|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2057 |
1.8.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2057
tat-28 ta’ Frar 2023
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.48556 (2019/C) (ex 2018/N) — l-Ungerija — LIP — Għajnuna għall-investiment reġjonali lil Samsung SDI
(notifikata bid-dokument C(2023) 1478)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. Proċedura
|
(1) |
Permezz tan-notifika elettronika rreġistrata fis-16 ta’ Mejju 2018, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħha li tagħti għajnuna għall-investiment reġjonali favur Samsung SDI Magyarország Zrt. (“Samsung SDI” jew “il-benefiċjarju”). |
|
(2) |
Permezz tal-ittra tal-14 ta’ Ottubru 2019 (id-“deċiżjoni tal-ftuħ”), il-Kummissjoni infurmat lill-Ungerija li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“TFUE”) fir-rigward ta’ din il-miżura ta’ għajnuna għall-investiment reġjonali (il-“miżura ta’ għajnuna”) u stiednet lill-Ungerija biex tibgħat il-kummenti tagħha fi żmien xahar. |
|
(3) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Fl-istess pubblikazzjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom. |
|
(4) |
L-Ungerija, Samsung SDI u l-Korea t’Isfel bagħtu kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(5) |
Permezz tal-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni infurmat lill-Ungerija li kienet iddeċidiet li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-“deċiżjoni ta’ estensjoni”) fir-rigward tal-miżura ta’ għajnuna (3). Hija stiednet lill-Ungerija biex tibgħat il-kummenti tagħha fi żmien xahar. Id-deċiżjoni ta’ estensjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) . |
|
(6) |
L-Ungerija, Samsung SDI u l-Korea t’Isfel bagħtu kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni. L-Ungerija pprovdiet kummenti dwar dik id-deċiżjoni permezz tal-ittra tad-9 ta’ Awwissu 2021. Samsung SDI bagħtet il-kummenti preliminari tagħha dwar dik id-deċiżjoni fit-28 ta’ Jannar 2022 u l-kummenti finali fl-14 ta’ Marzu 2022. Fit-18 ta’ Marzu 2022, il-Korea t’Isfel bagħtet il-kummenti tagħha. |
|
(7) |
Fil-21 ta’ Marzu 2022, l-Ungerija bagħtet il-kummenti tagħha dwar is-sottomissjoni ta’ Samsung SDI u kkonfermat li ma kellha l-ebda kumment dwar is-sottomissjoni tal-Korea t’Isfel. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni bagħtet aktar talbiet għal informazzjoni lill-Ungerija, l-aktar riċenti f’Diċembru 2022, li l-Ungerija wieġbet għalihom fi żmien debitu. |
|
(9) |
Permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Frar 2023, l-Ungerija qablet li din id-Deċiżjoni tiġi adottata u notifikata bil-lingwa Ingliża. |
2. Deskrizzjoni dettaljata tal-miżura ta’ għajnuna
2.1. Objettiv tal-miżura ta’ għajnuna
|
(10) |
L-Ungerija biħsiebha tippromwovi l-iżvilupp reġjonali billi tipprovdi għajnuna reġjonali għall-estensjoni tal-kapaċità ta’ stabbiliment eżistenti ta’ Samsung SDI, li jipproduċi ċelluli tal-batteriji għall-vetturi elettriċi f’Göd, fil-Kontea ta’ Pest, l-Ungerija Ċentrali. Göd tinsab f’żona eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE, b’limitu massimu standard tal-għajnuna reġjonali ta’ 35 % skont il-mappa tal-għajnuna reġjonali Ungeriża għall-perjodu mill-2017 sal-2020 (5). |
2.2. Il-benefiċjarju
|
(11) |
Il-benefiċjarju tal-għajnuna huwa Samsung SDI, sussidjarja bi sjieda sħiħa ta’ Samsung SDI Co. Ltd. (il-“Grupp Samsung SDI”) bl-istabbiliment prinċipali tagħha fil-Korea t’Isfel. Il-Grupp Samsung SDI huwa impriża kbira bi kważi 19 000 impjegat madwar id-dinja u fl-2016 irreġistra fatturat ta’ madwar EUR 4 biljun. |
|
(12) |
Il-Grupp Samsung SDI huwa involut fil-manifattura ta’ batteriji rikarikabbli użati fl-industrija tal-IT, il-vetturi elettriċi, u fis-sistemi tal-ħżin tal-enerġija (l-“ESS”). |
|
(13) |
Fl-2016, Samsung SDI fetħet impjant tal-batteriji għall-vetturi elettriċi f’Göd (l-“Investiment 1”) b’kapaċità massima ta’ [100 000–400 000] * (6) ċellula tal-batterija għall-vetturi elettriċi kull xahar, li hija ekwivalenti għal kapaċità annwali ta’ [0,1–0,5] GWh. Din il-faċilità ta’ manifattura bdiet il-produzzjoni ta’ prova fit-tieni trimestru tal-2017 u l-produzzjoni tal-massa f’Mejju 2018. Ma ngħatat l-ebda għajnuna mill-Istat għall-Investiment 1. |
|
(14) |
L-Ungerija kkonfermat li l-benefiċjarju mhuwiex impriża f’diffikultà skont it-tifsira tal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (7). L-Ungerija impenjat ruħha li tissospendi l-għoti u/jew il-pagament tal-għajnuna notifikata lill-benefiċjarju jekk dan ikun irċieva għajnuna illegali preċedenti ddikjarata inkompatibbli b’deċiżjoni tal-Kummissjoni sakemm il-benefiċjarju jkun ħallas lura jew ħallas f’kont separat l-għajnuna illegali u inkompatibbli u l-imgħax tal-irkupru korrispondenti. |
2.3. Il-proġett ta’ investiment u l-kostijiet eliġibbli
2.3.1. Il-proġett ta’ investiment
|
(15) |
Il-proġett appoġġjat mill-miżura ta’ għajnuna (l-“Investiment 2”) jirrigwarda estensjoni tal-kapaċità tal-faċilità ta’ produzzjoni taċ-ċelluli tal-batteriji għall-vetturi elettriċi fi stabbiliment eżistenti li huwa proprjetà tal-benefiċjarju f’Göd (jiġifieri fl-istabbiliment imwaqqaf bis-saħħa tal-Investiment 1). Bl-estensjoni prevista, il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ Samsung SDI fl-Ungerija kienet ippjanata li tilħaq is-6 miljun ċellula tal-batterija kull xahar fi […], li hija ekwivalenti għal kapaċità annwali ta’ [17–20] GWh (8). Samsung SDI kellha l-intenzjoni li tuża [50–90] % ta’ din il-kapaċità biex taqdi s-suq taż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) u [10–40]% biex taqdi […]. (9) |
|
(16) |
Il-miżura ta’ għajnuna tappoġġja investimenti f’tagħmir u makkinarju relatat mal-produzzjoni taċ-ċelluli tal-batteriji, kif ukoll fil-faċilitajiet meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dawk iċ-ċelluli tal-batteriji. Samsung SDI kellha l-intenzjoni li tikkomplementa l-investiment fil-produzzjoni taċ-ċelluli b’investimenti addizzjonali fil-moduli tal-batteriji u fil-produzzjoni tal-pakketti tal-batteriji (10) li għalihom ma tintalab l-ebda għajnuna. L-Investiment 2 kellu jiġi implimentat f’żewġ fażijiet (11) (ara t-tabella 1, il-premessa (16) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(17) |
Ix-xogħlijiet fuq l-Investiment 2 bdew fl-1 ta’ Diċembru 2017, wara li l-benefiċjarju kien bagħat l-applikazzjoni għall-għajnuna rilevanti lill-Ungerija fit-13 ta’ Settembru 2017. L-investiment 2 kien mistenni li joħloq 1 200 impjieg dirett ġdid. |
|
(18) |
L-Ungerija kkonfermat li Samsung SDI ikkompletat ix-xiri tat-tagħmir meħtieġ għall-Investiment 2 sa tmiem l-2021 u li l-Investiment 2 laħaq il-kapaċità ta’ produzzjoni sħiħa f’Jannar 2022, kif ippjanat. |
|
(19) |
Skont l-Ungerija, Samsung SDI kellha l-intenzjoni li tiżviluppa u twettaq produzzjoni tal-massa ta’ ċelluli tal-batteriji għall-vetturi elettriċi bl-użu ta’ bidliet sinifikanti fit-tekniki, fit-tagħmir u fis-software. |
|
(20) |
L-għan tal-innovazzjonijiet ta’ proċessi ġodda ta’ Samsung SDI kien li jitnaqqsu ż-żmien u l-kostijiet għall-manifattura ta’ ċelluli tal-batteriji. Iċ-ċelluli tal-batteriji prodotti u xi wħud mill-materjali ta’ input użati fil-proċess tal-produzzjoni jiġu mmodifikati b’riżultat tal-implimentazzjoni tal-innovazzjonijiet tal-proċess matul iż-żewġ fażijiet tal-Investiment 2. |
|
(21) |
L-Ungerija spjegat ukoll li, fis-suq tal-batteriji għall-vetturi elettriċi, jeżistu tliet strutturi bażiċi distinti ta’ ċelluli (jiġifieri priżmatiċi — li jikkorrispondu għal dawk prodotti minn Samsung SDI f’Göd wara l-Investiment 1, ċelluli tal-borża u ċilindriċi) u li l-proċessi tal-produzzjoni sottostanti tagħhom, kif spjegat fil-premessa (17) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, huma differenti. |
|
(22) |
L-Ungerija spjegat li l-proċess tal-produzzjoni taċ-ċelluli tal-batteriji jikkonsisti fi tliet stadji (il-premessa (18) tad-deċiżjoni tal-ftuħ) u li l-innovazzjonijiet individwali tal-proċess li għandhom jiġu appoġġjati mill-miżura ta’ għajnuna koprew dawn it-tliet stadji kollha (il-premessa (19) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, li telenka wkoll il-proċessi ta’ innovazzjoni individwali l-aktar rilevanti skont l-Ungerija). |
|
(23) |
L-Ungerija spjegat ukoll li xi wħud minn dawn l-elementi ġodda jkunu protetti mill-privattivi, iżda essenzjalment il-Grupp Samsung SDI kien se jipproteġi l-biċċa l-kbira tal-proċess tal-produzzjoni l-ġdid permezz ta’ blackboxing (12). L-“istacking” tal-elettrodi, li kellu jiġi introdott mill-Investiment 2, kien għadu qed jiġi żviluppat u ttestjat fi […] fiż-żmien tan-notifika, iżda kien ippjanat li jiġi applikat fil-produzzjoni tal-massa fi […]. |
|
(24) |
L-Ungerija qieset li l-proċessi u t-tagħmir innovattivi msemmija hawn fuq kienu se jiġu introdotti fis-settur tal-produzzjoni tal-batteriji u l-akkumulaturi għall-vetturi elettriċi għall-ewwel darba fid-dinja kollha (ara l-premessa (21) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(25) |
Bħala konklużjoni, l-Ungerija qieset li l-proċess il-ġdid tal-produzzjoni kien jikkwalifika bħala “innovazzjoni ta’ proċess ġdid” skont it-tifsira tal-paragrafu 15 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali applikabbli fiż-żmien tan-notifika (13) (“ir-RAG”). L-Ungerija spjegat ukoll li, wara li sar l-investiment inkwistjoni, l-ishma mis-suq ta’ Samsung SDI huma mistennija li jiżdiedu minn [7–10] % fl-2019 għal [20–25] % fl-2023 fil-livell Ewropew u minn [7–10] % fl-2019 għal [10–13,5] % fl-2023 fil-livell globali. |
2.3.2. Kostijiet tal-investiment eliġibbli
|
(26) |
Il-kostijiet totali tal-investiment eliġibbli notifikati għall-Investiment 2 jammontaw għal HUF 380,628 biljun, ittondjati (EUR 1,2 biljun (14), ittondjati) fil-valur nominali, li huwa HUF 376,540 biljun, ittondjati (EUR 1,187 biljun, ittondjati) fil-valur preżenti (15). Il-kostijiet eliġibbli jinkludu l-kostijiet tal-bini, il-makkinarju u t-tagħmir (ara t-Tabelli 2 u 3 fil-premessa (23) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(27) |
L-Ungerija kkonfermat li assi ġodda biss ġew aċċettati bħala nefqa eliġibbli. Il-kostijiet eliġibbli għall-Investiment 2 ma jinkludu l-ebda kost tal-assi immaterjali jew kostijiet tal-lokazzjoni (ara l-premessa (155) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
2.4. Forma tal-għajnuna, awtorità li tagħti l-għajnuna u bażi legali nazzjonali
|
(28) |
Il-miżura ta’ għajnuna hija għotja fi flus kontanti mhux rimborżabbli u tikkostitwixxi għajnuna ad hoc notifikabbli individwalment, li taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni ta’ skema ta’ għajnuna li ġiet eżentata mill-obbligu ta’ notifika skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (16). |
|
(29) |
Il-bażi legali nazzjonali għan-notifika tal-miżura ta’ għajnuna hija d-Digriet tal-Gvern 210/2014 dwar l-użu tal-iskema allokata għall-promozzjoni tal-investiment. L-awtorità li tagħti l-għajnuna hija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija. |
2.5. Ammont tal-għajnuna
|
(30) |
L-għajnuna notifikata tammonta għal HUF 34,891 biljun, ittondjati (EUR 110 miljun, ittondjati) fil-valur nominali u HUF 34,304 biljun, ittondjati (EUR 108 miljun, ittondjati) fil-valur preżenti. L-Ungerija tat l-għajnuna, li kienet soġġetta biss għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, fis-27 ta’ Diċembru 2021. |
2.6. Intensità u akkumulazzjoni tal-għajnuna ma’ għajnuna oħra għall-investiment
|
(31) |
Fuq il-bażi tal-kostijiet totali eliġibbli notifikati ta’ HUF 380,628 biljun, ittondjati (EUR 1 200,000 miljun, ittondjati) fil-valur nominali, il-valur skontat tan-nefqa eliġibbli totali huwa ta’ HUF 376,540 biljun, ittondjati (EUR 1 187,111 miljun, ittondjati). Filwaqt li ħadet dawk iċ-ċifri bħala bażi, u applikat il-limitu massimu standard ta’ għajnuna reġjonali ta’ 35 % għal impriżi kbar li kienu applikabbli f’Göd taħt il-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-perjodu 2017–2021, kif ukoll ir-regoli dwar it-tnaqqis (17) tal-paragrafu 20(c), u l-paragrafu 86 tar-RAG, il-Kummissjoni kkalkulat li l-għajnuna reġjonali totali massima permissibbli għall-Investiment 2 hija ta’ HUF 49,360 biljun, ittondjati (EUR 155,616 miljun, ittondjati) fil-valur skontat, li huma ekwivalenti għal intensità tal-għajnuna massima ta’ 13,11 %. |
|
(32) |
L-għajnuna prevista ta’ HUF 34,304 biljun, ittondjati (EUR 108 miljun, ittondjati) fil-valur preżenti, għan-nefqa eliġibbli proposta ta’ HUF 376,540 biljun, ittondjati (EUR 1 187 miljun, ittondjati) fil-valur preżenti, tikkorrispondi għal intensità tal-għajnuna ta’ 9,11 %, ikkalkulata fuq il-bażi tal-kostijiet eliġibbli totali notifikati. |
|
(33) |
Fin-notifika tagħha, l-Ungerija ddikjarat li l-appoġġ finanzjarju taħt il-miżura ta’ għajnuna ma kienx se jiġi kkombinat ma’ xi appoġġ finanzjarju ieħor li kien se jiġi żborżat għall-istess kostijiet eliġibbli minn kwalunkwe sors lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea ieħor. |
|
(34) |
L-Ungerija tikkonferma li la l-ammont tal-għajnuna massimu approvat fil-valur preżenti u lanqas l-intensità tal-għajnuna approvata mhuma se jinqabżu jekk l-ammont tan-nefqa eliġibbli jiddevja mill-ammont stmat. |
2.7. Kontribuzzjoni proprja
|
(35) |
L-Ungerija kkonfermat li l-benefiċjarju tal-għajnuna kien se jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mill-inqas 25 % tal-kostijiet eliġibbli, permezz tar-riżorsi proprji tiegħu jew permezz ta’ finanzjament estern, f’forma li ma jkun fiha l-ebda appoġġ finanzjarju pubbliku. |
2.8. Manutenzjoni tal-attività megħjuna
|
(36) |
Il-miżura ta’ għajnuna tingħata bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju jżomm l-investiment fir-reġjun megħjun għal perjodu minimu ta’ 5 snin wara li jkun ġie kkompletat. |
2.9. Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
|
(37) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-investiment ippjanat kien jikkwalifika bħala innovazzjoni ta’ proċess ġdid u għalhekk kien eliġibbli għall-għajnuna taħt ir-RAG. Madankollu, kemm fid-deċiżjoni tal-ftuħ kif ukoll f’dik ta’ estensjoni, il-Kummissjoni qajmet dubji b’mod partikolari rigward l-effett ta’ inċentiv sostantiv tal-għajnuna u l-kredibbiltà tax-xenarju ta’ investiment alternattiv fiċ-Ċina, li l-Ungerija ppreżentat (ara t-Taqsima 3.4.1.4. tad-deċiżjoni tal-ftuħ u l-premessa (3) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). |
|
(38) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-possibbiltà li kombinament ta’ fatturi strateġiċi bħas-suq Ewropew li qed jespandi malajr, il-prossimità għall-klijenti Ewropej, ir-riskju ta’ trasferiment furzat tat-teknoloġija u l-klima politika u ekonomika ostili fiċ-Ċina fil-konfront ta’ impriżi tal-Korea t’Isfel, ma kienx se jikkostitwixxi kunsiderazzjonijiet strateġiċi prevalenti li kienu jwasslu lill-kumpanija sabiex, fi kwalunkwe każ, tillokalizza l-investiment tagħha fl-Ungerija, anke fin-nuqqas ta’ għajnuna. |
|
(39) |
It-tieni, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-għajnuna reġjonali proposta ma kinitx kruċjali għal deċiżjoni pożittiva dwar il-post favur l-Ungerija. Dan kien minħabba li l-Kummissjoni kellha dubji dwar l-eżistenza u, jekk kien hemm, il-firxa tad-diskrepanza ddikjarata ta’ EUR 173 miljun fil-valur preżenti nett (net present value, NPV) tal-Investiment 2 meta mqabbel mal-investiment kontrofattwali fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni nnutat li din id-diskrepanza kienet fil-biċċa l-kbira bbażata fuq differenzi sinifikanti fil-kostijiet tal-investiment bejn iż-żewġ postijiet ta’ investiment alternattivi, li kienu ġġustifikati mill-Ungerija u mill-benefiċjarju fuq il-bażi ta’ politika ta’ akkwist lokali (18). Madankollu, il-Kummissjoni esprimiet b’mod preċiż dubji rigward din il-politika ta’ akkwist lokali, li hija sabet li prima facie ma kinitx realistika jew kredibbli. Il-Kummissjoni qajment ukoll dubji dwar l-eżistenza ta’ allegat appoġġ pubbliku fiċ-Ċina għad-deċiżjoni dwar il-post mill-benefiċjarju, u r-rilevanza ta’ kwalunkwe appoġġ bħal dan, peress li dokumenti interni mill-Grupp Samsung SDI rigward id-deċiżjoni dwar il-post indikaw l-għajnuna mill-Ungerija bħala fattur deċiżiv għall-għażla tal-post, filwaqt li ma indikawx appoġġ pubbliku mill-awtoritajiet Ċiniżi. |
|
(40) |
Peress li kienet esprimiet dubji dwar ix-xenarju kontrofattwali u t-tqabbil tal-NPV, il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji rigward il-proporzjonalità tal-għajnuna (ara t-Taqsima 3.4.1.5. tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Barra minn hekk, il-Kummissjoni qajmet dubji rigward il-kontribuzzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali (ara t-Taqsima 3.4.1.1. tad-deċiżjoni tal-ftuħ) u l-adegwatezza tal-forma tal-għajnuna (ara t-Taqsima 3.4.1.3. tad-deċiżjoni tal-ftuħ) (ara wkoll il-premessa (4) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). |
|
(41) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni identifikat il-possibbiltà ta’ effetti negattivi mhux dovuti li jirriżultaw mill-għajnuna. B’mod partikolari, ma setgħetx teskludi l-possibbiltà li l-investiment kien mill-inqas indirettament kawżali għal rilokazzjoni tal-attivitajiet ta’ produzzjoni tal-pakketti tal-batteriji tal-Grupp Samsung SDI mill-Awstrija għall-Ungerija, li tkun tikkostitwixxi effett negattiv manifest fuq il-kummerċ skont it-tifsira tal-paragrafu 122 tar-RAG (ara t-Taqsima 3.4.2.4. tad-deċiżjoni tal-ftuħ u l-premessa (4) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni qieset ukoll li l-għajnuna seta’ kellha effett kontra l-koeżjoni billi attirat investimenti lil hinn minn reġjun Pollakk inqas żviluppat, li jkun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-TFUE (ara l-premessa (72) ta’ dik id-deċiżjoni). |
