Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1998 |
23.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1998
tas-16 ta’ Lulju 2024
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li tkun totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni oħra magħha, u li tkun stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Jixraq jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Oġġett (l-hekk imsejjaħ splitter ottiku passiv) fil-forma ta’ kaxxa tal-plastik b’dimensjonijiet ta’ madwar 377 × 176 × 40 mm, b’port tal-input wieħed u bi 32 port tal-output. Fih cables fibrottiċi, konnetturi tat-tip SC/APC, gwida tal-mewġ ottika b’“ċippa splitter” u kisi magħmul minn materjal b’indiċi rifrattiv baxx, it-tnejn f’qafas wieħed. L-oġġett hu ddisinjat biex jintuża f’network ottiku passiv (PON) biex jofroq is-sinjali ottiċi ttrasferiti minn ġo fih permezz ta’ cables ottiċi. Hu element ottiku passiv li jaħdem mingħajr xi sistema elettrika jew elettronika li tofroq is-sinjal ottiku tal-input fi 32 sinjal identiku tal-output. Il-prinċipju tal-funzjonament tal-oġġett hu bbażat fuq id-differenza fl-indiċi rifrattiv bejn is-saff tal-qalba u tal-kisi, li jikkorrispondi għat-teknoloġija PLC (Planar Lightwave Circuit). (Ara l-istampi) (*1) |
9013 80 40 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 1(m) tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 9013 , 9013 80 u 9013 80 40 . Il-klassifikazzjoni fl-intestatura 8517 bħala apparat ieħor għat-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ vuċijiet, immaġnijiet jew data oħra, inkluż l-apparat għall-komunikazzjoni f’network bil-fili jew bla fili, hija eskluża għax l-oġġett hu ddisinjat sempliċiment biex jofroq is-sinjali ottiċi ttrasferiti minn ġo fih permezz ta’ cables ottiċi. La jsiru modulazzjoni jew trażmissjoni, u lanqas riċeviment jew konverżjoni skont it-tifsira tal-intestatura 8517 . Peress li l-oġġett fih gwida tal-mewġ, li l-preżenza tagħha mhix permessa fl-ambitu tal-intestatura 8544 , il-klassifikazzjoni bħala cables tal-fibrottika, magħmulin minn fibri miksija individwalment, kemm jekk immuntati b’kondutturi elettriċi jew mgħammrin b’konnetturi kif ukoll jekk le hija eskluża (ara wkoll HSEN għall-intestatura 8544 , it-8 paragrafu). Għaldaqstant, l-oġġett jitqies bħala apparat ottiku fil-ambitu tal-Kapitolu 90. Għalhekk, l-oġġett irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 9013 80 40 bħala splitters ottiċi passivi, li ma fihomx elementi elettriċi jew elettroniċi, għat-telekomunikazzjoni. |
(*1) L-istampi huma purament għall-informazzjoni.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1998/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)