|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2095 |
12.8.2024 |
EMENDI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI
[2024/2095]
IL-QORTI ĠENERALI
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 254 tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u, b’mod partikolari, l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 63 tiegħu,
Billi tqis li r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2019 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024, li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (1), jintroduċi fl-Istatut Artikolu 50b ġdid, li jipprevedi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tittrasferixxi lill-Qorti Ġenerali t-talbiet għal deċiżjoni preliminari li jikkonċernaw esklużivament is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, id-dazji tas-sisa, il-Kodiċi Doganali, il-klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġetti skont in-Nomenklatura Magħquda, il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta’ dewmien, ta’ kanċellazzjoni ta’ servizzi ta’ trasport jew ta’ rifjut ta’ imbark, kif ukoll is-sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra,
Billi tqis li r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għandhom jiġu emendati sabiex jiġu previsti l-modalitajiet li bihom it-talbiet għal deċiżjoni preliminari ttrasferiti mill-Qorti tal-Ġustizzja ser jiġu ttrattati mill-Qorti Ġenerali, u li, sabiex isir dan u sabiex il-qrati nazzjonali kif ukoll il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut jingħataw l-istess garanziji bħal dawk applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja għat-trattament tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari, għandhom jiġu introdotti fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali d-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja applikabbli għat-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa quddiem din tal-aħħar, bla ħsara għal aġġustamenti intiżi għaż-żamma tal-koerenza globali tad-dispożizzjonijiet proċedurali li japplikaw għall-Qorti Ġenerali,
Billi tqis li r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2019 jipprevedi, permezz tal-emenda tal-Artikolu 50 tal-Istatut, li l-Qorti Ġenerali tista’ tiltaqa’ wkoll f’awla intermedja bejn l-awli b’ħames Imħallfin u l-Awla Manja u li l-Qorti Ġenerali għandha tiltaqa’ f’awla intermedja meta dan jintalab minn Stat Membru jew minn istituzzjoni li jkunu parti fil-kawża,
Billi tqis li r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għandhom jiġu emendati sabiex jiġu previsti l-kompożizzjoni kif ukoll iċ-ċirkustanzi u l-kundizzjonijiet li fihom il-Qorti Ġenerali tiltaqa’ f’awla intermedja,
Billi tqis li r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2019 jipprevedi, bl-introduzzjoni tal-Artikolu 49a fl-Istatut, li l-Qorti Ġenerali għandha tkun assistita minn Avukat Ġenerali wieħed jew iktar għat-trattament tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari li jiġu ttrasferiti lilha,
Billi tqis li għandhom jiġu speċifikati r-regoli li japplikaw għall-elezzjoni tal-Avukati Ġenerali, għan-nomina tagħhom sabiex jittrattaw talbiet għal deċiżjoni preliminari u għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom,
Billi tqis li, sabiex il-qrati u ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom stampa sħiħa tat-tifsira u tal-portata tar-risposti mogħtija mill-Qorti Ġenerali għad-domandi preliminari li jkunu sarulha, għandu jiġi żgurat it-tqegħid online, fi żmien raġonevoli wara l-għeluq tal-kawża, tal-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut, kemm-il darba dawn tal-aħħar ma jkunux joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni tal-osservazzjonijiet tagħhom,
Billi tqis li għandhom jiġu ssemplifikati u ċċarati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura li ma humiex intiżi li japplikaw speċifikament għat-talbiet għal deċiżjoni preliminari, b’mod partikolari sabiex jitnaqqas il-ħin iddedikat għal ċerti fażijiet tal-proċedura u sabiex jinkiseb il-benefiċċju sħiħ tad-dematerjalizzazzjoni tal-proċedura,
Bil-kunsens tal-Qorti tal-Ġustizzja,
Bl-approvazzjoni tal-Kunsill, mogħtija fil-21 ta’ Ġunju 2024,
TADOTTA L-EMENDI SEGWENTI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:
Artikolu 1
Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 (2) huma emendati kif ġej:
|
1) |
L-Artikolu 1(2) huwa emendat kif ġej:
|
|
2) |
L-Artikolu 3(3) huwa emendat kif ġej: “3. Kull Imħallef, bl-eċċezzjoni tal-President, tal-Viċi President u tal-Presidenti ta’ awla tal-Qorti Ġenerali, jista’ jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Avukat Ġenerali fil-kundizzjonijiet iddefiniti fl-Artikoli 30 sa 31b.” |
|
3) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
4) |
L-Artikolu 14(2) huwa kkompletat kif ġej: “2. Il-kawżi jistgħu jiġu deċiżi mill-Awla Manja jew mill-Awla Intermedja fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28.” |
|
5) |
Artikolu ġdid, l-Artikolu 15a intitolat “Kompożizzjoni tal-Awla Intermedja”, huwa miżjud wara l-Artikolu 15. It-test huwa s-segwenti: “Artikolu 15a Kompożizzjoni tal-Awla Intermedja “1. L-Awla Intermedja hija komposta minn disa’ Mħallfin. 2. Il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar il-mod tan-nomina tal-Imħallfin li jikkomponu l-Awla Intermedja. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” |
|
6) |
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
|
7) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej: “Bla ħsara għall-Artikolu 10(5) u għall-Artikolu 11(5), fil-każ ta’ impediment tal-President ta’ awla, il-funzjonijiet tiegħu għandhom jiġu eżerċitati minn Imħallef tal-kulleġġ ġudikanti skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 8.” |
|
8) |
L-Artikolu 23(3) huwa kkompletat kif ġej: “3. Jekk il-kworum jintilef wara li tkun inżammet is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, is-sostituzzjoni għandha ssir skont il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 u għandha tiġi organizzata seduta ġdida fuq talba ta’ parti prinċipali jew ta’ parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut. Is-seduta tista’ tiġi organizzata wkoll ex officio mill-Qorti Ġenerali. Iż-żamma ta’ seduta ġdida hija obbligatorja meta jkunu twettqu miżuri istruttorji skont l-Artikolu 91(a) u (d) u skont l-Artikolu 96(2). L-Artikolu 21(2) ma huwiex applikabbli meta ma tiġix organizzata seduta ġdida.” |
|
9) |