|
(42) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, kemm fid-deċiżjoni tal-ftuħ kif ukoll f’dik ta’ estensjoni, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna mas-suq intern. |
3. Kummenti mill-Ungerija u minn Samsung SDI
|
(43) |
B’appoġġ għall-affermazzjoni tagħha li l-Investiment 2 jista’ jibbenefika minn għajnuna reġjonali, l-Ungerija invokat sitwazzjoni tax-“xenarju 2” skont it-tifsira tal-paragrafu 61 tar-RAG, billi argumentat li mingħajr il-miżura ta’ għajnuna, il-proġett ta’ investiment kien jiġi implimentat f’Xi’an (iċ-Ċina), fejn il-Grupp Samsung SDI għandu s-sjieda konġunta, f’impriża konġunta (19), ta’ faċilità ta’ produzzjoni taċ-ċelluli tal-batteriji għall-vetturi elettriċi u ta’ art ħielsa suffiċjenti biex jospita estensjoni tal-impjant. (20) |
|
(44) |
L-Ungerija argumentat li l-Investiment 2 kien jikkwalifika bħala innovazzjoni ta’ proċess ġdid u għalhekk huwa eliġibbli għall-għajnuna taħt ir-RAG. L-Ungerija nnutat li l-Kummissjoni qablet ma’ din il-konklużjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha. |
3.1. Kontribuzzjoni għall-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni territorjali
|
(45) |
L-Ungerija spjegat li l-investiment kien se jikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali tar-reġjun tal-Ungerija Ċentrali (ara l-premessa (34) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Fl-2016, il-kontea ta’ Pest kellha prodott domestiku gross (il-“PDG”) per capita ta’ 54 % tal-medja tal-EU-28. |
|
(46) |
Barra minn hekk, l-Ungerija elenkat għadd ta’ effetti pożittivi li l-investiment ikun jiġġenera għall-iżvilupp tar-reġjun, inkluż il-ħolqien ta’ 1 200 impjieg dirett (ara l-premessa (35) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
3.2. Effett ta’ inċentiv
|
(47) |
L-Ungerija tenniet li Samsung SDI bagħtet l-applikazzjoni għall-għajnuna fit-13 ta’ Settembru 2017, filwaqt li x-xogħlijiet fuq l-Investiment 2 bdew fl-1 ta’ Diċembru 2017. L-Ungerija nnutat li l-Kummissjoni qablet li kien hemm konformità mat-test formali tal-effett ta’ inċentiv fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(48) |
L-Ungerija u Samsung SDI argumentaw ukoll li l-għajnuna tikkonforma mat-test sostantiv tal-effett ta’ inċentiv. Madankollu, fit-tweġibiet tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ, kemm l-Ungerija kif ukoll Samsung SDI rtiraw minn ċerti dikjarazzjonijiet inizjali li jinsabu fin-notifika u pprovdew argumenti u evidenza ġodda li kienu parzjalment jikkontradixxu d-dikjarazzjonijiet preċedenti. |
3.2.1. Xenarju kontrofattwali
|
(49) |
Il-proġett ta’ investiment f’Göd u x-xenarju kontrofattwali f’Xi’an li ġie ppreżentat fid-dokumenti ta’ notifika kienu jinkludu investimenti simili f’termini ta’ bini, makkinarju u tagħmir. B’mod partikolari, l-Ungerija kkonfermat li t-tip, il-kapaċità, u l-kwantità ta’ makkinarju u tagħmir ikunu identiċi fiż-żewġ xenarji ta’ investiment. Minkejja dan il-fatt, in-nefqa kapitali totali relatata mal-investiment tkun sinifikattivament ogħla fl-Ungerija milli fiċ-Ċina (EUR 215,3 miljun ogħla fil-valur preżenti). Filwaqt li l-kostijiet tal-bini huma kemxejn aktar baxxi fl-Ungerija meta mqabbla ma’ dawk fiċ-Ċina (peress li Samsung SDI tista’ tuża bini eżistenti għall-proġett ta’ investiment tagħha f’Göd), il-kostijiet tal-makkinarju u t-tagħmir ikunu sinifikattivament ogħla fl-Ungerija meta mqabbla ma’ dawk fiċ-Ċina. Skont l-informazzjoni li nkisbet l-ewwel mill-Ungerija fis-16 ta’ Ottubru 2018, din id-differenza hija dovuta għall-politika ta’ akkwist lokali tal-Grupp Samsung SDI, li skontha l-makkinarju u t-tagħmir jinxtraw kompletament fiż-ŻEE (li kieku l-investiment kellu jsir fl-Ungerija) jew fiċ-Ċina (li kieku l-investiment kellu jsir fiċ-Ċina). |
|
(50) |
L-Ungerija u Samsung SDI kkontestaw il-fehma preliminari tal-Kummissjoni (kif espressa fid-deċiżjoni tal-ftuħ) fejn qajmu dubji dwar l-eżistenza stess ta’ din il-politika ta’ akkwist lokali sħiħa. B’mod partikolari, huma spjegaw li, għall-Investiment 1, Samsung SDI kienet iddeċidiet, f’konformità ma’ restrizzjoni inkluża fil-politika ta’ akkwist lokali tagħha, li toqgħod fuq fornituri esperjenzati mill-Korea t’Isfel, ta’ makkinarju u tagħmir minflok fuq fornituri miż-ŻEE, sabiex jiġu minimizzati r-riskji. (21) Din iċ-ċirkostanza partikolari ma setgħetx tqajjem dubju dwar politika ta’ akkwist lokali ġenerali. |
|
(51) |
Madankollu, l-Ungerija spjegat li, għalkemm l-analiżi kontrofattwali tal-akkwist lokali ta’ Samsung SDI f’dan il-każ kienet ibbażata fuq premessa li kienet tirrifletti l-politika stabbilita tal-Grupp Samsung SDI, il-valutazzjoni ex ante tal-Kumitat tal-Investiment ta’ Samsung SDI “setgħet kienet (…) preżuntiva wisq rigward il-kapaċitajiet ta’ akkwist lokali tagħha”. (22) |
|
(52) |
L-Ungerija kkonfermat li sal-bidu tal-2019 — meta madwar [35-50] % tal-Investiment 2 ta’ Samsung SDI ġie ordnat mal-fornituri — Samsung SDI ma kinitx użat fornituri miż-ŻEE (ara l-premessa (44) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Minflok, il-maġġoranza l-kbira tat-tagħmir u l-makkinarju li ġew akkwistati għall-miżura ta’ għajnuna oriġinat, skont l-Ungerija, mill-Korea t’Isfel. L-Ungerija qieset, madankollu, li l-Kummissjoni ma tistax tiddependi fuq fatti ex post dwar l-akkwist reali biex tqajjem dubji dwar il-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet tan-negozju fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. |
|
(53) |
L-Ungerija spjegat li l-Grupp Samsung SDI kellu jirrikorri għall-fornituri mill-Korea t’Isfel għas-sit Ungeriż — u jinjora l-pjanijiet oriġinali tiegħu li ġew ippreżentati fid-dokumenti ta’ notifika — minħabba li t-tfittxija tiegħu għal fornituri lokali xierqa fiż-ŻEE ma wasslitx ir-riżultati mistennija. |
|
(54) |
Skont l-Ungerija, it-tfittxija ta’ Samsung SDI għal fornituri miż-ŻEE kienet diġà bdiet fl-2015 u, sa Mejju 2019, kienet għadha għaddejja. Ħlief għal kuntatti bilaterali ma’ ħames produtturi tat-tagħmir miż-ŻEE fl-2015, fl-2016 u fl-2017 (li fil-każ ta’ tnejn minnhom taw riżultati) (23), it-tfittxija laħqet il-qofol tagħha b’mod essenzjali f’konferenza li ġiet organizzata b’mod konġunt mill-Grupp Samsung SDI u l-[…] (24), li saret fl-24 ta’ Frar 2017 fi […] (jiġifieri 8 xhur qabel id-deċiżjoni ta’ investiment ta’ Samsung SDI). Skont l-Ungerija, minn 24 parteċipant fil-konferenza (u ħames kumpaniji oħra, li ġew ikkuntattjati bilateralment mill-Grupp Samsung SDI wara l-konferenza), il-maġġoranza (23) tal-fornituri potenzjali miż-ŻEE ġew miċħuda għal diversi raġunijiet (25) qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni finali li jsir investiment fl-Ungerija fis-27 ta’ Novembru 2017. Wara d-deċiżjoni ta’ investiment, id-diskussjonijiet komplew ma’ sitt fornituri potenzjali miż-ŻEE biss, iżda li setgħu jipprovdu biss tagħmir għal porzjon żgħir tal-ħtiġijiet ta’ Samsung SDI għall-Investiment 2 fl-Ungerija. |
|
(55) |
Skont l-Ungerija, fiċ-Ċina, il-Grupp Samsung SDI kellu biżżejjed esperjenza (26) u kuntatti ma’ fornituri lokali u għalhekk ma kellux bżonn - fil-fażi tal-ippjanar tal-investiment notifikat - jieħu azzjonijiet speċifiċi biex jiġbor informazzjoni dwar il-kapaċitajiet tekniċi tagħhom u l-ipprezzar tat-tagħmir standard. |
|
(56) |
L-Ungerija spjegat ukoll li, għat-tagħmir u l-makkinarju użati għall-implimentazzjoni tal-innovazzjoni ta’ proċess ġdid, il-Grupp Samsung SDI wettaq rieżamijiet tekniċi fiċ-Ċina mit-8 sat-12 ta’ Jannar 2017. Il-konklużjonijiet ta’ dawn ir-rieżamijiet tekniċi kienu li, filwaqt li l-produtturi Ċiniżi kienu għamlu titjib teknoloġiku sinifikanti meta mqabbel mas-sitwazzjoni kif kienet teżisti 2-3 snin qabel u sadanittant kienu kisbu l-kompetittività tal-prezzijiet (peress li kienu [5-30] % orħos minn dawk tal-fornituri mill-Korea t’Isfel), huma ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Grupp Samsung SDI. |
|
(57) |
B’mod aktar ġenerali, l-Ungerija kkontestat id-dubji tal-Kummissjoni rigward ir-realtà tax-xenarju kontrofattwali Ċiniż. |
|
(58) |
L-ewwel nett, l-Ungerija ċaħdet l-eżistenza ta’ strateġija ta’ investiment reġjonalizzata (27), li r-riżultat tagħha kien ikun li l-proġett ta’ investiment kien fi kwalunkwe każ iseħħ fl-Ungerija. L-Ungerija tqis li dawn id-dubji huma fil-fatt ibbażati fuq l-interpretazzjoni ħażina tal-Kummissjoni tal-minuti ta’ laqgħa interna tal-Grupp Samsung SDI li saret fil-21 ta’ Settembru 2017, rigward ir-“Review for new production investment to EU&[…]” (28), li għaliha attendew bosta Maniġers tal-Grupp Samsung SDI u l-Uffiċjal Kap Finanzjarju tiegħu. L-Ungerija tinnota li, li kieku kienet teżisti din l-istrateġija, kien ikun ifisser li investiment simili kien se jsir fi […], li ma kienx il-każ. |
|
(59) |
It-tieni nett, l-Ungerija u Samsung SDI spjegaw li Samsung SDI kellha l-mezzi u l-esperjenza biex tipproteġi b’mod adegwat id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (il-“PI”) tagħha fiċ-Ċina. Samsung SDI spjegat li, fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post, hija diġà kellha esperjenza sinifikanti fl-istabbiliment tal-impjanti tal-produzzjoni fiċ-Ċina (il-fabbrika ta’ Tianjin tmur lura għall-1996) u fil-protezzjoni tad-drittijiet ta’ PI tagħha. Kienu diġà ttieħdu miżuri speċifiċi, kif jintwera mill-evidenza prodotta minn Samsung SDI, biex jiġu protetti dawn id-drittijiet, bħall-blackboxing (ara l-premessa (23)), ftehimiet ta’ kunfidenzjalità għall-impjegati u għall-azzjonisti Ċiniżi u politiki stretti dwar l-aċċess għall-fabbrika (bħal skennjar tas-sigurtà, kontroll ta’ apparati elettroniċi), li fil-prattika wrew li kienu adegwati biex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ ksur tal-PI. Samsung SDI pprovdiet informazzjoni addizzjonali li tagħti prova li l-amministrazzjoni Ċiniża ħabbret f’Ottubru 2017 (jiġifieri qabel id-deċiżjoni ta’ investiment) fid-19-il kungress nazzjonali tal-leġiżlazzjoni tal-partit komunista biex issaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-PI. L-Ungerija u Samsung SDI jsostnu li, b’riżultat ta’ dan, il-Grupp Samsung SDI ma kien ikollu l-ebda raġuni biex jeskludi investiment kontrofattwali fiċ-Ċina minħabba tħassib dwar il-PI. |
|
(60) |
It-tielet, l-Ungerija u Samsung SDI kkontestaw id-dubji preliminari tal-Kummissjoni rigward allegat ambjent ostili fiċ-Ċina fil-konfront ta’ kumpaniji mill-Korea t’Isfel. Samsung SDI kkonfermat li l-Grupp Samsung SDI kellu relazzjonijiet kummerċjali tajbin mal-awtoritajiet Ċiniżi, kif ikkonfermat mill-offerti ta’ għajnuna li rċieva b’rabta ma’ dan l-investiment jew ma’ investimenti oħra. Samsung SDI spjegat li l-allegat ambjent ostili kien jirrigwarda l-bejgħ fis-suq domestiku Ċiniż, li kien ikun irrilevanti fil-każ preżenti, peress li l-produzzjoni f’dan l-investiment kienet tkun iddedikata għas-swieq ta’ esportazzjoni. Għalhekk, id-dubji espressi mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward ikunu infondati. Samsung SDI pprovdiet ukoll preżentazzjoni interna li tħejjiet mit-tim tal-ippjanar tad-Diviżjoni tan-Negozju tal-Karozzi u tal-ESS ta’ Samsung SDI u li ġiet ippreżentata fil-laqgħa tal-21 ta’ Settembru 2017 (ara l-premessa (58)) (“ir-rapport intern tal-21 ta’ Settembru 2017”); skont Samsung SDI, dan id-dokument (tqabbil kwalitattiv ta’ sit b’sit) juri li l-Grupp Samsung SDI ta klassifikazzjoni […] għar-relazzjoni tiegħu mal-awtoritajiet Ċiniżi. |
|
(61) |
Ir-raba’ nett, biex ma tagħtix prova tas-suppożizzjoni ġenerali li l-Investiment 1 kien ġie segwit fl-Ungerija bl-intenzjoni li dan jiżdied aktar tard, l-Ungerija bagħtet lill-Kummissjoni tabella Excel ipprovduta minn Samsung SDI li tindika li, fl-2020, il-faċilità ta’ produzzjoni ta’ Xi’an kellha biss żewġ linji ta’ produzzjoni (li jikkorrispondu għaż-żewġ linji ta’ produzzjoni oriġinali stabbiliti taħt l-Investiment 1). |
3.2.2. Livelli ta’ akkwist lokali kkalkulati mill-ġdid kemm fix-xenarju kontrofattwali ta’ Xi’an (iċ-Ċina) kif ukoll f’dak ta’ Göd (l-Ungerija)
3.2.2.1.
|
(62) |
L-Ungerija u Samsung SDI kkontestaw is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li l-Grupp Samsung SDI ma kien jakkwista l-ebda tagħmir lokalment fiċ-Ċina li kieku għażel lil Xi’an bħala l-post ta’ investiment. Huma spjegaw li l-[…] u l-kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità li prima facie setgħu jaffettwaw l-affidabbiltà tal-fornituri Ċiniżi (29) setgħu ġew indirizzati bl-involviment tal-awtoritajiet Ċiniżi (30) (li, madankollu, ikun possibbli biss li kieku l-investiment kellu jsir fiċ-Ċina), billi jiġi pprovdut appoġġ tekniku lill-fornituri Ċiniżi u jintbagħtu inġiniera tal-SDI mill-kwartieri ġenerali ta’ Samsung SDI fil-Korea t’Isfel biex jaħdmu mill-qrib magħhom (31) u billi jintużaw arranġamenti kuntrattwali speċifiċi u ftehimiet ta’ żvilupp konġunt mal-bejjiegħa (32). Fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità, l-Ungerija argumentat ukoll li, ħlief għal magni speċifiċi, ma hemm l-ebda tħassib dwar il-kunfidenzjalità rigward il-fornituri ta’ makkinarju u tagħmir użati għad-diversi stadji fil-proċess tal-produzzjoni tal-batteriji. Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Ungerija sostniet ukoll li, abbażi tal-kalkoli mill-ġdid ex post ta’ Samsung SDI bl-użu tad-data disponibbli fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ investiment, proporzjon tal-akkwist lokali ta’ tagħmir u makkinarju ugwali għal [31–35] % (33) tan-nefqa ta’ investiment eliġibbli kien ikun realistiku f’Xi’an, iċ-Ċina, fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. |
|
(63) |
Ir-rata ta’ akkwist lokali ta’ referenza ta’ [31–35] % fiċ-Ċina kienet ibbażata fuq l-ipoteżi li l-Grupp Samsung SDI kien jakkwista:
|
|
(64) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Ungerija ppreżentat żewġ argumenti oħra b’appoġġ għall-affermazzjoni tagħha li livell sinifikanti ta’ akkwist lokali fiċ-Ċina kien realistiku fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ investiment f’Novembru 2017. |
|
(65) |
L-ewwel nett, hija sostniet li matul il-perjodu 2015–2016 u 2018–2019, il-Grupp Samsung SDI kien kiseb proporzjon ta’ akkwist lokali ta’ makkinarju u tagħmir bejn [10–15] % u [25–30] % fl-impjant ta’ Tianjin tiegħu (bħala medja [25–30] % għall-perjodu 2015–2016 u [15–20] % fil-perjodu 2018–2019). L-Ungerija qieset li l-investiment ta’ Tianjin kien jikkostitwixxi parametru referenzjarju rilevanti għall-proġett ta’ investiment notifikat minħabba li l-linji tal-manifattura rispettivi għandhom “karatteristiċi simili” u “jiddependu fuq makkinarju u tagħmir analogu”. It-tieni, l-Ungerija ppreżentat evidenza dwar il-livell ta’ żvilupp teknoloġiku fis-suq tat-tagħmir u l-makkinarju Ċiniż fl-2017 (għas-sommarju tagħha, ara l-premessa (11) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). |
|
(66) |
L-Ungerija u Samsung SDI fakkru wkoll li t-tfittxija għal fornituri lokali hija proċess dinamiku li jista’ jevolvi matul iż-żmien, u b’hekk potenzjalment iwassal għal ishma tal-akkwist lokali li jkunu ogħla minn dak assigurat fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ investiment. |
|
(67) |
L-Ungerija u Samsung SDI qiesu wkoll li, fin-nuqqas ta’ akkwist lokali, il-benefiċjarju juża l-fornituri tiegħu mill-Korea t’Isfel. F’dan il-każ, jeħtieġ li jitqiesu elementi tal-kostijiet addizzjonali. Dawn jinkludu l-kostijiet tat-trasport fuq l-ilma tal-makkinarju u t-tagħmir lejn l-impjant fiċ-Ċina (stmati għal [2–3] % tal-kostijiet tal-makkinarju u t-tagħmir rispettivi), żieda ta’ [18–22] % biex jitqies l-involviment tal-kwartieri ġenerali tal-Grupp Samsung SDI fil-Korea t’Isfel (il-“KĠ ta’ Samsung SDI”) fil-proċess tal-akkwist (36) u d-dazji doganali ta’ 1,1 % li għandhom jitħallsu għal dan il-makkinarju u t-tagħmir li għandu jiġi importat fiċ-Ċina mill-Korea t’Isfel. |
3.2.2.2.
|
(68) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Ungerija qieset li l-Kummissjoni ma kellha “l-ebda raġuni biex tiddubita li l-akkwist lokali kien suppożizzjoni ex ante kredibbli għal Samsung SDI fiż-żmien li ddeċidiet li tinvesti f’Göd”. L-Ungerija sostniet li kien “irrilevanti kif l-akkwist ta’ tagħmir u makkinarju għall-Ungerija sar ex post, meta mqabbel ma’ dak li Samsung kienet inizjalment ipprevediet f’konformità mal-politika ta’ akkwist lokali stabbilita tagħha”. |
|
(69) |
L-Ungerija spjegat li, għall-kuntrarju tal-fehmiet preliminari tal-Kummissjoni, il-Grupp Samsung SDI ma setax jakkwista tagħmir minn fornituri Ċiniżi orħos, minħabba […] (b’mod partikolari […]). Fi kwalunkwe każ, l-Ungerija nnutat li peress li l-kostijiet preżunti tal-akkwist mill-fornituri mill-Korea t’Isfel kienu virtwalment identiċi għal dawk tal-akkwist fiż-ŻEE (minbarra l-kostijiet tat-trasport fuq l-ilma, stmati għal [3–4] % tal-kostijiet tal-makkinarju u t-tagħmir rispettivi), perċentwal ta’ akkwist lokali ta’ inqas minn 100 % fl-Ungerija jkollu impatt limitat ħafna fuq l-eżitu tal-NPV ex ante tal-investiment fl-Ungerija. |
|
(70) |
Skont l-Ungerija, l-akkwist tal-makkinarju u t-tagħmir bil-KĠ ta’ Samsung SDI jaġixxu bħala intermedjarju jista’ jissostitwixxi l-isforzi tal-akkwist lokali minn Samsung SDI kull meta dawn tal-aħħar ma jkunux fattibbli. Fil-każ ta’ akkwist ċentrali permezz tal-KĠ ta’ Samsung SDI, ikunu japplikaw kostijiet tat-trasport fuq l-ilma u żieda ta’ [18–22] % (filwaqt li l-ebda dazju doganali ma jkun pagabbli). |
|
(71) |
Wara l-iskambju sussegwenti ta’ korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-Ungerija, l-Ungerija ppreżentat diskrepanza ikkalkulata mill-ġdid tal-NPV f’Jannar 2023, li fiha s-sehem tal-akkwist ta’ makkinarju u tagħmir minn barra ż-ŻEE għall-impjant ta’ Göd fi tmiem l-2021 kien indikat għal [94–99] %, filwaqt li s-sehem tal-akkwist miż-ŻEE kien stabbilit għal [1–1,5] %. |
3.2.2.3.
