|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1984 |
16.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1984
tal-15 ta' Lulju 2024
b'appoġġ għall-Ippjanar Tranżizzjonali Istituzzjonali għal Missjonijiet Mhux ta' Rutina u Kapaċitajiet Investigattivi tal-Organizzazzjonigħall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (“l-Istrateġija tal-UE”). |
|
(2) |
L-Istrateġija tal-UE tissottolinja r-rwol kruċjali tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom (“il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi”, “CWC”) u tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (“l-OPCW”) fil-ħolqien ta' dinja ħielsa minn armi kimiċi. Bħala parti mill-Istrateġija tal-UE, l-Unjoni ntrabtet li taħdem biex tikseb l-aderenza universali għal trattati u ftehimiet ewlenin dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni, inkluż is-CWC. |
|
(3) |
Minn wara l-2004, l-Unjoni appoġġat l-attivitajiet tal-OPCW permezz tal-Azzjonijiet Konġunti u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill li ġejjin: l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/797/PESK (1); l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/913/PESK (2); l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/185/PESK (3); l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/185/PESK; id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/569/PESK (4); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/166/PESK (5) id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/259 (6); id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/538 (7); id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1026 (8) emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1515 (9); id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2073 (10) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1344 (11). |
|
(4) |
It-tkomplija ta' assistenza konsistenti u mmirata mill-Unjoni lill-OPCW hi ġustifikata fil-kuntest tal-implimentazzjoni attiva tal-Kapitolu III tal-Istrateġija tal-UE. Hemm ħtieġa speċifika għal aktar appoġġ lit-tisħiħ tal-kapaċitajiet investigattivi tal-OPCW fil-qafas tal-ippjanar tranżizzjonali istituzzjonali tagħha għal missjonijiet mhux ta' rutina, kif ukoll għat-trasferiment ta' informazzjoni evidenzjarja miġbura bil-ħsieb li tippermetti akkontabbiltà internazzjonali għall-użu ta' armi kimiċi fis-Sirja. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tadotta din id-Deċiżjoni sabiex tipprovdi l-appoġġ neċessarju. |
|
(6) |
Jenħtieġ li s-Segretarjat Tekniku tal-OPCW jiġi fdat bl-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet li jridu jitwettqu skont din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva, l-Unjoni għandha tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom permezz ta' azzjoni operazzjonali.
2. L-objettivi tal-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:
|
— |
L-integrazzjoni tal-għarfien u l-għarfien espert għal metodoloġiji, protokolli u attivitajiet investigattivi (eż. skjeramenti eċċ.); |
|
— |
Tkomplija tal-konformità mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni evidenzjarja, skont il-mandat fil-paragrafu 12 tad-Deċiżjoni tal-OPCW C-SS-4/DEC.3 tas-26-28 ta’ Ġunju 2018, intitolata “Nindirizzaw it-Theddida mill-Użu ta’ Armi Kimiċi” ,biex tiġi ppreservata u pprovduta informazzjoni lill-entitajiet investigattivi rilevanti. |
3. Deskrizzjoni dettaljata tal-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinsab fid-Dokument tal-Proġett.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“RGħ”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha titwettaq mis-Segretarjat Tekniku tal-OPCW.
3. L-OPCW għandha twettaq il-kompitu msemmi fil-paragrafu 2 taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dak l-għan, ir-RGħ għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa mal-OPCW.
Artikolu 3
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implementazzjoni tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun ta' EUR 1 605 447,56.
2. In-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta' referenza stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tan-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta' referenza stabbilit fil-paragrafu 1. Għal dak il-fini, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' kontribuzzjoni mal-OPCW. Il-ftehim ta' kontribuzzjoni għandu jistipula li l-OPCW għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b'mod adatt skont id-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim.
Artikolu 4
1. Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mill-OPCW. Ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu3(3). Madankollu, għandha tiskadi sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk ma jkun ġie konkluż ebda ftehim f'dak il-perjodu.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
(1) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/797/PESK tat-22 ta' Novembru 2004 dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda tal-Massa (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 63).
(2) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/913/PESK tat-12 ta' Diċembru 2005 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda tal-Massa (ĠU L 331, 17.12.2005, p. 34).