Artikolu ġdid, l-Artikolu 23a intitolat “Kworum tal-Awla Intermedja”, huwa miżjud wara l-Artikolu 23. It-test huwa s-segwenti: “Artikolu 23a Kworum tal-Awla Intermedja “1. Id-deliberazzjonijiet tal-Awla Intermedja jkunu validi biss jekk ikunu preżenti seba’ Mħallfin. 2. Jekk, minħabba impediment, dan il-kworum ma jintlaħaqx, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jinnomina Mħallef ieħor sabiex jintlaħaq il-kworum tal-Awla Intermedja. 3. Jekk il-kworum jintilef wara li tkun inżammet is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, is-sostituzzjoni għandha ssir skont il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 u għandha tiġi organizzata seduta ġdida fuq talba ta’ parti prinċipali jew ta’ parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut. Is-seduta tista’ tiġi organizzata wkoll ex officio mill-Qorti Ġenerali. Iż-żamma ta’ seduta ġdida hija obbligatorja meta jkunu twettqu miżuri istruttorji skont l-Artikolu 91(a) u (d) u skont l-Artikolu 96(2). L-Artikolu 21(2) ma huwiex applikabbli meta ma tiġix organizzata seduta ġdida.” |
|
10) |
L-Artikolu 24(3) huwa kkompletat kif ġej: “3. Jekk il-kworum ma jkunx għadu stabbilit wara li tkun inżammet is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, is-sostituzzjoni għandha ssir skont il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 u għandha tiġi organizzata seduta ġdida fuq talba ta’ parti prinċipali jew ta’ parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut. Is-seduta tista’ tiġi organizzata wkoll ex officio mill-Qorti Ġenerali. Iż-żamma ta’ seduta ġdida hija obbligatorja meta jkunu twettqu miżuri istruttorji skont l-Artikolu 91(a) u (d) u skont l-Artikolu 96(2). Iż-żamma ta’ seduta ġdida hija obbligatorja meta tkun meħtieġa s-sostituzzjoni ta’ iktar minn Imħallef wieħed li jkun ipparteċipa fis-seduta inizjali. L-Artikolu 21(2) ma huwiex applikabbli meta ma tiġix organizzata seduta ġdida.” |
|
11) |
L-Artikolu 25(1) huwa kkompletat kif ġej: “1. Il-Qorti Ġenerali għandha tistabbilixxi l-kriterji li jirregolaw it-tqassim tal-kawżi bejn l-awli. Il-Qorti Ġenerali tista’ tinkariga lil awla waħda jew iktar sabiex jittrattaw kawżi f’oqsma speċifiċi. Il-Qorti Ġenerali għandha tagħżel awla waħda jew iktar li jkunu responsabbli għat-trattament tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari.” |
|
12) |
L-Artikolu 26(1) huwa kkompletat kif ġej: “1. Fl-iqsar żmien possibbli wara l-preżentata tal-att promotur, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jassenja l-kawżi lil awla skont il-kriterji stabbiliti mill-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 25. It-talbiet għal deċiżjoni preliminari għandhom jiġu assenjati lil awla kkostitwita minn ħames Imħallfin sedenti.” |
|
13) |
L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
|
14) |
L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
|
15) |
L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
|
|
16) |
L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
|
17) |
Huwa miżjud artikolu ġdid, l-Artikolu 31a, wara l-Artikolu 31. It-test huwa s-segwenti: “Artikolu 31a Elezzjoni tal-Avukati Ġenerali għat-trattament tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari “1. L-Imħallfin għandhom jeleġġu minn fosthom, skont l-Artikolu 49a tal-Istatut u b’applikazzjoni tal-Artikolu 9(3) ta’ dawn ir-Regoli, l-Imħallfin mitluba jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ Avukat Ġenerali għat-trattament tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari, kif ukoll l-Imħallfin mitluba jissostitwixxuhom fil-każ ta’ impediment. 2. L-elezzjoni tal-Imħallfin mitluba jeżerċitaw dawn il-funzjonijiet għandha tinżamm immedjatament wara l-elezzjonijiet tal-President u tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali previsti fl-Artikolu 9 u wara l-elezzjonijiet tal-Presidenti ta’ awla previsti fl-Artikolu 18. 3. Fil-każ li l-mandat tal-Imħallef mitlub jeżerċita dawn il-funzjonijiet jintemm qabel ma jispiċċa t-terminu normali tal-imsemmija funzjonijiet, huwa għandu jiġi ssostitwit fl-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet għall-perijodu li jkun fadal, skont il-modalitajiet previsti fl-Artikolu 9(3). 4. L-ismijiet tal-Imħallfin mitluba jeżerċitaw dawn il-funzjonijiet eletti skont dan l-artikolu għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” |
|
18) |
Artikolu ġdid, l-Artikolu 31b, huwa miżjud wara l-Artikolu 31a. It-test huwa s-segwenti: “Artikolu 31b Modalitajiet tan-nomina tal-Avukati Ġenerali għat-trattament tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari “1. Il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jiddeċiedi dwar l-assenjazzjoni tal-kawżi għal deċiżjoni preliminari lill-Avukati Ġenerali. Konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 49a tal-Istatut, l-Avukat Ġenerali għandu jintgħażel minn fost l-Imħallfin eletti sabiex jeżerċitaw din il-funzjoni li jifformaw parti minn awla differenti minn dik li lilha tkun ġiet assenjata l-kawża. 2. Wara n-nomina tiegħu, l-osservazzjonijiet tal-Avukat Ġenerali għandhom jinstemgħu qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet previsti fl-Artikoli 16 u 28, kif ukoll fil-każijiet previsti fit-Titolu II u fit-Titolu VI.” |
|
19) |
L-Artikolu 32(5) huwa kkompletat kif ġej: “5. Ir-Reġistratur għandu jieħu, quddiem il-Qorti Ġenerali, il-ġurament previst fl-Artikolu 5 u għandu jiffirma d-dikjarazzjoni prevista fl-Artikolu 6.” |
|
20) |
L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej: “Kull persuna tista’ tikkonsulta r-reġistru li jinżamm fir-Reġistru u tista’ tikseb kopji jew estratti tar-reġistru.” |
|
21) |
L-Artikolu 38(1) huwa emendat kif ġej: “1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 68(4), tal-Artikoli 103 sa 105 kif ukoll tal-Artikolu 144(7), kull parti fl-istanza jista’ jkollha aċċess għall-proċess tal-kawża u tista’ tikseb kopji tal-atti proċedurali kif ukoll kopji awtentikati tad-digrieti u tas-sentenzi.” |
|
22) |
L-Artikolu 42(1) huwa emendat kif ġej: “1. Id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet amministrattivi u d-deċiżjonijiet imsemmija fl- Artikoli 7, 9, 11, 13, 15, 15a, 16, 18, 25, 28, 31, 31a, 32, 33, 41, 56a, 207 u 243 għandhom jittieħdu mill-Qorti Ġenerali fil-laqgħa plenarja, li fiha għandhom jipparteċipaw, bi dritt ta’ vot, l-Imħallfin kollha, bla ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji ta’ dawn ir-Regoli. Ir-Reġistratur għandu jkun preżenti sakemm il-Qorti Ġenerali ma tiddeċidix mod ieħor u sakemm ma jkunux involuti d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 32.” |
|
23) |
L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:
|
|
24) |
L-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:
|
|
25) |
L-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej: “Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu huma applikabbli għar-rikorsi diretti fis-sens tal-Artikolu 1, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari tat-Titolu IV u tat-Titolu V fir-rigward tal-proċeduri rregolati minn dawn it-titoli.” |
|
26) |