|
(72) |
L-Ungerija u Samsung SDI jargumentaw li, jekk il-Kummissjoni tirrifjuta s-suppożizzjoni inizjali ta’ Samsung SDI fir-rigward ta’ akkwist kompletament lokali, abbażi tal-politika tal-Grupp Samsung SDI, il-kalkoli tal-VPN għandhom jinkludu żieda ta’ [18–22] % (37). F’konformità mal-esperjenza reali ta’ Samsung SDI, din iż-żieda tkun iġġustifikata mill-fatt li l-makkinarju u t-tagħmir l-ewwel jinxtraw mill-produtturi mill-Korea t’Isfel mill-Istabbiliment Prinċipali ta’ Samsung SDI u mbagħad it-tagħmir rispettiv jinbiegħ lil Samsung SDI fl-Ungerija jew fiċ-Ċina, wara li tiġi applikata żieda ta’ [18–22] % mal-bażi tal-kost sottostanti (li tkun tikkonsisti fil-prezz tal-akkwiżizzjoni u l-kostijiet l-oħra kollha mġarrba mill-Istabbiliment Prinċipali ta’ Samsung SDI fir-rigward tax-xiri, il-konsenja u l-istabbiliment tal-makkinarju u t-tagħmir fis-sit tal-investiment lokali sakemm il-produzzjoni tal-massa tkun tista’ titħaddem fuqu). Din iż-żieda ta’ [18–22] % tikkorrispondi għad-differenza nominali bejn il-prezzijiet tax-xiri tal-Istabbiliment Prinċipali ta’ Samsung SDI u l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid li jkunu bbażati fuq fatturi li huwa jitlob lill-affiljati lokali tiegħu. Dan ikun livell raġonevoli u xieraq għal dawn it-tranżazzjonijiet intragrupp, li mhux biss jinkludu x-xiri tat-tagħmir iżda wkoll servizzi addizzjonali pprovduti mill-KĠ ta’ Samsung SDI. L-Ungerija u Samsung SDI jargumentaw li din iż-żieda ta’ [18–22] % tkun tikkostitwixxi prezz konformi mas-suq, kif jintwera kemm minn studji qabel id-deċiżjoni dwar il-post f’dan il-każ kif ukoll minn studji prodotti lill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni preżenti (38). |
3.2.3. Appoġġ pubbliku għall-post alternattiv propost f’Xi’an, iċ-Ċina
|
(73) |
Għalkemm l-Ungerija kienet inizjalment indikat lill-Kummissjoni li l-benefiċjarju “ma rċieva l-ebda offerta ta’ sussidju” mill-Gvern Ċiniż matul il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (ara l-premessa (13) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni), sussegwentement l-Ungerija ddistakkat ruħha minn din id-dikjarazzjoni. |
|
(74) |
L-Ungerija u Samsung SDI sussegwentement sostnew li għotja ta’ investiment dirett li tkopri [15–20] % tal-kostijiet tal-investiment kienet tkun disponibbli fiċ-Ċina. Huma sostnew ukoll li li kieku l-investiment kien twettaq fiċ-Ċina, probabbilment kien jibbenefika minn rata tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu (corporate income tax, CIT) ta’ 15 % minflok ir-rata standard ta’ 25 %. |
|
(75) |
Fir-rigward tal-għotja, l-Ungerija u Samsung SDI pproduċew offerta mhux iffirmata u mhux ittimbrata ddatata t-23 ta’ Frar 2017 mill-Gvern lokali Ċiniż, li kien fiha żewġ għażliet (ara l-premessa (16) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). L-Ungerija u Samsung SDI pprovdew evidenza addizzjonali, notevolment li tiddokumenta l-andament tan-negozjati bejn il-Grupp Samsung SDI u l-Gvern lokali Ċiniż minn Jannar sa Lulju 2017 (39) u offerta ta’ għajnuna aġġornata ddatata t-23 ta’ Mejju 2018. Fid-dawl ta’ din l-evidenza addizzjonali, l-Ungerija u Samsung SDI jsostnu li n-negozjati rigward għotja ta’ [15–20] % kienu serji u realistiċi; kienet biss il-possibbiltà li tinkiseb għotja saħansitra ogħla li tilħaq [25–30] % tal-kostijiet tal-investiment li mhux ċara. |
|
(76) |
Fir-rigward ta’ livell aktar baxx possibbli ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu ta’ 15 %, l-Ungerija spjegat li s-suppożizzjoni inizjali tal-Grupp Samsung SDI rigward rata tas-CIT ta’ 25 % fiċ-Ċina kienet ibbażata fuq stima pjuttost konservattiva. L-Ungerija sostniet li kien ikun leġittimu għall-Grupp Samsung SDI li jieħu rata tat-taxxa ħafna aktar baxxa ta’ 15 % fiċ-Ċina bħala bażi għall-kalkoli tal-NPV tiegħu (ara l-premessi (25) u (26) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni) (40). |
|
(77) |
L-Ungerija u l-benefiċjarju spjegaw li r-rapport intern tal-21 ta’ Settembru 2017 juri li l-Grupp Samsung SDI kien jaf bl-offerta potenzjali ta’ sussidju Ċiniż. Skont Samsung SDI, il-fatt li dawn is-sussidji ma ġewx ikkunsidrati fil-kalkoli tad-diskrepanza fil-vijabbiltà li ġew ippreżentati lill-Kumitat tal-Investiment ta’ SDI u lill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Samsung SDI fl-istadji suċċessivi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li wasslu għad-deċiżjoni dwar il-post u ta’ investiment mhuwiex rilevanti: hija politika standard tal-Grupp Samsung SDI li jikkunsidra l-għajnuna biss wara l-kalkoli tal-NPV, kif jintwera wkoll mill-fatt li l-għajnuna potenzjali mill-Ungerija lanqas ma ġiet ikkunsidrata fl-istadju tal-kalkoli tal-NPV. |
3.2.4. Introduzzjoni minn Samsung SDI ta’ approċċ “diskret” u “probabilistiku” għal kalkolu tad-diskrepanza fil-vijabbiltà
|
(78) |
Għalkemm l-Ungerija ma qablitx mad-dubji tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tqabbil tal-NPV, hija spjegat li kienet lesta li tqabbel xi xenarji plawżibbli oħra ta’ vijabbiltà, bl-iskop li turi kif id-diskrepanza fil-vijabbiltà bejn l-Ungerija u ċ-Ċina tibqa’ sinifikanti f’dawn ix-xenarji u li, b’riżultat ta’ dan, l-għajnuna mill-Istat offruta lil Samsung SDI mill-Ungerija żżomm l-effett ta’ inċentiv tagħha. B’mod aktar speċifiku, Samsung SDI kkalkulat mill-ġdid id-diskrepanza tal-NPV wara d-deċiżjoni tal-ftuħ, filwaqt li pprevediet żewġ approċċi: approċċ “diskret”, li jinvolvi erba’ xenarji differenti, u approċċ “probabilistiku”, li jwassal għal tliet xenarji possibbli. |
|
(79) |
Taħt l-approċċ diskret, Samsung SDI kkalkulat żewġ diskrepanzi tal-NPV mingħajr l-ebda akkwist lokali fiċ-Ċina jew fl-Ungerija, iżda billi kkunsidrat jew għotja Ċiniża lokali ta’ [15–20] % tal-investiment, jew rata tas-CIT ta’ 15 %. Fiż-żewġ xenarji, Samsung SDI targumenta li d-diskrepanza fil-vijabbiltà tibqa’ komparabbli mad-diskrepanza oriġinali ta’ EUR 173 miljun jew taqbiżha. It-tielet diskrepanza tal-NPV li ġiet ikkalkulata mill-ġdid abbażi ta’ rata ta’ akkwist lokali ta’ [31–35] % għall-investiment fiċ-Ċina (u ebda akkwist lokali għall-investiment fl-Ungerija), l-ebda sussidju u rata tas-CIT ta’ 25 % għall-investiment fiċ-Ċina, tkun twassal għal diskrepanza tal-NPV li tkun aktar baxxa minn dik oriġinali iżda bl-istess ammont ta’ għajnuna mill-Istat propost mill-Ungerija. Fl-aħħar nett, ir-raba’ diskrepanza tal-NPV ikkalkulata mill-ġdid abbażi ta’ rata ta’ akkwist lokali ta’ [25–30] % għall-investiment fiċ-Ċina (u l-ebda akkwist lokali fl-Ungerija), l-ebda sussidju u rata tas-CIT ta’ 25 % għall-investiment fiċ-Ċina, tkun twassal għal diskrepanza tal-NPV li tkun aktar baxxa kemm mid-diskrepanza tal-NPV oriġinali kif ukoll mill-ammont ta’ għajnuna mill-Istat propost mill-Ungerija. |
|
(80) |
Samsung SDI argumentat li l-metodoloġija diskreta ta’ hawn fuq ma kinitx tirrifletti b’mod preċiż il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li wassal għall-investiment. Minflok, hija qieset li approċċ probabilistiku jkun riflessjoni aktar realistika li tikkunsidra l-fatturi kollha li kienu rilevanti għal Samsung SDI meta ddeċidiet dwar il-post tal-investiment. |
|
(81) |
It-tliet “xenarji probabilistiċi” proposti minn Samsung SDI wara d-deċiżjoni tal-ftuħ jikkombinaw it-tliet fatturi differenti (jiġifieri l-akkwist lokali ta’ [25–30] % għall-investiment fiċ-Ċina, għotja ta’ [15–20] % mill-awtoritajiet Ċiniżi, u rata tas-CIT ta’ 15 %) li għalihom jiġu applikati koeffiċjenti tal-probabbiltà differenti biex jirriflettu l-inċertezza relatata mal-materjalizzazzjoni ta’ dawn il-fatturi. Il-koeffiċjenti tal-probabbiltà proposti huma ta’ 100 % għall-fattur relatat mal-akkwist lokali konservattiv ta’ [25–30] % fiċ-Ċina għat-tliet xenarji kollha, u alternattivament ta’ 25 % jew 0 % għaż-żewġ fatturi l-oħra (f’żewġ xenarji) jew it-tnejn li huma ta’ 25 % (fit-tielet xenarju) (41). Samsung tispjega li t-tliet diskrepanzi kollha tal-NPV ikkalkulati mill-ġdid li jirriżultaw jinsabu fil-medda tad-diskrepanza tal-NPV oriġinali, u t-tlieta li huma huma ogħla mill-ammont ta’ għajnuna mill-Istat propost mill-Ungerija. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-Ungerija argumentat li l-effett ta’ inċentiv tal-ammont notifikat ta’ għajnuna jkun ikkonfermat. |
|
(82) |
L-Ungerija argumentat li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra dan il-kalkolu mill-ġdid ex post tad-diskrepanzi tal-NPV, imwettaq fuq il-bażi ta’ data storika minkejja li ma kienx ikkunsidrat mir-riċevitur tal-għajnuna fil-mument li għażel il-post tal-investiment. |
|
(83) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni, l-Ungerija u Samsung SDI argumentaw li dokument intern tal-kumpanija li huwa kontemporanju għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ipprovdut minn Samsung SDI jappoġġja l-affermazzjoni li l-benefiċjarju applika approċċ intrinsikament probabilistiku fl-istadju ex ante tal-valutazzjoni tal-investiment. F’dak ir-rigward, huma rreferew, b’mod aktar preċiż, għar-rapport intern tal-21 ta’ Settembru 2017. |
3.3. Proporzjonalità
|
(84) |
L-Ungerija spjegat li l-miżura ta’ għajnuna fittxet li tikkumpensa — parzjalment — l-iżvantaġġ tal-kostijiet iddikjarat ta’ EUR 173 miljun sabiex tattira l-investiment lejn reġjun megħjun. L-Ungerija kkonfermat li l-Grupp Samsung SDI kien lest li jġarrab l-iżvantaġġ tal-kostijiet li jifdal ta’ EUR 65 miljun, peress li qieset li huwa jibbenefika minn ċerti vantaġġi kwalitattivi u strateġiċi tas-sit Ungeriż. |
|
(85) |
L-Ungerija u Samsung SDI tennew li, anke jekk id-diskrepanza tal-NPV tkun teħtieġ li tiġi kkalkulata mill-ġdid (ara t-Taqsima 3.2.4), l-ammont tal-għajnuna, sal-punt li jibqa’ fil-limitu ta’ din id-diskrepanza riveduta tal-NPV, jibqa’ proporzjonat. |
3.4. Neċessità u adegwatezza
|
(86) |
L-Ungerija spjegat li l-ħtieġa għal għajnuna fiż-żona kkonċernata, jiġifieri l-Ungerija Ċentrali, hija kkonfermata mill-istatus tagħha bħala żona megħjuna taħt l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE. Fil-passat, ir-reġjun tal-Ungerija Ċentrali bbenefika minn bosta miżuri orizzontali u mhux ta’ għajnuna, li waħidhom ma kinux suffiċjenti biex jindirizzaw l-iżvantaġġi reġjonali taż-żona. Il-Kontea ta’ Pest baqgħet partikolarment sottożviluppata meta mqabbla mal-bqija tar-reġjun tal-Ungerija Ċentrali. |
|
(87) |
L-Ungerija qieset li, skont il-prattika tal-Kummissjoni, għotja diretta tikkostitwixxi strument ta’ għajnuna xieraq sabiex jintlaħaq l-objettiv mixtieq, li huwa li l-investiment jiġi attirat lejn Göd. |
3.5. Effetti negattivi żejda fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(88) |
L-ewwel nett, l-Ungerija nnutat li l-istess klijenti jinqdew irrispettivament minn jekk iċ-ċelluli tal-batteriji għall-vetturi elettriċi jiġux prodotti fiċ-Ċina jew fl-Ungerija. Volumi ugwali jiġu prodotti u mibjugħa bl-istess prezzijiet, biex jiġu fornuti l-istess swieq ġeografiċi (jiġifieri ż-ŻEE u […]). |
|
(89) |
It-tieni, l-Ungerija ma kkontestatx il-fatt li t-tfittxija tal-post għall-proġett ta’ investiment mhux biss kienet inkludiet it-tliet impjanti eżistenti taċ-ċelluli tal-batteriji tal-Grupp Samsung SDI fiċ-Ċina, fil-Korea t’Isfel, u fl-Ungerija (kif iddikjarat fin-notifika u matul il-fażi ta’ eżaminazzjoni preliminari), iżda li anke siti tal-investiment f’żoni ġodda kienu tqiesu fiċ-Ċina (Wuxi), fil-Polonja (Środa), fis-Slovakkja (Sereď), fl-Ungerija (Tatabánya) u fiċ-Ċekja (Most Joseph). L-Ungerija u Samsung SDI spjegaw madankollu li dawn il-possibbiltajiet l-oħra, li kienu jkunu investimenti f’żoni ġodda, ġew esklużi fi stadju bikri fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Samsung SDI fakkret li l-kapaċità tal-Grupp tagħha f’dak iż-żmien ma laħqitx il-mira tal-bejgħ tagħha fl-Ewropa u […]; għalhekk, it-tim tal-ippjanar tad-Diviżjoni tan-Negozju ta’ Samsung SDI ppropona pjan ta’ investiment biex tiżdied dik il-kapaċità malajr kemm jista’ jkun. Għaldaqstant, l-investimenti f’żoni ġodda ma kinux jilħqu dan l-objettiv. It-tim tal-ippjanar żamm biss żewġ postijiet abbandunati: Göd u Xi’an. Għalhekk, l-interpretazzjoni mill-Kummissjoni tad-dokumenti interni dwar il-laqgħa tal-21 ta’ Settembru 2017 (42) tkun skorretta. |
|
(90) |
It-tielet, fir-rigward ta’ rilokazzjoni possibbli fiż-ŻEE, l-Ungerija l-ewwel argumentat li l-attivitajiet ta’ produzzjoni fl-Awstrija (pakketti tal-batteriji) u l-attività megħjuna fl-Ungerija (ċelluli tal-batteriji) kienu materjalment u teknoloġikament differenti (il-Kummissjoni stess kienet aċċettat li l-proċess tal-produzzjoni għaċ-ċelluli tal-batteriji l-ġodda f’Göd kien jikkostitwixxi “proċess innovattiv ġdid” (ara l-premessi (89) sa (101) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-attivitajiet fl-impjant Awstrijak tal-Grupp Samsung SDI kien jinkludi orjentazzjoni mill-ġdid tal-missjoni ta’ dak l-impjant u ma kienx jikkostitwixxi għeluq parzjali skont it-tifsira tar-RAG. Fi kwalunkwe każ, ma jkun hemm l-ebda rabta kawżali bejn it-tnaqqis tal-attivitajiet fl-Awstrija u l-għajnuna fl-Ungerija għall-espansjoni tas-sit ta’ Göd. |
4. Kummenti mill-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Enerġija tal-Korea t’Isfel dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni
|
(91) |
Fil-kummenti tagħha, il-Korea t’Isfel irrikonoxxiet l-isforzi tal-Kummissjoni biex issolvi l-kwistjonijiet irrappurtati fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali tagħha li għaddejja bħalissa. Hija indikat ukoll li jistgħu jkunu mistennija investimenti ulterjuri ta’ Samsung SDI fl-Ewropa u deċiżjoni pożittiva meħuda mill-Kummissjoni f’dan il-każ isservi bħala katalizzatur għall-investimenti ulterjuri ta’ Samsung SDI. |
|
(92) |
L-Ungerija kkonfermat li ma kellha l-ebda osservazzjoni dwar il-kummenti mibgħuta mill-Korea t’Isfel. |
5. Valutazzjoni
5.1. Eżistenza ta’ għajnuna
|
(93) |
Għar-raġunijiet stabbiliti fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessi (71) sa (76) tagħha), il-Kummissjoni qieset li l-miżura ta’ għajnuna kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, peress li kienet imputabbli lill-Istat u ngħatat permezz ta’ riżorsi tal-Istat, kienet selettiva, akkwistat vantaġġ ekonomiku għal Samsung SDI, x’aktarx li kienet se taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u ħolqot distorsjoni jew heddet li toħloq distorsjoni għall-kompetizzjoni. Dik il-valutazzjoni tibqa’ valida, u għalhekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
5.2. Legalità tal-miżura ta’ għajnuna
|
(94) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessi (77) sa (80) tagħha), il-Kummissjoni fakkret li jekk l-ammont ta’ għajnuna għall-investiment reġjonali li għandu jingħata jkun jaqbeż il-livell limitu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, għajnuna ma tkunx koperta mill-eżenzjoni pprovduta minn dak ir-Regolament u għaldaqstant trid tiġi notifikata individwalment lill-Kummissjoni. F’dan il-każ, fiż-żona ta’ Göd, il-livell limitu applikabbli huwa ta’ EUR 26,25 miljun. Għalhekk, il-miżura ta’ għajnuna prevista ta’ EUR 108 miljun ma setgħetx tiġi eżentata min-notifika. |
|
(95) |
Barra minn hekk, skont il-paragrafu 15 tar-RAG, l-għajnuna reġjonali għall-investimenti ta’ impriżi kbar f’żoni li jkunu eliġibbli għall-għajnuna reġjonali taħt l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE titqies li hija kompatibbli biss jekk tingħata għal investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda f’dawn iż-żoni, jew għad-diversifikazzjoni ta’ stabbilimenti eżistenti fi prodotti ġodda jew innovazzjonijiet ta’ proċessi ġodda. L-għajnuna għal dawn l-attivitajiet tkun notifikabbli individwalment sakemm ma tkunx tappoġġja investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda f’dawn iż-żoni. L-obbligu li l-għajnuna tiġi notifikata individwalment għad-diversifikazzjoni ta’ stabbilimenti eżistenti fi prodotti ġodda jew innovazzjonijiet ta’ proċessi ġodda japplika indipendentement mill-ammont ta’ għajnuna previst. |
|
(96) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet (fil-premessa (79) ta’ dik id-deċiżjoni) li, billi nnotifikat l-għoti ta’ din l-għajnuna li kienet soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, l-Ungerija rrispettat l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 108(3) tat-TFUE (ara wkoll il-premessa (30) hawn fuq). Din il-valutazzjoni tibqa’ valida. |
5.3. Kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna
|
(97) |
Permezz ta’ deroga mill-projbizzjoni ġenerali tal-għajnuna mill-Istat stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE, l-għajnuna tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli jekk tkun tista’ tibbenefika minn waħda mid-derogi stabbiliti fit-TFUE. Peress li l-objettiv tal-miżura ta’ għajnuna huwa li tippromwovi l-iżvilupp reġjonali f’żona deżinjata bħala eliġibbli għall-għajnuna reġjonali f’konformità mal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl ta’ dik id-dispożizzjoni, kif interpretata fl-RAG. |
|
(98) |
L-Ungerija tat l-għajnuna, li hija soġġetta biss għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, fis-27 ta’ Diċembru 2021 (il-premessa (30)). Għalhekk, l-għajnuna tiġi vvalutata taħt l-RAG, li kienu applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021. (43) |
|
(99) |
F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-RAG, il-Kummissjoni l-ewwel ivvalutat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-premessa (83) tagħha) jekk l-Investiment 2, li għandu jitwettaq minn impriża kbira f’żona eliġibbli għall-għajnuna reġjonali taħt l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE, u li ma jirrigwardax investiment inizjali favur attività ekonomika ġdida skont it-tifsira tal-paragrafu 20(i) tal-RAG, setax jinstab li huwa eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, peress li l-Ungerija sostniet li l-proċess tal-produzzjoni tagħha kien ibbażat fuq innovazzjoni ta’ proċess ġdid. Il-Kummissjoni sabet ukoll li Samsung SDI ma kinitx impriża f’diffikultà (il-premessa (8) tad-deċiżjoni tal-ftuħ) (u sa issa ma għandha l-ebda informazzjoni kuntrarja). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-Ungerija impenjat ruħha li tissospendi l-għoti u/jew il-pagament tal-għajnuna notifikata lill-benefiċjarju jekk tkun irċeviet għajnuna illegali preċedenti ddikjarata inkompatibbli b’deċiżjoni tal-Kummissjoni sakemm il-benefiċjarju jkun ħallas lura jew ħallas f’kont separat l-għajnuna illegali u inkompatibbli u l-imgħax tal-irkupru korrispondenti. Għalhekk, f’dan il-każ hemm konformità mal-paragrafi 18 u 19 tal-RAG. |
|
(100) |
Il-Kummissjoni aċċettat li l-proċess tal-produzzjoni għaċ-ċelluli tal-batteriji l-ġodda f’Göd kien jikkwalifika bħala “innovazzjoni ta’ proċess ġdid”, u għalhekk kien jikkonsisti f’investiment inizjali skont it-tifsira tal-RAG (il-premessa (37) hawn fuq u l-premessi (89) sa (101) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). L-investigazzjoni formali tal-Kummissjoni ma identifikat l-ebda element li huwa kapaċi jikkontesta dik il-valutazzjoni. Konsegwentement, il-konklużjoni tal-Kummissjoni tibqa’ valida għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(101) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija mitluba tivvaluta jekk il-miżura ta’ għajnuna tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE, jiġifieri jekk tikkostitwixxix “għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp (…) ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”. Dik il-valutazzjoni titwettaq b’referenza għall-kriterji stabbiliti fl-RAG. |
5.3.1. Objettiv tal-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali
5.3.1.1.
|
(102) |
L-RAG jirrikjedu li l-Istat Membru jagħti prova f’termini konkreti tal-kontribuzzjoni reali u sostnuta tal-investiment megħjun għall-iżvilupp reġjonali tar-reġjun fil-mira. Għal dik il-fini, it-Taqsima 3.2.2. tal-RAG telenka għadd ta’ indikaturi li l-Istati Membri jistgħu jużaw sabiex juru l-kontribuzzjoni reġjonali tal-għajnuna individwali għall-investiment. |
|
(103) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonfermat li ż-żona ta’ Göd kienet eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE. |
|
(104) |
Biex jagħti prova tal-kontribuzzjoni reali u sostnuta, l-Istat Membru kellu wkoll juri li l-vijabbiltà tal-miżura ta’ għajnuna ntweriet minn kontribuzzjoni finanzjarja tal-benefiċjarju tal-għajnuna ta’ mill-inqas 25 % tal-kostijiet eliġibbli (44), ipprovduta permezz tar-riżorsi proprji tiegħu jew permezz ta’ finanzjament estern, f’forma li tkun ħielsa minn kwalunkwe appoġġ finanzjarju pubbliku. Barra minn hekk, l-investiment (l-assi megħjuna) kellu jinżamm fiż-żona kkonċernata għal perjodu minimu ta’ 5 snin wara l-ikkompletar tal-investiment (45). Il-Kummissjoni nnutat li dawk il-kundizzjonijiet ġew issodisfati (ara l-premessi (31) u (32) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(105) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-premessa (105) tagħha), il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk l-investiment ikollux l-effetti ta’ benefiċċju kollha deskritti fid-dokumenti ta’ notifika, peress li l-politika ta’ akkwist lokali msemmija hemmhekk ma dehritx li se timmaterjalizza, tal-inqas mhux għall-akkwiżizzjoni tal-makkinarju u t-tagħmir użat fil-proġett ta’ investiment. |
|
(106) |
Madankollu, wara li vvalutat l-evidenza ġenerali fil-fajl, il-Kummissjoni tinnota li l-Ungerija invokat bosta effetti reġjonali pożittivi tal-investiment. Fost oħrajn (ara l-premessa (35) tad-deċiżjoni tal-ftuħ), il-miżura ta’ għajnuna kienet mistennija li toħloq 1 200 impjieg dirett ġdid. Minħabba l-post fejn jinsab, l-investiment għandu wkoll il-probabbiltà li jattira ħaddiema minn reġjuni ġirien li huma żoni megħjuna taħt l-Artikolu 107(3), il-punt (a) tat-TFUE. L-għadd ta’ impjiegi indiretti li nħolqu b’riżultat tal-investiment kien mistenni li jkun ta’ madwar 200 fl-Ungerija, u x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni kienu mistennija li jattiraw aktar minn [30-60] kumpanija tal-kostruzzjoni differenti u aktar minn [800-1 100] ħaddiem (il-premessa (46)). Il-benefiċjarju kien qed jippjana wkoll li joffri taħriġ komprensiv biex itejjeb kemm il-ħiliet ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi tal-forza tax-xogħol tiegħu u li jikkoopera mal-istituti tal-edukazzjoni għolja Ungeriżi (u b’hekk jippromwovi t-tixrid tal-għarfien u t-trasferimenti tat-teknoloġija). L-Ungerija rreferiet ukoll għal investimenti ta’ segwitu kif ukoll għal attività ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni prevista fir-reġjun. Il-Kummissjoni ssib li ma hemm l-ebda element fil-fajl li jikkontesta r-realtà ta’ dawn il-benefiċċji mistennija fiż-żmien tal-għotja kundizzjonali. Fir-rigward tad-dubji inizjali tagħha b’rabta mal-akkwist lokali, il-Kummissjoni tinnota li dawk id-dubji fl-ebda każ ma setgħu jaffettwaw ir-realtà tal-kontribuzzjoni tal-Investiment 2 għall-iżvilupp reġjonali taż-żona (kif stabbilit hawn fuq) iżda setgħu jaffettwaw biss l-ambitu tagħha. |
|
(107) |
B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li hemm prova biżżejjed li l-investiment ikun jipprovdi kontribut pożittiv għall-iżvilupp tar-reġjun. |
5.3.1.2.