(3) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/185/PESK tad-19 ta' Marzu 2007 dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Distruzzjoni Massiva (ĠU L 85, 27.3.2007, p. 10).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/569/PESK tas-27 ta' Lulju 2009 dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 96).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/166/PESK tat-23 ta' Marzu 2012 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 87, 24.3.2012, p. 49).;
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/259 tas-17 ta' Frar 2015 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 43, 18.2.2015, p. 14).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/538 tal-1 ta' April 2019 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 93, 2.4.2019, p. 3).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1026 tal-21 ta' Ġunju 2021 b'appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 224, 24.6.2021, p. 24).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1515 tal-20 ta' Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 b'appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 184, 21.7.2023, p. 37).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2073 tal-25 ta' Novembru 2021 b'appoġġ għat-tisħiħ tal-effettività operazzjonali tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) permezz tal-immaġni bis-satellita (ĠU L 421, 26.11.2021, p. 65).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1344 tas-26 ta' Ġunju 2023 b'appoġġ għat-tisħiħ tal-effettività operazzjonali tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) (ĠU L 168, 3.7.2023, p. 27).
ANNESS
Ippjanar Tranżizzjonali Istituzzjonali għal Missjonijiet Mhux ta' Rutina u Kapaċitajiet Investigattivi tal-OPCW
1. Sfond u Loġika
F'Diċembru 2003, l-Unjoni Ewropea (UE) adottat l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (Strateġija tal-UE), li fiha rrikonoxxiet it-theddida kkawżata mill-armi ta' qerda massiva għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. L-Istrateġija tal-UE tissottolinja r-rwol kruċjali tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC) u tal-OPCW fil-ħolqien ta' dinja ħielsa mill-armi kimiċi. L-objettivi tal-Istrateġija tal-UE huma komplementari għal dawk tas-CWC. L-UE u l-OPCW, sa mill-adozzjoni tal-Istrateġija tal-UE, fittxew il-kooperazzjoni inkluż l-impenn permezz ta' sensiela ta' Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet (1)
L-OPCW irċeviet appoġġ konsistenti mill-UE fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħha, li jirrifletti impenn li jkompli għall-implimentazzjoni sħiħa tas-CWC, b'EUR 43,6 miljun ta' kontribuzzjonijiet volontarji permezz tal-Azzjonijiet Konġunti u d-Deċiżjonijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) approvati sa mill-2004. L-OPCW tilqa' l-impenn li jibqa' għaddej tal-UE li tappoġġa l-isforzi tal-OPCW biex tilħaq l-għan tal-Konvenzjoni - dinja ħielsa mill-armi kimiċi, u b'hekk tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. L-OPCW tirrikonoxxi wkoll l-appoġġ tal-UE permezz ta' finanzjament sa mill-2004 li jkopri oqsma varji bħal: l-applikazzjoni tar-reġim ta' verifika u l-qerda tal-ħażniet ta' armi kimiċi, il-promozzjoni tal-universalità, l-implimentazzjoni tas-CWC mill-Istati Parti, il-kooperazzjoni internazzjonali għall-attivitajiet kimiċi, it-tħejjija għall-prevenzjoni u r-rispons għal attakki li jinvolvu sustanzi kimiċi tossiċi, l-iżviluppi fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija, iċ-ċibersigurtà, il-kostruzzjoni taċ-Ċentru għall-Kimika u t-Teknoloġija tal-OPCW, l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-prodotti ta' immaġni bis-satellita, u l-indirizzar tat-theddid tal-użu tal-armi kimiċi. Barra minn hekk, filwaqt li tirrikonoxxi l-isfidi emerġenti fil-ġlieda kontra l-emerġenza mill-ġdid tal-armi kimiċi, l-OPCW tilqa' wkoll l-interess sostnut tal-UE fit-tisħiħ tal-appoġġ tagħha għall-istituzzjonalizzazzjoni tal-kapaċitajiet investigattivi u ta' verifika tal-OPCW.
