European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2047

30.7.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2047

tad-29 ta’ Lulju 2024

li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq taż-żerriegħa u tad-dqiq taż-żerriegħa ta’ Vigna subterranea (L.) Verdc. bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni. Abbażi tad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(2)(c), tar-Regolament (UE) 2015/2283, ikel tradizzjonali minn pajjiż terz jitqies bħala ikel ġdid.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid.

(3)

Fl-10 ta’ Ottubru 2019, il-kumpanija WhatIF F&I Pte Ltd (“l-applikant”) bagħtet notifika lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283 dwar l-intenzjoni tagħha li tintroduċi ż-żerriegħa u d-dqiq taż-żerriegħa ta’ Vigna subterranea (L.) Verdc. fis-suq tal-Unjoni bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz. L-applikant talab li l-ikel ikkonċernat jintuża bħala tali (żrieragħ imsajra) jew bħala dqiq u huwa maħsub għall-popolazzjoni ġenerali.

(4)

In-notifika tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283. B’mod partikolari, id-data ppreżentata mill-applikant turi li ż-żerriegħa u dqiq taż-żerriegħa ta’ Vigna subterranea (L.) Verdc. ilhom jintużaw mingħajr periklu għal żmien twil fl-Afrika.

(5)

Skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fl-14 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni għaddiet in-notifika valida lill-Istati Membri u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(6)

Ma tressqux oġġezzjonijiet debitament motivati b’rabta mas-sikurezza għall-introduzzjoni fis-suq fl-Unjoni tal-ikel inkwistjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew mill-Awtorità fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

Fid-29 ta’ Jannar 2024, l-Awtorità ppubblikat it-“Technical Report on the notification of dried seeds and flour thereof of Vigna subterranea (L.) Verdc. as a traditional food from a third country pursuant to Article 14 of Regulation (EU) 2015/2283 (3)”. F’dak ir-rapport, l-Awtorità kkonkludiet li d-data disponibbli dwar il-kompożizzjoni u l-istorja tal-użu mitlub tal-ġewż tal-Vigna subterranea (L.) Verdc. ma jqajmux tħassib dwar is-sikurezza.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-Unjoni taż-żerriegħa u tad-dqiq taż-żerriegħa ta’ Vigna subterranea (L.) Verdc. bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz u taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid skont dan.

(9)

Fir-rapport tagħha, l-Awtorità nnutat li jistgħu jkunu mistennija reazzjonijiet allerġiċi wara l-konsum tal-ikel tradizzjonali speċjalment f’individwi sensitizzati għall-karawett u għall-fażola tas-sojja. Fir-rapport tagħha, l-Awtorità nnutat ukoll li ż-żrieragħ imnixxfa jenħtieġ li jkunu soġġetti għat-tixrib u għat-togħlija qabel il-konsum, bħal legumi mnixxfa oħra. Għalhekk, jixraq li ż-żerriegħa u d-dqiq taż-żerriegħa ta’ Vigna subterranea (L.) Verdc. li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi jkunu ttikkettati b’mod xieraq skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(10)

Jenħtieġ li ż-żerriegħa u d-dqiq taż-żerriegħa ta’ Vigna subterranea (L.) Verdc. jiġu inklużi bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Iż-żerriegħa u d-dqiq taż-żerriegħa ta’ Vigna subterranea (L.) Verdc. huma awtorizzati li jiġu introdotti fis-suq fl-Unjoni.

Iż-żerriegħa u d-dqiq taż-żerriegħa ta’ Vigna subterranea (L.) Verdc. għandhom jiġu inklużi bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  EFSA Supporting publication 2024:EN-8571.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ikel ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

Żerriegħa u dqiq taż-żerriegħa ta’ Vigna subterranea (L.) Verdc. (ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

1.

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun

“Żerriegħa/ġewż/fażola/karawett Bambara (Vigna subterranea)

jew

“Dqiq taż-żerriegħa/ġewż/fażola/karawett Bambara (Vigna subterranea)” skont il-forma użata.

2.

It-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom l-ikel tradizzjonali għandu jkollu dikjarazzjoni li ż-żrieragħ u d-dqiq taż-żerriegħa ta’ Vigna subterranea jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi lill-konsumaturi b’allerġiji magħrufa għall-karawett u għall-fażola tas-sojja. Din id-dikjarazzjoni għandha tidher qrib ħafna tal-lista tal-ingredjenti jew, fin-nuqqas ta’ lista tal-ingredjenti, qrib ħafna ta’ isem l-ikel.