|
(108) |
Skont it-Taqsima 3.5 tar-RAG, l-għajnuna reġjonali tista’ tinstab biss li hija kompatibbli mas-suq intern jekk ikollha effett ta’ inċentiv. Effett ta’ inċentiv ikun preżenti meta l-għajnuna tbiddel l-imġiba ta’ impriża b’mod li hija tinvolvi ruħha f’attività addizzjonali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ żona, li fiha ma kinitx tinvolvi ruħha mingħajr l-għajnuna jew kienet tinvolvi ruħha biss f’din l-attività b’mod ristrett jew differenti jew f’post ieħor. L-għajnuna ma tridx tkun tissussidja l-kostijiet ta’ attività li impriża tkun ġarrbet fi kwalunkwe każ u ma tridx tkun tikkumpensa għar-riskju tan-negozju normali ta’ attività ekonomika. |
|
(109) |
Kif spjegat fil-premessa (116) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, ir-rekwiżit formali tal-effett ta’ inċentiv stabbilit fil-paragrafi 64, 65 u 69 tal-RAG, jiġifieri li x-xogħlijiet jistgħu jibdew biss wara li tkun ġiet ippreżentata l-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna, ġie rispettat fil-każ tal-Investiment 2. |
|
(110) |
Madankollu, peress li jista’ jkun hemm ħafna raġunijiet validi sabiex kumpanija tillokalizza l-investiment tagħha f’ċertu reġjun, anke mingħajr ma tingħata l-ebda għajnuna, l-RAG jirrikjedu wkoll li l-Kummissjoni tivverifika fid-dettall li l-għajnuna hija meħtieġa biex jiġi pprovdut effett ta’ inċentiv sostantiv għall-investiment. F’dan il-kuntest, l-Istat Membru huwa meħtieġ li jispeċifika liema xenarju deskritt fil-paragrafu 61 tal-RAG japplika (id-deċiżjoni ta’ investiment — ix-xenarju 1; jew id-deċiżjoni dwar il-post — ix-xenarju 2). |
|
(111) |
L-Ungerija nnotifikat il-miżura ta’ għajnuna bħala li taqa’ fix-xenarju 2 tal-paragrafu 61 tal-RAG. Skont il-paragrafu 61 tal-RAG, ix-xenarju 2 ikun preżenti fejn l-għajnuna tagħti inċentiv biex jintgħażel li jiġi lokalizzat investiment ippjanat fiż-żona rilevanti minflok xi mkien ieħor minħabba li din tikkumpensa għall-iżvantaġġi u l-kostijiet netti marbuta ma’ post fiż-żona kkonċernata. Kif stabbilit fit-Taqsima 3.5.2 tal-RAG, f’każ tax-xenarju 2, l-Istat Membru jrid jipprovdi evidenza ċara li l-għajnuna għandha impatt reali fuq l-għażla tal-post tal-investiment. Għaldaqstant, dan ipoġġi l-oneru tal-provi rigward l-eżistenza ta’ effett ta’ inċentiv fuq l-Istat Membru. Għal dak l-għan, l-Istat Membru jrid jipprovdi deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrofattwali li fih ma tingħata l-ebda għajnuna lill-benefiċjarju minn xi awtorità pubblika fiż-ŻEE (inkluż fil-post magħżul). Il-paragrafu 71 tal-RAG jindika li għax-xenarju 2 — li l-Ungerija tirreferi għalih fil-każ preżenti - l-Istat Membru seta’ jagħti prova tal-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna billi jipprovdi dokumenti tal-kumpanija li juru li sar tqabbil bejn il-kostijiet u l-benefiċċji tal-lokalizzazzjoni tal-investiment fiż-żona megħjuna kkonċernata u dawk fiż-żona/i alternattiva/i. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu kontemporanji għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward l-investiment jew l-għażla tal-post tiegħu. Għal dak l-għan, l-Istat Membru huwa mistieden joqgħod fuq dokumenti uffiċjali tal-bord, valutazzjonijiet tar-riskju, rapporti finanzjarji, pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju interni, perizji kif ukoll studji u dokumenti oħra li jelaboraw fuq diversi xenarji ta’ investiment. |
|
(112) |
Il-Kummissjoni trid tivverifika jekk ix-xenarju kontrofattwali ppreżentat mill-Ungerija huwiex realistiku u kredibbli. |
|
(113) |
Skont il-paragrafu 68 tal-RAG, xenarju kontrofattwali jkun kredibbli jekk ikun ġenwin u jkun relatat mal-fatturi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet prevalenti fiż-żmien tad-deċiżjoni mill-benefiċjarju rigward l-investiment. (46) |
|
(114) |
Fil-każ preżenti, l-Ungerija għamlet għadd ta’ argumenti u pprovdiet evidenza dokumentarja biex tappoġġja l-pożizzjoni tagħha li l-Investiment 2 issodisfa r-rekwiżiti tal-RAG bħala proġett li jaqa’ fix-xenarju 2 tal-paragrafu 61 tal-RAG. Hija argumentat diskrepanza fil-vijabbiltà tal-valur preżenti nett (NPV) ta’ EUR 173 miljun meta mqabbel ma’ post tal-investiment alternattiv f’Xi’an, iċ-Ċina. Din id-differenza rriżultat essenzjalment minn differenza sinifikanti fil-kostijiet tal-investiment ippjanati tal-miżura ta’ għajnuna fiż-żewġ postijiet alternattivi. Filwaqt li l-benefiċjarju jinvesti EUR 1,2 biljun fil-valur nominali (EUR 982 miljun fil-valur preżenti (47)) f’bini, tagħmir u makkinarju fl-Ungerija, il-kostijiet ekwivalenti fiċ-Ċina ammontaw biss għal EUR […] miljun fil-valur nominali (EUR 766,7 miljun fil-valur preżenti). Id-differenza ta’ EUR 215,3-il miljun (fil-valur preżenti) kienet dovuta esklussivament għall-kost tal-makkinarju u t-tagħmir, li skont in-notifika li kien kważi [35-50] % ogħla fl-Ungerija meta mqabbel ma’ dak taċ-Ċina. |
|
(115) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni nnutat li d-differenza ta’ EUR 215,3-il miljun fil-kostijiet tal-investiment kienet parzjalment paċuta mill-vantaġġi netti tal-investiment Ungeriż (EUR 42,3 miljun), li rriżulta f’diskrepanza fil-vijabbiltà netta finali ta’ EUR 173 miljun bejn il-postijiet fiċ-Ċina u fl-Ungerija, għall-iżvantaġġ tal-post fl-Ungerija. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-Ungerija sostniet li l-għajnuna notifikata ta’ EUR 108 miljun fil-valur preżenti kkumpensat parzjalment għall-iżvantaġġ nett ta’ EUR 173 miljun marbut mad-deċiżjoni li l-investiment jiġi lokalizzat fl-Ungerija meta mqabbel maċ-Ċina. |
|
(116) |
Kif jidher mid-deċiżjoni ta’ estensjoni (notevolment il-premessi (5) u (6)), bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Ungerija u Samsung SDI tbiegħdu minn ċerti dikjarazzjonijiet li saru matul il-fażi ta’ eżami preliminari u ppreżentaw pretensjonijiet u evidenza ġodda rigward is-suppożizzjonijiet li saru mill-benefiċjarju fix-xenarju kontrofattwali, li mill-inqas ikkontradixxew parzjalment id-dikjarazzjonijiet u l-pretensjonijiet preċedenti. |
|
(117) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ u fid-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kredibbiltà tax-xenarju kontrofattwali (investiment fiċ-Ċina), peress li kunsiderazzjonijiet strateġiċi prevalenti kienu jwasslu lill-kumpanija biex tillokalizza l-investiment tagħha fl-Ungerija fi kwalunkwe każ. Hija esprimiet ukoll dubji dwar it-tqabbil tad-diskrepanza tal-VPN, li ma deherx realistiku u kredibbli fid-dawl tal-evidenza disponibbli. |
|
(118) |
Fit-Taqsima li ġejja, il-Kummissjoni tivvaluta kull wieħed mill-punti li fuqhom hija kienet esprimiet dubji fir-rigward tad-diskrepanza tal-VPN u d-deċiżjoni dwar il-post. Dawn il-punti jistgħu jiġu ggruppati taħt tliet intestaturi: l-eżistenza ta’ kunsiderazzjonijiet strateġiċi prevalenti li jannullaw mill-bidu nett il-kredibbiltà tal-post alternattiv Ċiniż; id-differenza tal-kostijiet tal-makkinarju u t-tagħmir fiż-żewġ postijiet alternattivi (u b’mod partikolari l-livelli ta’ akkwist lokali mistenni); u l-allegat appoġġ finanzjarju mill-awtoritajiet Ċiniżi favur il-post Ċiniż. |
5.3.1.2.1. L-eżistenza ta’ kunsiderazzjonijiet strateġiċi prevalenti li jannullaw mill-bidu nett il-kredibbiltà tal-post alternattiv Ċiniż
|
(119) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kredibbiltà tax-xenarju kontrofattwali Ċiniż, peress li ma setgħetx teskludi li l-investiment fi kwalunkwe każ kien iseħħ fl-Ungerija għal sensiela ta’ ċirkostanzi. Dawn iċ-ċirkostanzi kienu: (i) l-ambjent ekonomiku ostili fiċ-Ċina lejn il-produtturi tal-batteriji għall-vetturi elettriċi tal-Korea t’Isfel, (ii) ir-riskju ta’ trasferiment furzat tat-teknoloġija, (iii) l-improbabbiltà li Samsung SDI tkun wettqet l-Investiment 1 f’Göd mingħajr ma tkun qieset żieda fl-investiment fi stadju aktar tard, (iv) il-vantaġġi ta’ post Ewropew, bħas-suq Ewropew li qed jespandi malajr u l-prossimità għall-klijenti Ewropej (flimkien ma’ strateġija ta’ investiment reġjonalizzata li l-Grupp Samsung SDI seta’, fil-fehma preliminari tal-Kummissjoni, segwa). |
|
(120) |
Fir-rigward tal-ambjent ekonomiku ostili fiċ-Ċina lejn il-produtturi tal-batteriji għall-vetturi elettriċi tal-Korea t’Isfel (ara l-premessa (139) tad-deċiżjoni tal-ftuħ), il-Kummissjoni tinnota li, kif evidenzjat minn dokumenti interni kontemporanji għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u kif ġie argumentat fin-notifika, l-investiment alternattiv ippjanat f’Xi’an kien iservi bħala bażi għall-esportazzjonijiet (dan ma kienx mistenni li jiġġenera bejgħ fis-suq Ċiniż (48)). B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni taċċetta li l-fatt li ċ-Ċina kienet implimentat, fl-2016, miżuri li xekklu l-bejgħ tal-produtturi tal-batteriji għall-vetturi elettriċi tal-Korea t’Isfel fis-suq domestiku Ċiniż, ma jidhirx li ħoloq ambjent ekonomiku ostili għall-investiment inkwistjoni, li ma kienx maħsub biex jaqdi s-suq Ċiniż. Barra minn hekk, Samsung SDI ppreżentat dokumenti kontemporanji u informazzjoni disponibbli għall-pubbliku li juru r-relazzjonijiet kummerċjali tajbin li jinsabu għaddejjin bejn l-awtoritajiet Ċiniżi u l-Grupp Samsung SDI (b’mod partikolari l-offerta ta’ sussidju mill-awtoritajiet Ċiniżi tat-23 ta’ Frar 2017) u produtturi oħra tal-batteriji għall-vetturi elettriċi tal-Korea t’Isfel. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-ebda dokument fil-fajl tal-każ ma jappoġġja l-konklużjoni li l-Grupp Samsung SDI kien qies dan l-ambjent ostili bħala fattur deċiżiv fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. Għall-kuntrarju, ir-rapport intern tal-21 ta’ Settembru 2017 juri li, ftit qabel id-deċiżjoni ta’ investiment, il-Grupp Samsung SDI ta klassifikazzjoni […] għar-relazzjoni tiegħu mal-awtoritajiet Ċiniżi — l-istess punteġġ li ngħata lill-awtoritajiet Ungeriżi, u ogħla mir-rata attribwita lil awtoritajiet Ewropej oħra. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-proġett ta’ investiment ma kienx mhedded minn ambjent ekonomiku potenzjalment ostili fiċ-Ċina u li, fi kwalunkwe każ, l-ambjent tan-negozju fiċ-Ċina la tqies bħala li huwa negattiv u lanqas bħala fattur prevalenti mill-benefiċjarju fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. |
|
(121) |
Fir-rigward tar-riskju potenzjali ta’ trasferiment furzat tat-teknoloġija fiċ-Ċina (ara l-premessa (138) tad-deċiżjoni tal-ftuħ), l-Ungerija u Samsung SDI pprovdew informazzjoni addizzjonali li tagħti prova li l-benefiċjarju kien ippjana għadd ta’ miżuri fix-xenarju ta’ investiment kontrofattwali sabiex jiżgura li d-drittijiet ta’ PI tiegħu jkunu protetti biżżejjed fiċ-Ċina, abbażi tal-esperjenza tiegħu fl-operat ta’ impjanti hemmhekk (il-premessa (59)). Samsung SDI spjegat ukoll li l-amministrazzjoni Ċiniża ħabbret f’Ottubru 2017 (jiġifieri qabel id-deċiżjoni ta’ investiment) leġiżlazzjoni biex tiġi rinfurzata l-protezzjoni tal-PI (il-premessa (59)). Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li d-dubji inizjali tagħha dwar trasferiment furzat possibbli tad-drittijiet ta’ PI ma kinux dawk li jeskludu post kontrofattwali fiċ-Ċina. |
|
(122) |
Argument ieħor (ara l-premessa (140) tad-deċiżjoni tal-ftuħ) li qajjem mistoqsijiet dwar il-kredibbiltà ġenerali tax-xenarju ta’ investiment kontrofattwali Ċiniż kien li, fil-fehma preliminari tal-Kummissjoni, kien improbabbli li Samsung SDI kienet tibda faċilità żgħira ta’ produzzjoni taċ-ċelluli mingħajr għajnuna, bħal dik f’Göd (jiġifieri l-Investiment 1), li kieku ma kinitx qieset li żżid l-investiment fi stadju aktar tard. Dan ikun jimplika li l-intenzjoni ta’ investiment u t-tisħiħ fil-kapaċità f’Göd kienet diġà teżisti fiż-żmien meta ġie segwit l-Investiment 1 fl-2016. Madankollu dokument intern ta’ Samsung SDI wera li l-Investiment 1 oriġinali tiegħu f’Xi’an ma kienx żdied: għalhekk kien possibbli li sit tal-produzzjoni tal-Grupp Samsung SDI ma jiġix żviluppat lil hinn mill-ewwel stadju ta’ investiment jekk tittieħed deċiżjoni dwar il-post favur is-sit kompetitur. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ investiment inizjali f’Göd ma tfissirx li ma kienx hemm għażla bejn Göd u Xi’an, peress li ż-żewġ siti kellhom investiment eżistenti li seta’ jiżdied. B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li anke l-eżistenza ta’ intenzjoni impliċita jew espliċita li jiżdied sit tal-produzzjoni (bħall-fatt li kumpanija xtrat biċċa art li hija akbar minn dik meħtieġa għall-ewwel fabbrika) mhux neċessarjament tfisser li l-investiment il-ġdid se jitwettaq fi kwalunkwe każ. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li ma hemm xejn fil-fajl tal-każ li juri espressament li Samsung SDI kellha l-pjanijiet li żżid l-investiment f’Göd mill-bidu nett. |
|
(123) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni b’mod ġenerali qieset fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessa (143) tad-deċiżjoni tal-ftuħ) li għadd ta’ vantaġġi ta’ sit tal-produzzjoni Ewropew (pereżempju, is-suq Ewropew li qed jespandi malajr u l-prossimità għall-klijenti Ewropej) setgħu kienu jikkostitwixxu kunsiderazzjonijiet strateġiċi prevalenti li kienu jwasslu lill-Grupp Samsung SDI biex fi kwalunkwe każ jillokalizza l-investiment tiegħu fl-Ungerija. Dan id-dubju ġie żviluppat aktar fid-deċiżjoni ta’ estensjoni (il-premessa (57) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni) fejn il-Kummissjoni qieset li l-Grupp Samsung SDI seta’ segwa strateġija ta’ investiment reġjonalizzata li kienet twasslu biex jinvesti fi kwalunkwe każ f’siti tal-produzzjoni fl-Ewropa. Madankollu, għalkemm dokument intern tal-Grupp Samsung SDI (49) jissuġġerixxi li diversifikazzjoni tas-siti tal-produzzjoni f’kull kontinent “tista’ tkun ta’ għajnuna”, it-ton kawt ta’ dak id-dokument u l-kuntest ta’ dik id-dikjarazzjoni (id-diversifikazzjoni kienet sempliċiment wieħed minn bosta parametri fit-tqabbil kwalitattiv ta’ sit b’sit, flimkien ma’ kunsiderazzjonijiet oħra bħall-fluss tal-loġistika bil-ferrovija bejn is-sit ta’ Xi’an possibbli u l-Ewropa) juru li dan il-fattur ma kienx jikkostitwixxi kunsiderazzjoni strateġika prevalenti għall-Grupp Samsung SDI. Dokumenti interni kontemporanji oħra tal-Grupp Samsung SDI sempliċiment jiddikjaraw li dawn il-fatturi kwalitattivi “m’għandhomx [jiġu] injorati”. (50) L-ebda element ieħor fil-fajl tal-każ ma jippermetti li jiġi appoġġjat id-dubju mqajjem f’dak ir-rigward u l-eżistenza ta’ strateġija ta’ investiment reġjonalizzata prevalenti fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ investiment. B’mod partikolari, l-ebda evidenza rigward ir-raba’ u l-ħames stadju fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-benefiċjarju (il-premessi (68) u (69) tad-deċiżjoni tal-ftuħ) — li t-tnejn li huma segwew il-laqgħa tal-21 ta’ Settembru 2017 — ma tindika xi gwida favur id-diversifikazzjoni reġjonali fil-proċess finali tad-deċiżjoni dwar il-post. Barra minn hekk, kif innutat mill-Ungerija, li kieku l-prossimità għall-klijenti kienet fattur ewlieni fl-istrateġija ta’ investiment tal-Grupp Samsung SDI fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post, kienet tibda b’mod parallel impjant tal-produzzjoni tal-batteriji għall-vetturi elettriċi fi […]. Madankollu, id-dokumenti interni tal-kumpanija juru li, biex titnaqqas id-diskrepana fil-provvista identifikata fis-suq […], tqiesu biss iż-żewġ alternattivi fl-Ungerija u fiċ-Ċina. In-nuqqas ta’ din l-istrateġija ta’ investiment reġjonalizzata prevalenti jiġi żvelat aktar mid-dokumenti interni ta’ Samsung SDI pprovduti mill-Ungerija, li skonthom kemm l-investiment inizjali f’Xi’an kif ukoll iż-żieda prevista tas-sit Xi’an kienu jaqdu swieq barranin (l-Ewropa u […], mhux is-suq domestiku Ċiniż). (51) |
|
(124) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li l-kunsiderazzjonijiet strateġiċi identifikati hawn fuq ma kinux deċiżivi, u/jew ma ġewx ikkunsidrati (bħala tali jew bħala li huma ta’ sinifikat prevalenti) fid-deċiżjoni dwar il-post tal-proġett ta’ investiment. Għaldaqstant, il-Grupp Samsung SDI seta’ b’mod ġenerali jipprevedi b’mod realistiku dan l-investiment fiċ-Ċina. |
5.3.1.2.2. Differenzi fil-kostijiet tal-makkinarju u l-livelli ta’ akkwist lokali f’Xi’an u f’Göd
5.3.1.2.2.1. Nuqqas ta’ kredibbiltà tas-suppożizzjoni inizjali tal-akkwist lokali sħiħ għat-tagħmir u l-makkinarju fiż-żewġ postijiet
|
(125) |
Fin-notifika, l-Ungerija ġġustifikat id-differenza sinifikanti fil-kostijiet tal-investiment għat-tagħmir u l-makkinarju billi invokat il-politika ta’ akkwist lokali tal-Grupp Samsung SDI, li fil-prinċipju tirrikjedi li l-grupp jixtri t-tagħmir u l-makkinarju u l-inputs l-oħra meħtieġa għall-investiment minn sorsi lokali (ara l-premessi (42) u (130) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjoni li Samsung SDI takkwista lokalment 100 % tal-makkinarju u t-tagħmir tagħha fiż-żewġ xenarji kkunsidrati (jiġifieri kemm jekk l-investiment iseħħ f’Xi’an kif ukoll f’Göd) ma kinitx kredibbli u realistika. |
|
(126) |
Fir-rigward tal-akkwist lokali tat-tagħmir għas-sit Ungeriż (jiġifieri l-akkwist mingħand fornituri miż-ŻEE), il-Kummissjoni nnutat (il-premessa (47) tad-deċiżjoni tal-ftuħ) il-passi limitati meħuda minn Samsung SDI biex tidentifika fornituri lokali (kuntatti bilaterali ma’ ħames fornituri miż-ŻEE fl-2015, l-2016 u l-2017, konferenza fi Frar 2017) u enfasizzat l-eżitu limitat ta’ dawn il-passi, peress li 23 minn 29 fornitur miż-ŻEE meqjusin ġew miċħuda għal diversi raġunijiet qabel id-deċiżjoni ta’ investiment (filwaqt li kienu għaddejjin diskussjonijiet ma’ sitt fornituri biss fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ investiment, li setgħu jipprovdu biss tagħmir għal porzjon żgħir tal-investiment ta’ Samsung SDI fl-Ungerija). Il-Kummissjoni nnutat ukoll (il-premessa (48) tad-deċiżjoni tal-ftuħ) li l-ebda tagħmir għall-ewwel investiment ta’ Samsung SDI (l-Investiment 1 f’żona ġdida) f’Göd ma kien ġie akkwistat minn fornituri miż-ŻEE. Samsung SDI, f’konformità ma’ restrizzjoni fil-politika ta’ akkwist lokali tagħha, ma ppruvatx tuża l-akkwist lokali f’dak iż-żmien u għaldaqstant ma żviluppatx kuntatti ma’ fornituri lokali (ara l-premessa (50) u n-nota 20 f’qiegħ il-paġna hawn fuq). L-Ungerija sempliċiment spjegat li t-tfittxija għall-fornituri miż-ŻEE hija sforz kontinwu u li, fl-aħħar mill-aħħar, xi tagħmir jista’ jiġi akkwistat mill-fornituri identifikati. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u tan-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni, fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ investiment, li l-fornituri bbażati fiż-ŻEE kienu ġew meqjusa serjament għal kwalunkwe parti sinifikanti tal-konsenji tal-makkinarju u t-tagħmir għall-finijiet tal-Investiment 2, il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha li Samsung SDI ma setgħetx tassumi b’mod kredibbli li setgħet takkwista 100 % tat-tagħmir għall-impjant Ungeriż lokalment. Il-Kummissjoni tinnota li, għall-Investiment 2, Samsung SDI fil-fatt ma akkwistat kważi l-ebda tagħmir mill-fornituri miż-ŻEE. (52) |
|
(127) |
Fir-rigward tal-akkwist lokali għall-investiment alternattiv f’Xi’an, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li, fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post, il-Grupp Samsung SDI kien jaf li kiseb biss livell limitat ta’ akkwist lokali għall-impjant tiegħu fi Tianjin li jimmanifattura ċelluli tal-batteriji għal apparat mobbli. Skont l-evidenza (ippreżentata mill-Ungerija fit-3 ta’ Novembru 2020, il-premessa (63)(a) li setgħet kienet disponibbli fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post, fil-perjodu 2015-2016 inkiseb akkwist lokali medju ta’ [25-30] % għall-impjant ta’ Tianjin (u li kien l-ogħla sehem medju ta’ akkwist lokali rreġistrat għal dak l-impjant sa dak il-punt speċifiku fiż-żmien). |
|
(128) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post, il-Grupp Samsung SDI qies li l-użu ta’ fornituri Ċiniżi jista’ b’mod ġenerali jqajjem kwistjonijiet f’termini ta’ […] u kunfidenzjalità (il-premessa (62)). Minkejja li l-Ungerija u Samsung SDI sussegwentement argumentaw li dawn il-kwistjonijiet setgħu jiġu, jew setgħu ġew, indirizzati b’bosta mezzi (ara s-Sottotaqsima 5.3.1.2.2.2.2 hawn taħt), il-Kummissjoni tqis li d-dokumenti interni tal-kumpanija ma kinux jiffukaw fuq dawk il-kwistjonijiet li kieku setgħu jiġu solvuti fil-ħin, mingħajr l-ebda kost addizzjonali u fil-każijiet kollha, għall-fornituri u l-magni kollha. |
|
(129) |
Il-Kummissjoni għaldaqstant issostni li l-Grupp Samsung SDI ma setax jassumi b’mod kredibbli li seta’ jakkwista lokalment 100 % tat-tagħmir għall-impjant Ċiniż. Dan huwa kkonfermat mill-valutazzjoni ex post tal-livell ta’ akkwist lokali li setgħet tiġi preżunta b’mod realistiku fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ investiment: l-ogħla proporzjonijiet ta’ akkwist lokali li ġew ippreżentati minn Samsung SDI u l-Ungerija ma jaqbżux l-[40–45] %. (53) |
|
(130) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-politika ta’ akkwist lokali ta’ 100 % kemm f’Göd kif ukoll f’Xi’an ma kinitx kredibbli u realistika fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. Għalhekk, l-akkwist lokali sħiħ ma setax b’mod raġonevoli jkun parti mit-tqabbil tal-NPV ta’ Samsung SDI. Konsegwentement, id-differenzjal tal-kostijiet tal-investiment iddikjarat, bejn l-Ungerija u ċ-Ċina, ta’ EUR 237,5 miljun (fil-valur preżenti) — fejn il-kostijiet tal-makkinarju u t-tagħmir fl-Ungerija kienu madwar [40-45] % ogħla minn dawk fiċ-Ċina — ma jistax jiġi ġġustifikat. |