L-Artikolu 56a(4) huwa emendat kif ġej: “4. Jekk att proċedurali jiġi ppreżentat permezz ta’ e-Curia qabel ma jiġu prodotti d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa sabiex jiġi vvalidat il-kont ta’ aċċess, dawn id-dokumenti għandhom jaslu fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali f’verżjoni stampata jew permezz ta’ mezz ta’ trażmissjoni elettronika użat mill-Qorti Ġenerali f’terminu ta’ għaxart’ijiem mill-preżentata tal-att. Dan it-terminu ma jistax jiġi estiż u l-Artikolu 60 ma huwiex applikabbli. Fl-assenza tar-riċezzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn fit-terminu mogħti, il-Qorti Ġenerali għandha tiddikjara inammissibbli l-att proċedurali ppreżentat permezz ta’ e-Curia.” |
|
27) |
L-Artikolu 57(1) huwa emendat kif ġej: “1. Bla ħsara għall-Artikolu 80(1), għall-Artikolu 148(9) u għall-Artikolu 178(2), in-notifiki previsti fl-Istatut u f’dawn ir-Regoli għandhom isiru, taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur, permezz ta’ e-Curia.” |
|
28) |
It-tieni sentenza tal-Artikolu 68(4) hija emendata kif ġej: “Madankollu, fuq talba ta’ parti, il-President jista’ jeskludi minn din in-notifika ċerta informazzjoni li tkun tinsab fil-proċess tal-kawża u li fir-rigward tagħha jkun allegat li hija ta’ natura kunfidenzjali.” |
|
29) |
L-Artikolu 86(1) huwa emendat kif ġej: “1. Meta att li jkun qiegħed jintalab l-annullament tiegħu jiġi ssostitwit jew emendat b’att ieħor li jkollu l-istess suġġett, ir-rikorrent jista’, sa mhux iktar tard minn ġimagħtejn wara n-notifika ta’ deċiżjoni li tistabbilixxi d-data tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali jew qabel in-notifika tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li l-kawża tinqata’ mingħajr il-fażi orali tal-proċedura, jadatta r-rikors sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan l-element ġdid. Dan it-terminu jista’ jiġi pprorogat mill-President fuq talba motivata tar-rikorrent. L-Artikolu 60 ma huwiex applikabbli.” |
|
30) |
L-Artikolu 87(2) huwa kkompletat kif ġej: “2. Ir-rapport preliminari għandu jinkludi analiżi tal-kwistjonijiet rilevanti ta’ fatt u ta’ liġi mqajma mir-rikors, kif ukoll proposti dwar il-kwistjoni jekk il-kawża teħtieġx miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew miżuri istruttorji, dwar iż-żamma tal-fażi orali tal-proċedura, dwar il-possibbiltà li l-kawża tintbagħat quddiem l-Awla Manja, quddiem l-Awla Intermedja jew quddiem awla kkostitwita min-numru differenti ta’ Mħallfin sedenti, u dwar il-possibbiltà li l-kawża tingħadda lill-Imħallef uniku.” |
|
31) |
L-Artikolu 92(3) huwa emendat kif ġej: “3. Miżura istruttorja msemmija fl-Artikolu 91(b) tista’ tiġi ordnata meta:
|
|
32) |
Artikolu ġdid, l-Artikolu 110a, huwa miżjud. It-test huwa s-segwenti: “Artikolu 110a Xandir tas-seduti 1. Is-seduti tal-Qorti Ġenerali jistgħu jixxandru. Dan ix-xandir għandu jsir f’ħin reali fil-każ tal-għoti ta’ sentenzi jew tal-preżentazzjoni ta’ konklużjonijiet, u għandu jsir f’ħin iddifferit fil-każ tas-sottomissjonijiet orali tal-partijiet f’kawża mibgħuta quddiem l-Awla Manja, l-Awla Intermedja, jew, meta dan ikun iġġustifikat mill-interess fil-kawża, quddiem awla kkostitwita minn ħames Imħallfin sedenti, jew, f’każijiet eċċezzjonali, quddiem awla kkostitwita minn tliet Imħallfin sedenti. 2. Meta l-Qorti Ġenerali jkollha l-intenzjoni xxandar seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-partijiet għandhom jiġu informati dwar dan mir-Reġistratur, flimkien mas-sejħa għal din is-seduta. 3. Jekk parti tqis li s-seduta li għaliha ssejħet ma għandhiex tixxandar, hija għandha tinforma b’dan lill-Qorti Ġenerali fl-iqsar żmien possibbli filwaqt li tispjega, fid-dettall, iċ-ċirkustanzi ta’ natura li jiġġustifikaw l-assenza ta’ xandir. 4. Il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar din it-talba fl-iqsar żmien possibbli. 5. Ir-reġistrazzjoni video tas-seduti għas-sottomissjonijiet orali li jkunu s-suġġett ta’ xandir għanda tibqa’ disponibbli fis-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ mhux iktar minn xahar wara l-għeluq tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali. 6. Jekk parti tqis li r-reġistrazzjoni video ta’ seduta għas-sottomissjonijiet orali li fiha tkun ipparteċipat għandha titneħħa mis-sit internet imsemmi iktar ’il fuq, hija għandha tinforma b’dan lill-Qorti Ġenerali fl-iqsar żmien possibbli filwaqt li tispjega ċ-ċirkustanzi ta’ natura li jiġġustifikaw din it-tneħħija. 7. Il-President għandu jiddeċiedi dwar din it-talba fl-iqsar żmien possibbli. 8. Il-Qorti Ġenerali għandha tistabbilixxi, permezz ta’ deċiżjoni, ir-regoli u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tax-xandir tas-seduti. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” |
|
33) |
L-Artikolu 112 huwa emendat kif ġej: “1. Meta, f’kawża, jiġi nnominat Avukat Ġenerali u tinżamm seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali għandhom jiġu ppreżentati wara l-għeluq ta’ din is-seduta, fid-data mħabbra mill-Avukat Ġenerali. 2. Fil-każ li ma tinżammx seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali għandhom jiġu ppreżentati fid-data mħabbra mill-Avukat Ġenerali. 3. Meta l-Avukat Ġenerali jippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu bil-miktub, huwa għandu jiddepożitahom fir-Reġistru, li għandu jikkomunikahom lill-partijiet. 4. Il-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali tagħlaq il-fażi orali tal-proċedura.” |
|
34) |
L-Artikolu 113 huwa emendat kif ġej:
|
|
35) |
L-Artikolu 130(7) huwa emendat kif ġej: “7. Il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi fl-iqsar żmien possibbli dwar it-talba permezz ta’ digriet jew, meta jkun ġustifikat minħabba ċirkustanzi partikolari, għandha tinkludi, permezz ta’ deċiżjoni, l-eżami ta’ din it-talba mad-deċiżjoni fil-mertu. Il-Qorti Ġenerali għandha tirreferi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk din tkun taqa’ fil-kompetenza tagħha.” |
|
36) |
L-Artikolu 139 huwa emendat kif ġej:
|
|
37) |
L-Artikolu 162 huwa emendat kif ġej:
|
|
38) |
L-Artikolu 178 huwa emendat kif ġej:
|
|
39) |
L-Artikolu 191, intitolat “Dispożizzjonijiet oħra applikabbli”, huwa mħassar. |
|
40) |
It-Titolu V, intitolat “Fuq l-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku” huwa mħassar u t-Titolu VI attwali, intitolat “Fuq il-proċeduri wara annullament fl-appell u wara li l-kawża tintbagħat lura” huwa nnumerat mill-ġdid bħala t-Titolu V. L-artikoli huma nnumerati mill-ġdid kif ġej:
|
|
41) |
L-Artikolu 192(2) il-ġdid huwa emendat kif ġej: “2. Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla sentenza jew digriet mogħtija mill-Awla Manja jew mill-Awla Intermedja tal-Qorti Ġenerali, il-kawża għandha tiġi assenjata lil kulleġġ ġudikanti kkostitwit mill-istess numru ta’ Mħallfin sedenti.” |
|
42) |
