European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1981

17.7.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1981

tal-15 ta’ Lulju 2024

li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK tat-22 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2001/79/PESK, il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (“il-Kumitat Militari”) jinħatar mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Militari mlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża. L-Artikolu 3(2) ta’ dik id-Deċiżjoni jiddikjara li l-mandat tal-President tal-Kumitat Militari huwa ta’ tliet snin, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

(2)

Fit-12 ta’ Mejju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/735 (2), li taħtar lill-Ġeneral Robert BRIEGER bħala President tal-Kumitat Militari mis-16 ta’ Mejju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2025.

(3)

Fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Mejju 2024, il-Kumitat Militari mlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża rrakkomanda li l-Ġeneral Seán CLANCY jinħatar bħala President tal-Kumitat Militari għal perjodu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-31 ta’ Mejju 2028,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġeneral Seán CLANCY huwa b’dan maħtur bħala President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-31 ta’ Mejju 2028.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

NAGY I.


(1)   ĠU L 27, 30.1.2001, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/735 tat-12 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1200 sabiex jitmexxa ’l quddiem it-tmiem tal-mandat tal-President attwali tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea u biex titmexxa ’l quddiem il-ħatra tal-President li jmiss tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 136, 13.5.2022, p. 106).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1981/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)