|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2099 |
2.8.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2099
tal-31 ta’ Lulju 2024
li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2024/1347 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għal refuġjati jew għal persuni eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Irlanda dwar ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2024/1347 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE u li jħassar id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1347 ġie adottat fl-14 ta’ Mejju 2024 u daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Ġunju 2024. Id-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2026. |
|
(2) |
Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Ġunju 2024, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2024/1347. |
|
(3) |
Jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2024/1347 għalhekk tiġi kkonfermata. |
|
(4) |
Peress li l-Irlanda ma tipparteċipax fid-Direttiva tal-Kunsill2003/109/KE (2), jenħtieġ li ma tkunx marbuta bid-dispożizzjoni fir-Regolament (UE) 2024/1347 li jemenda dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2024/1347 u l-ebda miżura tranżitorja mhi meħtieġa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2024/1347 hija kkonfermata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1347, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1347/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tulĠU L 16, 23.1.2004, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/109/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2099/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)