|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2011 |
23.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2011
tat-22 ta’ Lulju 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati li tinsab fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li jitħassru l-entrati għal persuna waħda, li mietet, u għal żewġ entitajiet, u jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet l-oħra kollha fil-listi li jinsabu fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/44. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
Ir-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness III (“Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)”), il-Parti A (“Persuni”), titħassar l-entrata 22 (dwar PRIGOZHIN, Yevgeniy Viktorovich); |
|
(2) |
fl-Anness III (“Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)”), il-Parti B (“Entitajiet”) hija emendata kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2011/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)