|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2103 |
1.8.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2103
tat-30 ta’ Lulju 2024
dwar standard armonizzat għal identifikazzjoni remota diretta tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, abbozzat b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/945
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (2), prodott li jkun konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament Delegat. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 6148 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex jabbozza standards armonizzati b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 (it-“talba”). |
|
(3) |
Abbażi tat-talba, is-CEN abbozza l-istandard armonizzat EN 4709-002:2023 li jindirizza r-rekwiżiti tal-identifikazzjoni remota diretta applikabbli għas-Sistemi tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord u għal żidiet fl-identifikazzjoni remota diretta. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandard armonizzat EN 4709-002:2023 jikkonformax mat-talba. |
|
(5) |
Minħabba li l-istandard armonizzat EN 4709-002:2023 ma jkoprix b’mod adegwat ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2, il-punt (12)(b), il-Parti 3, il-punt (14)(b), il-Parti 4, il-punt (9)(b), u l-Parti 6, il-punt (3), tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 dwar il-kapaċità tas-sinjal ta’ identifikazzjoni remota diretta li jiġi riċevut direttament mill-apparati mobbli eżistenti, ir-referenza għal dak l-istandard jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(6) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ dan l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenza għall-istandard armonizzat għal identifikazzjoni remota diretta tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, abbozzat b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/945/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 6148 tal-11 ta’ Settembru 2020 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni fir-rigward ta’ sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord maħsuba biex jitħaddmu fil-kategorija “miftuħa” ta’ operazzjonijiet b’appoġġ għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945.
ANNESS
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
1 |
EN 4709-002:2023 Serje ajruspazjali — Sistemi ta’ Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord — Parti 002: Identifikazzjoni Diretta mill-Bogħod Restrizzjoni: L-istandard armonizzat EN 4709-002:2023 ma jagħtix il-preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2(12)(b), fil-Parti 3(14)(b), fil-Parti 4(9)(b), u fil-Parti 6(3) tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/945 li jeżiġu li l-funzjoni ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod ixxandar is-sinjal “b’mod li jkunu jistgħu jirċevuh apparati mobbli eżistenti fi ħdan il-medda tax-xandir”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2103/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)