|
(131) |
Meta jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni ma tiċħadx li l-benefiċjarju qies l-akkwist lokali fil-valutazzjoni tal-NPV, u li l-akkwist lokali huwa fattur rilevanti li għandu jiġi vvalutat, iżda tikkonkludi biss li s-suppożizzjoni ta’ akkwist lokali sħiħ kienet mhux kredibbli u mhux realistika, hija se tivvaluta l-punt sa fejn l-akkwist lokali seta’ jitqies bħala li kien kredibbli u realistiku fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. |
5.3.1.2.2.2. Valutazzjoni mill-Kummissjoni ta’ livell realistiku tal-kostijiet tal-makkinarju u t-tagħmir u tas-sehem tal-akkwist lokali
5.3.1.2.2.2.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
Użu ta’ provvisti mill-Korea t’Isfel fin-nuqqas ta’ akkwist lokali
|
(132) |
L-Ungerija u Samsung SDI argumentaw fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ li, fid-dawl tal-politika ta’ akkwist lokali tal-Grupp Samsung SDI, u fin-nuqqas ta’ fornituri lokali adegwati, Samsung SDI tuża l-fornituri fdati tas-soltu tagħha mill-Korea t’Isfel bħala t-tieni l-aħjar għażla. Minkejja li l-Kummissjoni rrikonoxxiet dak il-punt fil-premessa (131) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, sussegwentement (ara l-premessa (45) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni) qajmet dubju dwar għaliex, jekk l-akkwist parzjali mill-fornituri Ċiniżi kellu jitqies realistiku, il-ħtiġijiet tal-makkinarju u t-tagħmir fl-Ungerija jenħtieġ li ma jiġux akkwistati minn fornituri Ċiniżi ferm irħas (minflok mill-Korea t’Isfel), li kienu jnaqqsu l-kostijiet tal-makkinarju u t-tagħmir fix-xenarju Ungeriż u jnaqqsu d-diskrepanza tal-VPN bejn iż-żewġ postijiet. |
|
(133) |
Madankollu, Samsung SDI spjegat fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni li l-kwistjonijiet ta’ twaqqit (dewmien tal-konsenja) setgħu jiġu indirizzati biss bl-involviment tal-awtoritajiet Ċiniżi (il-premessi (62) u (69)). Samsung SDI sostniet li dan l-involviment seta’ jkun mistenni biss li kieku l-investiment innifsu sar fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni taċċetta li ma kienx ikun kredibbli mill-perspettiva ta’ Samsung SDI li takkwista makkinarju u tagħmir għall-investiment fl-Ungerija mill-fornituri Ċiniżi, peress li dan kien jesponi lil Samsung SDI għall-kwistjonijiet […] li kienu jneħħu l-vantaġġ tal-prezz fuq terminu qasir prima facie. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li, għall-kuntrarju tal-affermazzjonijiet inizjali tagħha, sal-punt li l-akkwist lokali ma kien realistiku fl-ebda xenarju ta’ investiment (jiġifieri l-Ungerija u ċ-Ċina), Samsung SDI x’aktarx li kienet użat il-fornituri fdati tagħha mill-Korea t’Isfel. |
Kostijiet addizzjonali fil-każ ta’ akkwist mhux lokali: kostijiet tat-trasport fuq l-ilma u dazji doganali
|
(134) |
Jekk, minflok ma jiġu akkwistati lokalment, il-makkinarju u t-tagħmir għall-investiment jiġu akkwistati minn fornituri mill-Korea t’Isfel, il-Kummissjoni tqis, kif aċċettat ukoll mill-Ungerija u minn Samsung SDI, li jinħolqu kostijiet addizzjonali (kostijiet tat-trasport fuq l-ilma, dazji doganali, jekk ikun hemm). Il-Kummissjoni tinnota li l-Ungerija stmat il-kostijiet tat-trasport fuq l-ilma (ara l-premessa (69) hawn fuq) mill-Korea t’Isfel għall-Ungerija għal [3–4] %, filwaqt li l-kostijiet tat-trasport fuq l-ilma mill-Korea t’Isfel għaċ-Ċina kienu stmati għal [2–3] % tal-kostijiet rispettivi tal-makkinarju u t-tagħmir (il-premessa (67) hawn fuq). Barra minn hekk, il-Kummissjoni taċċetta wkoll li (kif imsemmi fil-premessa (67) hawn fuq) dazji doganali ta’ 1,1 % jkunu japplikaw ukoll fuq tagħmir mhux akkwistat lokalment fix-xenarju li fih isir l-investiment fiċ-Ċina, filwaqt li l-ebda dazju doganali ma jiġi impost jekk l-investiment isir fl-Ungerija (il-premessa (70) hawn fuq). |
Kostijiet addizzjonali fil-każ ta’ akkwist mhux lokali: żieda mill-KĠ ta’ Samsung SDI
|
(135) |
Kif deskritt fil-premessi (44) u (45) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-makkinarju u t-tagħmir użati sa Marzu 2019 għall-investiment f’Göd (54) ma kinux inxtraw direttament mill-benefiċjarju mingħand il-fornituri mill-Korea t’Isfel. Minflok, il-KĠ ta’ Samsung SDI kienu aġixxew bħala intermedjarju, billi xtraw il-makkinarju u t-tagħmir fil-Korea t’Isfel u biegħu mill-ġdid lil Samsung SDI fl-Ungerija, wara li applikaw żieda (mark-up) ta’ [18–22]% għall-bażi tal-kostijiet sottostanti (55). Samsung SDI spjegat li dan l-involviment tal-KĠ ta’ Samsung SDI huwa f’konformità mal-politika ta’ akkwist lokali tagħha u jippermetti b’mod partikolari li l-KĠ ta’ Samsung SDI jikkomunikaw direttament mal-fornituri mill-Korea t’Isfel u jħeġġuhom jaġixxu malajr jekk tinqala’ problema f’wieħed mis-siti tal-produzzjoni tal-Grupp Samsung SDI. Skont Samsung SDI, l-KĠ ta’ Samsung SDI kienu jkunu involuti wkoll fil-każ ta’ akkwist mhux lokali li kieku l-investiment kellu jsir fiċ-Ċina. |
|
(136) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk dawn it-tranżazzjonijiet intragrupp irriżultawx fi prezz konformi mas-suq u jekk kinux artifiċjalment żiedu l-kostijiet eliġibbli tax-xenarju li fih l-investiment kellu jkun fl-Ungerija, u għaldaqstant id-diskrepanza tal-NPV (il-premessa (136) tad-deċiżjoni tal-ftuħ u l-premessa (47) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). |
|
(137) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-Ungerija ppreżentat mal-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ dokument intern ta’ Samsung SDI tal-10 ta’ Jannar 2017 li juri li ż-żieda ta’ [18–22] % kienet ibbażata fuq studju minn konsulent estern u r-riżultati tal-valutazzjoni komparattiva ta’ kumpaniji oħra li jipprovdu tagħmir. L-Ungerija kkjarifikat ukoll fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni li l-valuri apparentement aktar baxxi ta’ [13–17] % (il-valur medjan) u [14–18] % (għal Samsung SDI), it-tnejn imsemmija minn rapport minn Deloitte f’Diċembru 2018 (li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni kienet qajmet dubji), ma kkunsidrawx il-kostijiet addizzjonali ta’ [3–4] % mġarrba mill-KĠ ta’ Samsung SDI meta xtraw it-tagħmir, li jispjega d-differenza fiż-żieda nominali ta’ [18–22] % użata fil-kalkolu mill-ġdid. |
|
(138) |
Fl-aħħar nett, Samsung SDI pprovdiet studju ieħor minn Copenhagen Economics, iddatat it-13 ta’ April 2020, (56) li vvaluta jekk ir-rimunerazzjoni tat-tranżazzjonijiet intragrupp fi ħdan il-Grupp Samsung SDI kinitx distakkata, bl-użu tal-metodoloġija tal-Linji Gwida tal-OECD (57). Dan l-istudju kkonkluda li [18–22] % jaqa’ fil-medda interkwartili tal-kost nett flimkien mal-marġni tal-kumpaniji komparabbli (jiġifieri bejn valur medjan ta’ 16,8 % u t-tielet valur kwartili ta’ 23,5 %) u għaldaqstant ikkonferma li ż-żieda applikata mill-KĠ ta’ Samsung SDI għal tranżazzjonijiet intragrupp kienet distakkata. |
|
(139) |
Fid-dawl tal-argumenti u l-evidenza addizzjonali pprovduti mill-Ungerija u minn Samsung SDI, il-Kummissjoni tqis li, sal-punt li l-makkinarju u t-tagħmir għall-investiment ma kinux jiġu akkwistati lokalment (fir-rigward taż-żewġ postijiet meqjusa), huwa realistiku u kredibbli li wieħed jassumi li dan l-akkwist mhux lokali kien jitwettaq mill-KĠ ta’ Samsung SDI u kien jinvolvi żieda konformi mas-suq ta’ [18–22] % fil-kostijiet ta’ dan il-makkinarju u t-tagħmir. |
Kostijiet addizzjonali fil-każ ta’ akkwist lokali: kostijiet tal-għoti ta’ kuntratti
|
(140) |
Minħabba li ż-żieda ta’ [18–22] % tkopri b’mod partikolari l-kostijiet tal-akkwist appoġġjati mill-KĠ ta’ Samsung SDI meta dawn jixtru makkinarju u tagħmir f’isem sussidjarja (fl-Ungerija jew fiċ-Ċina), il-Kummissjoni tqis li kien ikun realistiku li jiġu inklużi l-kostijiet korrispondenti tal-għoti ta’ kuntratti f’każ li t-tagħmir jiġi akkwistat lokalment (direttament mis-sussidjarja fl-Ungerija jew fiċ-Ċina). Fis-sottomissjoni tagħha ddatata l-1 ta’ Lulju 2022, Samsung SDI speċifikat li l-akkwist lokali tat-tagħmir tagħha fiċ-Ċina u fl-Ungerija jkun tabilħaqq jirriżulta f’kostijiet addizzjonali (li jikkorrispondu b’mod partikolari għall-ittestjar u l-validazzjoni). Samsung SDI spjegat li dawn il-kostijiet ikunu (loġikament) ogħla għal tagħmir ġdid milli għal tagħmir mhux ġdid (58). Peress li, skont is-suppożizzjonijiet riveduti, aktar kredibbli (ara hawn taħt), mhux it-tagħmir kollu (u b’mod partikolari l-ebda tagħmir ġdid) ma kien se jiġi akkwistat lokalment, il-kostijiet addizzjonali tal-għoti ta’ kuntratti li għandhom jiġu applikati huma relattivament limitati. Skont il-kalkoli pprovduti minn Samsung SDI, dawn il-kostijiet ikunu jirrappreżentaw [3,5–5] % tal-kost tal-makkinarju. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni fattwali biex tqajjem dubju dwar dan il-livell ta’ kostijiet. |
5.3.1.2.2.2.2. Livell kredibbli ta’ akkwist lokali tal-makkinarju u t-tagħmir fix-xenarju kontrofattwali
|
(141) |
Kif stabbilit fil-premessa (130) hawn fuq, għalkemm il-Kummissjoni tikkonkludi li s-suppożizzjoni li għal kwalunkwe wieħed mill-postijiet ta’ investiment, il-makkinarju u t-tagħmir kollha kemm huma jiġu akkwistati lokalment ma kinitx kredibbli u realistika, il-Kummissjoni taqbel li s-sehem tal-akkwist lokali huwa fattur rilevanti li Samsung SDI kkunsidrat fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. Għalhekk, jeħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta liema sehem tal-akkwist lokali jkun jista’ jinstab li huwa kredibbli u realistiku għal kull wieħed mis-siti tal-postijiet ikkunsidrati fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post, abbażi tal-evidenza disponibbli f’dak iż-żmien. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod preliminari li suppożizzjoni aktar realistika — għaż-żewġ siti — kienet tkun li Samsung SDI takkwista t-tagħmir u l-makkinarju rispettivi mill-fornituri eżistenti esperjenzati u fdati tagħha fil-Korea t’Isfel. |
|
(142) |
Kif spjegat hawn fuq (ara s-Sottotaqsima 5.3.1.2.2.1), in-nuqqas ta’ kredibbiltà tal-akkwist lokali (sħiħ) fiċ-Ċina kien ibbażat b’mod partikolari fuq il-fatt li l-użu ta’ fornituri Ċiniżi jkun jista’ b’mod ġenerali jqajjem kwistjonijiet f’termini ta’ (i) […], (ii) […] u (iii) kunfidenzjalità. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Ungerija u Samsung SDI spjegaw b’mod konvinċenti (il-premessa (62)) li Samsung SDI ppjanat li tindirizza u setgħet tindirizza dawn il-kwistjonijiet, mill-inqas sa ċertu punt, billi, rispettivament, (i) tinvolvi lill-awtoritajiet Ċiniżi (li, madankollu, ikun possibbli biss li kieku l-investiment kellu jsir fiċ-Ċina), (ii) tibgħat inġiniera tal-SDI mill-Istabbiliment Prinċipali ta’ Samung SDI tal-Korea t’Isfel biex jipprovdu appoġġ lill-fornituri Ċiniżi; u (iii) tuża arranġamenti kuntrattwali speċifiċi u ftehimiet ta’ żvilupp konġunti mal-bejjiegħa fejn kien meħtieġ (jiġifieri għal magni speċifiċi biss). L-evidenza fil-fajl għaldaqstant turi li, għall-kuntrarju tas-sejba preliminari li saret fil-premessa (131) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, xi grad ta’ akkwist lokali jista’ jitqies kredibbli u realistiku fir-rigward tax-xenarju kontrofattwali. |
|
(143) |
Barra minn hekk, wara li l-Kummissjoni kienet adottat id-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Ungerija u Samsung SDI ssottomettew informazzjoni li turi li, fir-rigward tal-impjant Ċiniż tal-Grupp Samsung SDI li jinsab fi Tianjin, inkisbu livelli medji sostanzjali ta’ akkwist lokali ([25–30] % fil-perjodu 2015–2016, [15–19] % fil-perjodu 2018–2019). Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni (il-premessa (41)), il-Kummissjoni esprimiet għadd ta’ dubji, b’mod partikolari fir-rigward tal-komparabbiltà taż-żewġ sitwazzjonijiet (l-impjant ta’ Tianjin u l-impjant ippjanat f’Xi’an). L-Ungerija u Samsung SDI madankollu pprovdew spjegazzjonijiet li juru li l-akkwist lokali miksub għall-impjant ta’ Tianjin kien biċċa informazzjoni rilevanti. Huma l-ewwel fakkru li l-innovazzjonijiet fil-proċess għall-investiment ippjanat (post alternattiv f’Xi’an) jirrigwardaw, bħala regola ġenerali, il-mod li bih jintuża l-makkinarju u t-tagħmir u mhux il-makkinarju u t-tagħmir infushom. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li l-proċess tal-produzzjoni u l-prodotti finali fl-impjant ta’ Tianjin ikunu inqas sofistikati mhuwiex tabilħaqq rilevanti biex titwarrab l-esperjenza miksuba mix-xiri tal-makkinarju u t-tagħmir għall-impjant ta’ Tianjin (59). Barra minn hekk, il-fatt li ċ-ċifri għall-perjodu 2018–2019 ma setgħux ikunu magħrufa fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post sempliċiment iwassal għall-eżitu li l-perċentwal ogħla biss ta’ [25–30] % għall-perjodu 2015–2016 (dwar data tal-passat li setgħet kienet magħrufa fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post) ikun rilevanti. L-Ungerija kkjarifikat ukoll li dawn iċ-ċifri tal-akkwist lokali ma nkisbux wara kważi 20 sena ta’ operat tal-impjant (li seta’ kien ifisser li l-impjant ta’ Xi’an seta’ jikseb biss livelli tant sostanzjali ta’ akkwist lokali wara perjodu ta’ żmien simili) peress li l-impjant beda jimmanifattura ċ-ċelluli tal-batteriji biss fl-2008 (u anke fl-2016 għaċ-ċelluli ċilindriċi) (il-premessa (63)(a)). Fl-aħħar nett, l-Ungerija kkonfermat li l-perċentwali tal-akkwist lokali li ġew ippreżentati kienu jinkludu biss makkinarju u tagħmir u ma kinux jinkludu b’mod partikolari l-ispare parts. Fuq dik il-bażi, id-dubji espressi fid-deċiżjoni ta’ estensjoni jistgħu jitneħħew: il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-grad ta’ akkwist lokali miksub fl-impjant ta’ Tianjin fil-perjodu 2015–2016 jikkonferma li, fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post, il-Grupp Samsung SDI seta’ jistenna li jikseb livell sinifikanti ta’ akkwist lokali għall-investiment kontrofattwali fiċ-Ċina. |
|
(144) |
Fir-rigward b’mod aktar preċiż tal-investiment kontrofattwali f’Xi’an, il-livell ta’ akkwist lokali li, fil-fehma ta’ Samsung SDI, seta’ nkiseb b’mod kredibbli, l-ewwel ġie kkalkulat minn Samsung SDI fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. Għal dak l-għan, Samsung SDI elenkat it-tagħmir mixtri għall-impjant ta’ Göd sa dak il-punt (l-investiment kien għadu għaddej dak iż-żmien) u vvalutat jekk, għall-investiment kontrofattwali f’Xi’an, kull biċċa tagħmir setgħetx tiġi akkwistata minn fornitur Ċiniż. Dak il-kalkolu wera proporzjon ta’ [31–35] % bejn il-valur tat-tagħmir li seta’ ġie akkwistat lokalment fiċ-Ċina u l-valur totali tat-tagħmir mixtri fiż-żmien meta sar il-kalkolu (60). Samsung SDI wriet ukoll li l-livell ta’ żvilupp teknoloġiku fil-makkinarju u t-tagħmir Ċiniż żdied matul iż-żmien (ara l-premessa (65)), li jagħmilha aktar probabbli li jintlaħaq livell ogħla ta’ akkwist lokali milli fil-passat. |
|
(145) |
Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni (il-premessi (41) sa (44)), il-Kummissjoni esprimiet għadd ta’ dubji f’dak ir-rigward. Minbarra d-dubji ġenerali dwar jekk kienx ikun kredibbli li wieħed joqgħod fuq il-fornituri Ċiniżi ([…] u r-riskji ta’ kunfidenzjalità, diġà msemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ u li ġew indirizzati fil-premessa (142)), il-Kummissjoni qieset notevolment li l-kampjun użat minn Samsung SDI ma kienx rappreżentattiv, b’mod partikolari peress li kien jirrigwarda fil-biċċa l-kbira l-ewwel fażi tal-investiment f’Göd li kienet inqas innovattiva. L-Ungerija madankollu enfasizzat li l-kampjun kien jirrappreżenta aktar minn [75–80] % tal-valur totali tal-makkinarju (inklużi l-magni użati fit-tieni fażi tal-investiment) (61) u li, fi kwalunkwe każ, iż-żewġ fażijiet tal-investiment jinkludu elementi ta’ innovazzjoni ta’ proċess ġdid. (62) L-Ungerija kkjarifikat ukoll li t-teknoloġija tal-istivar għall-fażi 2 li kienet għadha qed tiġi żviluppata fiż-żmien tal-eżaminazzjoni preliminari tammonta biss għal frazzjoni żgħira ħafna (inqas minn 5 %) tal-kostijiet totali tat-tagħmir u li, anke għal xi magni użati fil-proċess ta’ stivar, setgħu jiġu previsti fornituri Ċiniżi. |
|
(146) |
Il-Kummissjoni nnutat ukoll li d-data rigward il-kapaċitajiet ta’ ċerti fornituri Ċiniżi, deskritta fil-premessi (9)(b) u (10) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni, kienet tiddependi fuq evidenza ex post miġbura (il-premessa (42) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). Madankollu, kif ġie kkjarifikat mill-Ungerija, il-biċċa l-kbira mid-data kkonċernata, anke jekk ikkompilata ex post, kienet disponibbli għall-Grupp Samsung SDI fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ investiment. Filwaqt li parti minn dik id-data ġiet wara d-deċiżjoni ta’ investiment, l-Ungerija kkjarifikat li wieħed biss mis-sitt fornituri Ċiniżi msemmija fil-premessi (9)(b) u (10) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni qatt ma kien ġie kkuntattjat qabel id-deċiżjoni ta’ investiment. Fir-rigward tal-fornituri l-oħra, il-laqgħat ma’ dawk il-fornituri kienu bdew qabel id-deċiżjoni ta’ investiment (anke jekk komplew minn hemm ’il quddiem). Madankollu, il-Kummissjoni tqis li fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ investiment, Samsung SDI setgħet tistenna b’mod raġonevoli li, kieku ntgħażel il-post Ċiniż, kien ikollha kuntatti ulterjuri jew kuntatti intensifikati jew kienet tagħmel kuntatti ġodda ma’ fornituri Ċiniżi potenzjali tat-tagħmir għall-impjant ta’ Xi’an. Dan huwa partikolarment minnu peress li, kif enfasizzat minn Samsung SDI (ara l-premessa (11) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni), il-fornituri Ċiniżi fil-katina tal-batteriji kienu esperjenzaw evoluzzjoni pożittiva kemm f’termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi, bil-konsegwenza li l-possibbiltà li jiġu identifikati fornituri adegwati żdiedet — aktar milli b’mod lineari — hekk kif għadda ż-żmien. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li l-evidenza fil-fajl tal-każ turi biżżejjed li Samsung SDI setgħet tqis b’mod kredibbli rata ta’ akkwist lokali ta’ [31–35] % li kieku l-investiment kellu jsir fiċ-Ċina. |
|
(147) |
Fl-aħħar nett, minħabba li fid-deċiżjoni ta’ estensjoni l-Kummissjoni qieset li l-esperjenza tal-Grupp Samsung SDI rigward l-akkwist lokali tal-makkinarju u t-tagħmir għall-impjant tagħha fi Tianjin tista’ ma tkunx komparabbli mal-investiment f’Xi’an, il-Kummissjoni qajmet ukoll b’mod impliċitu dubji dwar il-komponent speċifiku tar-rata ta’ akkwist lokali ta’ [31–35] % li tikkorrispondi għall-akkwist lokali li seta’ jinkiseb għal Xi’an bl-użu tal-fornituri reali tal-Grupp Samsung SDI għall-impjant ta’ Tianjin (il-komponent miġbur fil-qosor fil-premessa (9)(a) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). Minħabba li l-Ungerija u Samsung SDI spjegaw kif xieraq li ż-żewġ sitwazzjonijiet kienu komparabbli (il-premessa (143)), il-Kummissjoni ma għadx għandha raġunijiet biex jibqa’ jkollha dubji dwar ir-realtà ta’ dak il-komponent. |
|
(148) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li livell ta’ [31–35] % tal-akkwist lokali tal-makkinarju u t-tagħmir għall-finijiet tal-investiment kontrofattwali fiċ-Ċina jista’ jitqies kredibbli u realistiku. |
5.3.1.2.2.2.3. Livell kredibbli ta’ akkwist lokali tal-makkinarju u t-tagħmir għall-Investiment 2 f’Göd
|
(149) |
Fir-rigward tal-akkwist lokali (l-akkwist mill-fornituri taż-ŻEE) tal-makkinarju u t-tagħmir fil-każ tal-Investiment 2 fl-Ungerija, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fil-premessa (126) li suppożizzjoni ta’ sehem ta’ 100 % tal-akkwist lokali ma kinitx kredibbli u ma kinitx realistika. Il-Kummissjoni tinnota li, fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post, Samsung SDI kellha informazzjoni limitata dwar x’kien ikun il-livell realistiku ta’ akkwist lokali tal-makkinarju u t-tagħmir għall-Investiment 2. B’mod partikolari, l-Ungerija kkonfermat (il-premessa (50) hawn fuq) li għall-Investiment 1 Samsung SDI ma kinitx applikat il-politika ta’ akkwist lokali tagħha, peress li l-Investiment 1 kien l-ewwel investiment tagħha fiċ-ċelluli tal-batteriji fiż-ŻEE, li għalih kienet iddeċidiet li toqgħod fuq il-fornituri esperjenzati mill-Korea t’Isfel tal-makkinarju u t-tagħmir biex timminimizza r-riskji. L-Investiment 1, għalhekk, ma setax jipprovdi parametru referenzjarju xieraq jew jinforma l-analiżi ta’ Samsung SDI rigward l-Investiment 2. |
|
(150) |
Il-Kummissjoni tinnota li Samsung SDI bdiet tfittxija għall-fornituri lokali fl-2015. Saż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post, Samsung SDI kienet warrbet, għal diversi raġunijiet, 23 minn 29 fornitur potenzjali bbażati fiż-ŻEE li hija kienet identifikat u kienet biss qed tkompli diskussjonijiet mal-fornituri li kien fadal, li setgħu jipprovdu biss tagħmir għal porzjon żgħir tal-Investiment 2 (il-premessi (54), (126) u (146). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li sehem marġinali biss tal-makkinarju u t-tagħmir akkwistat miż-ŻEE, jekk ikun hemm, jista’ jitqies realistiku u kredibbli fil-każ tal-Investiment 2. |
|
(151) |
