European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2026

23.7.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2026

tat-22 ta’ Lulju 2024

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-27 ta’ Ġunju 2024, il-Kunsill Ewropew tenna l-konklużjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-appoġġ li jibqa’ jingħata għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u kkonferma mill-ġdid l-impenn sod tal-Unjoni li tibqa’ tipprovdi appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku lill-Ukrajna. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-eskalazzjoni reċenti tal-ostilitajiet mill-Federazzjoni Russja, b’mod partikolari l-attakki li komplew jintensifikaw kontra l-popolazzjoni ċivili u l-infrastruttura ċivili u dik kritika, b’mod speċjali fis-settur tal-enerġija.

(3)

Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru r-regoli fundamentali tad-dritt internazzjonali, inkluż, b’mod partikolari, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza minquxa fl-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, jew tad-dritt umanitarju internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni u, jekk xieraq, jittieħdu miżuri addizzjonali. Konsegwentement, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal 6 xhur oħra.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2025.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2026/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)