3.

Meta ż-żrieragħ jinbiegħu nejjin, it-tikkettar għandu jkollu dikjarazzjoni li għandhom jiġu mxarrba u mgħollija qabel il-konsum.”

 

Mhux speċifikat

 

(2)

fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ikel ġdid awtorizzat

Speċifikazzjoni

Żerriegħa u dqiq taż-żerriegħa ta’ Vigna subterranea (L.) Verdc. (ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

L-ikel tradizzjonali jikkonsisti f’żerriegħa mnixxfa sħiħa mingħajr qoxra ta’ Vigna subterranea (L.) Verdc. [Familja: Fabaceae (alt. Leguminosae)] jew id-dqiq miksub b’diversi passi, inkluż it-trattament bis-sħana u t-tħin taż-żerriegħa.

Sinonimi: Cryptolobus subterraneus (L.) Spreng., Glycine subterranea L., Tetrodea subterranea (L.) Raf., Voandzeia subterranea (L.) Thouars.

Ismijiet komuni: Il-karawetta Bambara, il-ġewża Bambara, il-fażola Bambara, il-piżella Bambara, il-fażola Nyimo.

Żerriegħa mnixxfa

Firxa tipika ta’ kompożizzjoni:

Indewwa: 7–11%

Proteina: > 15%

Karboidrati: 32-65%

Zokkor:< 6,0%

Xaħam: 4-7%

Fibra: 7-31%

Metalli tqal:

Arseniku: < 0,05 mg/kg

Kadmju: < 0,02 mg/kg

Ċomb: < 0,05 mg/kg

Merkurju: < 0,01 mg/kg

Mikotossini:

Is-somma tal-aflatossini (B1+B2+G1+G2): < 4 μg/kg

Aflatossina B1: < 2 μg/kg

Is-somma tal-fumoniżina (B1+B2+B3): < 60 μg/kg

Deossinivalenol: < 0,1 mg/kg

Okratossina A: < 0,5 μg/kg

Żearalenon: < 0,1 mg/kg

Kontaminanti jew fatturi antinutrijenti oħrajn:

Aċidu ċjanidriku (inkluż aċidu ċjanidriku marbut fi glikosidi ċjanoġeniċi): < 15 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

Spori meżofiliċi aerobiċi: < 1 Spora/g

Alicyclobacillus: Mhux individwat f’10 g

Bacillus cereus preżuntiv: < 10 cfu/g

Koliformi: < 10 cfu/g

E. coli: < 10 cfu/g

Salmonella: Mhux individwat f’25 g

Staphylococcus aureus: < 10 cfu/g

Għadd Totali tal-Kolonji: < 5 000 cfu/g

Ħmira u mofof: < 100 cfu/g

Dqiq taż-żerriegħa mnixxfa

Firxa tipika ta’ kompożizzjoni:

Indewwa: 4–7%

Proteina: > 15%

Karboidrati: 55–75%

Zokkor:< 20%

Xaħam: 4–9%

Fibra: 10–30%

Metalli tqal:

Arseniku: < 0,05 mg/kg

Kadmju: < 0,02 mg/kg

Ċomb: < 0,05 mg/kg

Merkurju: < 0,01 mg/kg

Mikotossini:

Is-somma tal-aflatossini (B1+B2+G1+G2): < 4 μg/kg

Aflatossina B1: < 2 μg/kg

Is-somma tal-fumoniżina (B1+B2+B3): < 60 μg/kg

Deossinivalenol: < 0,1 mg/kg

Okratossina A: < 0,5 μg/kg

Żearalenon: < 0,1 mg/kg

Kontaminanti jew fatturi antinutrijenti oħrajn:

Aċidu ċjanidriku (inkluż aċidu ċjanidriku marbut fi glikosidi ċjanoġeniċi): < 10 mg/kg

Aċidu fitiku: < 0,01 g/100 g

Kriterji mikrobijoloġiċi:

Spori meżofiliċi aerobiċi: < 1 Spora/g

Alicyclobacillus: Mhux individwat f’10 g

Bacillus cereus preżuntiv: < 10 cfu/g

Koliformi: < 10 cfu/g

E. coli: < 10 cfu/g

Salmonella: Mhux individwat f’25 g

Staphylococcus aureus: < 10 cfu/g

Għadd Totali tal-Kolonji: < 1 000 cfu/g

Ħmira u mofof: < 100 cfu/g

cfu: unitajiet li jifformaw kolonji”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2047/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)