belarussu li għandu rwol fil-Qorti Distrettwali ta’ Zhlobinsky tar-Reġjun ta’ Gomel. Inħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Ħareġ sentenzi motivati politikament kontra ċittadini tal-Belarussja li semmgħu leħinhom kontra l-elezzjoni presidenzjali frodulenti tal-2020, inkluż dawk li pparteċipaw fil-protesti ta’ Zhlobin.

Għalhekk Mikalai Siarheevich huwa responsabbli għar-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

5.8.2024”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2116/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)