|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2044 |
30.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2044
tad-29 ta’ Lulju 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet u tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel il-ġdid il-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid. |
|
(3) |
Il-lista tal-Unjoni stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tinkludi l-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica bħala ikel ġdid awtorizzat. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/760 (3) awtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica bħala ikel ġdid biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel kif iddefinit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), minbarra fis-supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/938 (5) awtorizza l-bidla tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel il-ġdid il-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica, b’mod partikolari l-estensjoni tal-użu tal-ikel il-ġdid għas-sostituti tal-ikliet għall-kontroll tal-piż maħsubin għall-popolazzjoni adulta. |
|
(6) |
Fil-5 ta’ Lulju 2020, il-kumpanija Skotan S.A. (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel il-ġdid il-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica. B’mod partikolari, l-applikant talab li l-użu tal-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica jiġi estiż għal għadd ta’ ikel. |
|
(7) |
Fid-9 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) twettaq valutazzjoni tal-estensjoni tal-użu tal-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica bħala ikel ġdid. |
|
(8) |
Fis-26 ta’ Ottubru 2023, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha bit-titolu “Safety of an extension of use of Yarrowia lipolytica yeast biomass as a novel food pursuant to Regulation (EU) 2015/2283” (6) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(9) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-estensjoni tal-użu proposta tal-ikel il-ġdid il-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica hija sikura skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, u għaldaqstant jixraq li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-użu tal-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica. |
|
(10) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità nnotat li minħabba l-użi ġodda proposti tal-ikel il-ġdid, jenħtieġ li mal-ispeċifikazzjonijiet jiżdiedu l-limiti għaċ-ċomb, għall-merkurju, għall-kadmju u għall-arseniku. |
|
(11) |
L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni u fl-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet u fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel il-ġdid huma f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u jenħtieġ li jiġu approvati. |
|
(12) |
Jixraq li l-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel il-ġdid ikunu jinkludu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. F’dan ir-rigward, meta jitqiesu l-użi addizzjonali tal-ikel il-ġdid, jixraq li jinbidel ir-rekwiżit speċifiku tat-tikkettar dwar l-użu tal-ikel il-ġdid fis-supplimenti tal-ikel. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2470/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/760 tat-13 ta’ Mejju 2019 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/760/oj)
(4) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/46/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/938 tal-10 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 rigward il-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid il-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica (ĠU L 125, 11.5.2023, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/938/oj).
(6) EFSA Journal. 2023;21:e8416.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), l-entrata għall-“bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), l-entrata għall-“bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2044/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)