Fl-Artikolu 194 il-ġdid, ir-riferiment għall-“Artikolu 217” huwa ssostitwit b’riferiment għall-“Artikolu 193”. |
|
43) |
Titolu ġdid, it-Titolu VI intitolat “Fuq ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari”, huwa miżjud wara t-Titolu V l-ġdid. It-test huwa s-segwenti: “Kapitolu I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 196 Kamp ta’ applikazzjoni Il-proċedura għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 50b tal-Istatut. Artikolu 197 Dispożizzjonijiet applikabbli Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari ta’ dan it-Titolu, l-Artikoli 52 sa 56, 58, 60 sa 62, 67 u 75 huma applikabbli għar-rinviji għal deċiżjoni preliminari. Artikolu 198 Notifiki 1. L-atti proċedurali u l-annessi kif ukoll id-deċiżjonijiet meħuda fil-mori tal-kawża inklużi fil-proċess tal-kawżi li jaqgħu taħt dan it-Titolu għandhom jiġu nnotifikati lill-qorti tar-rinviju u lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur. 2. Dawn in-notifiki għandhom isiru permezz ta’ e-Curia, skont il-modalitajiet previsti fl-Artikoli 56a u 57, meta d-destinatarju tan-notifiki jkollu kont ta’ aċċess għal e-Curia. 3. Fil-każ li d-destinatarju tan-notifiki ma jkollux kont ta’ aċċess għal e-Curia, in-notifiki għandhom jsiru jew billi tintbagħat kopja tal-att li għandu jiġi nnotifikat permezz ta’ ittra rreġistrata, b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta, jew billi din il-kopja tingħata direttament bl-għoti ta’ rċevuta, jew permezz ta’ mezz ta’ trażmissjoni elettronika użat mill-Qorti Ġenerali, meta d-destinatarju jkun ta l-kunsens tiegħu sabiex in-notifiki jsirulu permezz ta’ tali mezz. Kapitolu II FUQ IL-FAŻI BIL-MIKTUB TAL-PROĊEDURA Artikolu 199 Kontenut tat-talba għal deċiżjoni preliminari Minbarra t-test tad-domandi preliminari magħmula, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi:
Artikolu 200 Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Għandu jiġi ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika d-data tal-preżentata tat-talba għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju, id-domandi magħmula u, bla ħsara għall-Artikolu 201, l-isem tal-partijiet fil-kawża prinċipali. Artikolu 201 Anonimizzazzjoni u ommissjoni ta’ data 1. Meta l-qorti tar-rinviju tkun anonimizzat it-talba għal deċiżjoni preliminari jew tkun iddeċidiet li tħalli barra data dwar persuni fiżiċi jew dwar entitajiet ikkonċernati mill-kawża prinċipali, kemm jekk dawn ikunu partijiet jew terzi f’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali għandha tosserva din l-anonimizzazzjoni jew din l-ommissjoni fil-kuntest tal-proċedura pendenti quddiemha. 2. Fuq talba tal-qorti tar-rinviju, ta’ parti fil-kawża prinċipali jew ex officio, il-Qorti Ġenerali tista’ barra minn hekk tanonimizza t-talba għal deċiżjoni preliminari jew tiddeċiedi li tħalli barra data personali dwar persuna fiżika waħda jew iktar ikkonċernati mill-kawża prinċipali, kemm jekk dawn ikunu partijiet jew terzi f’din il-kawża. Artikolu 202 Parteċipazzjoni fil-proċedura għal deċiżjoni preliminari 1. Skont l-Artikolu 23 tal-Istatut, dawn li ġejjin huma awtorizzati jippreżentaw noti jew osservazzjonijiet bil-miktub:
2. In-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fil-fażi bil-miktub tal-proċedura ma jipprekludix parteċipazzjoni fil-fażi orali tal-proċedura. 3. In-noti jew l-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati skont dan l-artikolu għandhom jiġu ppubblikati fis-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea wara l-għeluq tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari sakemm waħda mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut ma toġġezzjonax għall-pubblikazzjoni tan-nota jew tal-osservazzjonijiet tagħha. Din l-oġġezzjoni, li ma huwiex meħtieġ li tkun motivata u li ma tistax tiġi kkontestata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali, għandha tiġi kkomunikata lir-Reġistru, permezz ta’ att separat, sa mhux iktar tard minn tliet xhur wara l-informazzjoni li ma saret ebda proposta ta’ eżami mill-ġdid mill-Avukat Ġenerali Ewlieni, jew wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li ma teżaminax mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, jew wara l-għoti tas-sentenza ta’ eżami mill-ġdid. Fit-tali każ, din l-oġġezzjoni għandha tiġi indikata fis-sit imsemmi iktar ’il fuq u n-nota jew l-osservazzjonijiet ikkonċernati ma jiġux ippubblikati, lanqas b’mod parzjali. Jekk il-parti interessata sussegwentement tirtira l-oġġezzjoni tagħha għall-pubblikazzjoni tan-nota tagħha jew tal-osservazzjonijiet tagħha, din in-nota jew dawn l-osservazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikat fis-sit hekk kif tiġi rtirata din l-oġġezzjoni. Jekk l-oġġezzjoni tiġi kkomunikata lir-Reġistru wara l-iskadenza tat-terminu msemmi iktar ’il fuq, in-nota jew l-osservazzjonijiet ippubblikati għandhom jitneħħew mis-sit. Artikolu 203 Partijiet fil-kawża prinċipali 1. Il-partijiet fil-kawża prinċipali huma dawk identifikati bħala tali mill-qorti tar-rinviju skont ir-regoli proċedurali nazzjonali. 2. Meta din il-qorti tinforma lill-Qorti Ġenerali li tkun ġiet ammessa parti ġdida fil-kawża prinċipali, fi stadju fejn il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tkun diġà pendenti, din il-parti tidħol fil-kawża in statu et terminis fil-mument ta’ din l-informazzjoni. L-atti proċedurali kollha li jkunu diġà ġew innotifikati lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut għandhom jiġu kkomunikati lil din il-parti. 3. Fir-rigward tar-rappreżentanza u tad-dehra tal-partijiet fil-kawża prinċipali, il-Qorti Ġenerali għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli proċedurali fis-seħħ quddiem il-qorti tar-rinviju. Fil-każ ta’ dubju dwar jekk persuna tistax tirrappreżenta parti fil-kawża prinċipali jew dwar jekk tali parti tistax taġixxi mingħajr rappreżentant skont id-dritt nazzjonali, il-Qorti Ġenerali tista’ titlob informazzjoni mingħand il-qorti tar-rinviju dwar ir-regoli proċedurali applikabbli. Meta, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali applikabbli, il-partijiet fil-kawża prinċipali huma awtorizzati jidhru quddiem qorti mingħajr l-assistenza ta’ avukat jew ikunu rrappreżentati minn persuna awtorizzata sabiex tirrappreżentahom, għandhom japplikaw ir-regoli previsti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III. Artikolu 204 Traduzzjoni u notifika tat-talba għal deċiżjoni preliminari 1. It-talba għal deċiżjoni preliminari ittrasferita lill-Qorti Ġenerali mill-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi nnotifikata lill-Istati Membri fil-verżjoni oriġinali, flimkien ma’ traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Istat destinatarju. Jekk ikun xieraq fid-dawl tat-tul tat-talba, din it-traduzzjoni għandha tiġi ssostitwita bi traduzzjoni, fil-lingwa uffiċjali tal-Istat destinatarju, ta’ sunt ta’ din it-talba, li għandu jservi bħala bażi għat-teħid ta’ pożizzjoni minn dan l-Istat. Is-sunt għandu jinkludi t-test sħiħ tad-domanda jew domandi preliminari magħmula. Dan is-sunt għandu jinkludi wkoll, b’mod partikolari, sa fejn dawn l-elementi jkunu jinsabu fit-talba għal deċiżjoni preliminari, is-suġġett tal-kawża prinċipali, l-argumenti essenzjali tal-partijiet fil-kawża prinċipali, espożizzjoni fil-qosor tal-motivazzjoni tar-rinviju, kif ukoll il-ġurisprudenza u d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni invokati. 