Din is-sejba hija korroborata wkoll mill-fatt li, għall-impjant tagħha f’Göd, Samsung SDI fil-fatt akkwistat biss ammont negliġibbli ta’ makkinarju u tagħmir fiż-ŻEE (bejn wieħed u ieħor [1–1,5] % tal-makkinarju u t-tagħmir, ara l-premessa (71)). |
|
(152) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li, fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post, Samsung SDI kellha tqis li, li kieku l-Investiment 2 kellu jsir fl-Ungerija, kienet takkwista lokalment biss b’mod marġinali. Il-Kummissjoni tqis li kien ikun realistiku u kredibbli li jitqies li sehem marġinali biss tal-magni u t-tagħmir użati fl-Investiment 2 kien jiġi akkwistat lokalment mill-fornituri taż-ŻEE. F’dan ir-rigward, peress li l-Ungerija nfisha indikat sehem ta’ akkwist lokali ta’ [1-1,5] % fit-tweġiba tagħha dwar id-diskrepanza tal-NPV ikkalkulata mill-ġdid ta’ Jannar 2023 (il-premessa (71)), li barra minn hekk tikkorrispondi għal-livell reali ta’ akkwist lokali tal-makkinarju u t-tagħmir miksub għall-Investiment 2, il-Kummissjoni se tapplika dak l-ammont biex tikkwantifika s-sehem marġinali ta’ akkwist lokali msemmi hawn fuq. |
5.3.1.2.2.3. Sommarju
|
(153) |
Abbażi tal-proporzjonijiet ta’ akkwist lokali ddeterminati fiż-żewġ sottotaqsimiet preċedenti (5.3.1.2.2.2.2 u 5.3.1.2.2.2.3), il-Kummissjoni tqis li tista’ tikkalkula l-kostijiet kredibbli tat-tagħmir fiż-żewġ postijiet fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-ewwel sottotaqsima (5.3.1.2.2.2.1). Dan isir billi jiġu applikati, għall-frazzjoni tal-makkinarju u t-tagħmir akkwistati lokalment, il-kostijiet tal-akkwist lokali addizzjonali u, għall-frazzjoni tal-makkinarju u t-tagħmir akkwistati mill-fornituri tal-Korea t’Isfel mill-KĠ ta’ Samsung SDI, il-kostijiet tat-trasport fuq l-ilma, id-dazji doganali u ż-żieda applikata mill-KĠ ta’ Samsung SDI. Tabella 1 Akkwist lokali — in-notifika tal-Ungerija u l-valutazzjoni mill-Kummissjoni
|
||||||||||||||||||||
|
(154) |
Għalhekk, il-Kummissjoni rriflettiet il-bidliet ta’ hawn fuq fil-kalkoli tal-VPN ipprovduti mill-Ungerija u Samsung SDI, filwaqt li żammet l-elementi l-oħra kollha tal-VPN li dwarhom il-Kummissjoni ma kienet esprimiet l-ebda dubju mhux mibdula. Notevolment, il-Kummissjoni żżomm is-suppożizzjonijiet tal-kostijiet ippreżentati mill-Ungerija fil-kalkoli inizjali tal-VPN fir-rigward tal-kostijiet tal-akkwist tal-makkinarju u t-tagħmir fil-Korea t’Isfel (kif spjegat fil-premessi (43) tad-deċiżjoni tal-ftuħ u kif irreġistrat fil-premessa (69) hawn fuq), jiġifieri taċċetta li, minbarra l-kostijiet addizzjonali miġbura fil-qosor fit-Tabella 1, il-kostijiet tal-makkinarju u t-tagħmir kienu kważi l-istess bejn il-Korea t’Isfel u l-Ungerija). B’konsegwenza tal-bidliet imsemmija fil-premessi preċedenti, id-diskrepanza tal-NPV bejn iż-żewġ postijiet titnaqqas minn EUR 173 miljun għal EUR 89,6 miljun (fil-valuri preżenti). |
5.3.1.2.3. Appoġġ pubbliku għall-post alternattiv fiċ-Ċina
5.3.1.2.3.1. Għotja ta’ investiment potenzjali fiċ-Ċina
|
(155) |
Fin-notifika tagħha, l-Ungerija kkonfermat li l-ebda offerta ta’ għotja ma kienet saret formalment mill-awtoritajiet Ċiniżi għal investiment f’Xi’an (il-premessa (13) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). Madankollu, bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Ungerija tbiegħdet mid-dikjarazzjonijiet li jinsabu fin-notifika, li hija ddikjarat li kien fihom żbalji kbar, nuqqas ta’ ftehim u informazzjoni żbaljata (il-premessa (14) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni), u argumentat li l-Grupp Samsung SDI kellu diskussjonijiet mal-awtoritajiet lokali Ċiniżi u li l-possibbiltà li l-għoti ta’ din l-għajnuna jimmaterjalizza kienet realistika. |
|
(156) |
Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni esprimiet dubji kemm dwar l-eżistenza ta’ offerta ta’ għajnuna mill-awtoritajiet lokali Ċiniżi għall-proġett inkwistjoni (ara l-premessi 48–50 u 59–61 ta’ dik id-deċiżjoni) kif ukoll dwar jekk din l-għajnuna kinitx ġiet ikkunsidrata fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post (ara l-premessi (51) u (57) ta’ dik id-deċiżjoni). |
|
(157) |
Bi tweġiba għad-deċiżjoni ta’ estensjoni, l-Ungerija u Samsung SDI oġġezzjonaw għaż-żewġ punti ta’ tħassib li tqajmu mill-Kummissjoni. |
|
(158) |
Kif imsemmi fil-premessa (113) hawn fuq, xenarju kontrofattwali jkun kredibbli jekk ikun ġenwin u jkun relatat mal-fatturi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet prevalenti fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. Fil-każ preżenti, indipendentement minn jekk l-awtoritajiet lokali Ċiniżi kinux tabilħaqq ipprovdew offerta ta’ sussidju għall-investiment f’Xi’an, il-Kummissjoni tqis li evidenza kontemporanja għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ma tappoġġjax l-affermazzjoni tal-Ungerija li din l-offerta ġiet ikkunsidrata f’dak il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fiż-żmien meta l-benefiċjarju adotta d-deċiżjoni tiegħu dwar il-post tal-investiment. |
|
(159) |
Tabilħaqq, kif innutat fil-premessa (51) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni sabet li l-offerta ta’ għotja ta’ għajnuna Ċiniża ssemmiet biss fir-rapport intern tal-21 ta’ Settembru 2017. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li l-offerta ta’ għotja mill-awtoritajiet Ċiniżi qatt ma kienet fil-fatt inkluża fit-tqabbil tal-NPV bejn ix-xenarji ta’ investiment alternattivi. L-Ungerija u Samsung SDI, madankollu, oġġezzjonaw li fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-benefiċjarju, il-livell ta’ għajnuna li tista’ tingħata (f’dan il-każ, jew miċ-Ċina jew mill-Ungerija) mhuwiex inkluż fil-kalkoli tal-NPV, iżda ġie kkunsidrat fi stadju sussegwenti. |
|
(160) |
Il-Kummissjoni tinnota li la s-sussidju potenzjali miċ-Ċina u lanqas l-għajnuna mill-Ungerija ma ġew inklużi fil-kalkoli tal-NPV fl-ewwel stadju ta’ tqabbil tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-benefiċjarju. Dan jintwera mir-rapport intern tal-21 ta’ Settembru 2017: iż-żewġ slajds 8 u 9, li huma relatati ma’ ħarsa ġenerali kwantifikata, rispettivament, tal-post ta’ Xi’an u l-post ta’ Göd, jindikaw li l-ħarsa ġenerali ma tinkludix appoġġ potenzjali mill-awtoritajiet Ċiniżi lokali jew mill-awtoritajiet Ungeriżi. Madankollu, jibqa’ l-fatt li, fl-istadji li jmiss tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ Samsung SDI (l-istadji 4 u 5 deskritti fil-premessi (68) u (69) tad-deċiżjoni tal-ftuħ), l-offerta ta’ għajnuna ddikjarata mill-awtoritajiet Ċiniżi ma ġietx ikkunsidrata la fit-tqabbil taż-żewġ siti u lanqas fid-deċiżjoni finali dwar il-post u ma dehritx fid-dokumenti ta’ sostenn. Konsegwentement, l-Ungerija u Samsung SDI ma pprovdewx evidenza li turi li din l-offerta mill-awtoritajiet Ċiniżi tqieset fid-deċiżjoni dwar il-post. |
|
(161) |
B’kuntrast ma’ dan, kif jirriżulta mid-dokumenti interni tal-kumpanija ta’ Samsung SDI (63), l-offerta ta’ għajnuna mill-awtoritajiet Ungeriżi tqieset fl-istadji 4 u 5 tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, jiġifieri ġiet inkluża fit-tqabbil finali (dokument intern tas-26 ta’ Ottubru 2017) u ġiet ippreżentata bħala fattur ewlieni li jiġġustifika d-deċiżjoni ta’ investiment f’Göd (fis-27 ta’ Novembru 2017) (ara l-premessa (59)). |
|
(162) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-Ungerija u Samsung SDI ma wrewx li l-offerta ta’ għotja mill-awtoritajiet Ċiniżi, jekk kien hemm, kienet tqieset bħala fattur prevalenti mid-deċiżuri u ġiet ikkunsidrata fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. Għalhekk, l-offerta ta’ għajnuna mill-awtoritajiet Ċiniżi lokali ma tistax titqies bħala element kredibbli u realistiku tax-xenarju kontrofattwali. |
5.3.1.2.3.2. Taxxa korporattiva fuq l-introjtu (CIT, Corporate Income Tax) fiċ-Ċina ta’ 15 % minflok 25 %
|
(163) |
Fit-tweġibiet tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Ungerija u Samsung SDI introduċew ukoll pretensjoni ġdida, li skontha l-Grupp Samsung SDI seta’ bbenefika minn rata mnaqqsa ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu fiċ-Ċina li kieku l-investiment tiegħu kien jinsab f’Xi’an, fuq il-bażi tal-politiki Ċiniżi għar-reġjuni tal-Punent taċ-Ċina, jew inkella abbażi tal-possibbiltà li l-Grupp Samsung SDI seta’ bbenefika mir-reġim tal-HNTE (64) (il-premessi minn (24) sa (29) u minn (58) sa (62) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). |
|
(164) |
Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kredibbiltà ta’ dan it-tnaqqis fit-taxxa (minħabba li, minn naħa, fl-2017 il-benefiċċji ta’ dan it-tnaqqis ġew irtirati b’mod mhux mistenni mill-industrija tal-batteriji għall-vetturi elettriċi fiċ-Ċina u, min-naħa l-oħra, Samsung SDI ma dehritx li qed tissodisfa l-kriterji tar-reġim tal-HNTE) u jekk din ir-rata mnaqqsa kinitx fil-fatt tqieset minn Samsung SDI fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. |
|
(165) |
Indipendentement mill-affermazzjoni li l-Grupp Samsung SDI seta’ jassumi b’mod kredibbli li rata mnaqqsa ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu kienet tkun disponibbli għalih għall-investiment tiegħu f’Xi’an, il-Kummissjoni tqis li l-ebda evidenza fil-fajl tal-każ ma tappoġġja l-affermazzjoni li l-Grupp Samsung SDI qies dan it-tnaqqis fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-post. Bħal fil-każ tal-offerta ta’ għotja mill-awtoritajiet lokali Ċiniżi, fl-istadji finali tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Grupp Samsung SDI, it-tnaqqis iddikjarat tar-rata ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu ma kienx ikkunsidrat la fit-tqabbil taż-żewġ siti u lanqas fid-deċiżjoni finali dwar il-post. L-Ungerija u Samsung SDI ma pprovdew l-ebda evidenza li turi li dan it-tnaqqis tqies fid-deċiżjoni dwar il-post. |
|
(166) |
B’kuntrast ma’ dan, id-dokumenti interni msemmija fil-premessa (161) juru li l-offerta ta’ għajnuna mill-awtoritajiet Ungeriżi tqieset fl-istadji 4 u 5 tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, jiġifieri ġiet inkluża fit-tqabbil finali (dokument intern tas-26 ta’ Ottubru 2017) u ġiet ippreżentata bħala fattur ewlieni li jiġġustifika d-deċiżjoni ta’ investiment f’Göd (fis-27 ta’ Novembru 2017). |
|
(167) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Ungerija u Samsung SDI ma wrewx li t-tnaqqis iddikjarat fit-taxxa korporattiva fuq l-introjtu, jekk kien hemm, kien tqies bħala fattur prevalenti minn min jieħu d-deċiżjonijiet u li tqies fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. Għalhekk, it-tnaqqis fit-taxxa korporattiva fuq l-introjtu ma jistax jitqies bħala element kredibbli u realistiku tax-xenarju kontrofattwali. |
5.3.1.2.4. Approċċi diskreti u probabilistiċi għal kalkoli plawżibbli tad-diskrepanza tal-NPV
|
(168) |
Wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ, Samsung SDI (il-premessa (34) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni) ippreżentat bosta approċċi alternattivi (approċċi probabilistiċi u diskreti, ara l-premessi (79) u (81) hawn fuq). L-approċċ diskret ifittex li jikkalkula mill-ġdid id-diskrepanza tal-NPV bejn iż-żewġ postijiet f’erba’ xenarji differenti (filwaqt li jikkunsidra miżura ta’ appoġġ waħda jew oħra ddikjarata mill-awtoritajiet Ċiniżi, u ishma ta’ akkwist lokali riveduti għaż-żewġ postijiet). Madankollu, kif ammettiet Samsung SDI stess (ara l-premessa (80) hawn fuq), dak l-approċċ ma jirriflettix b’mod preċiż il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li wassal għad-deċiżjoni dwar il-post. Barra minn hekk, kif innutat fil-premessi (162) u (167) hawn fuq, ma hemm l-ebda evidenza li xi waħda mill-miżuri ta’ appoġġ iddikjarati mill-awtoritajiet Ċiniżi ġiet ikkunsidrata fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-erba’ xenarji differenti ma kien jinkludi l-elementi kollha tal-kostijiet li ġew ivvalutati hawn fuq fit-Taqsima 5.3.1.2, li, fil-fehma tal-Kummissjoni, jaffettwaw il-punt sa fejn id-diskrepanza tal-NPV bejn iż-żewġ postijiet tista’ tinstab li hija kredibbli. Għalhekk, dak l-approċċ ma jistax jaffettwa l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-preżenza u l-firxa tal-effett ta’ inċentiv li l-għajnuna mill-awtoritajiet Ungeriżi kellha fuq min jieħu d-deċiżjonijiet fil-Grupp Samsung SDI. Fir-rigward tal-approċċi probabilistiċi, dawn ġew żviluppati minn Samsung SDI fuq il-bażi ta’ stima tal-probabbiltà tal-okkorrenza ta’ ċerti avvenimenti (akkwist lokali fiċ-Ċina, għotja mill-awtoritajiet Ċiniżi, rata tas-CIT imnaqqsa fiċ-Ċina) għall-kalkolu mill-ġdid tad-diskrepanza tal-NPV. It-tliet approċċi probabilistiċi kollha rriżultaw f’diskrepanza tal-NPV ikkalkulata mill-ġdid simili għal dik oriġinarjament ippreżentata mill-Ungerija. |
|
(169) |
Il-Kummissjoni nnutat fid-deċiżjoni ta’ estensjoni li Samsung SDI ma pprovdiet l-ebda dokument intern kontemporanju li jkun jappoġġja l-affermazzjoni li dan l-approċċ ta’ ponderazzjoni tal-probabbiltà tqies fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post, aħseb u ara li l-valuri differenti ta’ dawn il-fatturi ta’ probabbiltà kienu ġew ikkunsidrati f’dak il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. |
|
(170) |
Sabiex turi li l-approċċ probabilistiku kellu appoġġ f’dokumenti kontemporanji, l-Ungerija, fil-kummenti tagħha għad-deċiżjoni ta’ estensjoni, argumentat li kienet diġà ppreżentat dokumenti kontemporanji biex turi li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ta’ Samsung SDI kienu konxji mill-offerta ta’ sussidju mill-awtoritajiet Ċiniżi, kif ukoll mir-rata tas-CIT imnaqqsa, potenzjalment disponibbli fiċ-Ċina. Madankollu, l-għarfien ta’ dawk il-possibbiltajiet ma jfissirx li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet effettivament qisuhom meta ħadu d-deċiżjoni dwar il-post, aħseb u ara li assenjaw probabbiltajiet speċifiċi għal dawn l-elementi. L-Ungerija rreferiet ukoll għar-rapport intern tal-21 ta’ Settembru 2017. Dak id-dokument (li jsemmi kriterju li jirrigwarda l-“konsistenza fit-taxxi u l-politiki” u l-livelli differenti possibbli ta’ għotja mill-awtoritajiet Ċiniżi), madankollu, ma jagħtix prova li d-deċiżjoni ta’ investiment meħuda fis-27 ta’ Novembru 2017 kienet ibbażata fuq approċċ probabilistiku. Barra minn hekk, ir-rapport intern tal-21 ta’ Settembru 2017 ma jsemmi l-ebda probabbiltà fir-rigward ta’ xi wieħed mill-fatturi li għalihom Samsung SDI u l-Ungerija jissuġġerixxu ex post li jiġi applikat l-approċċ probabilistiku. |
|
(171) |
Matul l-istadji multipli tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni, l-Ungerija u Samsung SDI għaldaqstant ma pprovdewx evidenza kontemporanja għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li dan l-approċċ probabilistiku kien tqies fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. Anzi, jidher li l-approċċ probabilistiku ġie żviluppat l-ewwel minn Samsung SDI fil-kummenti tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessa (78)). |
|
(172) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Ungerija ma setgħetx tagħti prova li approċċ probabilistiku qatt tqies minn Samsung SDI matul il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-post tal-investiment. Għalhekk, dan l-approċċ probabilistiku ma jistax jitqies bħala element kredibbli u realistiku li jiġi kkunsidrat fit-tqabbil taż-żewġ postijiet għall-investiment. |
5.3.1.2.5. Konklużjoni dwar l-effett ta’ inċentiv
|
(173) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ungerija tat prova li l-miżura ta’ għajnuna kellha effetti ta’ inċentiv formali u sostantivi. Madankollu, fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, il-Kummissjoni tqis li l-Ungerija ma wrietx li s-suppożizzjoni li fi kwalunkwe wieħed mill-postijiet meqjusa, tinkiseb rata ta’ akkwist lokali ta’ 100 %, kienet kredibbli u realistika fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-post. Fil-fehma tal-Kummissjoni, sehem aktar baxx biss ta’ akkwist lokali fiż-żewġ xenarji jista’ jitqies bħala li huwa kredibbli u realistiku, fid-dawl tal-elementi disponibbli għal min ħa d-deċiżjonijiet tal-Grupp Samsung SDI fiż-żmien meta għażlu l-post għall-investiment. Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-Ungerija ma stabbilietx la li l-għajnuna mill-awtoritajiet Ċiniżi u lanqas il-possibbiltà li l-investiment jibbenefika minn rata mnaqqsa tas-CIT, anke jekk dawn l-elementi jistgħu jitqiesu bħala li huma kredibbli, ġew ikkunsidrati mill-Grupp Samsung SDI meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar il-post. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Investiment 2 f’Göd iġarrab żvantaġġ tal-kostijiet meta mqabbel ma’ investiment fil-post alternattiv fiċ-Ċina, u għalhekk il-miżura ta’ għajnuna tista’ titqies li topera bħala inċentiv, fis-sens li, fin-nuqqas tal-miżura ta’ għajnuna, ma kienx ikun profittabbli biżżejjed għall-benefiċjarju li jagħmel dak l-investiment f’Göd. Madankollu, il-miżura ta’ għajnuna tista’ titqies biss li għandha effett ta’ inċentiv sal-punt li l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż l-iżvantaġġ tal-post ta’ Göd f’termini ta’ NPV, meta mqabbel mal-post kontrofattwali, eżaminat fil-kuntest li fih il-benefiċjarju ddeċieda dwar il-post tal-investiment. Il-Kummissjoni stabbiliet li din id-diskrepanza tal-NPV ma tistax tiġi kkwantifikata b’mod kredibbli għal EUR 173 miljun, kif iddikjarat mill-Ungerija fin-notifika tagħha, iżda sabitha kredibbli sal-ammont ta’ EUR 89,6 miljun. Kwalunkwe għajnuna ’l fuq minn dak l-ammont ma jkollhiex effett ta’ inċentiv għall-parti li taqbeż dak l-iżvantaġġ tal-kostijiet. |
5.3.2. Ħtieġa ta’ intervent mill-Istat
|
(174) |
Skont it-Taqsima 3.3 tal-RAG, sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess komuni, jeħtieġ li l-ewwel issir djanjosi tal-problema li għandha tiġi indirizzata. L-għajnuna mill-Istat jenħtieġ li tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna tista’ twassal għal titjib materjali li s-suq ma jistax jikseb hu stess. |
|
(175) |
Kif stabbilit fil-paragrafu 49 tal-RAG, l-intervent mill-Istat huwa meqjus li huwa ġustifikat għall-iżvilupp taż-żoni inklużi fil-mappa tal-għajnuna reġjonali. F’konformità mal-mappa tal-għajnuna reġjonali tal-Ungerija għall-perjodu 2017-2021 (ara l-premessa (10)), li kienet prevalenti fiż-żmien meta ngħatat il-miżura ta’ għajnuna (soġġetta biss għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni) (il-premessa (30)), Göd kien eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE, li huwa f’konformità mat-Taqsima 3.3. tal-RAG. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni tagħha li l-Ungerija wriet il-ħtieġa għal intervent mill-Istat f’dan il-każ. |
5.3.3. Adegwatezza
|
(176) |
Kif imfakkar fid-deċiżjoni tal-ftuħ, skont il-paragrafu 50 tal-RAG, il-miżura ta’ għajnuna notifikata trid tkun strument ta’ politika xieraq biex jiġi indirizzat l-objettiv ta’ politika kkonċernat. L-RAG jenfasizzaw li miżura ta’ għajnuna ma titqiesx li hija kompatibbli jekk ikunu disponibbli strumenti ta’ politika oħra b’inqas distorsjoni jew tipi oħra ta’ strumenti ta’ għajnuna b’inqas distorsjoni. It-Taqsima 3.4 tal-RAG għalhekk tintroduċi test tal-adegwatezza fuq żewġ livelli. Skont l-ewwel test tal-adegwatezza, l-Istati Membri jridu jidentifikaw l-ostakli għall-iżvilupp reġjonali u l-iżvantaġġi speċifiċi ta’ ditti li joperaw fir-reġjun fil-mira, u jikkjarifikaw sa liema punt l-ostakli għall-iżvilupp reġjonali setgħu wkoll ikunu fil-mira ta’ miżuri mhux ta’ għajnuna. Skont it-tieni test tal-adegwatezza, l-Istat Membru għandu jindika għaliex, fid-dawl tal-merti individwali tal-każ, il-forma magħżula ta’ għajnuna għall-investiment reġjonali hija l-aħjar strument biex jinfluwenza l-investiment jew id-deċiżjoni lokali. |
|
(177) |
Fir-rigward tal-ewwel livell tat-test, fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni aċċettat li l-għajnuna mill-Istat, u l-għajnuna għall-investiment reġjonali b’mod partikolari, huma forma xierqa ta’ appoġġ biex jintlaħaq l-objettiv ta’ koeżjoni għaż-żona ta’ Göd, żona eliġibbli għall-għajnuna reġjonali f’konformità mal-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza kuntrarja fil-fajl, din is-sejba tibqa’ valida. |
|
(178) |
Fir-rigward tat-tieni livell tat-test, il-Kummissjoni aċċettat ukoll li għotja diretta tikkostitwixxi fil-prinċipju strument ta’ għajnuna xieraq biex titnaqqas id-diskrepanza fil-vijabbiltà (ara l-premessi (113) u (114) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Il-Kummissjoni, madankollu, esprimiet dubji dwar ir-realtà u l-firxa tad-diskrepanza fil-vijabbiltà u tal-kontribuzzjoni għall-iżvilupp reġjonali. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-realtà u l-firxa tad-diskrepanza fil-vijabbiltà u dwar il-kontribuzzjoni tal-miżura ta’ għajnuna għall-iżvilupp reġjonali, il-Kummissjoni tqis li l-għotja diretta lil Samsung SDI, jekk tkun limitata għall-ammont tad-diskrepanza fil-vijabbiltà msemmija fil-premessa (173), hija strument ta’ għajnuna xieraq f’dan il-każ. |
|
(179) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta’ għajnuna għall-investiment reġjonali pprovduta fil-forma ta’ għotja diretta (sad-diskrepanza reali fil-vijabbiltà) tirrappreżenta forma xierqa ta’ appoġġ biex jintlaħaq l-objettiv ta’ żvilupp reġjonali taż-żona kkonċernata. |
5.3.4. Proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna
|
(180) |