Wara t-tmiem tal-qerda tal-ħażniet iddikjarati kollha ta' armi kimiċi f'Lulju 2023, l-OPCW kompliet l-adattament tagħha għall-fażi ta' wara l-qerda. Għaldaqstant, is-Segretarjat tal-OPCW beda mmappjar tal-għarfien għal proċessi relatati mal-iżgurar taż-żamma tal-kapaċitajiet tas-Segretarjat relatati ma' rispons effettiv għall-użu ta' armi kimiċi u l-allegazzjonijiet tagħhom.
Din il-proposta għandha tiġi kkunsidrata flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1344, 26 ta' Ġunju 2023, (UE2023), u l-attivitajiet taħt ir-Riżultat 3 (“Reazzjonijiet effettivi għal allegazzjonijiet ta' użu ta' armi kimiċi”). L-attivitajiet fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1344, huma primarjament relatati mat-twettiq ta' investigazzjonijiet pendenti/li għaddejjin. Din il-proposta tiffoka fuq l-obbligi u l-attivitajiet li jseħħu wara l-konklużjoni tal-investigazzjonijiet u l-ħruġ tar-rapporti.
Il-proposta għall-finanzjament tal-PESK għall-2024 hija allinjata mal-prijoritajiet tal-OPCW u tas-Segretarjat Tekniku assoċjati mal-akkwist tal-għarfien, l-integrazzjoni tal-kompetenza esperta, bid-dettalji tal-proċessi u l-proċeduri tas-sigurtà tal-informazzjoni sal-lum, kif ukoll b'rispons għar-riskju ta' żviluppi fix-xjenza u t-teknoloġija li għandhom impatt fuq l-użu tal-armi kimiċi u t-theddid tagħhom. F'termini konkreti, il-proposta tfittex li tkopri l-eżiti tat-twettiq ta' attivitajiet investigattivi indipendenti u imparzjali, u, fost l-oħrajn, l-obbligi ta' dokumentazzjoni relatati mandati skont id-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Istati Partijiet C-SS-4/DEC.3, il-paragrafu 12, adottata fis-27 ta' Ġunju 2018, u C-28/Dec.12 adottata fit-30 ta' Novembru 2023. Bi tkomplija tal-isforzi li saru mis-Segretarjat fl-implimentazzjoni tal-modalitajiet taħt il-paragrafu 21 ta' C-SS-4/DEC.3, u f'konformità mal-paragrafu 2 ta' C-28/Dec.12, il-Konferenza tal-Istati Partijiet talbet lis-Segretarjat biex ikompli bl-isforzi tiegħu biex isostni u jibni l-kapaċitajiet tiegħu biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' użu ta' armi kimiċi, inkluż permezz tal-iżvilupp ulterjuri ta' għodod u metodoloġiji bħal dawk relatati mal-forensika, intervisti ta' xhieda, ġbir ta' evidenza, katina tal-kustodja, l-ippjanar u t-twettiq ta' taħriġ regolari u eżerċizzji rilevanti oħra, l-integrazzjoni u ż-żamma ta' għarfien, ħiliet u kompetenza esperta akkumulati permezz tat-twettiq ta' missjonijiet preċedenti, u bi kwalunkwe mezz ieħor li d-Direttur Ġenerali jqis meħtieġ u xieraq.
Il-Programm u l-Baġit Biennali tal-OPCW 2024-2025 ġie adottat fit-28 Konferenza tal-Istati Partijiet (27 ta' Novembru – 1 ta' Diċembru 2023). Dan jinkludi t-trasformazzjoni kontinwa tad-Diviżjoni tal-Ispettorat. Dan l-adattament ifittex li jinkorpora u jintegra l-għarfien u l-kompetenza esperta miksuba permezz ta' missjonijiet mhux ta' rutina mwettqa fis-Sirja u lil hinn minnha, sabiex din il-kapaċità distintiva tiġi inkorporata permezz ta' taħriġ fl-istrutturi rilevanti eżistenti tas-Segretarjat u jkun hemm rispons għall-benefiċċju tal-Istati Partijiet fuq talba. Dan il-perjodu ta' tranżizzjoni ser jeħtieġ kontribuzzjonijiet volontarji komplementari, li l-proposta tal-UE ser tiffinanzja parzjalment, flimkien mar-riżorsi disponibbli permezz tal-Programm u l-Baġit 2024-2025 biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-objettivi u l-attivitajiet ta' hawn taħt, kif ukoll permezz tal-użu taċ-Ċentru għall-Kimika u t-Teknoloġija tal-OPCW.