2. Fil-każijiet imsemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut, it-talbiet għal deċiżjoni preliminari għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati parti fil-Ftehim ŻEE, minbarra l-Istati Membri, kif ukoll lill-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA, fil-verżjoni oriġinali, flimkien ma’ traduzzjoni tat-talba, jew, jekk ikun il-każ, ta’ sunt, f’waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44, skont l-għażla tad-destinatarju. 3. Meta Stat terz ikollu d-dritt li jipparteċipa fi proċedura għal deċiżjoni preliminari skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi nnotifikata lilu fil-verżjoni oriġinali, flimkien ma’ traduzzjoni tat-talba, jew, jekk ikun il-każ, ta’ sunt, f’waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44, skont l-għażla tal-Istat terz ikkonċernat. Artikolu 205 Preżentata tal-atti proċedurali 1. L-atti proċedurali previsti f’dan it-Titolu jistgħu jiġu ppreżentati fir-Reġistru permezz ta’ e-Curia, skont il-modalitajiet previsti fl-Artikoli 56a u 72, meta l-awturi ta’ dawn l-atti jkollhom kont ta’ aċċess għal e-Curia. 2. Fil-każ li l-awtur tal-att ma jkollux kont ta’ aċċess għal e-Curia, l-att proċedurali, flimkien mal-annessi kollha msemmija fih u ma’ skeda li telenka dawn l-annessi, għandu jiġi ddepożitat fir-Reġistru f’verżjoni stampata. L-oriġinal ta’ dan l-att għandu jkun iffirmat bl-idejn mir-rappreżentant tal-parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut li tippreżentah jew, meta r-regoli proċedurali nazzjonali applikabbli għal din il-kawża jippermettu dan, mill-parti fil-kawża prinċipali. 3. Kull att proċedurali għandu jkollu data. Għall-finijiet tat-termini proċedurali, huma biss id-data u s-siegħa tal-preżentata tal-oriġinal fir-Reġistru li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. 4. B’deroga mit-tieni sentenza tal-paragrafu 3, id-data u s-siegħa li fihom kopja sħiħa tal-oriġinal iffirmat ta’ att proċedurali, inkluża l-iskeda bil-lista tal-annessi msemmija fil-paragrafu 2, tasal fir-Reġistru permezz ta’ mezz ta’ trażmissjoni elettronika użat mill-Qorti Ġenerali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza tat-termini proċedurali jekk l-oriġinal tal-att, flimkien mal-annessi, jiġi ppreżentat fir-Reġistru sa mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara. L-Artikolu 60 ma huwiex applikabbli għal dan it-terminu ta’ għaxart ijiem. 5. Barra minn dan, l-istituzzjonijiet għandhom jipproduċu, fit-termini ffissati mill-Qorti Ġenerali, it-traduzzjonijiet ta’ kull att proċedurali fil-lingwi l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1 tal-Kunsill. Kapitolu III FUQ IR-RAPPORT PRELIMINARI Artikolu 206 Rapport preliminari 1. Ladarba tingħalaq il-fażi bil-miktub tal-proċedura, il-President għandu jiffissa d-data li fiha l-Imħallef Relatur għandu jippreżenta rapport preliminari lill-Qorti Ġenerali. 2. Ir-rapport preliminari għandu jinkludi analiżi tal-kwistjonijiet rilevanti mqajma mit-talba għal deċiżjoni preliminari, proposti dwar l-eventwali riferiment tal-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(3) TFUE, dwar il-kwistjoni jekk il-kawża teħtieġx miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, miżuri istruttorji jew talbiet għal kjarifiki mingħand il-qorti tar-rinviju, kif ukoll dwar l-eventwalità li l-kawża tintbagħat quddiem l-Awla Manja, quddiem l-Awla Intermedja jew quddiem kulleġġ ġudikanti kkostitwit min-numru differenti ta’ Mħallfin sedenti. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-proposta tal-Imħallef Relatur dwar l-eventwali dispensa mis-seduta għas-sottomissjonijiet orali kif ukoll dwar il-possibbiltà li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 20 tal-Istatut. 3. Il-Qorti Ġenerali, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, għandha tiddeċiedi dwar il-provvedimenti li għandhom jittieħdu fuq il-proposti tal-Imħallef Relatur u, jekk ikun il-każ, dwar il-ftuħ tal-fażi orali tal-proċedura. Kapitolu IV FUQ IL-MIŻURI LI JISTGĦU JIĠU ADOTTATI MILL-QORTI ĠENERALI Artikolu 207 Riferiment ta’ talba lill-Qorti tal-Ġustizzja 1. Jekk talba għal deċiżjoni preliminari titressaq direttament quddiem il-Qorti Ġenerali b’nuqqas ta’ osservanza tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 50b tal-Istatut, ir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali għandu jgħaddiha immedjatament lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja. 2. Id-deċiżjonijiet ta’ riferiment, imsemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tal-Istatut, għandhom jittieħdu mill-Qorti Ġenerali, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, permezz ta’ digriet motivat, li ma jistax jiġi kkontestat. 3. L-awla adita bil-kawża tista’, f’kull stadju tal-proċedura u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tipproponi lil-laqgħa plenarja r-riferiment previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(3) TFUE. Id-deċiżjoni ta’ riferiment għandha tittieħed mil-laqgħa plenarja. 4. Il-President u l-Viċi President tal-Qorti Ġenerali jistgħu wkoll, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, jipproponu lil-laqgħa plenarja r-riferiment previst fil-paragrafu preċedenti sal-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura jew, jekk ikunu ġew ippreżentati konklużjonijiet, sa mhux iktar tard minn ġimgħa wara l-preżentazzjoni tagħhom, jew qabel id-deċiżjoni li l-kawża tinqata’ mingħajr il-fażi orali tal-proċedura. Id-deċiżjoni ta’ riferiment għandha tittieħed mil-laqgħa plenarja. Artikolu 208 Kawżi magħquda 1. Meta diversi kawżi għal deċiżjoni preliminari jkollhom l-istess suġġett, dawn il-kawżi jistgħu, f’kull ħin, jintgħaqdu minħabba konnessjoni għall-finijiet, alternattivament jew kumulattivament, tal-fażi bil-miktub jew tal-fażi orali tal-proċedura jew tad-deċiżjoni li tagħlaq l-istanza. 2. Il-President għandu jiddeċiedi dwar it-tgħaqqid tal-kawżi, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali. 3. Kawżi magħquda jistgħu jerġgħu jinfirdu, fil-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2. 4. It-talba għal deċiżjoni preliminari, flimkien mat-traduzzjonijiet tagħha jew mat-traduzzjonijiet tas-sunt tat-talba, kif ukoll l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut għandhom jiġu nnotifikati lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut fil-kawża magħquda, skont il-modalitajiet previsti fl-Artikolu 198. Artikolu 209 Sospensjoni u tkomplija tal-proċedura 1. Il-proċedura tista’ tiġi sospiża:
2. Il-proċedura tista’ titkompla permezz ta’ digriet jew ta’ deċiżjoni mogħtija skont l-istess modalitajiet. 3. Is-sospensjoni tal-proċedura tidħol fis-seħħ fid-data indikata fid-digriet jew fid-deċiżjoni ta’ sospensjoni jew, fin-nuqqas ta’ tali indikazzjoni, fid-data ta’ dan id-digriet jew deċiżjoni. 4. Matul il-perijodu ta’ sospensjoni, ebda terminu proċedurali ma jiddekorri fir-rigward tal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut. 5. Meta d-digriet jew id-deċiżjoni ta’ sospensjoni ma jiffissawx meta għandha tintemm is-sospensjoni, din tintemm fid-data indikata fid-digriet jew fid-deċiżjoni ta’ tkomplija tal-proċedura jew, fin-nuqqas ta’ tali indikazzjoni, fid-data ta’ dan id-digriet jew deċiżjoni. 6. Mid-data tat-tkomplija tal-proċedura wara sospensjoni, it-termini proċedurali interrotti għandhom jiġu ssostitwiti b’termini ġodda li jibdew jiddekorru mid-data ta’ din it-tkomplija. Artikolu 210 Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura 1. Minbarra l-miżuri li jistgħu jiġi deċiżi skont l-Artikolu 24 tal-Istatut, il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut jistgħu jiġu mistiedna sabiex iwieġbu għal ċerti mistoqsijiet bil-miktub jew matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali. Meta tinżamm seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-Qorti Ġenerali, meta jkun possibbli, għandha tistieden lill-parteċipanti f’din is-seduta sabiex jikkonċentraw is-sottomissjonijiet tagħhom fuq mistoqsija jew mistoqsijiet partikolari. 2. Il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu deċiżi mill-Qorti Ġenerali, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali. 3. L-Imħallef Relatur jew l-Avukat Ġenerali jistgħu jitolbu lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut jissottomettu, fit-terminu stabbilit, l-informazzjoni kollha dwar il-fatti, id-dokumenti kollha jew il-punti kollha li huma jqisu li huma rilevanti. Huma jistgħu wkoll jibgħatulhom mistoqsijiet sabiex iwieġbuhom matul is-seduta. Artikolu 211 Miżuri istruttorji 1. Il-Qorti Ġenerali, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tista’ tadotta l-miżuri istruttorji li hija tqis xierqa fost dawk previsti fl-Artikolu 91(a), (b), (d), (e) u (f), skont il-modalitajiet u r-regoli ta’ parteċipazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 92(1), (4), (5) u (6), u għandha twettaqhom skont il-modalitajiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 102. 2. Il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut jistgħu jassistu għall-miżuri istruttorji u għandhom jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tagħhom skont il-modalitajiet previsti għall-partijiet fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 212 Talba għal kjarifiki Bla ħsara għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u għall-miżuri istruttorji previsti f’dawn ir-Regoli, il-Qorti Ġenerali tista’, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, titlob kjarifiki mingħand il-qorti tar-rinviju fit-terminu ffissat minnha. Kapitolu V FUQ IL-FAŻI ORALI TAL-PROĊEDURA Artikolu 213 Seduta għas-sottomissjonijiet orali 1. Eventwali talbiet motivati għal seduta għas-sottomissjonijiet orali għandhom jitressqu f’terminu ta’ tliet ġimgħat li jiddekorri min-notifika lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura. Il-President jista’ jipproroga dan it-terminu. 2. Fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li ma ssirx seduta għas-sottomissjonijiet orali jekk tqis, minn qari tan-noti jew tal-osservazzjonijiet ippreżentati matul il-fażi bil-miktub tal-proċedura, li għandha biżżejjed informazzjoni sabiex tkun tista’ tiddeċiedi. 3. Il-paragrafu preċedenti ma japplikax meta titressaq talba motivata għal seduta għas-sottomissjonijiet orali minn parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut li ma tkunx ipparteċipat fil-fażi bil-miktub tal-proċedura. Artikolu 214 Seduta komuni għas-sottomissjonijiet orali Il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li torganizza seduta għas-sottomissjonijiet orali li tkun komuni għal diversi kawżi għal deċiżjoni preliminari meta x-xebh bejniethom jippermetti dan. Artikolu 215 Data tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali 1. Jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li torganizza seduta għas-sottomissjonijiet orali, id-data għal din is-seduta għandha tiġi stabbilita mill-President. 2. F’każijiet eċċezzjonali, il-President jista’, ex officio jew fuq talba motivata ta’ parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut, jiddifferixxi d-data tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali. Artikolu 216 Parteċipazzjoni f’seduta permezz ta’ videokonferenza 1. Meta raġunijiet sanitarji, raġunijiet ta’ sigurtà jew raġunijiet serji oħra jipprekludu lir-rappreżentant ta’ parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut jew lil parti fil-kawża prinċipali awtorizzata tidher quddiem qorti mingħajr l-assistenza ta’ avukat milli jipparteċipaw fiżikament f’seduta għas-sottomissjonijiet orali, dan ir-rappreżentant jew din il-parti jistgħu jiġu awtorizzati jipparteċipaw f’din is-seduta permezz ta’ videokonferenza. 2. It-talba għall-parteċipazzjoni f’seduta permezz tal-videokonferenza għandha titressaq permezz ta’ att separat hekk kif issir magħrufa l-kawża tal-impediment u għandha tindika, b’mod preċiż, in-natura ta’ dan l-impediment. 3. Il-President għandu jiddeċiedi dwar din it-talba fl-iqsar żmien possibbli. 4. L-użu tal-videokonferenza huwa eskluż fil-każ ta’ deċiżjoni li seduta tinżamm bil-magħluq meħuda mill-Qorti Ġenerali taħt l-Artikolu 217. 5. Il-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom ikunu ssodisfatti għall-parteċipazzjoni fis-seduti permezz tal-videokonferenza għandhom jiġu speċifikati fid-dispożizzjonijiet prattiċi msemmija fl-Artikolu 243. Artikolu 217 Seduta bil-magħluq 1. Il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li s-seduta tinżamm bil-magħluq meta jkun hemm raġunijiet serji. 2. Id-deċiżjoni li s-seduta tinżamm bil-magħluq tinkludi projbizzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjoni tat-trattazzjoni. Artikolu 218 Żvolġiment tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali 1. Il-President għandu jiftaħ u jmexxi t-trattazzjoni u għandu jżomm il-bon ordni waqt is-seduta. 2. Matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-Membri tal-kulleġġ ġudikanti u l-Avukat Ġenerali jistgħu jagħmlu mistoqsijiet lir-rappreżentanti tal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 u, fiċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 203(3) ta’ dawn ir-Regoli, lill-partijiet fil-kawża prinċipali. Artikolu 219 Xandir tas-seduti 1. Is-seduti tal-Qorti Ġenerali jistgħu jixxandru. Dan ix-xandir għandu jsir f’ħin reali fil-każ tal-għoti ta’ sentenzi jew tal-preżentazzjoni ta’ konklużjonijiet, u għandu jsir f’ħin iddifferit fil-każ tas-sottomissjonijiet orali tal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut f’kawża mibgħuta quddiem l-Awla Manja, l-Awla Intermedja, jew, f’każijiet eċċezzjonali, meta dan ikun iġġustifikat mill-interess fil-kawża, quddiem awla kkostitwita minn ħames Imħallfin sedenti. 2. Meta l-Qorti Ġenerali jkollha l-intenzjoni xxandar seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut għandhom jiġu informati dwar dan mir-Reġistratur, flimkien mas-sejħa għal din is-seduta. 3. Jekk parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tqis li s-seduta li għaliha ssejħet ma għandhiex tixxandar, hija għandha tinforma b’dan lill-Qorti Ġenerali fl-iqsar żmien possibbli filwaqt li tispjega, fid-dettall, iċ-ċirkustanzi ta’ natura li jiġġustifikaw l-assenza ta’ xandir. 4. Il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar din it-talba fl-iqsar żmien possibbli. 5. Ir-reġistrazzjoni video tas-seduti għas-sottomissjonijiet orali li jkunu s-suġġett ta’ xandir għandha tibqa’ disponibbli fis-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ mhux iktar minn xahar wara l-għeluq tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali. 6. Jekk parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tqis li r-reġistrazzjoni video ta’ seduta għas-sottomissjonijiet orali li fiha tkun ipparteċipat għandha titneħħa mis-sit internet imsemmi iktar ’il fuq, hija għandha tinforma b’dan lill-Qorti Ġenerali fl-iqsar żmien possibbli filwaqt li tispjega ċ-ċirkustanzi ta’ natura li jiġġustifikaw din it-tneħħija. 7. Il-President għandu jiddeċiedi dwar din it-talba mill-ewwel, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali. 8. Il-Qorti Ġenerali għandha tistabbilixxi, permezz ta’ deċiżjoni, ir-regoli u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tax-xandir tas-seduti. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” Artikolu 220 Għeluq tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali Wara li jinstemgħu s-sottomissjonijiet orali tal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut, il-President għandu jiddikjara magħluqa s-seduta għas-sottomissjonijiet orali. Artikolu 221 Preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali 1. Meta tkun inżammet seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali għandhom jiġu ppreżentati wara l-għeluq tagħha, fid-data mħabbra mill-Avukat Ġenerali. 2. Fl-assenza ta’ seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali għandhom jiġu ppreżentati fid-data mħabbra mill-Avukat Ġenerali. 3. Il-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali tagħlaq il-fażi orali tal-proċedura. Artikolu 222 Ftuħ jew ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura Il-Qorti Ġenerali tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ jew il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut. Artikolu 223 Proċess verbal tas-seduta 1. Ir-Reġistratur għandu jħejji proċess verbal għal kull seduta. Dan il-proċess verbal għandu jiġi ffirmat mill-President u mir-Reġistratur. Il-proċess verbal huwa att awtentiku. 2. Il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut jistgħu jikkonsultaw il-proċess verbal fir-Reġistru u jistgħu jiksbu kopja tiegħu. Artikolu 224 Reġistrazzjoni awdjo tas-seduta Il-President tal-Qorti Ġenerali jista’, fuq talba debitament ġustifikata, jawtorizza lil parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut li pparteċipat fil-fażi bil-miktub jew fil-fażi orali tal-proċedura sabiex tisma’, fil-bini tal-Qorti Ġenerali, ir-reġistrazzjoni awdjo tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali fil-lingwa użata mill-kelliema matul is-seduta. Kapitolu VI FUQ IS-SENTENZI U FUQ ID-DIGRIETI Artikolu 225 Nuqqas ta’ kompetenza jew inammissibbiltà manifesti Meta l-Qorti Ġenerali manifestament ma jkollhiex kompetenza sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża jew meta talba tkun manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġenerali tista’, f’kull ħin u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura. Artikolu 226 Risposta permezz ta’ digriet motivat Meta domanda preliminari magħmula tkun identika għal domanda li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali jkunu diġà ddeċidew, meta r-risposta għal tali domanda tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti Ġenerali tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat. Artikolu 227 Talba mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali 1. Il-Qorti Ġenerali tibqa’ adita b’talba għal deċiżjoni preliminari sakemm il-qorti li tkun ressqitha ma tirtirahiex. L-irtirar ta’ talba jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni san-notifika tad-data tal-għoti tas-sentenza lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut. 2. Madankollu, il-Qorti Ġenerali tista’, f’kull ħin u bla ħsara għall-Artikolu 207, tikkonstata li l-kundizzjonijiet li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni tagħha ma għadhomx sodisfatti. Artikolu 228 Spejjeż tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari. Artikolu 229 Data tal-għoti tas-sentenza Il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut għandhom jiġu informati dwar id-data tal-għoti tas-sentenza. Artikolu 230 Kontenut tas-sentenza Is-sentenza għandha tinkludi:
Artikolu 231 Għoti u notifika tas-sentenza 1. Is-sentenza għandha tingħata fil-qorti bil-miftuħ. 2. L-oriġinal tas-sentenza, iffirmat mill-President, mill-Imħallfin li pparteċipaw fid-deliberazzjonijiet u mir-Reġistratur, għandu jiġi ssiġillat u ddepożitat fir-Reġistru. Kopja tas-sentenza għandha tiġi nnotifikata lill-qorti tar-rinviju, lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut u lill-Qorti tal-Ġustizzja. Artikolu 232 Kontenut tad-digriet 1. Id-digriet għandu jinkludi:
2. Fil-każijiet li dawn ir-Regoli jipprovdu li digriet għandu jkun motivat, id-digriet għandu jinkludi wkoll:
