|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1977 |
16.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1977
tal-15 ta’ Lulju 2024
li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1136 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Niġerini b’tagħmir militari mfassal biex iwassal forza letali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1136 (1) li stabbiliet miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Niġerini b’tagħmir militari mfassal biex iwassal forza letali. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Lulju 2023, skont l-Artikolu 64(1), il-punt (b), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (2), ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ssospenda b’mod proviżorju l-miżura ta’ assistenza b’appoġġ għall-Forzi Armati Niġerini peress li, wara l-kolp ta’ stat fin-Niġer, is-sitwazzjoni ma baqgħetx tippermetti li l-miżura ta’ assistenza tiġi implimentata filwaqt li jiġu żgurati garanziji suffiċjenti. |
|
(3) |
Fit-23 ta’ April 2024, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, skont l-Artikolu 64(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, irrakkomanda lill-Kunsill it-terminazzjoni tal-miżura ta’ assistenza stabbilita bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1136. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-miżura ta’ assistenza b’appoġġ għall-Forzi Armati Niġerini tintemm u għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1136 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Niġerini b’tagħmir militari mfassal biex iwassal forza letali, stabbilita bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1136, hija b’dan mitmuma.
2. Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1136 titħassar.
3. Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1136 għandhom ikomplu japplikaw għall-implimentazzjoni tan-nefqa impenjata sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u għall-kontabbiltà u l-inventarju relatati, l-awditjar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet, u r-responsabbiltà, sakemm tkun ingħatat kwittanza lill-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għal tali nefqa.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1136 tat-8 ta’ Ġunju 2023 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Niġerini b’tagħmir militari mfassal biex iwassal forza letali (ĠU L 149, 9.6.2023, p. 81).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1977/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)