2. Objettivi Ġenerali tal-Azzjoni Proposta
L-objettiv ġenerali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE jkun li tissaħħaħ il-kapaċità tas-Segretarjat li jirreaġixxi b'mod effettiv u kredibbli għall-użu ta' armi kimiċi u l-allegazzjonijiet tagħhom. Tali appoġġ jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-mandati tal-OPCW. Dan jippermetti wkoll parteċipazzjoni f'waqtha fl-implimentazzjoni tal-obbligi tal-OPCW taħt is-CWC, fir-rigward tal-isforzi internazzjonali ta' responsabbiltà kontra l-użu ta' armi kimiċi.
3. Objettivi Speċifiċi tal-Azzjoni
|
— |
L-integrazzjoni tal-għarfien u l-kompetenza esperta għal metodoloġiji, protokolli u attivitajiet investigattivi (eż. skjeramenti eċċ.); |
|
— |
Il-konformità kontinwa mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni evidenzjarja, skont il-mandat C-SS-4/DEC.3 (il-paragrafu 12), biex tiġi ppreservata u pprovduta informazzjoni lill-entitajiet investigattivi rilevanti. |
4. Riżultati Mistennija tal-Azzjoni
|
— |
Riżultat 1: L-integrazzjoni tal-kapaċitajiet ta' tħejjija u ta' rispons tal-OPCW istituzzjonalment għal kwalunkwe użu ġdid ta' armi kimiċi jew allegazzjoni tagħhom u għal riskji ġodda u/jew emerġenti. Bl-attivitajiet indikattivi li ġejjin:
|
|
— |
Riżultat 2: L-abilitazzjoni u t-tisħiħ tat-trasferiment ta' informazzjoni evidenzjarja lill-Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti (IIIM) fir-rigward tar-rapporti maħruġa tat-Tim ta' Investigazzjoni u Identifikazzjoni (IIT) dwar l-użu ta' armi kimiċi fir-Repubblika Għarbija Sirjana, f'konformità ma' C-SS-4/DEC.3, il-paragrafu 12, u b'appoġġ għar-responsabbiltà internazzjonali għall-użu ta' armi kimiċi. Bl-attivitajiet indikattivi li ġejjin:
|
5. Benefiċjarji Finali
Il-benefiċjarji jinkludu: Persunal u timijiet tas-Segretarjat tal-OPCW; u partijiet ikkonċernati tas-CWC inkluż Stati Parti, Awtoritajiet Nazzjonali, Soċjetà Ċivili, Organizzazzjonijiet Internazzjonali u Intergovernattivi, eċċ.
6. Tul ta' żmien
In-nefqiet iffinanzjati permezz ta' dan il-proġett huma mistennija jseħħu u jintemmu fuq perjodu ta' implimentazzjoni ta' 24 xahar.
(1) Inkluż l-Azzjoni Konġunta 2004/797/PESK (skaduta); l-Azzjoni Konġunta 2005/913/PESK (skaduta); l-Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK (skaduta); id-Deċiżjoni 2009/569/PESK (skaduta); l-Azzjoni Konġunta 2012/166/PESK (skaduta); id-Deċiżjoni 2013/726/PESK (skaduta); id-Deċiżjoni 2015/259 (estiża bid-Deċiżjoni 2018/294 u skaduta); id-Deċiżjoni (PESK) 2015/2215 (skaduta); id-Deċiżjoni 2017/2302 (estiża bid-Deċiżjoni 2019/1092, skaduta); id-Deċiżjoni 2017/2303 (estiża bid-Deċiżjoni 2018/1943 u d-Deċiżjoni 2019/2112, skaduta); id-Deċiżjoni 2019/538 (estiża bid-Deċiżjoni 2022/573, skaduta); id-Deċiżjoni 2021/1026 (estiża bid-Deċiżjoni 2023/1515, fis-seħħ sa Awwissu 2024), u d-Deċiżjoni 2021/2073 (fis-seħħ sa Diċembru 2025); id-Deċiżjoni 2023/1344 (fis-seħħ sa Ġunju 2026)..
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1984/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)