Artikolu 233 Firma u notifika tad-digriet L-oriġinal tad-digriet, iffirmat mill-President u mir-Reġistratur, għandu jiġi ssiġillat u ddepożitat fir-Reġistru. Kopja tad-digriet għandha tiġi nnotifikata lill-qorti tar-rinviju, lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut u lill-Qorti tal-Ġustizzja. Artikolu 234 Dħul fis-seħħ tas-sentenzi u tad-digrieti Is-sentenzi u d-digrieti jidħlu fis-seħħ fil-kundizzjonijiet previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 62b tal-Istatut. Artikolu 235 Rettifika tas-sentenzi u tad-digrieti 1. L-iżbalji tal-pinna jew ta’ kalkolu jew l-ineżattezzi evidenti li jista’ jkun hemm fis-sentenzi u fid-digrieti jistgħu jiġu rrettifikati mill-Qorti Ġenerali ex officio jew fuq talba minn parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut sakemm din it-talba titressaq f’terminu ta’ ġimagħtejn li jiddekorri mill-għoti tas-sentenza jew min-notifika tad-digriet. 2. Il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali. 3. L-oriġinal tad-digriet ta’ rettifika għandu jiġi anness mal-oriġinal tad-deċiżjoni rrettifikata. Fil-marġni tal-oriġinal tad-deċiżjoni rrettifikata għandu jsir notament dwar id-digriet ta’ rettifika. Artikolu 236 Interpretazzjoni tad-deċiżjonijiet preliminari 1. L-Artikolu 168 ta’ dawn ir-Regoli, dwar l-interpretazzjoni tas-sentenzi u tad-digrieti, ma huwiex applikabbli għad-deċiżjonijiet mogħtija b’risposta għal talba għal deċiżjoni preliminari. 2. Huma l-qrati nazzjonali li għandhom jevalwaw jekk deċiżjoni preliminari tagħtihomx biżżejjed kjarifiki jew jekk jidhrilhomx li jkun neċessarju li jressqu talba ġdida għal deċiżjoni preliminari. Kapitolu VII FUQ IL-PROĊEDURA MĦAFFA GĦAL DEĊIŻJONI PRELIMINARI Artikolu 237 Proċedura mħaffa 1. Meta n-natura tal-kawża teżiġi li tiġi ttrattata f’qasir żmien, il-President jista’, fuq talba tal-qorti tar-rinviju jew, f’każijiet eċċezzjonali, ex officio, u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, jiddeċiedi li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jiġi suġġett għal proċedura mħaffa li tidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli. 2. F’dan il-każ, il-President għandu jiffissa minnufih id-data għas-seduta, li għandha tiġi kkomunikata lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut, flimkien man-notifika tat-talba għal deċiżjoni preliminari. 3. Il-partijiet interessati msemmija fil-paragrafu preċedenti jistgħu, f’terminu ffissat mill-President li ma jistax ikun inqas minn 15-il jum, jippreżentaw noti jew osservazzjonijiet bil-miktub. Il-President jista’ jistieden lil dawn il-partijiet interessati jillimitaw in-noti jew l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom għall-punti ta’ liġi essenzjali mqajma mit-talba għal deċiżjoni preliminari. 4. In-noti jew l-osservazzjonijiet bil-miktub eventwalment ippreżentati għandhom jiġu kkomunikati lill-partijiet interessati kollha msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut qabel is-seduta. 5. Il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali. Artikolu 238 Trażmissjoni tal-atti proċedurali 1. L-atti proċedurali previsti fl-artikolu preċedenti għandhom jitqiesu li ġew ippreżentati bit-trażmissjoni lir-Reġistru, permezz ta’ e-Curia jew ta’ mezz ta’ trażmissjoni elettronika użat mill-Qorti Ġenerali, ta’ kopja tal-oriġinal iffirmat u tal-annessi u d-dokumenti invokati insostenn tal-att flimkien mal-iskeda msemmija fl-Artikolu 205(2). L-oriġinal tal-att u tal-annessi msemmija iktar ’il fuq għandhom jintbagħtu minnufih lir-Reġistru meta l-kopji tagħhom ikunu ġew ikkomunikati permezz ta’ mezz ta’ trażmissjoni elettronika użat mill-Qorti Ġenerali. 2. In-notifiki u l-komunikazzjonijiet previsti fl-artikolu preċedenti għandhom jsiru permezz ta’ trażmissjoni ta’ kopja tad-dokument permezz ta’ e-Curia jew ta’ mezz ta’ trażmissjoni elettronika użat mill-Qorti Ġenerali. Kapitolu VIII FUQ L-GĦAJNUNA LEGALI Artikolu 239 Talba għal għajnuna legali 1. Jekk parti fil-kawża prinċipali ma tkunx tista’ tħallas l-ispejjeż kollha tal-istanza jew parti minnhom, hija tista’, f’kull ħin, titlob il-benefiċċju tal-għajnuna legali. 2. It-talba għal għajnuna legali għandha tinkludi l-informazzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn kollha li permezz tagħhom tkun tista’ tiġi evalwata s-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li qed tressaqha, bħal ma jista’ jkun ċertifikat maħruġ minn awtorità nazzjonali kompetenti li jattesta din is-sitwazzjoni ekonomika. 3. Jekk il-parti li tressaq it-talba tkun diġà kisbet l-għajnuna legali quddiem il-qorti tar-rinviju, hija għandha tipproduċi d-deċiżjoni ta’ din il-qorti u għandha tippreċiża xi jkopru l-ammonti li diġà rċeviet. Artikolu 240 Deċiżjoni dwar it-talba għal għajnuna legali 1. Id-deċiżjoni dwar it-talba għal għajnuna legali għandha tittieħed mill-President, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, permezz ta’ digriet. 2. Fil-każ li l-benefiċċju tal-għajnuna legali jiġi rrifjutat kompletament jew parzjalment, id-digriet għandu jkun motivat. Artikolu 241 Ammonti li għandhom jitħallsu bħala għajnuna legali Fil-każ li jingħata l-benefiċċju tal-għajnuna legali, il-kaxxier tal-Qorti Ġenerali għandu jħallas, jekk ikun il-każ fil-limiti stabbiliti mill-President, l-ispejjeż marbuta mal-assistenza u mar-rappreżentanza quddiem il-Qorti Ġenerali tal-parti li tkun ressqet it-talba għal għajnuna legali. Fuq talba minn din tal-aħħar jew mir-rappreżentant tagħha, jista’ jsir ħlas bil-quddiem fir-rigward ta’ dawn l-ispejjeż. Artikolu 242 Irtirar tal-għajnuna legali 1. Jekk il-kundizzjonijiet li wasslu sabiex jingħata l-benefiċċju tal-għajnuna legali jinbidlu matul l-istanza, il-President jista’, ex officio jew fuq talba, u wara li tinstema’ l-parti kkonċernata, jirtira dan il-benefiċċju. 2. Id-digriet li permezz tiegħu tiġi rtirata l-għajnuna legali għandu jkun motivat u ma jistax jiġi kkontestat.” |
|
44) |
L-Artikolu 224, attwalment fis-seħħ, huwa nnumerat mill-ġdid u jsir l-Artikolu 243. |
|
45) |
Fl-Artikoli 75, 107a u 189, ir-riferiment għall-“Artikolu 224” huwa ssostitwit b’riferiment għall-“Artikolu 243”. |
|
46) |
L-Artikolu 225, attwalment fis-seħħ, huwa nnumerat mill-ġdid u jsir l-Artikolu 244. |
|
47) |
L-Artikolu 226, attwalment fis-seħħ, huwa nnumerat mill-ġdid u jsir l-Artikolu 245. |
|
48) |
L-Artikolu 227, attwalment fis-seħħ, huwa nnumerat mill-ġdid u jsir l-Artikolu 246. Dan l-artikolu huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dawn l-emendi tar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44 ta’ dawn ir-Regoli, għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2024.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Lulju 2024.
V. DI BUCCI
Ir-Reġistratur
M. VAN DER WOUDE
Il-President
(1) ĠU L, 2024/2019, 12.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2019/oj.
(2) ĠU L 105, tat-23.4.2015, p. 1, kif emendati fit-13 ta’ Lulju 2016 (ĠU L 217, tat-12.8.2016, p. 71; ĠU L 217, tat-12.8.2016, p. 72; ĠU L 217, tat-12.8.2016, p. 73), fil-11 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 240 tal-25.9.2018, p. 68), fil-31 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 240, tal-25.9.2018, p. 67), u fit-30 ta’ Novembru 2022 (ĠU L 44, tal-14.2.2023, p. 8).
ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_internal/2024/2095/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)