Skont it-Taqsima 3.6 tal-RAG, l-għajnuna reġjonali trid tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex jitħeġġeġ investiment jew attività addizzjonali fiż-żona kkonċernata. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna tista’ titwettaq biss ladarba jiġi kkonfermat l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna. L-analiżi tal-proporzjonalità tal-għajnuna reġjonali għal investiment partikolari trid issir fid-data tad-deċiżjoni ta’ investiment, jiġifieri fil-kuntest li fih l-impriża li tirċievi l-għajnuna tiddeċiedi dwar il-post tal-proġett tagħha (65). |
|
(181) |
Il-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-għajnuna hija soġġetta għal test doppju. L-ewwel nett, bħala regola ġenerali, l-għajnuna individwali notifikata titqies li tkun limitata għall-minimu, jekk l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-kostijiet żejda netti tal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbel max-xenarju kontrofattwali fin-nuqqas ta’ għajnuna. Skont il-paragrafu 80 tal-RAG, fis-sitwazzjonijiet tax-xenarju 2, l-ammont tal-għajnuna jenħtieġ li ma jaqbiżx id-differenza bejn l-NPV tal-investiment fil-post alternattiv u l-NPV fiż-żona fil-mira, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti kollha. It-tieni, l-għajnuna biex tikkumpensa d-differenza tal-NPV ma tridx taqbeż l-ammont massimu ta’ għajnuna li tista’ tingħata skont il-limitu massimu ta’ għajnuna reġjonali applikabbli għar-reġjun fil-mira għal proġett ta’ investiment tad-daqs partikolari (filwaqt li jiġu kkunsidrati r-regoli dwar it-tnaqqis stabbiliti fil-paragrafi 86 u 20(c) tal-RAG). |
|
(182) |
L-ewwel nett, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-proporzjonalità tal-għajnuna, meta wieħed iqis id-dubji rigward il-kalkoli tad-diskrepanza fil-vijabbiltà li ġew ippreżentati mill-Ungerija fin-notifika tagħha. Tabilħaqq, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kredibbiltà tal-informazzjoni ppreżentata mill-Ungerija u b’mod preliminari qieset li d-diskrepanza tal-NPV bejn iż-żewġ postijiet ta’ investiment alternattivi ma kinitx realistika (ara l-premessa (148) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(183) |
Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni esprimiet aktar dubji dwar ir-realtà u l-kredibbiltà tal-kalkolu tad-diskrepanza tal-NPV li ġie ppreżentat mill-Ungerija. |
|
(184) |
Meta vvalutat l-effett ta’ inċentiv (it-Taqsima 5.3.1.2.5 hawn fuq), il-Kummissjoni kkonkludiet li d-diskrepanza tal-NPV kif notifikata mill-Ungerija mhijiex ibbażata fuq informazzjoni kredibbli u ma tidhirx li hija realistika. Għar-raġunijiet dettaljati f’dik it-taqsima, il-Kummissjoni kkonkludiet li investiment f’Göd ma jġarrabx żvantaġġ tal-kostijiet meta mqabbel ma’ investiment fil-post alternattiv fiċ-Ċina ta’ EUR 173 miljun, kif iddikjarat mill-Ungerija fin-notifika tagħha, iżda pjuttost ta’ EUR 89,6 miljun. F’dan ir-rigward, l-ammont tal-għajnuna notifikata ta’ EUR 108 miljun huwa sproporzjonat. Biex jibqa’ proporzjonat għad-diskrepanza tal-NPV, l-ammont tal-għajnuna għalhekk ma għandux jaqbeż EUR 89,6 miljun. |
|
(185) |
It-tieni, fir-rigward tar-rekwiżit tal-intensità tal-għajnuna, il-Kummissjoni fakkret fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha li l-limitu massimu tal-għajnuna reġjonali applikabbli fiż-żona ta’ Göd huwa ta’ 35 %. Hija fakkret ukoll li l-intensità tal-għajnuna massima għal proġetti kbar ta’ investiment trid titnaqqas bl-użu tal-mekkaniżmu stabbilit fil-paragrafu 20(c) tal-RAG, li abbażi tiegħu l-intensità massima permissibbli tal-għajnuna tilħaq it–13,11 % tal-ekwivalenti ta’ għotja gross (gross grant equivalent, GGE) għall-miżura ta’ għajnuna. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna notifikata ta’ EUR 108 miljun meta mqabbla man-nefqa eliġibbli totali ppjanata fil-valur preżenti għall-miżura ta’ għajnuna ta’ madwar HUF 376,540 biljun (madwar EUR 1 187 miljun) kienet tikkorrispondi għal intensità tal-għajnuna ta’ 9,11 %, li għalhekk ma kinitx ogħla mil-limiti massimi tal-għajnuna reġjonali kkoreġuti bil-mekkaniżmu ta’ tnaqqis. Meta wieħed iqis li n-nefqa eliġibbli totali ppjanata żdiedet meta mqabbla maċ-ċifri notifikati, u l-ammont tal-għajnuna meqjus kompatibbli f’din id-Deċiżjoni jitnaqqas għal EUR 89,6 miljun, l-intensità tal-għajnuna riżultanti hija inqas minn 9,11 % u għalhekk tibqa’ taħt il-limiti massimi tal-għajnuna reġjonali. |
|
(186) |
Fl-aħħar nett, il-konklużjoni tal-Kummissjoni rigward il-konformità mal-kriterji għall-eliġibbiltà tal-kostijiet stabbiliti fl-RAG, kif deskritta fil-premessi (155) u (156) tad-deċiżjoni tal-ftuħ (66), tibqa’ valida. |
|
(187) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta’ għajnuna hija proporzjonata, iżda unikament sal-punt li ma tkunx taqbeż id-diskrepanza tal-NPV stabbilita mill-Kummissjoni fl-ammont ta’ EUR 89,6 miljun. |
5.3.5. Evitar ta’ effetti negattivi manifesti żejda fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(188) |
Il-Kummissjoni kompliet tanalizza jekk l-għajnuna għandhiex effetti negattivi manifesti żejda fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. |
|
(189) |
It-Taqsima 3.7.2 tal-RAG telenka sensiela ta’ sitwazzjonijiet fejn l-effetti negattivi fuq il-kummerċ u/jew il-kompetizzjoni jegħlbu manifestament kwalunkwe effett pożittiv li miżura ta’ għajnuna reġjonali jista’ jkollha. |
5.3.5.1.
|
(190) |
Skont il-paragrafu 119 tal-RAG, effett negattiv manifest ikun jeżisti meta l-ammont tal-għajnuna propost jaqbeż, meta mqabbel man-nefqa eliġibbli (standardizzata) ta’ investiment, il-limitu massimu aġġustat tal-intensità tal-għajnuna li japplika għal proġett ta’ daqs partikolari. |
|
(191) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni nnutat li l-kostijiet eliġibbli ġew stabbiliti f’konformità mal-RAG (il-premessa (153) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza kuntrarja, din il-konklużjoni tibqa’ valida. Il-Kummissjoni sostniet ukoll li l-intensitajiet tal-għajnuna massimi ma nqabżux (il-premessa (157) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Kif imsemmi fil-premessa (185) hawn fuq, din il-konklużjoni tibqa’ a fortiori valida b’kostijiet eliġibbli ogħla u ammont tal-għajnuna stabbilit għal EUR 89,6 miljun, livell aktar baxx mill-ammont notifikat. |
5.3.5.2.
|
(192) |
Skont il-paragrafu 120 tal-RAG, effett negattiv manifest jinħoloq ukoll meta l-għajnuna għall-investiment toħloq kapaċità f’suq li sejjer lura b’mod assolut, peress li din l-għajnuna x’aktarx li teskludi lill-kompetituri, jew tipprevjeni li ditti b’kostijiet baxxi jidħlu, u tirriskja li ddgħajjef l-inċentivi għall-kompetituri biex jinnovaw. Dan jirriżulta fi strutturi tas-suq ineffiċjenti, li huma wkoll ta’ ħsara għall-konsumaturi fit-tul. |
|
(193) |
Meta jitqies is-suq li mistenni jikber taċ-ċelluli tal-batteriji (kif ukoll il-moduli tal-batteriji u l-pakketti tal-batteriji), kemm fil-livell taż-ŻEE kif ukoll f’dak globali, notevolment appoġġjat minn evidenza pprovduta mill-Ungerija (il-premessa (172) tad-deċiżjoni tal-ftuħ), il-Kummissjoni tqis li, indipendentement mid-definizzjoni eżatta tal-prodott u tas-suq ġeografiku, il-miżura ta’ għajnuna x’aktarx li ma tirriżultax f’kapaċità żejda f’suq li sejjer lura. Barra minn hekk, fi kwalunkwe każ, minħabba li, irrispettivament mill-post tal-impjant (Göd jew Xi’an), dik il-faċilità ta’ produzzjoni kienet taqdi l-istess klijenti fl-istess żoni ġeografiċi (ara l-premessa (88)), l-għajnuna mhix kawżali għaż-żieda fil-provvista fis-suq (irrispettivament mid-definizzjoni ġeografika jew tal-prodott). F’konformità mal-konklużjoni tagħha fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-miżura ta’ għajnuna tikkonforma mal-paragrafu 120 tal-RAG. |
5.3.5.3.
|
(194) |
Il-paragrafu 121 tal-RAG jipprojbixxi reġjun fiż-ŻEE b’vijabbiltà aktar baxxa speċifika għall-proġett milli jipparteċipa f’“tlielaq għas-sussidji” għad-detriment ta’ reġjuni daqstant dgħajfa jew agħar. (67) |
|
(195) |
Għalkemm inizjalment ma esprimiet l-ebda dubju f’dak ir-rigward fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma eskludietx ir-riskju ta’ effetti kontra l-koeżjoni fid-deċiżjoni ta’ estensjoni, abbażi ta’ evidenza ġdida ppreżentata mill-Ungerija u minn Samsung SDI (ara l-premessa (72) ta’ dik id-deċiżjoni). Tabilħaqq, filwaqt li fil-fażi inizjali tal-investigazzjoni l-Ungerija kienet irreferiet biss għal post alternattiv wieħed barra miż-ŻEE (iċ-Ċina), deher ċar minn dik l-evidenza ġdida li postijiet potenzjali oħra fiż-ŻEE (il-Polonja, is-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka) kienu wkoll tqiesu mill-Grupp Samsung SDI bħala postijiet potenzjali għall-investiment. Fil-premessa (68) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni aċċettat li s-siti ta’ żoni ġodda Ċeki u Slovakki kienu ġew esklużi mill-Grupp Samsung SDI fi stadju aktar bikri tal-proċess tal-għażla, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-possibbiltà li l-għajnuna għas-sit Ungeriż f’Göd, eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE, seta’ kellha effett kontra l-koeżjoni billi tattira investiment lil hinn minn reġjun Pollakk inqas żviluppat, eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3), il-punt (a) tat-TFUE. |
|
(196) |
Abbażi tal-argumenti pprovduti mill-Ungerija u Samsung SDI bi tweġiba għad-deċiżjoni ta’ estensjoni u fuq l-evidenza fil-fajl, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sit Pollakk alternattiv possibbli ġie eskluż mil-lista ta’ siti potenzjali pjuttost kmieni fil-proċess tal-għażla tal-Grupp Samsung SDI. Kif indikat fid-deċiżjoni ta’ estensjoni (il-premessa (69)), huwa ċar li l-post Pollakk ma ġiex ivvalutat taħt l-istadju li jmiss tal-proċess tal-għażla (“analiżi dettaljata tal-kandidati finali”) li jinvolvi simulazzjoni tal-profitt u t-telf, simulazzjoni tal-kronoloġija u l-potenzjal għall-espansjoni. Is-sit Pollakk, bħal siti alternattivi oħra, għadda biss minn valutazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva preliminari. Is-sit Pollakk ikklassifika ferm taħt siti oħra fuq in-naħa kwantitattiva preliminari. Mid-dokument imsemmi mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tagħha, jidher li ntgħażlu biss siti abbandunati, u li siti ta’ żoni ġodda bħas-sit Pollakk ġew esklużi (notevolment minħabba li kienu jirriżultaw f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ħafna itwal). Għalhekk, kif jidher mir-rapport intern tal-21 ta’ Settembru 2017), żewġ siti biss tqiesu b’mod serju għall-istadju li jmiss u tqiesu fid-dettall, jiġifieri s-sit fil-mira f’Göd u s-sit Ċiniż f’Xi’an. |
|
(197) |
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li, għall-kuntrarju tal-affermazzjonijiet li hija kienet qajmet fid-deċiżjoni ta’ estensjoni, l-għajnuna x’aktarx li ma jkollhiex effett kontra l-koeżjoni. |
5.3.5.4.
|
(198) |
Skont il-paragrafu 122 tal-RAG, meta l-benefiċjarju jkollu pjanijiet konkreti biex jagħlaq jew effettivament jagħlaq l-istess attività jew waħda simili f’żona oħra fiż-ŻEE u jirriloka dik l-attività lejn iż-żona fil-mira, jekk ikun hemm rabta kawżali bejn l-għajnuna u r-rilokazzjoni, dan jikkostitwixxi effett negattiv li x’aktarx ma jiġix ikkumpensat minn xi elementi pożittivi. |
|
(199) |
L-Ungerija u l-benefiċjarju tal-għajnuna ddikjaraw (ara l-premessa (33) tad-deċiżjoni tal-ftuħ) li l-benefiċjarju, fil-livell tal-grupp, ma kienx għalaq l-istess attività jew waħda simili fiż-ŻEE fis-sentejn ta’ qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna, u ma kellu l-ebda pjan konkret li jagħmel dan fi żmien sentejn wara l-ikkompletar tal-investiment. |
|
(200) |
Madankollu, il-Kummissjoni qajmet dubji f’dak ir-rigward, fid-dawl tar-rapporti tal-istampa li ssuġġerew li l-Grupp Samsung SDI kien qed jirriorganizza l-attivitajiet tiegħu fl-UE (il-premessa (179) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Din ir-riorganizzazzjoni tista’ twassal għar-rilokazzjoni tal-attivitajiet ta’ produzzjoni tal-pakketti tal-batteriji tas-sussidjarja tal-Grupp Samsung SDI li tinsab fl-Awstrija għall-Ungerija, u telf ta’ 100 impjieg fis-sussidjarja Awstrijaka. |
|
(201) |
Il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-għajnuna għal investiment fil-produzzjoni taċ-ċelluli tal-batteriji għall-vetturi elettriċi f’Göd ma kinitx, tal-inqas indirettament, kawżali għal kwalunkwe għeluq jew rilokazzjoni tal-istess attività jew waħda simili fiż-ŻEE. |
|
(202) |
Abbażi tas-sottomissjonijiet addizzjonali tal-Ungerija u ta’ Samsung SDI u tal-evidenza fil-fajl (il-premessa (90)), il-Kummissjoni tinnota li s-sit Awstrijak ma ngħalaqx skont it-tifsira tal-RAG. Sabiex tikkwalifika bħala għeluq għall-fini tal-paragrafu 122 tal-RAG, l-attività trid tkun għalqet kompletament jew inkella parzjalment meta dan jirriżulta f’telf sostanzjali ta’ impjiegi, jiġifieri telf ta’ mill-inqas 100 impjieg jew bħala tnaqqis fl-impjiegi ta’ mill-inqas 50 % tal-forza tax-xogħol fl-istabbiliment fid-data tal-applikazzjoni (meta mqabbel mal-impjieg medju fl-istabbiliment f’waħda mis-sentejn ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni (il-“perjodu ta’ referenza”) (68). L-Ungerija pprovdiet evidenza li dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati fil-każ preżenti. It-telf skedat ta’ 140 impjegat b’livell aktar baxx ta’ edukazzjoni sal-2021, ikkumpensat parzjalment minn żieda fl-għadd ta’ ħaddiema b’livell ogħla ta’ edukazzjoni, kien mistenni li jnaqqas l-għadd totali ta’ impjegati għal għadd bejn it-397 u l-417, li għandu jitqabbel mal-impjieg medju ta’ 401–470 fil-perjodu ta’ referenza (bejn Ottubru 2015 u Settembru 2017). Għaldaqstant jintilfu inqas minn 100 impjieg. Barra minn hekk, minħabba l-forza tax-xogħol totali ta’ 401–470 fil-perjodu ta’ referenza, it-tnaqqis (gross) tal-forza tax-xogħol b’140 impjegat ikun taħt il-livell limitu ta’ 50 %. |
|
(203) |
Barra minn hekk, l-Ungerija spjegat li ma kien hemm l-ebda rilokazzjoni mill-Awstrija għall-Ungerija, peress li ċ-ċelluli tal-batteriji prodotti f’Göd huma teknoloġikament differenti miċ-ċelluli prodotti fl-impjant Awstrijak (ara l-premessa (90)). |
|
(204) |
Barra minn hekk, l-Ungerija pprovdiet dokumenti interni tal-kumpanija li juru li t-tnaqqis tal-attivitajiet fl-impjant Awstrijak ta’ Samsung SDI kien parti minn orjentazzjoni mill-ġdid ta’ dak l-istabbiliment (mill-produzzjoni tal-pakketti tal-batteriji għal attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, ta’ ttestjar u ta’ kontroll tal-kwalità) wara deċiżjoni mill-klijenti (ċerti manifatturi tal-karozzi) (mhux minn Samsung SDI) li juru diżinteress fil-prodotti li ġew prodotti fl-impjant Awstrijak. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni taċċetta li ma tistax tiġi stabbilita rabta kawżali bejn l-Investment 2 u r-riorganizzazzjoni tal-impjant Awstrijak tal-Grupp Samsung SDI. |
|
(205) |
Fid-dawl ta’ dawk l-elementi, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi li l-miżura ta’ għajnuna tkun kawżali għal kwalunkwe għeluq jew rilokazzjoni fiż-ŻEE. |
5.3.5.5.
|
(206) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna ma għandha l-ebda effett manifestament negattiv fuq il-kompetizzjoni jew il-kummerċ skont it-tifsira tat-Taqsima 3.7.2 tal-RAG. |
5.3.6. Ebda effett negattiv bla bżonn ieħor
|
(207) |
Minbarra t-Taqsima 3.7.2 tal-RAG, effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni li għandhom jiġu kkunsidrati fil-bqija tat-test tal-ibbilanċjar jekk l-investiment isir f’kuntest tax-xenarju 2 f’żewġ swieq ġeografiċi distinti huma identifikati fil-paragrafi 114 u 115 u 132 tal-RAG. Dawn l-effetti jirrigwardaw il-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti fis-suq jew il-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ kapaċitajiet żejda f’suq bi prestazzjoni baxxa (anki jekk dak is-suq ma jkunx sejjer lura b’mod assolut). |
|
(208) |
L-ewwel nett, l-investiment kien iwassal, bl-għajnuna jew mingħajrha, għall-istess volumi ta’ ċelluli tal-batteriji li ġew ikkonsenjati fis-suq taż-ŻEE u dak dinji (bħal jekk l-impjant kienx ikun jinsab f’Xi’an jew f’Göd, is-swieq tad-destinazzjoni mistennija huma l-istess, ara l-premessa (88)) sabiex l-għajnuna ma tkunx kawżali għal dawn l-effetti negattivi bla bżonn u mhuwiex meħtieġ li jitwettqu dawn it-testijiet addizzjonali. |
|
(209) |
Fi kwalunkwe każ, l-għajnuna mhux se toħloq jew issaħħaħ pożizzjoni dominanti fis-suq peress li l-ishma mis-suq ta’ Samsung SDI (meta jiġi kkunsidrat l-investiment inkwistjoni) kienu mistennija li jiżdiedu minn [7–10] % fl-2019 għal [20–25] % fl-2023 fil-livell Ewropew u minn [7–10] % fl-2019 għal [10–13,5] % fl-2023 fil-livell globali (ara l-premessa (25)). L-għajnuna lanqas mhi se toħloq kapaċitajiet żejda f’suq bi prestazzjoni baxxa peress li s-suq — madwar id-dinja u fil-livell taż-ŻEE — qed jikber (ara l-premessa (172) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
5.3.7. Ibbilanċjar tal-effetti pożittivi u negattivi tal-għajnuna
|
(210) |
Billi tiskatta l-post tal-investiment f’reġjun megħjun, l-għajnuna tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali ta’ Göd, li jimplika sensiela ta’ effetti pożittivi għal dak ir-reġjun (ara t-Taqsima 5.3.1.1). Barra minn hekk, il-valutazzjoni stabbilita fit-taqsimiet preċedenti wriet li huwa meħtieġ intervent mill-Istat, li l-għajnuna hija xierqa u li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv, sakemm ma tkunx taqbeż id-diskrepanza tal-NPV li tikkorrispondi għal ammont ta’ EUR 89,6 miljun. Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-intervent mill-Istat huwa proporzjonat, sal-punt li jibqa’ limitat għal dik id-diskrepanza tal-NPV identifikata. Il-valutazzjoni wriet ukoll li, minkejja d-dubji li tqajmu inizjalment, l-għajnuna ma għandha l-ebda effett manifestament negattiv fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ effetti negattivi oħra fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, l-għajnuna la toħloq jew issaħħaħ pożizzjoni dominanti fis-suq u lanqas kapaċitajiet żejda f’suq bi prestazzjoni baxxa. |
|
(211) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-effetti pożittivi tal-għajnuna fuq l-iżvilupp reġjonali, sal-punt li ma tkunx taqbeż EUR 89,6 miljun, jegħlbu kwalunkwe effett negattiv. |
5.3.8. Trasparenza
|
(212) |
F’konformità mal-paragrafu II.2 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Trasparenza (69), l-Istati Membri jridu jiżguraw il-pubblikazzjoni fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, ta’ test sħiħ tal-iskema ta’ għajnuna approvata jew tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna individwali u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha, jew link għaliha; l-identità tal-awtorità jew l-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna; l-identità tal-benefiċjarji individwali, il-forma u l-ammont tal-għajnuna mogħtija lil kull benefiċjarju, id-data tal-għotja, it-tip ta’ impriża (SME/kumpanija kbira), ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju (fil-livell II tan-NUTS) u s-settur ekonomiku prinċipali li fih il-benefiċjarju għandu l-attivitajiet tiegħu (fil-livell ta’ grupp tan-NACE (nomenklatura tal-attivitajiet ekonomiċi)). Din l-informazzjoni trid tiġi ppubblikata wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna, trid tinżamm għal mill-inqas 10 snin u trid tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr restrizzjonijiet. |
|
(213) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Ungerija kkonfermat li r-rekwiżiti kollha dwar it-trasparenza stabbiliti fil-paragrafu II.2 tal-Komunikazzjoni dwar it-Trasparenza se jiġu rispettati (ara l-premessa (187) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
5.3.9. Ebda ksur rilevanti tad-dritt tal-UE
|
(214) |
Min-notifika ma jirriżultax li l-għajnuna jew il-kundizzjonijiet marbuta magħha, jew l-attivitajiet ekonomiċi ffaċilitati mill-għajnuna, jistgħu jinvolvu ksur ta’ kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-UE. (70) B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma bagħtitx opinjoni motivata lill-Ungerija dwar ksur possibbli tad-dritt tal-Unjoni li jkollu rabta ma’ dan il-każ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda lment jew informazzjoni li setgħet tissuġġerixxi li l-għajnuna, il-kundizzjonijiet marbuta magħha jew l-attivitajiet ekonomiċi ffaċilitati minnha jistgħu jmorru kontra d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. |
5.3.10. Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna
|
(215) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta’ għajnuna, sal-punt fejn tibqa’ limitata għal ammont massimu ta’ EUR 89,6 miljun, hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE. |
6. Konklużjoni
|
(216) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura ta’ għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE sal-punt li l-ammont tagħha ma jkunx jaqbeż EUR 89,6 miljun. L-għajnuna notifikata lil hinn minn dak l-ammont, sa EUR 108 miljun, hija inkompatibbli mas-suq intern. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat li l-Ungerija qed tippjana li timplimenta favur Samsung SDI Magyarország Zrt, li tammonta għal EUR 108 miljun (fil-valuri preżenti), hija kompatibbli mas-suq intern sa ammont ta’ għajnuna ta’ EUR 89,6 miljun (fil-valuri preżenti) skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u hija inkompatibbli mas-suq intern għall-ammont li jifdal.
L-implimentazzjoni tal-għajnuna hija għalhekk awtorizzata sa EUR 89,6 miljun (fil-valuri preżenti). L-ammont li jifdal tal-għajnuna ppjanata ma għandux jiġi implimentat.
Artikolu 2
L-Ungerija għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri meħuda biex tikkonforma magħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU C 112, 3.4.2020, p. 12.
(2) Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(3) C(2021)4454 final, ippubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni fis-17 ta’ Jannar 2022.
(4) Għajnuna mill-Istat — l-Ungerija — Għajnuna mill-Istat SA.48556 (2019/C) (ex 2018/N) — Għajnuna għall-investiment reġjonali lil Samsung SDI Stedina biex jintbagħtu l-kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 82, 18.2.2022, p. 21).
(5) SA.46346 (2016/N), ĠU C 4, 6.1.2017, p. 1. L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta’ dik il-mappa ġiet estiża sa tmiem l-2021 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ottubru 2020 fil-każ SA.58164 (2020/N) - Estensjoni tal-mappa tal-għajnuna reġjonali Ungeriża għall-perjodu 1.1.2021–31.12.2021 (ĠU C 430, 11.12.2020, p. 1).
(6) * Informazzjoni kunfidenzjali
(7) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).
(8) Fit-12 ta’ Jannar 2023, l-Ungerija infurmat lill-Kummissjoni li fl-2022 Samsung SDI qabżet il-miri inizjali tagħha, b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ madwar [6–9] miljun ċellula tal-batterija kull xahar (ekwivalenti għal [18–21] GWh kull sena).
(9) Fit-12 ta’ Jannar 2023, l-Ungerija infurmat lill-Kummissjoni li fl-2022 [69,5–95] % tal-produzzjoni tat-tieni impjant f’Göd (l-investiment inkwistjoni) qdiet is-suq taż-ŻEE (perċentwal ogħla minn dak antiċipat).
(10) B’mod ġenerali, modulu jikkonsisti f’bosta ċelluli konnessi f’serje u/jew paralleli, magħluqa fi struttura mekkanika. Pakkett tal-batteriji jiġi mmuntat billi jiġu konnessi bosta moduli flimkien f’serje jew paralleli ma’ sensuri u kontrolluri, inklużi sistemi ta’ ġestjoni tal-batteriji u sistemi ta’ ġestjoni termali, u mbagħad magħluq fi struttura ta’ akkomodazzjoni, bħala prodott finali tal-batterija mfassal speċifikament għal kull mudell ta’ vettura.
(11) Fl-ewwel fażi tal-Investiment 2, Samsung SDI pproduċiet ċelluli priżmatiċi f’bottijiet tal-metall kbar b’[…] elettrodi, simili għaċ-ċelluli prodotti permezz tal-Investiment 1 mhux megħjun. Madankollu, il-bidliet fil-passi tal-proċess tal-produzzjoni u fil-materjali tal-elettrodi tal-fażi 1 iwasslu għal prestazzjoni mtejba b’mod sinifikanti f’termini tal-medda tas-sewqan, il-ħeffa tal-iċċarġjar, u l-kost għal kull kWh.
Fit-tieni fażi tal-Investiment 2, Samsung SDI implimentat innovazzjoni sinifikanti fl-approċċ ta’ struttura taċ-ċelluli tal-batteriji priżmatiċi tal-bott tal-metall f’format kbir (jiġifieri elettrodi tal-istivar minflok tkebbib) li, flimkien ma’ bidliet ulterjuri fl-istadji tal-proċess u fil-materjali tal-input, jirriżulta f’aktar titjib tal-prestazzjoni taċ-ċelluli tal-batteriji.
(12) Il-blackboxing hija strateġija ta’ protezzjoni għall-proprjetà intellettwali, li tipprevjeni l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali billi tillimita l-aċċess għall-informazzjoni sħiħa dwar l-innovazzjoni potenzjali għal ftit impjegati fdati biss. L-ebda applikazzjoni għal privattiva ma tiġi ppreżentata minħabba li l-pubblikazzjoni tas-suġġett tal-invenzjoni li għandha tingħata privattiva diġà x’aktarx li tiżvela n-natura tal-invenzjoni lill-kompetituri; barra minn hekk, huwa diffiċli ħafna li tingħata prova tal-ksur tad-drittijiet tal-privattivi rigward l-innovazzjonijiet fil-proċessi peress li dan jirrikjedi aċċess għal-linji ta’ produzzjoni tal-kompetituri. Il-blackboxing fil-prattika tfisser li jeħtieġ li jiġu applikati miżuri speċifiċi ta’ sigurtà, bħall-projbizzjoni ta’ kwalunkwe rekordjar fil-faċilitajiet tal-manifattura, l-imblukkar tar-reception tat-telefonija mobbli fil-faċilitajiet tal-produzzjoni, l-infurzar ta’ regoli stretti tad-dħul u tal-ħruġ, eċċ.
(13) Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014–2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).
(14) Iċ-ċifri espressi f’EUR jingħataw f’din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ rata tal-kambju ta’ EUR 1 = HUF 317,19, applikabbli fis-16 ta’ Mejju 2018, li hija d-data tan-notifika tal-miżura ta’ għajnuna mogħtija lill-Kummissjoni.
(15) Il-valuri preżenti f’din id-deċiżjoni huma kkalkulati fuq il-bażi ta’ rata ta’ skont ta’ 1,09 % applikabbli fiż-żmien tan-notifika. Il-valuri preżenti huma skontati għas-sena 2018, li hija s-sena tan-notifika.
(16) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(17) L-ammont aġġustat tal-għajnuna jfisser l-ammont tal-għajnuna massimu permissibbli għal proġett ta’ investiment kbir, ikkalkulat skont il-formula li ġejja: ammont tal-għajnuna massimu = R x (50 + 0,50 x B + 0,34 x C), fejn R hija l-intensità tal-għajnuna massima applikabbli fiż-żona kkonċernata, eskluża l-intensità tal-għajnuna miżjuda għall-SMEs, B hija l-parti tal-kostijiet eliġibbli bejn EUR 50 miljun u EUR 100 miljun u C hija l-parti tal-kostijiet eliġibbli ’l fuq minn EUR 100 miljun.
(18) Skont l-Ungerija, li rreferiet għar-“Roadmap for the Establishment of a New Corporate Branch” (Lulju 2015) tal-Grupp Samsung SDI, il-politika ta’ akkwist lokali kienet tirrikjedi li l-benefiċjarju jixtri t-tagħmir u l-makkinarju u l-inputs l-oħra meħtieġa għall-investiment minn sorsi lokali.
(19) Samsung SDI-ARN Power Battery Co. Ltd (SAPB) ġiet stabbilita fl-2014 u hija impriża konġunta bi tliet partijiet tal-Grupp Samsung SDI, Anging Ring New Group (fornitur Ċiniż tal-partijiet tal-karozzi) u Xi’an Gaoke Group (kumpanija Ċiniża tal-Istat). Il-grupp Samsung SDI għandu sehem ta’ ekwità ta’ 50 % fl-impriża konġunta.
(20) L-impjant taċ-ċelluli tal-batteriji tal-Grupp Samsung SDI f’Ulsan (il-Korea t’Isfel) ġie eskluż bħala post ta’ investiment alternattiv fil-bidu tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet minħabba l-kostijiet lavorattivi għoljin tiegħu meta mqabbla ma’ dawk fl-Ungerija jew fiċ-Ċina.
(21) Il-kummenti ta’ Samsung SDI għad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-paragrafu 43 (“[…]”).
(22) Il-kummenti tal-Ungerija għad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-paragrafi 31 u122.
(23) Fornitur ieħor miż-ŻEE ġie kkuntattjat fl-2019 u aktar tard intgħażel biex jipprovdi t-tagħmir.
(24) […].
(25) […].
(26) Minħabba l-faċilità eżistenti ta’ manifattura ta’ batteriji għall-vetturi elettriċi f’Xi’an (mibnija fl-2015 biex tipproduċi batteriji għall-vetturi elettriċi).
(27) Li l-Kummissjoni rreferiet għaliha fil-premessi (53) sa (57) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni.
(28) L-Unjoni Ewropea/[…].
(29) Ara l-premessi (50) u (131) tad-deċiżjoni tal-ftuħ ([…]), il-kummenti ta’ Samsung SDI għad-deċiżjoni ta’ estensjoni ([…]), il-premessa (43) tad-deċiżjoni tal-ftuħ u l-premessa (44) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni (kunfidenzjalità).
(30) It-tweġiba tal-Ungerija għall-Q.5 tat-talba għal informazzjoni tal-1 ta’ April 2019; Il-kummenti ta’ Samsung SDI għad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-paragrafu 87, il-kummenti ta’ Samsung SDI għad-deċiżjoni ta’ estensjoni, p. 3.
(31) Il-kummenti ta’ Samsung SDI għad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-paragrafu 87.
(32) Il-kummenti tal-Ungerija għad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-paragrafu 55.
(33) Fil-kummenti ta’ Samsung SDI tat-3 ta’ Mejju 2020 għad-deċiżjoni tal-ftuħ, rata ta’ akkwist lokali (ta’ referenza) ta’ [30–40] % tqieset li kienet realistika (bi proporzjon ta’ [25–30] % bħala suppożizzjoni konservattiva). Wara mistoqsijiet mill-Kummissjoni, ir-rata ta’ referenza ġiet ikkoreġuta minn Samsung SDI u l-Ungerija, fit-3 ta’ Novembru 2020, għal [31–35] %. L-ispare parts mhumiex inklużi fid-diversi perċentwali ta’ akkwist lokali.
(34) B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, l-Ungerija pprovdiet l-ismijiet ta’ erba’ produtturi Ċiniżi, sommarji tal-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir rispettiv tagħhom, kif ukoll sommarji tal-laqgħat magħhom li saru bejn l-2014 u l-2019.
(35) B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, l-Ungerija pprovdiet l-ismijiet ta’ żewġ produtturi Ċiniżi u sommarji tal-laqgħat magħhom li saru bejn l-2014 u l-2019.
(36) Jew, alternattivament, il-kostijiet tal-akkwist tal-makkinarju u t-tagħmir lokali jekk il-KĠ ta’ Samsung SDI ma jkunux involuti fil-proċess tal-akkwist.
(37) Din iż-żieda ta’ [18–22] % ma kinitx inkluża fil-kalkoli inizjali tal-NPV, peress li dan tal-aħħar kien ibbażat preċiżament fuq is-suppożizzjoni ta’ akkwist lokali ta’ 100 %.
(38) L-istudju ta’ Deloitte ta’ Diċembru 2018 u l-istudju ta’ Copenhagen Economics tat-13 ta’ April 2020.
(39) Id-dokument intern “Xi’an Plant # 2 Investment Plan” tal-5 ta’ Jannar 2017, sommarju ta’ “Business trip to China regarding Xi’an Plant 2 Investment” tat-13 ta’ Jannar 2017, il-minuti tat-18 ta’ Frar 2017 ta’ laqgħa bejn […] fis-16 ta’ Frar 2017, il-preżentazzjoni tat-3 ta’ Marzu 2017 imħejjija mil-laqgħa ta’ […] ta’ Samsung SDI dwar “[…]”, in-nota “[…]” tal-14 ta’ Marzu 2017, in-nota “[…]” tal-20 ta’ Marzu 2017, l-email tal-21 ta’ Lulju 2017 b’rapport tal-ġbir ta’ informazzjoni ta’ laqgħa tal-20 ta’ Lulju 2017 mal-gvern lokali.
(40) L-Ungerija sostniet li Samsung SDI kienet qieset ukoll (rapport intern ta’ Samsung SDI ddatat il-5 ta’ Ġunju 2017) possibbiltà alternattiva li tibbenefika minn rata tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu mnaqqsa ta’ 15 %, taħt ir-reġim tal-“High and New Technology Enterprise” (HNTE) (Notice of the Ministry of Science and Technology, the Ministry of Finance and the State Administration of Taxation on Revising and Issuing the Measures for the Administration of the Certification of High-tech Enterprises (2016)).
(41) Samsung SDI żiedet li fattur ta’ probabbiltà li jkun kemxejn ogħla jew aktar baxx minn 25 % ma jaffettwax b’mod sinifikanti d-diskrepanza tal-NPV u l-ammont tal-għajnuna.
(42) Kif miġbura fil-qosor fil-premessi 68 sa 70 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni.
(43) L-RAG ġew estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2021 (ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni u l-emendi tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014–2020, il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju, il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija 2014–2020, il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà, il-Komunikazzjoni dwar kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir, ĠU C 224, 8.7.2020, p. 2). Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (ĠU C 153, 29.4.2021, p. 1) il-ġodda huma applikabbli biss għall-“għajnuna reġjonali notifikabbli […] mogħtija jew destinata li tingħata wara l-31 ta’ Diċembru 2021 ” (il-paragrafu 197 tal-linji gwida l-ġodda).
(44) Ara l-paragrafu 38 tal-RAG.
(45) Ara l-paragrafu 36 tal-RAG.
(46) Ara wkoll, is-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2022, Veejaam u Espo, C-470/20, EU:C:2022:981, il-punt 35.
(47) Il-valuri preżenti huma skontati għas-sena 2018, li hija s-sena meta l-għajnuna ġiet notifikata lill-Kummissjoni.
(48) Fil-premessa 18(c) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni ddubitat b’mod impliċitu li l-impjant ta’ Xi’an ippjanat ikun iddedikat għas-swieq ta’ esportazzjoni. Dan id-dubju rriżulta mir-referenza għal “riskju ta’ politika Ċiniża” f’dokument intern li ġie pprovdut wara d-deċiżjoni tal-ftuħ. Madankollu, Samsung SDI spjegat b’mod konvinċenti li dan ir-“riskju ta’ politika”, fil-kuntest tad-dokument inkwistjoni, irrefera biss għall-inċertezza dwar il-livell reali ta’ għajnuna li setgħet tinkiseb fiċ-Ċina, u mhux għal riskju ġenerali ta’ miżuri protezzjonisti fuq il-bejgħ domestiku. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tinnota li huwa ċar li l-investiment kontrofattwali fiċ-Ċina ma kienx ikun immirat lejn is-suq Ċiniż (ara l-minuti tal-vjaġġ kummerċjali lejn iċ-Ċina rigward l-investiment fl-Impjant 2 ta’ Xi’an, it-13 ta’ Jannar 2017).
(49) Il-minuti ta’ laqgħa ta’ livell għoli interna ta’ Samsung SDI fil-21 ta’ Settembru 2017, ara l-premessi (20) u (53) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni.
(50) Il-minuti ta’ laqgħa tal-[…] Kumitat tal-Investiment tas-26 ta’ Ottubru 2017.
(51) L-Ungerija u Samsung SDI spjegaw ukoll b’mod konvinċenti d-diskrepanzi apparenti — li huma enfasizzati fil-premessa (49) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni — bejn il-proġett ta’ investiment deskritt fir-rapporti li jiddokumentaw in-negozjar ta’ sussidju mal-gvern lokali Ċiniż u l-investiment kontrofattwali Ċiniż li huma deskritti fin-notifika. Dan huwa biżżejjed biex itaffi d-dubju — imqajjem fil-premessa (54) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni — li Samsung SDI pprevediet b’mod parallel impjant addizzjonali fiċ-Ċina li kien immirat lejn is-suq domestiku Ċiniż, li ġie interpretat dak iż-żmien mill-Kummissjoni bħala indikazzjoni ulterjuri ta’ strateġija ta’ investiment reġjonalizzata possibbli ta’ Samsung SDI.
(52) Ara s-Sottotaqsima 5.3.1.2.2.2.3 dwar il-livell realistiku ta’ akkwist lokali għall-investiment f’Göd.
(53) Ara s-Sottotaqsima 5.3.1.2.2.2.2 dwar il-livell realistiku ta’ akkwist lokali fiċ-Ċina.
(54) F’Marzu u f’Mejju 2019 l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna kienet diġà fi stadju avvanzat (il-premessa (52) hawn fuq).
(55) Din iż-żieda ma kinitx tkun rilevanti li kieku l-makkinarju u t-tagħmir kollha tal-investiment kellhom jiġu akkwistati lokalment, peress li s-sussidjarji tal-Grupp Samsung SDI kienu jagħmlu x-xiri direttament, b’involviment limitat biss tal-KĠ ta’ Samsung SDI.
(56) Copenhagen Economics, SAMSUNG SDI — provision of equipment and machinery, Transfer pricing analysis, it-13 ta’ April 2020 (l-Anness 36 tal-kummenti ta’ Samsung SDI mibgħuta fit-3 ta’ Mejju 2020).
(57) OECD (2017), OECD Transfer Pricing Guidelines for Multinational Enterprises and Tax Administrations 2017, OECD Publishing, Pariġi.
(58) “Tagħmir mhux ġdid” jinkludi (i) tagħmir li diġà ġie installat u vvalidat bis-sħiħ darba f’linja ta’ produzzjoni tal-massa eżistenti, anke fejn dan it-tagħmir ikun ġie kemxejn immodifikat għal titjib, abbażi tat-tagħmir diġà żviluppat u installat, jew (ii) tagħmir li jkun ġie identifikat mis-sussidjarja lokali bħala li huwa adegwat għall-użu fuq kwalunkwe linja ta’ produzzjoni eżistenti (anki jekk ikun għadu ma ntużax).
(59) Dan jindirizza wkoll it-tħassib li tqajjem fil-premessa (41) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni (dwar il-possibbiltà li jiġu kkunsidrati l-fornituri Ċiniżi tal-impjant ta’ Tianjin għall-impjant ta’ Xi’an, kif deskritt fil-premessi (9)(a) u (40)(a) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni.
(60) Ara l-premessi (9), (10) u (40) tad-deċiżjoni ta’ estensjoni.
(61) Skont l-Ungerija, bejn wieħed u ieħor [45–50] % tal-kostijiet tal-investiment ġew assenjati għall-fażi 1 tal-investiment, ara n-nota (36) f’qiegħ il-paġna tad-deċiżjoni ta’ estensjoni.
(62) L-Ungerija u Samsung SDI enfasizzaw ripetutament ukoll li l-innovazzjonijiet fil-proċess jirrigwardaw il-proċessi nfushom u mhux il-makkinarju u t-tagħmir użati sabiex id-differenza bejn iż-żewġ fażijiet ma tkunx deċiżiva għall-għoti ta’ kuntratti tal-makkinarju u t-tagħmir.
(63) Id-Dokument “7.10. Samsung SDI Business Division Investment Committee meeting in October” (Ottubru 2017). Id-Dokument “7.12. Meeting minutes of Business Division’s Investment Committee” (is-26 ta’ Ottubru 2017). Id-Dokument “7.11. Samsung SDI Hungary Investment CEO Investment Committee in November” (Novembru 2017). Id-Dokument “7.5. Meeting minutes of Investment Committee with CEO decision” (is-27 ta’ Novembru 2017). Dawn id-dokumenti ġew ippreżentati fis-16 ta’ Mejju 2018 (bħala parti min-notifika mill-Ungerija).
(64) Ara n-nota 39 f’qiegħ il-paġna.
(65) Is-sentenza tat-12 ta’ Settembru 2017, Bayerische Motoren Werke AG vs Il-Kummissjoni, T-671/14, ECLI: EU:T:2017:599, il-punti 115, 127 u 128, ikkonfermata fl-appell fil-Kawża C-654/17 P, ECLI: EU:C:2019:634. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, fil-każ preżenti, id-deċiżjoni dwar il-post tas-27 ta’ Novembru 2017 kienet segwita immedjatament mill-bidu tax-xogħlijiet fl-1 ta’ Diċembru 2017 (ara l-premessa (69) tad-deċiżjoni tal-ftuħ u l-premessa (17) hawn fuq).
(66) Fil-premessi (155) u (156) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni sabet li l-kostijiet eliġibbli kienu ġew stabbiliti f’konformità mal-RAG: l-assi akkwistati se jkunu ġodda, l-investiment inizjali jirrigwarda investiment inizjali fil-forma ta’ estensjoni tal-kapaċità u l-ebda kost tal-lokazzjoni u l-ebda kost immaterjali ma jiġi kkunsidrat.
(67) Skont il-paragrafu 121 tal-RAG, l-effett kontra l-koeżjoni li jirriżulta minn għajnuna għad-detriment ta’ reġjun fiż-ŻEE aktar dgħajjef jew dgħajjef b’mod simili jkun jikkostitwixxi element negattiv fit-test ġenerali tal-ibbilanċjar li x’aktarx ma jiġix ikkumpensat minn xi elementi pożittivi, minħabba li jmur kontra r-raġunament proprju tal-għajnuna reġjonali.
(68) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2016, każ SA.44547 (2016/N) — L-Italja– LIP - Għajnuna lil STMicroelectronics S.r.l. (ĠU C 110, 7.4.2017, p. 1), il-premessa 106 u n-nota 41 f’qiegħ il-paġna.
(69) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband, dwar linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra, dwar il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti u finanzjament ta’ riskju u dwar il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru, ĠU C 198, 27.6.2014, p. 30.
(70) Ara l-paragrafu 28 tal-RAG.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2057/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)